RAPPORT dwaril-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu qegħdinfil-pajjiż illegalment

20.9.2007 - (COM(2005)0391 – C6‑0266/2005 – 2005/0167(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Manfred Weber

Proċedura : 2005/0167(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0339/2007

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment

(COM(2005)0391 – C6‑0266/2005 – -2005/0167(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0391) [1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 63(3)(b) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0266/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0339/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Ċitazzjoni 1 a (ġdida)

.

Wara li kkunsidra l-20 linja gwida dwar ir-ritorn sfurzat adottati mill-Kunsill tal-Kumitat Ewropew tal-Ministri fl-4 ta' Mejju 2005 (CM(2005)40),

Emenda 2

Premessa -1 (ġdida)

 

(-1) Il-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999 stabbilixxa approċċ koerenti fil-qasam ta' l-immigrazzjoni u l-ażil, li jitratta flimkien mal-ħolqien ta' sistema ta' ażil komuni, politika għall-immigrazzjoni illegali u għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali.

Emenda 3

Premessa -1 a (ġdida)

 

(-1a) Sabiex il-proċess ta' ritorn ikun iffaċilitat, il-bżonn għal ftehimiet bilaterali u multilaterali ta' riammissjoni bejn l-UE u pajjiżi terzi hu enfasizzat.

Emenda 4

Premessa 1 a (ġdida)

 

 

(-1a) Il-leġittimità li Stati jirritornaw nies hija rikonoxxuta. Il-pre-rekwiżit għal dan il-fatt huwa t-twaqqif ta' sistema ġusta u effiċjenti ta' ażil, li tirrispetta b'mod sħiħ il-prinċipju ta' non-refoulement.

Emenda 5

Premessa 1 b (ġdida)

 

(1b) Skond l-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istejtus tar-Refuġjati, l-Istati Membri m’għandhom assolutament bl-ebda mod ikeċċu jew jirritornaw refuġjat lejn il-fruntieri ta’ Stati jew territorji fejn il-ħajja jew il-libertà tiegħu tkun mhedda. Il-prinċipju ta’ ‘non-refoulement’ japplika wkoll għal persuni f’zoni ta’ tranżitu.

Emenda 6

Premessa 2 a (ġdida)

 

(2a) Koperazzjoni internazzjonali mal-pajjiżi ta' oriġini fl-istadji kollha tal-proċess ta' ritorn, hija pre-rekwiżit sabiex ir-ritorn ikun wieħed sostenibbli.

Emenda 7

Premessa 2 b (ġdida)

 

(2b) L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun akkumpanjata minn koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet involuti fil-livelli kollha tal-proċess ta' ritorn u minn l-iskambju u l-promozzjoni ta' l-aħjar prattiki li għandhom jipprovdu l-valur miżjud Ewropew.

Emenda 8

Premessa 4

(4) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li reżidenza illegali titwettaq permezz ta’ proċedura ġusta u trasparenti.

(4) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tmiem ta’ residenza illegali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-UE titwettaq permezz ta’ proċedura ġusta u trasparenti; skond prinċipji ġenerali tal-liġi ta’ l-UE, id-deċiżjonijiet meħuda skond din id-Direttiva għandhom jittieħdu fuq bażi ta’ kull każ għalih u għandhom iqisu kriterji individwali u oġġettivi.

Emenda 9

Premessa 6

(6) Fejn ma jkun hemm l-ebda raġuni għal xiex wieħed għandu jaħseb li dan ikun se jimmina l-iskop tal-proċedura tar-ritorn, għandu jkun ippreferut ir-ritorn voluntarju aktar milli ritorn bil-forza, u għandu jingħata żmien għat-tluq volontarju.

 

(6) Għandu jkun ippreferut ir-ritorn voluntarju aktar milli ritorn bil-forza, u għandu jingħata żmien għat-tluq volontarju.

Ġustifikazzjoni

It-test mhux ċar u għandu prinċiparjament jipprevedi r-ritorn volontarju.

Emenda 10

Premessa 11

(11) L-użu tal-kustodja temporanja għandu jkun limitat u marbut mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-kustodja temporanja għandha tintuża biss jekk ikun hemm il-ħtieġa, biex jitnaqqas ir-riskju li jkun hemm min jinħeba u f’dawk il-każi fejn l-użu ta’ miżuri li jkunu jinħtieġu anqas forza ma jkunx biżżejjed.

(11) L-użu tal-detenzjoni għandu jkun limitat u marbut mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Id-detenzjoni għandha tintuża biss jekk ikun hemm il-ħtieġa, biex jitnaqqas ir-riskju li jkun hemm min jinħeba u f’dawk il-każi fejn l-użu ta’ miżuri li jkunu jinħtieġu anqas forza ma jkunx biżżejjed.

 

(Din il-modifika tapplika għat-test leġiżlattiv kollu.)

Ġustifikazzjoni

Il-"kustodja temporanja" għandha tinbidel għal "detenzjoni" għaliex din hija dak li fil-verità hija meta wieħed iqis iċ-ċaħda tal-libertà li hija tinvolvi u ż-żmien stipulat li huwa sa sitt xhur li huwa 'l bogħod minn dak li wieħed jifhem b'temporanju. Din il-proposta għal bidla fil-vokabularju tapplika għal Kapitolu IV kollu.

Emenda 11

Premessa 11 a (ġdida)

 

(11a) Għandhom ikunu kkunsidrati l-possibilitajiet kollha biex ċittadini ta' pajjiżi terzi li temporanjament ikunu miżmumin f'kustodja, jingħataw prospetti jew xogħol utli.

Ġustifikazzjoni

Huwa meqjus fl-interess tal-persuna li tkun qed tiġi rritornata li din ikollha l-possibilità li tuża ż-żmien f'kustodja temporanja għall-edukazzjoni, għal xogħol utli u għal kwalunke tip ta' attività oħra. Din id-dispożizzjoni hija importanti biex jonqos il-livell ta' agressjoni u biex tissaħħaħ il-possibilità li jkun hemm ritorn b'suċċess.

Emenda 12

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistipula prinċipji komuni u proċeduri li għandhom ikunu applikati fl-Istati Membri biex jiġu rritornati ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, skond id-drittijiet fundamentali bħala prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità kif ukoll tal-liġi internazzjonali, inkluż il-ħarsien tar-refuġjati u l-obbligi dwar id-drittijiet tal-bniedem.

Din id-Direttiva tistipula prinċipji komuni u proċeduri li għandhom ikunu applikati fl-Istati Membri biex jiġu rritornati ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jibqgħu legalment fil-pajjiż skond id-drittijiet fundamentali bħala prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità kif ukoll tal-liġi internazzjonali, inkluż il-ħarsien tar-refuġjati u l-obbligi dwar id-drittijiet tal-bniedem.

Emenda 13

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b)

(b) li b'xi mod ikunu qed joqogħdu b’mod illegali fit-territorju ta’ Stat Membru.

(b) li għal raġunijiet oħra ma jissodisfawx jew ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jibqgħu legalment fit-territorju ta' Stat Membru.

Emenda 14

Artikolu 2, paragrafu 2

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex ma japplikawx din id-Direttiva lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jkunu tħallew jidħlu f’żona ta’ transitu ta’ Stat Membru. Madankollu għandhom jaraw li t-trattament u l-livell ta' protezzjoni ta' ċittadini ta’ pajjiżi terzi bħal dawn ma jkunx anqas favorevoli minn dak stipulat fl-Artikoli 8, 10, 13 u 15.

2. 2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-Direttiva għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jkunux tħallew jidħlu fuq il-fruntiera jew f’zona ta’ tranżitu ta’ Stat Membru b’konformità ma’ l-Artikolu 35 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE ta' l-1 ta' Diċembru 2005 dwar standards minimi għall-proċeduri fi Stati Membri għall-għoti u rtirar ta' status ta' refuġjat [1]. Madankollu għandhom jaraw li t-trattament u l-livell ta' protezzjoni ta' ċittadini ta’ pajjiżi terzi bħal dawn ma jkunx anqas favorevoli minn dak stipulat fl-Artikoli 8, 10, 13 u 15 ta' din id-Direttiva.

_______________________

1 ĠU L 326, 13.12.2005, p.13.

Emenda 15

Artikolu 2, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Il-projbizzjonijiet ta' dħul mill-ġdid (re-entry bans) li nħarġu qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva mhumiex se jkunu affettwati minn din id-Direttiva.

Emenda 16

Artikolu 3, punt (a a) (ġdid)

 

(aa) ‘zona ta’ tranżitu’ tfisser zona definita u limitata b’mod ċar li tkun tinsab f’ajruport, f’port jew fil-fruntieri ta’ l-art esterna fit-territorju ta’ Stat Membru, fejn jitqiegħed temporanjament ċittadin ta’ pajjiż terz, li ma jkunx qasam post ta’ kontroll tal-fruntieri u jkun għadu ma għaddiex minn punt ta’ kontroll, sakemm tittieħed deċiżjoni dwar id-dħul jew ir-rifjut tad-dħul fit-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat;

Emenda 17

Artikolu 3, punt (b)

(b) ‘reżidenza illegali’ tfisser il-preżenza fuq it-territorju ta’ Stat Membru ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax jew li m’għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet biex jgħix jew joqogħod f’dak l-Istat Membru;

(b) ‘residenza illegali’ tfisser il-preżenza fit-territorju ta’ Stat Membru ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li ma jissodisfawx jew li m’għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jgħixu jew joqogħdu f’dak l-Istat Membru;

Emenda 18

Artikolu 3, punt (c)

(c) ‘ritorn’ tfisser il-proċess li wieħed imur lura lejn il-pajjiż minn fejn joriġina, jew minfejn ikun għadda, jew pajjiż terz ieħor, sew jekk b’mod volontarju kif ukoll bil-forza;

(c) ‘ritorn’ tfisser il-proċess li wieħed imur lura lejn il-pajjiż minn fejn jorigina jew lejn pajjiż ta’ transitu li fih iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu rabtiet stabbiliti sodi;

Emenda 19

Artikolu 3, punt (g a) (ġdid)

 

(ga) ‘riskju ta’ ħrib’ tfisser l-eżistenza ta’ raġunijiet serji, definiti minn kriterji individwali u oġġettivi, biex wieħed iqis li ċittadin ta’ pajjiż terz li diġà huwa suġġett għal deċiżjoni ta’ ritorn jew għal ordni ta’ tkeċċija jista’ jaħrab;

 

ir-riskju ta’ ħrib m’għandux ikun ippruvat awtomatikament biss mill-fatt li ċittadin ta’ pajjiż terz ikun residenti b’mod illegali fit-territorju ta’ Stat Membru;

Emenda 20

Artikolu 3, punt (g b) (ġdid)

 

(gb)'faċilitajiet ta' kustodja temporanja' tfisser faċilitajiet speċjalizzati fejn ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma jew li se jkunu s-suġġett ta' deċiżjoni ta' ritorn jew ta' ordni ta' tkeċċija, jinżammu f'kustodja temporanja bil-għan li jkun evitat li jaħarbu matul il-preparazzjoni għat-tkeċċija tagħhom;

Emenda 21

Artikolu 3, punt (g c) (ġdid)

 

(gc) ‘persuni vulnerabbli’ tfisser minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b’diżabilità, persuni anzjani, nisa tqal, ġenituri waħedhom bi tfal minorenni u persuni li kienu suġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali.

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni ta’ x’wieħed ifisser bi ‘persuni vulnerabbli’ għandha tiġi miżjuda mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-proposta. Id-definizzjoni hija meħuda mill-Artikolu 17(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE li tistabbilixxi standards minimi biex jintlaqgħu dawk li qed ifittxu l-kenn.

Emenda 22

Artikolu 5, titolu

Relazzjonijiet familjari u l-aħjar interessi tat-tfal

‘Non-refoulement’, relazzjonijiet familjari, l-aħjar interessi tat-tfal u l-istat ta’ saħħa

Emenda 23

Artikolu 5

Meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni t-tip u s-saħħa tar-relazzjonijiet familjari taċ-ċittadin tal-pajjiż terz, kemm ikun ilu fl-Istat Membru u jekk għandux xi rabtiet familjari, kulturali u soċjali mal-pajjiż minn fejn joriġina. Għandhom ukoll jieħdu f’kunsiderazzjoni l-aħjar interessi tat-tfal skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, ta' l-1989.

Meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw:

 

(a) il-prinċipju ta’ ‘non-refoulement’;

 

(b) ir-relazzjonijiet familjari, b’konformità ma’ l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali fejn tikkonċerna n-natura u s-solidità tar-relazzjoni familjari taċ-ċittadin tal-pajjiż terz u l-eżistenza ta’ rabtiet familjari mal-pajjiż ta’ oriġini tiegħu/tagħha u t-tul tal-waqfa tiegħu/tagħha fl-Istat Membru; familji akkumpanjati minn minorenni wieħed jew iktar, m’għandhomx ikunu suġġetti għal kwalunkwe miżura ta’ priġunerija u alternattivi għad-detenzjoni, għandhom jingħataw prijorità;

 

(c) l-aħjar interessi tat-tfal: l-interessi tat-tfal għandhom jiġu mħarsa mid-dipartiment tas-servizzi soċjali adattat jew minn avukat maħtur mhux iktar tard minn meta tkun inħarġet l-ordni ta’ kustodja temporanja jew ta’ tkeċċija. Il-minorenni mhux akkumpanjati m’għandhomx jitkeċċew jew jinżammu taħt detenzjoni. dan il-punt ma japplikax għal kriminali kkundannati.

 

(d) l-istat tas-saħħa: (d) L-Istati Membri għandhom jagħtu lil persuna li tkun qed tbati minn marda serja permess ta’ residenza awtonoma jew awtorizzazzjoni oħra li tagħti d-dritt ta’ residenza sabiex ikollha aċċess adegwat għall-kura tas-saħħa, sakemm ma jistax jiġi ppruvat li l-persuna partikolari tista’ tirċievi trattament u kura medika xierqa fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu/tagħha.

Emenda 24

Artikolu 6, paragrafu 1

1. L-Istati Membri għandhom joħorġu deċiżjoni tar-ritorn għal kull ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju tagħhom.

1. Bla ħsara għall-eċċezzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1a, 4 u 5, l-Istati Membri għandhom joħorġu deċiżjoni ta' ritorn għal kull ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju tagħhom.

Emenda 25

Artikolu 6, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu fit-territorju ta’ Stat Membru u li jkollhom permess ta’ residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra li toffri d-dritt ta’ residenza maħruġ minn Stat Membru ieħor, għandhom ikunu mitluba jmorru fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru immedjatament. F’każ bħal dan l-Istati Membri jistgħu ma joħorġux deċiżjoni ta’ ritorn.

Emenda 26

Artikolu 6, paragrafu 2

2. Id-deċiżjoni tar-ritorn għandha tagħti perjodu xieraq ta’ massimu ta’ erba’ ġimgħat biex l-individwu jitlaq minn jeddu, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet li jagħtu x’wieħed x’jifhem li l-persuna tista’ tinħeba tul dan il-perjodu. Ċerti obbligi maħsuba biex l-individwu ma jinħebiex, bħal ma huma li wieħed ikollu jirrapporta lill-awtoritajiet b’mod regolari, id-depożitu ta’ garanzija finanzjarja, is-sottomissjoni ta’ dokumenti jew l-obbligu li wieħed jibqa’ f’ċertu post, jistgħu ikunu imposti tul dak il-perjodu.

2. 2. Bħala prinċipju, id-deċiżjoni ta' ritorn għandha tagħti perjodu xieraq ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat biex l-individwu jitlaq minn jeddu, sakemm entità amministrattiva jew ġudizzjarja kompetenti jkollha raġunijiet oġġettivi li jagħtu x’wieħed x’jifhem li l-persuna tista’ tinħeba tul dan il-perjodu jew li din l-persuna tkun ta’ riskju għall-ordni pubblika, għas-sigurtà pubblika, jew is-sigurtà nazzjonali.

 

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-perjodu tat-tluq volontarju għal perjodu xieraq jew ma jistipulawx limitu ta’ żmien, filwaqt li jqisu ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ individwali.

 

Ċerti obbligi maħsuba biex l-individwu ma jinħebiex, bħal ma huma li wieħed ikollu jirrapporta lill-awtoritajiet b’mod regolari, id-depożitu ta’ garanzija finanzjarja, is-sottomissjoni ta’ dokumenti jew l-obbligu li wieħed jibqa’ f’ċertu post, jistgħu ikunu imposti tul dak il-perjodu. Sabiex jiggarantixxu ritorn effettiv, l-Istati Membri għandhom jipprovdu materjal ta' assistenza u konsulenza wara li tkun ittieħdet deċiżjoni skond il-liġi nazzjonali fuq bażi ta' kull każ għalih.

Emenda 27

Artikolu 6, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Il-persuni li jibbenefikaw mid-Direttiva 2003/9/KE qabel id-deċiżjoni ta' ritorn, għandhom ikomplu jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet kollha ta' dħul (reception condition) li huma intitolati għalihom skond dik id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija simili għal emendi 112 u 113, li għandhom l-għan li jiffaċilitaw ir-ritorn volontarju.

Emenda 28

Artikolu 6, paragrafu 4

4. Meta l-Istati Membri jkunu suġġetti għal obbligi li joħorġu mid-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari kif imfissra fil-Kovenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, bħal ma hu d-dritt tan-non-refoulment, id-dritt għall-edukazzjoni u d-dritt għall-għaqda tal-familja, m’għandha tinħareġ l-ebda deċiżjoni tar-ritorn. Meta tkun diġà nħarġet deċiżjoni tar-ritorn, din għandha titħassar.

4. L-Istati Membri jistgħu, f’kull ħin, jiddeċiedu li joħorġu permess ta’ residenza awtonomu jew awtorizzazzjoni oħra li tkun toffri d-dritt ta’ residenza għal raġunijiet ta’ kumpassjoni, umanitarji jew oħrajn lil ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju tagħhom. F’dan il-kaz m’għandha tinħareġ l-ebda deċiżjoni ta’ ritorn, jew fejn tkun inħarġet deċiżjoni ta’ ritorn din għandha titħassar. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-irtirar ta' deċiżjoni ta' ritorn permezz ta' informazzjoni reċiproka stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/688/KE tal-5 ta' Ottubru 2006, dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' informazzjoni mutwali dwar il-miżuri ta' l-Istati Membri fl-oqsma ta' l-ażil u l-immigrazzjoni1.

__________________

1 ĠU L 283, 14.10.2006, p.40.

Amendment 29

Article 6, paragraph 5

5. L-Istati Membri jistgħu, f’kull ħin, jiddeċiedu li joħorġu permess ta’ reżidenza awtonomu jew awtorizzazzjoni oħra li tkun toffri d-dritt ta’ reżidenza għal raġunijiet ta’ kumpassjoni, umanitarji jew oħrajn lil ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju tagħhom. F’dan il-kaz m’għandha tinħareġ l-ebda deċiżjoni ta’ ritorn, jew fejn tkun inħarġet deċiżjoni ta’ ritorn din għandha titħassar.

5. Jekk ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju tiegħu, ikun suġġett għal proċedura pendenti biex jiġġeddidlu l-permess ta’ residenza jew xi permess ieħor li jtih id-dritt ta' residenza, dak l-Istat Membru m'għandux joħroġ deċiżjoni ta' ritorn sakemm ma tkunx intemmet il-proċedura.

Emenda 30

Artikolu 6, paragrafu 5, subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Jekk Stat Membru jagħti permess lil ċittadin ta' pajjiż terz, dan il-permess għandu jkun validu fit-territorju ta' dak l-Istat Membru biss.

Emenda 31

Artikolu 6, paragrafu 6

6. Fejn ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru jkollu permess ta’ reżidenza validu maħruġ minn Stat Membru ieħor, l-ewwel Stat Membru m'għandux joħroġ deċiżjoni ta’ ritorn meta dik il-persuna minn jeddha tmur lura lejn it-territorju ta’ dak l-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ reżidenza.

imħassar

Emenda 32

Artikolu 6, paragrafu 8

8. Jekk ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju tiegħu jkun suġġett għal proċedura pendenti biex jinħariġlu l-permess ta’ reżidenza jew xi permess ieħor li jtih id-dritt ta' reżidenza, dak l-Istat Membru m'għandux joħroġ deċiżjoni tar-ritorn sakemm ma tkunx intemmet il-proċedura.

8. Jekk ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju tiegħu ikun suġġett għal proċedura pendenti biex jiġġeddidlu l-permess ta’ residenza jew xi permess ieħor li jtih id-dritt ta' residenza, dak l-Istat Membru m'għandux joħroġ deċiżjoni ta' ritorn sakemm ma tkunx intemmet il-proċedura.

Ġustifikazzjoni

Jekk ma tkunx intemmet il-kunsiderazzjoni ta' applikazzjoni għal residenza jew ażil, tkun tidher ħaġa normali u loġika li ma tittieħidx deċiżjoni ta' ritorn. Din ma għandhiex tkun għażla għall-istat ikkonċernat, iżda obbligazzjoni.

Emenda 33

Artikolu 7, paragrafu 1

1. L-Istati Membri għandhom joħorġu ordni ta’ tkeċċija dwar ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun suġġett għal deċiżjoni tar-ritorn jekk ikun hemm riskju li dan jinħeba jew jekk l-obbligu biex jirritorna ma tkunx ġiet segwita fi żmien il-perjodu li fih seta’ jitlaq b’mod volontarju u li jkun ingħata skond l-Artikolu 6(2).

1. L-Istati Membri għandhom joħorġu ordni ta’ tkeċċija għal ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun suġġett għal deċiżjoni tar-ritorn jekk ma jkunx ingħata perjodu ta’ tluq volontarju minħabba li l-persuna kkonċernata tkun tista’ taħrab jew tirrappreżenta riskju għas-sigurtà pubblika, l-ordni publiku jew is-sigurtà nazzjonali jew jekk l-obbligu biex jirritorna ma jkunx ġie segwit fi żmien dak il-perjodu għal tluq voluntarju skond l-Artikolu 6(2).

Emenda 34

Artikolu 7, paragrafu 2

2. L-ordni ta’ tkeċċija għandha tispeċifika f’kemm żmien it-tkeċċija tkun se tiġi fil-fatt infurzata u l-pajjiż tar-ritorn.

2. Stat Membru jista’ joħroġ, flimkien mad-deċiżjoni ta’ ritorn, ordni ta’ tkeċċija li tikkonċerna ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun suġġett għal deċiżjoni ta’ ritorn. Jekk l-Istat Membru jkun ta perjodu ta’ tluq volontarju b’konformità ma’ l-Artikolu 6(2), l-ordni ta’ tkeċċija tista’ tiġi nfurzata biss wara li l-perjodu jkun intemm.

Emenda 35

Artikolu 7, paragrafu 3

3. L-ordni ta’ tkeċċija għandha tinħareġ bħala att separat jew deċiżjoni jew flimkien ma’ deċiżjoni ta' ritorn.

3. Stat Membru li ma jsegwix il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 2 għandu joħroġ ordni ta’ tkeċċija bħala att jew deċiżjoni separati.

Emenda 36

Artikolu 8, paragrafu 2, punt (a)

(a) jekk iċ-ċittadin tal-pajjiż terz ma jkunx jista’ jivvjaġġa jew ma jkunx jista’ jittieħed lejn il-pajjiż tar-ritorn minħabba l-istat fiżiku jew il-ħila mentali tiegħu jew tagħha,

(a) jekk iċ-ċittadin tal-pajjiż terz ma jkunx jista’ jivvjaġġa jew ma jkunx jista’ jittieħed lejn il-pajjiż ta' ritorn minħabba l-istat fiżiku jew il-ħila mentali tiegħu jew tagħha, wara li jkun sar rapport mediku;

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun awtorizzat biss tabib awtorizzat sabiex jistabbilixxi l-inabilità ta' ċittadin ta' pajjiż terz biex jivvjaġġa jew biex ikun trasportat minħabba l-istat fiżiku jew mentali tiegħu/tagħha. Deċiżjoni bħal din ma tistax tkun waħda amministrattiva biss.

Emenda 37

Artikolu 8, paragrafu 2, punt (c a) (ġdid)

 

(ca) l-eżistenza ta' raġunijiet serji sabiex wieħed jemmen li t-tkeċċija se twassal għal espulsjoni kollettiva, b'kontravenzjoni ta' l-Artikolu 4 tal-Protokoll 4 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, liema protokoll jipprojbixxi l-espulsjoni kollettiva ta' aljeni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tevita kwalunkwe vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, kif definiti mill-ECHR, f'każ ta' tkeċċijiet konġunti. Kif stipulat il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fis-sentenza tagħha tal-5 ta' Frar 2002 dwar il-każ Conka, il-fatt li ċ-ċirkustanzi ta' persuna kienu kkunsidrati individwalment mhux biżżejjed. Il-mod kif it-tkeċċija tkun organizzata (il-pubbliċità, numru kbir ta' persuni ta' l-istess nazzjonalità, deċiżjonijiet sterjotipati, eċċ) għandhom ikunu kkunsidrati sabiex ikun żgurat li t-tkeċċija ma twassalx għal espulsjoni kollettiva. Jekk jibqa' xi dubju, it-tkeċċija għandha tkun posposta.

Emenda 38

Artikolu 9, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. L-ordnijiet ta’ tkeċċija għandhom ikollhom magħhom projbizzjoni ta’ dħul mill-ġdid ta’ mhux aktar minn 5 snin.

1. L-ordnijiet ta’ tkeċċija jistgħu jkollhom magħhom projbizzjoni ta’ dħul mill-ġdid ta’ mhux aktar minn 5 snin.

Emenda 39

Artikolu 9, paragrafu 2, subparagrafu 1, punt (d) u subparagrafu 2

(d) tikkostitwixxi theddida għall-politika pubblika jew għas-sigurtà pubblika.

(d) tikkostitwixxi theddida ppruvata għall-ordni pubblika, għas-sigurtà pubblika jew għas-sigurtà nazzjonali.

Il-projbizzjoni tad-dħul mill-ġdid tista’ tinħareġ għal perjodu itwal minn ta’ 5 snin meta ċ-ċittadin konċernat ta’ pajjiż terz ikun ta’ theddida serja għall-politika pubblika jew is-sigurtà pubblika.

Il-projbizzjoni tad-dħul mill-ġdid tista’ tinħareġ għal perjodu itwal minn ta’ 5 snin meta ċ-ċittadin konċernat ta’ pajjiż terz ikun ta’ theddida serja ppruvata għall-ordni pubblika, għas-sigurtà pubblika jew għas-sigurtà nazzjonali.

Emenda 40

Artikolu 9, paragrafu 3, parti introduttorja

3. Il-projbizzjoni tad-dħul mill-ġdid tista’ tiġi rtirata b’mod partikolari f’dawk il-każijiet li fihom iċ-ċittadin konċernat tal-pajjiż terz:

3. Il-projbizzjoni tad-dħul mill-ġdid tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin, b’mod partikolari f’dawk il-każijiet li fihom iċ-ċittadin konċernat tal-pajjiż terz:

Emenda 41

Artikolu 9, paragrafu 3, punt (ba) (ġdid)

 

(ba) ikollu/ikollha ħajtu/ħajjitha mhedda minħabba l-bidliet fil-pajjiż ta' ritorn tiegħu/tagħha, li jistgħu jwasslu għal riskju ta' persekuzzjoni;

deċiżjoni ta' tkeċċija li tkun ittieħdet minn Stat Membru għandha tkun effettiva fl-Unjoni kollha.

Ġustifikazzjoni

Li wieħed jorbot b'mod espliċitu l-irtirar tal-projbizzjoni tad-dħul mill-ġdid mar-rimborż ta' l-ispejjeż tal-proċedura ta' ritorn, jista' jwassal għal diskriminazzjoni pożittiva mhix ġustifikata favur persuni sinjuri, jew anke favur netwerks ta' kuntrabandisti sinjuri.

Għandu jkun possibbli li wieħed jitlob li tiġi rtirata l-projbizzjoni ta' dħul mill-ġdid fuq il-fruntieri u fil-konsulati f'pajjiżi barranin u li jkunu kkunsidrati l-iżviluppi fiċ-ċirkustanzi ta' persuna fil-pajjiż ta' ritorn tagħha.

Emenda 42

Artikolu 9, paragrafu 3, punt (c)

(c)ikun ħallas lura l-ispejjeż kollha tal-proċedura tar-ritorn ta’ qabel.

imħassar

Emenda 43

Artikolu 9, paragrafu 3, subparagrafu 1a (ġdid)

 

Projbizzjoni ta’ dħul mill-ġdid tista’ tiġi rtirata wkoll fejn ikun hemm raġunijiet pożittivi oħra biex tkun irtirata.

Emenda 44

Artikolu 9, paragrafu 4

4. Il-projbizzjoni tad-dħul mill-ġdid tista’ tiġi sospiża fuq bażi eċċezzjonali u temporanja f’każijiet individwali xierqa.

4. 4. Il-projbizzjoni tad-dħul mill-ġdid tista’ tiġi sospiża fuq bażi eċċezzjonali u temporanja jew revokata kollha kemm hi f’każijiet individwali xierqa.

Emenda 45

Artikolu 9, paragrafu 5

5. Il-paragrafi 1 u 4 jgħoddu mingħajr preġudizzju għad-dritt li wieħed ifittex kenn f’wieħed mill-Istati Membri.

5. 5. Il-paragrafi 1 sa 4 jgħoddu mingħajr preġudizzju għad-dritt li wieħed ifittex kenn jew protezzjoni internazzjonali f’wieħed mill-Istati Membri.

Emenda 46

Artikolu 9, paragrafu 5 a (ġdid)

 

5a. Fil-każ ta' diżastru uman, il-projbizzjoni ta' dħul mill-ġdid tista' tiġi rtirata għal grupp ta' persuni jew għal reġjun skond deċiżjoni tal-Kunsill għal dak il-għan.

Ġustifikazzjoni

F'każ ta' diżastru uman huwa ċar li l-applikazzjoni ta' l-irtirar tal-projbizzjoni tad-dħul mill-ġdid iddum wisq u mhix fattibbli. Għalhekk, jekk il-Kunsill jiddikjara li huwa każ ta' diżastru uman, il-projbizzjoni tad-dħul mill-ġdid hija awtomatikament irtirata.

Emenda 47

Artikolu 10, paragrafu 1

1. Meta l-Istati Membri jużaw mezzi ta’ forza biex iwettqu t-tkeċċija ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jirreżisti t-tkeċċija, dawn il-mezzi għandhom ikunu proporzjonali u m’għandhomx jaqbżu l-limiti raġjonevoli tal-forza. Dawn għandhom ikunu implimentati skond id-drittijiet fundamentali u b’rispett xieraq għad-dinjità taċ-ċittadin konċernat tal-pajjiż terz.

1. Meta l-Istati Membri jkunu obbligati li jużaw mezzi ta’ forza, meta ma jkunx hemm għażla oħra, biex iwettqu t-tkeċċija ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jirreżisti t-tkeċċija, dawn il-mezzi għandhom ikunu proporzjonali u m’għandhomx jaqbżu l-limiti raġonevoli tal-forza. Fl-aħjar interessi ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun is-suġġett għal proċedura ta’ tkeċċija u fil-każ ta’ l-aġenti tas-sigurtà li jkunu qed iwettqu t-tkeċċija, tali miżuri ta’ forza għandhom ikunu implimentati skond id-drittijiet fundamentali u b’rispett xieraq għad-dinjità taċ-ċittadin konċernat tal-pajjiż terz u l-20 linja gwida dwar ir-ritorn sfurzat adottati mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa fl-4 ta' Mejju 2005. Huma għandhom ikunu miftuħa għal skrutinju indipendenti. Miżuri ta’ forza għandhom ikunu evitati meta jitkeċċew persuni vulnerabbli.

Emenda 48

Artikolu 10, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. L-Istat Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi huma involuti fil-proċeduri ta' tkeċċija sabiex tkun garantita konformità mal-proċedura legali xierqa.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li fil-proċess kollu ta' ritorn, ikunu involuti l-organizzazzjonijiet mhux governattivi. Sabiex tkun garantita proċedura xierqa u fl-aħjar interess tal-persuna li tkun qed tiġi rritornata.

Emenda 49

Artikolu 11, paragrafu 1, subparagrafu 2

L-Istati Membri għandhom jaraw li r-raġunijiet skond il-fatti u skond il-liġi ikun dikjarati fid-deċiżjoni u/jew l-ordni u li ċ-ċittadin konċernat tal-pajjiż terz ikun infurmat bil-miktub dwar ir-rimedji legali disponibbli.

L-Istati Membri għandhom jaraw li r-raġunijiet skond il-fatti u skond il-liġi jkunu dikjarati fid-deċiżjoni u/jew l-ordni u li ċ-ċittadin konċernat tal-pajjiż terz ikun infurmat bil-miktub dwar ir-rimedji legali disponibbli b’lingwa li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jifhem jew li wieħed jassumi b’mod raġonevoli li jifhem.

Emenda 50

Artikolu 11, paragrafu 2

2. L-Istati Membri għandhom jagħtu, meta hekk mitluba, traduzzjoni miktuba jew bil-fomm tal-punti prinċipali tad-deċiżjoni tar-ritorn u/jew ta’ l-ordni tat-tkeċċija f’lingwa li ċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikun raġjonevolment mistenni li jifhem.

2. 2. L-Istati Membri għandhom jagħtu traduzzjoni miktuba jew bil-fomm tal-punti prinċipali tad-deċiżjoni tar-ritorn u/jew ta’ l-ordni tat-tkeċċija f’lingwa li ċ-ċittadin tal-pajjiż terz jifhem jew li wieħed jassumi b’mod raġonevoli li jifhem.

Emenda 51

Artikolu 12, paragrafu 1

1. L-Istati Membri għandhom jaraw li ċ-ċittadin konċernat tal-pajjiż terz ikollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv quddiem qorti jew tribunal biex jappella kontra, jew biex jitlob reviżjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn u/jew ordni ta’ tkeċċija.

1. L-Istati Membri għandhom jaraw li ċ-ċittadin konċernat tal-pajjiż terz ikollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv quddiem qorti jew tribunal biex jappella kontra, jew biex jitlob reviżjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn,ordni ta’ tkeċċija, ordni ta' kustodja temporanja jew projbizzjoni ta' dħul mill-ġdid.

Ġustifikazzjoni

Kwalunkwe persuna miżmuma f'detenzjoni għandha tkun awtorizzata li tagħmel appell, fuq il-bażi ta' liema appell, qorti għandha tiddetermina jekk id-detenzjoni tal-persuna hix legali jew le u jekk hija illegali tordna il-ħelsien tagħha. B'mod simili, għandu jkun possibbli li wieħed jappella kontra projbizzjoni ta' dħul mill-ġdid minħabba l-implikazzjonijiet drammatiċi li jista' jkollha.

Emenda 52

Artikolu 12, paragrafu 3

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadin tal-pajjiż terz konċernat ikollu l-possibbiltà li jirċievi pariri, rappreżentazzjoni legali u, fejn ikun meħtieġ, għajnuna lingwistika. Għajnuna legali għandha tingħata lil dawk li ma jkollhomx mezzi biżżejjed, fil-każijiet fejn din l-għajnuna hija neċessarja sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadin tal-pajjiż terz konċernat ikollu l-possibbiltà li jirċievi pariri, rappreżentazzjoni legali u, fejn ikun meħtieġ, għajnuna lingwistika. Għajnuna legali għandha tingħata lil dawk li ma jkollhomx mezzi biżżejjed, bi qbil ma' l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 biex jitjieb l-aċċess għall-ġustizzja f'tilwimiet transkonfinali billi jiġu stabbiliti regoli minimi komuni relatati ma' għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn1.

_______________________

1ĠU L 26, 31.1.2003, p. 41.

Emenda 53

Artikolu 13, paragrafu 1

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta’ reżidenza ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li d-deċiżjoni tar-ritorn tagħhom tkun ġiet posposta, jew li ma jistgħux ikunu mkeċċija għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva ma jkunux agħar minn dawk stipulati fl-Artikoli 7 u 10, l-Artikolu 15 u l-Artikoli 17 u 20 tad-Direttiva 2003/9/KE.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta’ residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li d-deċiżjoni tar-ritorn tagħhom tkun ġiet posposta, jew li ma jistgħux ikunu mkeċċija għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva ma jkunux agħar minn dawk stipulati fl-Artikoli 7 u 10, l-Artikolu 15 u l-Artikoli 17 u 20 tad-Direttiva 2003/9/KE. L-istess kundizzjonijiet għandhom jingħataw lil ċittadini ta’ pajjiż terz matul il-perjodu tat-tluq volontarju u lil ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu qed jistennew ir-riżultat ta’ proċeduri ta’ appell.

Emenda 54

Artikolu 13, paragrafu 2

2. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-persuni msemmija fil-paragrafu 1 konferma bil-miktub li l-infurzar tad-deċiżjoni tar-ritorn ikun ġiet pospost għal perjodu speċifiku jew li l-ordni tat-tkeċċija ma tkunx se tiġi infurzata għal żmien temporanju.

2. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-persuni msemmija fil-paragrafu 1 konferma bil-miktub b’lingwa li huma jifhmu jew li wieħed jassumi b’mod raġonevoli li jifhmu li l-infurzar tad-deċiżjoni ta' ritorn ikun ġiet pospost għal perjodu speċifiku jew li l-ordni tat-tkeċċija ma tkunx se tiġi infurzata għal żmien temporanju.

Emenda 55

Artikolu 14, paragrafu 1

1. Fejn ikun hemm raġunijiet serji li jagħtu x’wieħed x’jifhem li jkun hemm riskju li individwu jinħeba u fejn ma jkunx biżżejjed li jkunu applikati miżuri li jirrekjedu anqas forza, bħal ma huma li wieħed jirrapporta b’mod regolari lill-awtoritajiet, id-depożitu ta’ garanzija finanzjarja, l-għoti ta’ dokumenti, obbligu li wieħed joqgħod f'post jew miżuri oħra biex jitwarrab dak ir-riskju, l-Istati Membri għandhom iżommu f’kustodja temporanja liċ-ċittadin tal-pajjiż terz, li jkun suġġett ta’ ordni ta’ tkeċċija jew deċiżjoni tar-ritorn.

1. 1. Fejn awtorità ġudizzjarja jew entità kompetenti jkollha raġunijiet serji li jagħtu x’wieħed x’jifhem li jkun hemm riskju li individwu jinħeba, li hu theddida ppruvata għall-ordni pubblika, għas-sigurtà pubblika jew għas-sigurtà nazzjonali u fejn ma jkunx biżżejjed li jkunu applikati miżuri li jirrekjedu anqas forza, bħal ma huma li wieħed jirrapporta b’mod regolari lill-awtoritajiet, id-depożitu ta’ garanzija finanzjarja, l-għoti ta’ dokumenti, obbligu li wieħed joqgħod f'post jew miżuri oħra biex jitwarrab dak ir-riskju, l-Istati Membri jistgħu jżommu f’kustodja temporanja liċ-ċittadin tal-pajjiż terz, li hu jew se jkun suġġett ta’ deċiżjoni ta’ ritorn jew ordni ta’ tkeċċija.

Emenda 56

Artikolu 14, paragrafu 2

2. L-ordinjiet tal-kustodja temporanja għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet ġudizzjarji. F’każijiet urġenti dawn jistgħu jinħarġu mill-awtoritajiet amministrattivi, f’liema każ l-ordni ta’ kustodja temporanja għandha tkun ikkonfermata mill-awtoritajiet ġudizzjarji fi żmien 72 siegħa mill-bidu tal-kustodja temporanja.

2. L-ordnijiet tal-kustodja temporanja għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji. Jekk huma jkunu nħarġu mill-awtoritajiet amministrattivi, l-ordnijiet ta’ kustodja temporanja għandhom ikunu suġġetti għal evalwazzjoni mill-awtoritajiet ġudizzjarji fi żmien 48 siegħa mill-bidu tal-kustodja temporanja.

Emenda 57

Artikolu 14, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Ordnijiet ta' kustodja temporanja għandhom jgħidu r-raġunijiet skond il-fatti u skond il-liġi u għandhom jinħarġu bħala att separat mir-ritorn jew mid-deċiżjoni ta' tkeċċija.

Ġustifikazzjoni

Dan hu standard ġenerali fil-liġi ta' l-amministrazzjoni pubblika u jevita ordnijiet arbitrarji u ħruġ awtomatiku.

Emenda 58

Artikolu 14, paragrafu 4

4. Il-kustodja temporanja tista’ tiġi estiża mill-awtoritajiet ġudizzjarji għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur.

imħassar

Emenda 59

Artikolu 14, paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a. Il-kustodja temporanja għandha tinżamm għal perjodu li jkun twil kemm hemm bżonn biex tkun żgurata tkeċċija b’suċċess. Il-kustodja temporanja għandha tkun iġġustifikata biss sakemm ikunu qed isiru l-arranġamenti ta’ tkeċċija. Meta jidher li t-tkeċċija f’perjodu ta’ żmien raġonevoli ma tkunx realistika għal kwistjonijiet legali jew oħra, il-kustodja temporanja ma tibqax iġġustifikata.

Emenda 60

Artikolu 14, paragrafu 4 b (ġdid)

 

4b. L-Istati Membri għandhom jipprovdu perjodu ta’ tliet xhur li warajh il-kustodja temporanja ma tibqax tkun iġġustifikata. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu dan il-perjodu jew jestendu dan il-perjodu sa 18-il xahar f’każijiet li fihom minkejja l-isforzi raġonevoli kollha l-operazzjoni ta’ tkeċċija x’aktarx tkun se ddum iktar minħabba nuqqas ta’ koperazzjoni min-naħa taċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat jew minħabba dewmien biex tinkiseb id-dokumentazzjoni neċessarja minn pajjiżi terzi jew jekk il-persuna kkonċernata tirrappreżenta theddida ppruvata għall-ordni pubblika, għas-sigurta pubblika u għas-sigurtà nazzjonali.

Emenda 61

Artikolu 14, paragrafu 4 c (ġdid)

 

4c. Il-kustodja temporanja għandha tispiċċa fil-każ li t-tkeċċija tkun impossibbli. Dan il-paragrafu ma japplikax għal kriminali kkundannati.

Emenda 62

Artikolu 15, paragrafu 1

1. L-Istati Membri għandhom jaraw li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu miżmuma f’kustodja temporanja jkunu trattati b’mod uman u dinjituż fir-rispett tad-drittijiet fundamentali tagħhom u b’konformità mal-liġi internazzjonali u nazzjonali. Meta mitluba, dawn għandhom bla dewmien jitħallew jistabbilixxu kuntatt ma’ rappreżentanti legali, membri tal-familja u awtoritajiet konsulari kompetenti, kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet non-governattivi u internazzjonali relevanti.

1. L-Istati Membri għandhom jaraw li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu miżmuma f’kustodja temporanja jkunu trattati b’mod uman u dinjituż b'osservazzjoni tad-drittijiet fundamentali tagħhom u b’konformità mal-liġi internazzjonali u nazzjonali. Mal-wasla fil-faċilitajiet ta' kustodja temporanja, dawn għandhom ikunu infurmati li huma jistgħu bla dewmien jistabbilixxu kuntatt ma’ rappreżentanti legali, membri tal-familja u awtoritajiet konsulari kompetenti, kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi rilevanti. Il-kundizzjonijiet ta' kustodja temporanja għandhom ikunu ssorveljati mill-awtoritajiet ġudizzjarji.

Emenda 63

Artikolu 15, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet biex ċittadini ta' pajjiżi terzi jibqgħu f'kustodja temporanja mhumiex inqas favorevoli minn dawk stabbiliti fl-Artikoli minn 8 sa 10 u minn 17 sa 20 tad-Direttiva 2003/9/KE.

Ġustifikazzjoni

Din hija salvagwardja addizzjonali minbarra affarijiet oħrajn tipprovdi d-dritt ta' l-unità tal-familja. Id-dritt għall-għajnuna medika huwa garantit, kif ukoll id-dritt għall-edukazzjoni tat-tfal. Id-dritt għall-iskola u għall-edukazzjoni huwa msemmi u huma elenkati fid-dettall fid-Direttiva msemmija. Is-salvagwardji għall-persuni vulnerabbli huma msemmija u elaborati f'din id-Direttiva. Ir-'rapporteur' iqis li huwa meħtieġ li dawn il-garanziji ddettaljati jiżdiedu sabiex ikunu żgurati u provduti salvagwardjiu drittijiet ċari għal ċittadin ta' pajjiż terz li għandu jiġi rritornat. Hemm inkluż ukoll li l-vittmi ta' tortura għandhom jingħataw kura xierqa u jiġu trattati tajjeb. Sabiex ikun żgurat li l-aħjar interess tal-persuni li qed jiġu rritornati jkun ikkunsidrat u garantit, ir-Rapporteur iqis neċessarju li dawn l-Artikoli jkun elenkati fid-dettall.

Emenda 64

Artikolu 15, paragrafu 2

2. Il-kustodja temporanja għandha tkun f’faċilitajiet maħsuba apposta għal dan il-għan. Meta Stat Membru ma jkunx jista’ jipprovdi akkomodazzjoni f’faċilità apposta għall-kustodja temporanja u jkollu juża l-faċilitajiet tal-ħabs, għandu jara li ċ-ċittadini tal-pajjiż terz li jkunu qed jinżammu f’kustodja temporanja jkunu dejjem miżmuma fiżikament separati mill-priġunieri normali.

2. Id-detenzjoni għandha ssir f'ċentri ta' detenzjoni speċjalizzati Meta Stat Membru ma jkunx jista’ jipprovdi akkomodazzjoni f’faċilità apposta għad-detenzjoni u għalhekk ikollu juża l-faċilitajiet tal-ħabs, għandu jiżgura li ċ-ċittadini tal-pajjiż terz li jkunu qed jinżammu f’detenzjoni jkunu dejjem miżmuma fiżikament separati mill-priġunieri normali.

Ġustifikazzjoni

Jekk ikun bżonn li wieħed jirrikorri għall-użu ta' ħabsijiet, dan għandu jsir b'mod li tkun żgurata s-separazzjoni stretta tal-persuni detenuti mill-priġunieri normali.

Emenda 65

Artikolu 15, paragrafu 4

4. L-Istati Membri għandhom jaraw li organizzazzjonijiet internazzjonali u non-governattivi jkollhom il-possibbiltà li jżuru l-faċilitajiet tal-kustodja temporanja biex ikun evalwat kemm il-kundizzjonijiet tal-kustodja temporanja jkunu xierqa. Żjarat bħal dawn jistgħu ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni.

4. 4. L-Istati Membri għandhom jaraw li organizzazzjonijiet nazzjonali, internazzjonali u mhux governattivi rilevanti bħall-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) jingħataw aċċess biex iżuru l-bini tal-kustodja temporanja biex ikun evalwat kemm il-kundizzjonijiet tal-kustodja temporanja jkunu xierqa u biex ikunu megħjuna l-persuni miżmuma taħt detenzjoni, f’konformità mar-regoli internazzjonali u nazzjonali.

Emenda 66

Artikolu 15, paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu u jippubblikaw standards minimi fil-livell nazzjonali għal kodiċi ta’ kondotta komuni dwar proċeduri fiċ-ċentri ta’ kustodja temporanja.

Emenda 67

Artikolu 15 a (ġdid)

 

Artikolu 15a

 

Kundizzjonijiet ta’ kustodja temporanja għat-tfal u l-familji

 

1. Tfal mal-familji għandhom jinżammu f'kustodja temporanja biss meta ma jkunx hemm alternattiva oħra u għall-inqas perjodu ta’ żmien xieraq.

 

2. Tfal mal-familji miżmuma f'kustodja temporanja sakemm issir it-tkeċċija, għandhom jingħataw akkomodazzjoni separata li tiggarantixxi privatezza adegwata.

 

3. Tfal, kemm jekk miżmuma f'kustodja temporanja u kemm jekk le, għandu jkollhom dritt għall-edukazzjoni u dritt għall-ħin liberu, inkluż dritt li jilagħbu u li jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ divertiment adattati għall-età tagħhom. Il-provediment ta’ l-edukazzjoni għandu jkun suġġett għat-tul ta’ żmien tar-residenza tagħhom.

 

4. Tfal mhux akkumpanjati għandhom jingħataw akkomodazzjoni f’istituzzjonijiet li jkollhom in-nies u l-faċilitajiet adattati għall-ħtiġijiet ta’ persuni ta’ l-età tagħhom.

 

5. L-aħjar interess tat-tfal għandu jkun konsiderazzjoni primarja fil-kuntest tal-kustodja temporanja tat-tfal sakemm issir it-tkeċċija.

Emenda 68

Kapitolu V a, titolu (ġdid)

 

Kapitolu Va

OMBUDSMAN TAL-PARLAMENT EWROPEW GĦAL KWISTJONIJIET TA’ RITORN

Emenda 69

Artikolu 16 a (ġdid)

 

Artikolu 16a

 

L-istabbiliment ta’ Ombudsman tal-Parlament Ewropew għal kwistjonijiet ta’ ritorn

 

1. Sabiex ikun żgurat ritorn effiċjenti b’rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem, għandu jiġi stabbilit Ombudsman tal-Parlament Ewropew għal kwistjonijiet ta’ ritorn.

 

2. L-Ombudsman tal-Parlament Ewropew għal kwistjonijiet ta’ ritorn se jkollu d-drittijiet u d-dmirijiet li ġejjin:

 

(a) iwettaq spezzjonijiet għalgħarrieda fi kwalunkwe ħin;

 

(b) jiġbor informazzjoni u rapporti dwar tkeċċijiet konġunti u fejn xieraq jagħmel rakkomandazzjonijiet;

 

(c) jitlob lill-Istati Membri fi kwalunkwe ħin għal informazzjoni jew kjarifika dwar il-proċess ta’ ritorn.

Emenda 70

Artikolu 17, subparagrafu 2

Il-Kummissjoni għandha tħejji l-ewwel rapport mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 18 (1).

Il-Kummissjoni għandha tħejji l-ewwel rapport sentejn wara d-data msemmija fl-Artikolu 18 (1), u wara dak ir-rapport, darba kull sentejn.

Ġustifikazzjoni

Minħabba s-sinifikat ta' din id-Direttiva u l-impatt tagħha fuq numru kbir ta' nies, huwa importanti li jsiru evalwazzjonijiet b'mod aktar regolari

Emenda 71

L-Artikolu 17, subparagrafu 2 a (ġdid)

 

L-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għandha tagħti attenzjoni speċjali lill-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva meta implimentata mill-Istati Membr.

Ġustifikazzjoni

Il-konformità mad-drittijiet tal-bniedem u mad-diversi konvenzjonijiet internazzjonali, hija kwistjoni ta' importanza kbira b'konnessjoni ma' din id-Direttiva u għalhekk għandha tingħata attenzjoni sħiħa mill-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.

Emenda 72

Artikolu 17, subparagrafu 2 b (ġdid)

 

Għall-iskop ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt tal-politika ta' ritorn fuq il-persuni kkonċernati kif ukoll fuq il-pajjiż u s-soċjetà li fihom dawn il-persuni qed jiġu rritornati, il-persuni rritornati kollha għandhom ikunu rreġistrati u mmonitorjati bil-għan li tinġabar statistika skond ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar statistiċi tal-Komunità dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali1.

___________________

1ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23.

Emenda 73

Artikolu 18, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamentui u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva (mhux iktar minn 24 xahar wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea). Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamentui u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva (mhux iktar minn 18 xahar wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea). Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

  • [1]  Għadha mhux ippubblikata fil-GU.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Parlament proposta għal proċeduri komuni Ewropej għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fl-UE illegalment. Din hi l-ewwel darba li l-proċedura ta’ ko-deċiżjoni kienet tapplika għall-kunsiderazzjoni mill-Parlament ta’ abbozz ta’ direttiva għal proċedura komuni ta’ ritorn. Ir-rapporteur huwa konxju b’mod sħiħ tan-natura sensittiva ta’ din il-kwisjoni u tad-diffikulta li jinstab qafas legali komuni għar-ritorn ta’ l-immigranti illegali.

Huwa fatt li miljuni ta’ immigranti illegali qed jgħixu fl-Ewropa. Il-ħajja ta’ l-immigrant illegali hija form moderna ta’ skjavitù, u għaldaqstant għandha tiġi abolita. L-immigranti illegali m’għandhomx aċċess għas-servizzi tas-saħħa u ma jistgħux jinfurzaw id-drittijiet tagħhom fil-qrati, bħala eżempju, huma jkollhom joqogħdu għal kundizzjonijiet tax-xogħol li mhumiex diċenti. L-immigranti illegali huma tollerati b’mod taċitu għax huma meħtieġa fis-suq tax-xogħol, iżda m'huma intitolati għal ebda pensjoni fl-aħħar tal-ħajja tax-xogħol tagħhom li, min-naħa waħda huwa inuman għall-individwi konċernati u, min-naħa l-oħra jista’ jirrappreżenta sfida finanzjarja kbira għall-Istat Membru relevanti. Dawk li jfasslu l-politika Ewropea jridu jiddeċiedu li jagħtu l-permessi ta’ residenza lill-immigranti legali jew inkella li jibagħtuhom lura f’pajjiżhom. Primarjament huwa fl-interessi ta’ l-immigranti illegali nfushom li tinstab soluzzjoni għall-istejtus illegal tagħhom.

Id-direttiva tagħmilha ċara li l-immigranti illegali jridu jitilqu mill-Ewropa. Id-dover ta' din il-direttiva mhuwiex li tistabbilixxi l-illegalità, iżda sempliċiment li tiżgura proċedura ta’ ritorn trasparenti. Min-naħa l-oħra, għall-ewwel darba l-proċedura ta’ ritorn hija marbuta ma’ standards minimi sabiex tiżgura trattament uman. Il-koperazzjoni fil-livelli kollha tal-proċedura ta’ ritorn bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Istati Membri hija mtejba. Fost affarijiet oħra, inħoloq valur miżjud Ewropew. Il-proposta tintroduċi projbizzjoni fuq id-dħul mill-ġdid li hija valida fl-Ewropa kollha. Dan iżid il-valur għal Ewropa b’saħħitha li qed taħdem b’vuċi waħda. Madankollu, il-fokus ewlieni huwa r-ritorn voluntarju. L-Istati Membri jridu jistabbilixxu strutturi sabiex jappoġġaw ir-ritorn voluntarju.

Wieħed mill-objettivi ta’ l-emendi mressqa mir-rapporteur hu li jissaħħaħ l-irwol tal-Parlament bħala difensur tad-drittijiet tal-bniedem u ta' l-umanità. Għaldaqstant sar sforz sabiex il-proċedura ta’ ritorn titfassal b’mod umanitarju, iżda tmur lil hinn mill-istandards stipulati fil-proposta tal-Kummissjoni. Fl-emendi tiegħu, ir-rapporteur għaldaqstant jipproponi definizzjoni ta’ zoni ta’ tranżitu; dan għandu jevita kwalunkwe definizzjonijiet arbitrarji li joħolqu zoni b’vacuum legali.

Il-perjodu massimu ta’ kustodja temporanja huwa ristrett għal 12-il xahar. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw perjodi iqsar. Fir-rigward ta' l-immigranti illegali, fil-każijiet kemm ta' kustodja temporanja kif ukoll ta' ritorn, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu l-istandards minimi mandatorji ta’ kodiċi ta’ kondotta umanitarja. Dan hu fl-interess ta’ l-individwi li jkunu ser jiġu ritornati filwaqt li fl-istess ħin jipprovdi ċertezza legali għall-uffiċjali involuti, u b’hekk ineħħu n-nuqqas ta' ċertezza legali għaż-żewġ naħat fit-test tal-Kummissjoni.

L-irwol ta’ monitoraġġ ta’ l-organizzazzjonijiet mhux governattivi ġie mkabbar ukoll. Huma jitqiesu bħala msieħba fil-proċess ta' ritorn, u huma involuti kif jixraq. Il-pożizzjoni tagħhom hija msaħħa b’mod sinifikanti meta mqabbla mal-proposta tal-Kummissjoni. Fil-każ ta’ diżastru umanitarju, il-projbizzjoni fuq id-dħul mill-ġdid tista’ titneħħa għal ċerti reġjuni jew gruppi.

L-immigranti illegali li mhumiex responsabbli għal kwalunkwe miżuri ta' ritorn li jfallu, pereżempju jekk il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom ma jikkoperax, mgħandhomx jinżammu f’detenzjoni.

Il-kundizzjonijiet għat-tkeċċija tjiebu b’mod sinifikanti. Ċentri tat-tkeċċija jiddistingwu ruħhom b’mod ċar mill-ħabsijiet tradizzjonali.

Punt importanti ieħor għar-rapporteur kien li jelimina miżuri kollettivi ta’ tkeċċija. Huwa stipulat b’mod ċar li l-miżuri ta’ tkeċċija jridu jsiru fuq bażi individwali.

Ġie stabbilit Ombudsman tal-Parlament Ewropew għar-ritorn. Id-doveri tiegħu huma definiti b’mod ċar, u ingħata setgħat li jagħmluh imsieħeb sħiħ fil-proċess ta’ ritorn.

Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ l-abbozz ta’ direttiva, l-implimentazzjoni prattika għandha tibqa’ kwistjoni għall-awtoritajiet nazzjonali. Ir-rapporteur għaldaqstant jikkunsidra l-emendi li ġejjin bħala titjib sostanzjali mis-sitwazzjoni eżistenti.

Ir-riskju li dawn il-persuni jaħarbu jagħti lok għal kustodja temporanja, u dan ġie definit b’mod ċar. Jekk ikun hemm theddida għas-sigurtà pubblika, irid ikun hemm il-possibilità ta’ kustodja temporanja. Il-projbizzjoni Ewropea ta' dħul mill-ġdid tista’ tiġi estiża jekk it-theddida għas-sigurtà pubblika tkompli teżisti. Projbizzjoni Ewropea ta' dħul mill-ġdid tagħmel sens biss jekk l-awtoritajiet konċernati jkunu konxji dwarha. Konsegwentement, trid tiġi rrekordjata fl-SIS u fil-VIS. Dan mhux biss jipprovdi informazzjoni reċiproka lill-Istati Membri iżda wkoll iħaffef il-piż tax-xogħol, u huwa titjib prattiku għall-awtoritajiet involuti.

L-objettiv u t-titlu tad-Direttiva huwa r-ritorn ta' residenti illegali. Konsegwentement, huwa propost li l-proċeduri eżistenti tal-fruntieri jkunu esklużi mid-direttiva. Il-proċeduri tal-fruntiera jinvolvu li jkun stabbilit jekk persuna tistax tidħol f’pajjiż jew le, u r-riżultat ta’ deċiżjoni negattiva hu li wieħed ma jidħolx, li m’għandha x’taqsam xejn mal-politika ta' ritorn.

OPINJONI TAL-MINORANZA (Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, u minħabba li r-rapporteur iħoss li proċess armonizzat komuni ta' ritorn jipprovdi valur miżjud għall-Ewropa kollha kemm hi u għal dawk kollha li huma involuti, ir-rapporteur jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni għall-introduzzjoni tad-direttiva. Il-ħolqien ta' qafas legali komuni sabiex jintlaħqu l-objettivi proposti jagħmel sens.12.9.2007)

skond l-Artikolu 48(3) tar-Regoli ta’ Proċedura

Giusto Catania

Aħna nirrifjutaw ir-rapport tas-Sur Weber għax iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, bħala ċittadini tal-Komunità, ma għandhomx jiċċaħdu mil-libertà personali tagħhom jew jingħataw sentenza ta' ħabs bħala kastig minħabba ksur amministrattiv.

Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jistgħu jgħaddu minn kustodja temporanja biss jekk jgħaddu minn proċess ġudizzjarju għal atti kriminali li jkunu saru fil-konfini ta' l-Unjoni Ewropea u, fi kwalunkwe każ, bl-istess garanziji ġudizzjarji u proċedurali provduti liċ-ċittadini ta' l-UE.

Barra minn hekk, aħna nemmnu li 18 -il xahar ta' detenzjoni għal migranti huma inutli, eċċessivi u jaffettwaw ħafna il-libertà personali kif imħarsa mill-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. Detenzjoni ta' 18 -il xahar għal persuni li ma kkommettewx att kriminali, de facto, ifisser li jkun ġie lleġittimizzat paradoss legali.

Detenzjoni prolongata u mhux iġġustifikata ta' persuni f'kundizzjonijiet terribbli bħal dawk f'xi ċentri ta' detenzjoni Ewropej, li l-Kumitat LIBE stess żar, ma għandha tkun awtorizzata qatt mil-leġiżlazzjoni Ewropea tagħna.

Barra minn hekk, aħna nqisu li evalwazzjoni fil-fond ta' l-utilità u l-konsegwenzi tad-detenzjoni ta' migranti f'dawk iċ-ċentri hija urġenza kbira.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (28.4.2006)

f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment
(COM(2005)0391 – C6‑0266/2005 – 2005/0167(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Panagiotis Beglitis

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Parlament Ewropew konsistentement u bil-qawwa kollha appoġġja r-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem fl-aspetti kollha ta' l-affarijiet ta' l-UE. Għalhekk jistenna li l-proposta preżenti hija konformi mal-prinċipji stabbiliti u mal-linji gwida applikabbli għal-leġiżlazzjoni ta' l-UE. Il-fokus ewlieni ta' l-Opinjoni preżenti huwa biex l-Opinjoni tagħti d-dispożizzjonijiet tagħha f'dan id-dawl u fejn ikun neċessarju biex tipproponi emendi li se jsaħħu d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem.

L-oġġettiv imsemmi ta’ din il-proposta huwa "biex tipprovdi regoli komuni ċari, trasparenti u ġusti dwar ir-ritorn, it-tkeċċija, l-użu ta’ miżuri li jinkludu l-forza, il-kustodja temporanja u d-dħul mill-gdid, li jikkunsidra b'mod sħiħ ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tal-persuni kkonċernati".

Kif tistabbilixxi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, il-proposta hija bbażata fuq xogħol preparatorju estensiv li sar fuq numru ta' snin. Madanakollu, il-Kummissjoni ma tagħti l-ebda indikazzjoni dwar id-dimensjonijiet ta' din il-kwistjoni. Huwa importanti li din il-miżura titpoġġa fil-kuntest xieraq tagħha, billi jingħataw statistiċi rilevanti dwar in-numru ta' persuni rritornati fl-2005 u dwar it-tendenzi fis-snin riċenti.

Fl-isfond ta' l-appoġġ li l-Parlament Ewropew dejjem ta minn żmien twil ilu lin-normi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-kunsiderazzjonijiet umanitarji fil-proposta hija milqugħa. Ikun verament apprezzat li tingħata b'mod partikolari attenzjoni speċjali lis-sitwazzjoni tat-tfal, u li l-prinċipju legali kruċjali ta' l-aħjar interessi tat-tfal ikun imsemmi b'mod espliċitu (Premessa 18; Art. 5). Id-dispożizzjoni ta' evalwazzjoni minn qabel tal-kundizzjonijiet li probabbli se jintbagħtu lura fihom it-tfal, hija innovazzjoni importanti wkoll. Il-proposta tirrakkomanda wkoll li l-Istati jistgħu jużaw id-diskrezzjoni tagħhom li jipproċedux b'ritorn sfurzat. Ir-riferenza għall-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni (Premessa 17) hija milqugħa wkoll.

Il-pożizzjoni stabbilita tal-Parlament hija wkoll biex tappoġġja l-prinċipju li ħadd ma jiġi rritornat lura f'sitwazzjoni ta' periklu Il-prinċipju ta' non-refoulement huwa kkodifikat fil-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, u huwa rekwiżit li jorbot lill-UE u l-Istati Membri tagħha. Huwa importanti li l-proposta preżenti ma tippermettix ritorn sfurzat f'pajjiż fejn hemm possibilità kredibbli li l-ħajja ta' l-individwu jew l-integrità fiżika tiegħu jkunu f'riskju (Art. 6 & 7).

Huwa importanti li wieħed iżomm f'moħħu il-kuntest politiku iktar wiesa'. Ir-relazzjonijiet politiċi barranin tagħna għandhom jinkorporaw strateġiji li jnaqqsu l-inċentiv għall-immigrazzjoni illegali fl-UE.

Kull ritorn sfurzat individwali jinvolvi kuntatti mal-pajjiż terz ikkonċernat; għandha tittieħed l-attenzjoni meħtieġa biex ikun żgurat li kull każ ikun trattat fi spirtu ta' koperazzjoni.

Il-fatt li din il-proposta taffettwa l-Ftehima ta' Schengen tfisser ukoll li l-opinjonijiet ta' l-Istati li huma membri tas-Schengen iżda mhumiex membri ta' l-UE għandhom jingħataw kunsiderazzjoni xierqa wkoll.

Numru ta' aspetti tal-proposta preżenti huma iktar rilevanti għall-politiki interni milli għall-politika barranija; dawn jinkludu d-dispożizzjonijiet dwar proċeduri ta' appelli ġudizzjarji (Art 9); dwar il-kwistjoni ta' rilaxx u arrest mill-ġdid biex jiġu evitati l-limiti ta' terminu (cf. Art. 14); u dwar il-kwistjoni ta' proċeduri ta' appell għall-projbizzjoni ta' dħul mill-ġdid.

Il-frekwenza ta' kemm -il darba jsir rappurtaġġ lura lill-Parlament Ewropew tħalliet miftuħa; hemm każ biex tkun inkluża frekwenza speċifika, pereżempju sentejn jew tliet snin (Art. 17).

L-arranġamenti għal assistenza konsulari u legali u għal faċilitajiet ta' traduzzjoni, jixirqulhom ukoll attenzjoni mill-qrib.

Fl-aħħarnett, għandu jkun ikkunsidrat it-tisħiħ tar-riferenzi eżistenti fil-proposta għall-istandards legali internazzjonali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill- Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Text proposed by the CommissionEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa -1 (ġdida)

 

(-1) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni Ewropea ta' l-1950 dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1951 dwar l-Istejtus tar-Refuġjati, kif emendat mill-Protokoll ta' l-1989, u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal, kollha jenfasizzaw l-importanza fundamentali ta' l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

Ġustifikazzjoni

Dawn ir-referenzi huma miżjuda biex jenfasizzaw l-importanza fundamentali ta' l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

Emenda 2

Premessa 18

(18) F’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal ta’ l-1989, “l-aħjar interessi tat-tfal” għandhom ikunu kunsiderazzjoni ewlenija għall-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva. F’konformità mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, ir-rispett għall-ħajja tal-familja għandu jkun kunsiderazzjoni primarja għall-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva.

(18) B’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal ta’ l-1989, “l-aħjar interessi tat-tfal” għandhom ikunu kunsiderazzjoni ewlenija għall-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva. B’konformità mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, ir-rispett għall-ħajja tal-familja għandu jkun kunsiderazzjoni primarja għall-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Dan hu maħsub biex jenfasizza l-importanza ta' l-aħjar interessi tat-tfal.

Emenda 3

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistipula prinċipji komuni u proċeduri li għandhom ikunu applikati fl-Istati Membri biex jiġu rritornati ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, skond id-drittijiet fundamentali bħala prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità kif ukoll tal-liġi internazzjonali, inkluż il-ħarsien tar-refuġjati u l-obbligi dwar id-drittijiet tal-bniedem.

Din id-Direttiva tistipula prinċipji komuni u proċeduri li għandhom ikunu applikati fl-Istati Membri biex jiġu rritornati ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jibqgħu legalment fil-pajjiż skond id-drittijiet fundamentali bħala prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità kif ukoll tal-liġi internazzjonali, inkluż il-ħarsien tar-refuġjati u l-obbligi dwar id-drittijiet tal-bniedem.

Emenda 4

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b)

(b) li b'xi mod ikunu qed joqogħdu b’mod illegali fit-territorju ta’ Stat Membru.

(b) li għal raġunijiet oħra ma jissodisfawx jew ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jibqgħu legalment fit-territorju ta' Stat Membru.

Emenda 5

Artikolu 3, punt (b)

(b) ‘reżidenza illegali’ tfisser il-preżenza fuq it-territorju ta’ Stat Membru ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax jew li m’għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet biex jgħix jew joqogħod f’dak l-Istat Membru;

(b) ‘residenza illegali’ tfisser il-preżenza fit-territorju ta’ Stat Membru ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li ma jissodisfawx jew li m’għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jgħixu jew joqogħdu f’dak l-Istat Membru;

Emenda 6

Artikolu 5

Meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni t-tip u s-saħħa tar-relazzjonijiet familjari taċ-ċittadin tal-pajjiż terz, kemm ikun ilu fl-Istat Membru u jekk għandux xi rabtiet familjari, kulturali u soċjali mal-pajjiż minn fejn joriġina. Għandhom ukoll jieħdu f’kunsiderazzjoni l-aħjar interessi tat-tfal skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, ta' l-1989.

Meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw it-tip u s-saħħa tar-relazzjonijiet familjari taċ-ċittadin tal-pajjiż terz, kemm ikun ilu fl-Istat Membru u jekk għandux xi rabtiet familjari, kulturali u soċjali mal-pajjiż minn fejn joriġina. B'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal, l-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu konsiderazzjoni primarja.

Ġustifikazzjoni

Dan hu maħsub biex jenfasizza l-importanza ta' l-aħjar interessi tat-tfal.

Emenda 7

Artikolu 8, paragrafu 2, punt (c a) (ġdid)

 

(ca) rifjut mill-pajjiż li fih għandu jkun trasportat ċittadin ta' pajjiż terz biex jilqa' lil dan iċ-ċittadin.

Emenda 8

Artikolu 11, paragrafu 2

L-Istati Membri għandhom jagħtu, meta hekk mitluba, traduzzjoni miktuba jew bil-fomm tal-punti prinċipali tad-deċiżjoni tar-ritorn u/jew ta’ l-ordni tat-tkeċċija f’lingwa li ċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikun raġjonevolment mistenni li jifhem.

L-Istati Membri għandhom jagħtu, meta jintalbu, traduzzjoni miktuba jew bil-fomm tal-punti prinċipali tad-deċiżjoni ta'ritorn u/jew ta’ l-ordni tat-tkeċċija b’lingwa li ċ-ċittadin tal-pajjiż terz jifhem.

Ġustifikazzjoni

Dan huwa maħsub biex jiżgura li l-informazzjoni relevanti u d-deċiżjonijiet huma kkomunikati b'lingwa li l-individwu kkonċernat jifhem.

Emenda 9

Artikolu 15, paragrafu 1

L-Istati Membri għandhom jaraw li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu miżmuma f’kustodja temporanja jkunu trattati b’mod uman u dinjituż fir-rispett tad-drittijiet fundamentali tagħhom u b’konformità mal-liġi internazzjonali u nazzjonali. Meta mitluba, dawn għandhom bla dewmien jitħallew jistabbilixxu kuntatt ma’ rappreżentanti legali, membri tal-familja u awtoritajiet konsulari kompetenti, kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet non-governattivi u internazzjonali relevanti.

L-Istati Membri għandhom jaraw li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu miżmuma f’kustodja temporanja jkunu trattati b’mod uman u dinjituż fir-rispett tad-drittijiet fundamentali tagħhom u b’konformità mal-liġi internazzjonali u nazzjonali. Huma għandhom jingħataw parir dwar id-drittijiet tagħhom li jkollhom kuntatt ma' rappreżentant legali, mal-membri tal-familja u ma' l-awtoritajiet konsulari kompetenti, u fuq talba għandhom ikunu jistgħu mingħajr dewmien jistabbilixxu kuntatt ma' dawk il-persuni kif ukoll ma' dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżit li individwi għandhom ikunu mgħarrfin dwar id-driitijiet tagħhom li jkollhom għajnuna legali u mill-konsolat, għandha tkun speċifikata

Emenda 10

Artikolu 15, paragrafu 3

3. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għas-sitwazzjoni ta’ persuni vulnerabbli. L-Istati Membri għandhom jaraw li l-minuri ma jinżammewx f’akkomodazzjoni komuni f’ħabs. Minuri li ma jkollhomx adulti magħhom għandhom jinżammu separati mill-adulti sakemm ma jkunx meqjus li jkun fl-aħjar interess tat-tifel/tifla li ma jsirx hekk.

3. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għas-sitwazzjoni ta’ persuni vulnerabbli. L-Istati Membri għandhom jaraw li l-minuri ma jinżammewx f’akkomodazzjoni komuni f’ħabs. Minuri li ma jkunux akkumpanjati, għandhom jinżammu separati mill-adulti sakemm ma jkunx meqjus li jkun fl-aħjar interess tat-tifel/tifla li ma jsirx hekk. Detenzjoni għandha tkun l-aħħar alternattiva possibbli biss u għandha tkun għall-iqsar żmien possibbli;

Ġustifikazzjoni

Dan huwa sabiex ikun enfasizzat prinċipju legali importanti. Sabiex jinżamm ir-rikonoxximent ta' l-aħjar interessi tat-tfal, għandu jkun enfasizzat il-prinċipju li t-tfal ma għandhomx jinżammu f'detenzjoni sakemm ma jkunx hemm raġunijiet kostrinġenti biex isir dan.

Emenda 11

Article 17, paragraph 1

Il-Kummissjoni għandha minn żmien għal żmien tħejji rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-mod kif qed tkun applikata din id-Direttiva fl-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, tipproponi emendi.

Il-Kummissjoni għandha minn żmien għal żmien tħejji rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-mod kif qed tkun applikata din id-Direttiva fl-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, tipproponi emendi. Rapporti bħal dawn għandhom jinkludu dettalji dwar in-numru u n-nazzjonalitajiet tal-persuni li kienu suġġetti għal ritorn sfurzat.

Ġustifikazzjoni

Informazzjoni ta' statistika ddettaljata kemm dwar id-dimensjonijiet attwali tal-problema u kemm dwar it-tendenzi osservati fis-snin riċenti, hija neċessarja sabiex tkun possibbli evalwazzjoni effettiva ta' miżuri ta' politika f'dan il-qasam u tista' tintuża wkoll fl-analiżi tal-benefiċċju meta mqabbel ma' l-ispejjeż.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment

Referenzi

(COM(2005)0391 – – C6-0266/2005 – 2005/0167(COD))

Kumitat responsabbli

LIBE

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET
29.9.2005

Koperazzjoni iktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Panagiotis Beglitis
19.10.2005

Eżami fil-kumitat

20.3.2006

25.4.2006

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

25.4.2006

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

41

4

3

Membri preżenti għall-vot finali

Panagiotis Beglitis, André Brie, Elmar Brok, Simon Coveney, Véronique De Keyser, Giorgos Dimitrakopoulos, Camiel Eurlings, Maciej Marian Giertych, Ana Maria Gomes, Alfred Gomolka, Richard Howitt, Toomas Hendrik Ilves, Ioannis Kasoulides, Joost Lagendijk, Vytautas Landsbergis, Cecilia Malmström, Francisco José Millán Mon, Pasqualina Napoletano, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Baroness Nicholson of Winterbourne, Justas Vincas Paleckis, Alojz Peterle, Tobias Pflüger, João de Deus Pinheiro, Mirosław Mariusz Piotrowski, Hubert Pirker, Paweł Bartłomiej Piskorski, Michel Rocard, Raül Romeva i Rueda, Libor Rouček, György Schöpflin, Gitte Seeberg, István Szent-Iványi, Konrad Szymański, Charles Tannock, Inese Vaidere, Ari Vatanen, Karl von Wogau, Luis Yañez-Barnuevo García

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Laima Liucija Andrikienė, Árpád Duka-Zólyomi, Glyn Ford, Milan Horáček, Tunne Kelam, Jaromír Kohlíček, Janusz Onyszkiewicz, Rihards Pīks, Aloyzas Sakalas

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP (22.6.2007)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment
(COM(2005)0391 – C6‑0266/2005 – 2005/0167(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Marie-Arlette Carlotti

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fil-qafas ta' din id-direttiva, il-Kummissjoni tipproponi l-implimentazzjoni progressiva ta' politika ta' ritorn komuni applikabli għal ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż irregolarment. L-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi b'mod effettiv għall-ħolqien ta' politika ta' ritorn ekwilibrata u ġusta għaliex hu meħtieġ li jkun hemm standards komuni dwar ir-ritorn, li jiggarantixxu ritorn xieraq u sikur taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż irregolarment. Barraminnhekk, politika ta' ritorn armonizzata progressivament għandha tkun ibbażata fuq regoli ċari, trasparenti, ġusti u kompatibbli mal-libertajiet fundamentali tal-persuni kkonċernati u mad-drittijiet tal-bniedem. Dan hu rikonoxxut mill-Kummissjoni. Madankollu, ċerti dispożizzjonijiet tal-proposta tad-direttiva ma jidhrux li jaqblu kompletament mal-prinċipju tal-proporzjonalità u mar-rispett lejn id-drittijiet fundamentali.

Barraminnhekk, politika ta' ritorn simili għandha tkun akkumpanjata minn miżuri li jippermettu lill-migranti aċċess għal żjarat regolari. Il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali għandha neċessarjament tiġi kompletata bil-ftuħ ta' metodi legali għall-migrazzjoni u l-irwol pożittiv tal-migranti għall-pajjiż ospitanti għandu jiġi rikonoxxut u mgħarraf. Fuq kollox, id-drittijiet tal-migranti għandhom jiġu rispettati - li wieħed imur minn pajjiż għall-ieħor huwa dritt fundamentali. Fost id-drittijiet, il-parteċipazzjoni fil-ħajja tas-soċjetà ospitatnti u possibilità effettiva ta' integrazzjoni għandhom verament jiġu kkunsidrati u promossi.

Huwa wkoll fundamentali li wieħed jagħraf u jippromwovi l-irwol tal-migranti fil-ġlieda kontra l-faqar u fl-iżvilupp. Għal din ir-raġuni, il-fenomenu migratorju għandu jiġi kkunsidrat fl-istrateġiji nazzjonali u internazzjonali għall-qerda tal-faqar fid-dawl tal-konkretizzazzjoni tal-Objettivi tal-Millenju. Dan jimplika li jiġu affrontati l-kawżi bażiċi tal-migrazzjoni skond il-prinċipju tas-solidarjetà u b'koperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi terzi u ma' l-organizzazzjonijiet reġjonali. L-għajnuna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw m'għandhiex tkun marbuta ma' klawsoli ta' dħul mill-ġdid u mal-prestazzjoni fl-immaniġġjar tal-flussi migratorji. Ir-responsabilità għall-migrazzjoni ma tistax tingħata lill-pajjiżi ta' l-oriġini u ta' tranżitu u b'mod partikolari lanqas lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

L-Unjoni Ewropea għandha tadotta risposta adegwata u konġunta għal dan il-fenomenu, li tinkludi miżuri ta' akkumpanjament u ta' integrazzjoni tal-migranti. Iktar preċiż fir-rigward tar-ritorn, ma jistgħux jiġu traskurati l-effetti psikoloġiċi tal-migrazzjoni u tat-tkeċċija.

Biex ikun assigurat li r-ritorn isir taħt kundizzjonijiet xierqa, jeħtieġ b'mod partikolari:

-    jiġi ppreferut ir-ritorn volontarju - il-migranti jingħataw perjodu raġonevoli biex jippreparaw proġett ta' ritorn taħt kundizzjonijiet tajba, li jimplika ċertu numru ta' garanziji matul dan il-perjodu - u jiġu evitati l-miżuri ta' tkeċċija;

-    tingħata informazzjoni preċiża, trasparenti, attwali u aċċessibli liċ-ċittadini minn pajjiżi terzi;

-    jingħataw garanziji proċedurali effettivi li jippermettu lill-migranti juru s-sitwazzjoni personali tagħhom u lill-awtoritajiet li jkollhom approċċ individwali; l-uffiċjali u l-imħallfin responsabbli għandhom jiġu mħarrġa fuq is-suġġett;

-    ma jintużawx miżuri ta' kustodja ħlief bħala l-aħħar tentattiv u jkun żgurat li l-perjodi ta' kustodja jibqgħu qosra, ikunu oġġettivament ġustifikati u kkontrollati ġudizzjarjament; ikun żgurat li l-kundizzjonijiet tal-kustodja jibqgħu xierqa u jirrispettaw id-drittijiet tal-migranti;

-    tkun preferuta l-integrazzjoni tal-migrant fil-pajjiż ta' l-oriġini u li l-proġett tar-ritorn tiegħu jkun akkumpanjat;

-    ikun evalwat l-impatt tal-politika ewropea tar-ritorn fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

L-Unjoni Ewropea għandu jkollha politika ta' ritorn ibbażata fuq il-prinċipju tas-solidarjetà u tal-qsim tar-responsabilità mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Għandha tkun konxja ta' l-effetti tal-politika tagħha fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u tar-riskju tar-refoulement u tadotta politika ta' migrazzjoni koerenti u orizzontali, fejn l-aspetti ta' l-iżvilupp jiġu kkunsidrati fl-oqsma kollha ta' azzjoni. Għandha tassigura wkoll li l-migranti li jirritornaw jagħmlu dan f'qafas ta' proġett sostenibbli, li jippermettilhom li jinserixxu lilhom infushom fil-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom u hemm jipparteċipaw fil-ħajja soċjali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill- Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[1]Emendi tal-Parlament

Emenda1

Titolu

Proposta għal direttiva tal-Parlament rigward standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment.

Proposta għal direttiva tal-Parlament rigward standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż irregolarmaent.

 

Jekk tiġi adottata din l-emenda tkun tapplika għall-verżjonijiet kollha f'kull lingwa li jużaw il-kelma "illegali" jew xi kelma oħra ekwivalenti.

Ġustifikazzjoni

L-iskop ta' din l-emenda huwa li flok il-kelma "illegali" fit-test tad-direttiva proposta tidħol il-kelma "irregolari".

Emenda 2

Konsiderazzjoni 1 a (ġdida)

 

– wara li kkunsidra l-prinċipji gwida tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar ir-ritorn infurzat (COM(2005)0040),

Emenda 3

Premessa 4

(4) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li reżidenza illegali titwettaq permezz ta’ proċedura ġusta u trasparenti.

(4) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tmiem għar-reżidenza illegali jitwettaq permezz ta’ proċedura ġusta u trasparenti imma qabel kollox għandhom jintervjenu fl-oriġini biex jevitaw li d-dħul ikun bilfors illegali (minħabba nuqqas ta' mezzi legali ta' dħul).

Ġustifikazzjoni

Ir-regolarizzazzjoni m'hix għajr miżura temporanja li tittieħed b'reazzjoni għal sitwazzjonijiet urġenti li jinħolqu minn politiki nazzjonali għall-immigrazzjoni. Mhix soluzjoni tajba fil-perspettiva twila għal problemi akbar bħalma huma politiki għall-immigrazzjoni meħudin minn approċċ Ewropew. Din iż-żieda hija għalhekk ġustifikata mill-ħtieġa li jiġi ppreċiżat u biex jissaħħaħ il-qafas ta' l-istrateġija attwali ta' l-Istati Membri għall-kwistjoni ta' l-immigrazzjoni.

Emenda 4

Premessa 5

(5) Bħala prinċipju ġenerali, għandha tkun applikata proċedura armonizzata f’żewġ passi, li tkun tinkludi deċiżjoni tar-ritorn bħala l-ewwel pass u, - fejn meħtieġ, - li tinħareġ ordni ta’ tkeċċija bħala t-tieni pass. Madankollu, biex kemm jista’ jkun jitnaqqas id-dewmien fil-proċedura, l-Istati Membri għandhom jitħallew li joħorġu sew deċiżjoni tar-ritorn kif ukoll ordni ta’ tkeċċija permezz ta’ att wieħed jew deċiżjoni waħda.

(5) Bħala prinċipju ġenerali, għandha tkun applikata proċedura armonizzata f’żewġ passi, li tkun tinkludi deċiżjoni tar-ritorn bħala l-ewwel pass u, - fejn meħtieġ, - li tinħareġ ordni ta’ tkeċċija bħala t-tieni pass. Madankollu, biex kemm jista’ jkun jitnaqqas id-dewmien fil-proċedura, l-Istati Membri għandhom jitħallew li joħorġu flimkien sew deċiżjoni tar-ritorn kif ukoll ordni ta’ tkeċċija imma permezz ta' żewġ atti jew deċiżjonijiet distinti, hekk li l-infurzar ta' l-att jew tad-deċiżjoni ta' tkeċċija jkunu suġġetti għal sospensjoni sakemm jiskadi l-perjodu taż-żmien biex ikun hemm ritorn volontarja.

Ġustifikazzjoni

Allavolja li għal raġunijiet prattiċi wieħed jifhem li l-att/deċiżjoni ta' tkeċċija għandhom jittieħdu flimkien ma' l-att/deċiżjoni għar-ritorn, huwa ta' importanza fundamentali li wieħed jinsisti fuq id-differenza bejniethom u dwar in-natura sekondarja tat-tkeċċija vis à vis ir-ritorn volontarju. Meżż faċli u prattiku biex tintwera din id-distinzjoni huwa li jkun hemm, talanqas formalment, żewġ atti/deċiżjonijiet li wieħed/waħda minnhom ikun/tkun suġġetta għal sospensjoni - għal tul l-iskadenza tal-perjodu għal ritorn volontarju.

Emenda 5

Premessa 6

(6) Fejn ma jkun hemm l-ebda raġuni għal xiex wieħed għandu jaħseb li dan ikun se jimmina l-iskop tal-proċedura tar-ritorn, għandu jkun ippreferut ir-ritorn voluntarju aktar milli ritorn bil-forza, u għandu jingħata żmien għat-tluq volontarju.

(6) (taħsira) Għandu jkun ippreferut ir-ritorn voluntarju aktar milli ritorn bil-forza, u għandu jingħata żmien għat-tluq volontarju.

Ġustifikazzjoni

L-ewwel parti tal-premessa hija vaga wisq u huwa importanti li wieħed jinsisti li r-ritorn volontarju filfatt għandu jingħata prijorità.

Emenda 6

Premessa 10

(10) L-effetti li jiġu minn miżuri nazzjonali dwar ir-ritorn għandhom jingħataw dimensjoni Ewropea billi tiġi stabbilita projbizzjoni ta’ dħul mill-ġdid li tkun tgħodd fit-territorju ta’ l-Istati Membri kollha.

(10) L-effetti li jiġu minn miżuri nazzjonali dwar ir-ritorn għandhom jingħataw dimensjoni Ewropea.

It-tul tal-validità tal-projbizzjoni ta’ dħul mill-ġdid għandu jkun determinat billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi relevanti kollha ta’ kull każ individwali u b’mod normali m’għandux ikun itwal minn 5 snin. F’każi ta’ theddida serja għall-politika pubblika jew għas-sigurtà pubblika, l-Istati Membri għandhom jitħallew jimponu projbizzjoni ta’ dħul mill-gdid itwal.

F’każi ta’ theddida serja għall-politika pubblika jew għas-sigurtà pubblika, l-Istati Membri jkunu jistgħu jimponu projbizzjoni ta’ dħul.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni ta' ripatriazzjoni, sussidjarjament ta' tkeċċija, tikkostitwixxi kastig biżżejjed għar-reżidenza illegali taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. Ħlief f'każi eċċezzjonali, jidher li jkun sproporzjonat li tiżdied projbizzjoni għal dħul mill-ġdid.

Emenda 7

Premessa 11

(11) L-użu tal-kustodja temporanja għandu jkun limitat u marbut mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-kustodja temporanja għandha tintuża biss jekk ikun hemm il-ħtieġa, biex jitnaqqas ir-riskju li jkun hemm min jinħeba u f’dawk il-każi fejn l-użu ta’ miżuri li jkunu jinħtieġu anqas forza ma jkunx biżżejjed.

(11) L-użu tal-kustodja temporanja għandu jkun limitat u marbut mal-prinċipju tal-proporzjonalità.. Il-kustodja temporanja għandha tintuża biss jekk ikun hemm il-ħtieġa, biex jitnaqqas ir-riskju serju li jkun hemm min jaħrab u f’dawk il-każi fejn l-użu ta’ miżuri li jkunu jinħtieġu anqas forza ma jkunx biżżejjed

Emenda 8

Premessa 15

(15) L-Istati Membri għandhom ikollhom aċċess ta’ malajr għall-informazzjoni dwar deċiżjonijiet ta’ ritorn, ordnijiet ta’ tkeċċija u projbizzjonijiet ta’ dħul mill-ġdid maħruġa minn Stati Membri oħra. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jsir skond [Deċiżjoni/Regolament ... dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tat-Tieni Ġenerazzjon tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II)]

(15) L-Istati Membri għandhom ikollhom aċċess ta’ malajr għall-informazzjoni dwar deċiżjonijiet ta’ ritorn, ordnijiet ta’ tkeċċija u projbizzjonijiet ta’ dħul mill-ġdid maħruġa minn Stati Membri oħra. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni, b'rispett għall-ħarsien sħiħ tal-ħajja privata u d-dejta personali, għandu jsir skond [Deċiżjoni/Regolament ... dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tat-Tieni Ġenerazzjon tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II)] L-aċċess u l-użu ta' din l-informazzjoni ikunu suġġett għal awtorizzazzjoni mill-awtorità ġudizzjarja u jkun limitat għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva.

Emenda 9

Premessa 17

(17) L-Istati Membri għandhom iwettqu d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, fatturi ġenetici, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, sħubija ta’ xi minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali.

(17) L-Istati Membri għandhom iwettqu d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, fatturi ġenetici, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, sħubija ta’ xi minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, b'rispett sħiħ tal-konvenzjonijiet internazzjonali u waqt li jiġi evitat kull trattament inuman u degradanti, u billi jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċità u l-ħtiġijiet ta' kull individwu.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li din id-Direttiva tkun aktar ċara dwar dak li jirrigwarda l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem.

Emenda 10

Premessa 18

(18) F’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal ta’ l-1989, “l-aħjar interessi tat-tfal” għandhom ikunu kunsiderazzjoni ewlenija għall-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva. F’konformità mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, ir-rispett għall-ħajja tal-familja għandu jkun kunsiderazzjoni primarja għall-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva.

(18) F’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal ta’ l-1989, “l-aħjar interessi tat-tfal” għandhom ikunu kunsiderazzjoni ewlenija għall-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttivajimplimentaw din id-Direttiva. Għalhekk, fl-Unjoni Ewropea jew f'postijiet finanzjati mill-Unjoni Ewropea u/jew fi kwalunke Stat Membru, il-minorenni m'għandhom qatt jinżammu f'ċentri ta' kustodja jew f'kundizzjoniiet fejn il-libertà tagħhom tkun imxekkla. F’konformità mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, ir-rispett għall-ħajja tal-familja għandu jkun kunsiderazzjoni primarja għall-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva.

Emenda 11

Premessa 19

(19) Din id-Direttiva għandha tkun applikata mingħajr preġudizzju għall-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjoni ta’ Ġinevra li għandha x’taqsam ma’ l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta’ Lulju, 1951, kif emendata mill-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar, 1967.

(19) Din id-Direttiva għandha tkun applikata mingħajr preġudizzju għall-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjoni ta’ Ġinevra li għandha x’taqsam ma’ l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta’ Lulju, 1951, kif emendata mill-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar, 1967. Hija għalhekk ipprojbita kull għamla ta' kustodja koersiva ta' refuġjati, ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom dritt għal protezzjoni umanitarja u ta' dawk li jitolbu ażil.

Ġustifikazzjoni

Din l-ispeċifikazzjoni hija applikabbli skond id-dispożizzjoni internazzjonali attwali

Emenda 12

Premessa 20 a (ġdida)

 

(20a) Din id-Diretiiva għandha l-iskop li tiddefinixxi politika għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu f'pajjiż illegalment li tkun ibbażata fuq is-solidarjetà u fuq il-qsim tar-risponsabbiltajiet mal-pajjiżi ta' oriġini.

Emenda 13

Artikolu 2, paragrafu 1

1. Din id-Direttiva tapplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru, jiġifieri

1. Din id-Direttiva tapplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru, jiġifieri li ma jissodisfawx jew li m'għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul kif imfissra fl-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen,

(a) li ma jissodisfawx jew li m'għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul kif imfissra fl-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, jew

 

(b) li b'xi mod ikunu qed joqogħdu b’mod illegali fit-territorju ta’ Stat Membru.

 

Ġustifikazzjoni

Għall-iskopijiet ta' l-istandards komuni f'dak li jirrigwarda l-politiki għar-ritorn, jeħtieġ li jidħlu dispożizzjonijiet speċifiċi għal dawk li jidħlu għall-ewwel darba fit-territorju ta' l-Unjoni Ewropea u għal dawk li xi wieħed mill-Istati Membri fl-imgħoddi tahom viża jew xi għamla simili ta' protezzjoni umanitarja. Jeħtieg li għal dan il-għan tiġi prevista direttiva speċifika għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li fl-imgħoddi jkunu bbenefikaw minn viża jew xi għamla simili ta' protezzjoni umanitarja.

Emenda 14

Artikolu 2, paragrafu 2

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex ma japplikawx din id-Direttiva lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jkunu tħallew jidħlu f’żona ta’ tranżitu ta’ Stat Membru. Madankollu għandhom jaraw li t-trattament u l-livell ta' protezzjoni ta' ċittadini ta’ pajjiżi terzi bħal dawn ma jkunx anqas favorevoli minn dak stipulat fl-Artikoli 8, 10, 13 u 15.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal ċittadin ta' pajjiżi terz ukoll jekk dan ma jkunux daħal f'żona ta' tranżitu għaliex ikun jaqbel li jiġi evitat kull periklu ta' refoulement.

Emenda 15

Artikolu 2, paragrafu 3, punt aa (ġdid)

 

a a) li jkunu bdew proċeduri għar-regolarizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Meta jitqiesu l-kundizzjonijiet partikulari li jirrigwardaw din il-kategorija, din għandha tiġi eskluża mill-ambitu ta' din id-Direttiva.

Emenda 16

Artikolu 2, paragrafu 3, punt b b (ġdid)

 

b b) li huma minorenni

Ġustifikazzjoni

Meta jitqiesu l-kundizzjonijiet partikulari li jirrigwardaw din il-kategorija, din għandha tiġi eskluża mill-ambitu ta' din id-Direttiva.

Emenda 17

Artikolu 2, paragrafu 3, punt b) c (ġdid)

 

b c) li għalkemm laħqu l-età ta' maġġorenni jkunu jridu jtawlu l-perjodu ta' reżidenza fir-territorju ta' Stat Membru għal raġunijiet ta' studju.

Ġustifikazzjoni

Meta jitqiesu l-kundizzjonijiet partikulari li jirrigwardaw din il-kategorija, din għandha tiġi eskluża mill-ambitu ta' din id-Direttiva.

Emenda 18

Artikolu 3, punt c)

c) ‘ritorn’ : ‘ritorn’ tfisser il-proċess li wieħed imur lura lejn il-pajjiż minn fejn joriġina, jew minfejn ikun għadda, jew pajjiż terz ieħor, sew jekk b’mod volontarju kif ukoll bil-forza;

c) ‘ritorn’ : ‘ritorn’ tfisser il-proċess li wieħed imur lura biss lejn il-pajjiż minn fejn joriġina;

Ġustifikazzjoni

Kif jixhdu sorsi awtorevoli f'dan il-qasam, teknikament it-tifsira ta' ritorn tkopri biss ritorn lejn il-pajjiż ta' oriġini. Kull tgħawwiġ ta' din it-tifsira ma jkunx konformi mad-definizzjoni oriġinali ta' "ritorn".

Emenda 19

Artikolu 3, paragrafu f a (ġdid)

 

f a) "riskju serju ta' ħarba" : "riskju serju ta' ħarba" tfisser li jkun hemm raġunijiet serji, li jiġu definiti b'mod individwali u oġġettiv u kif evalwati mill-qrati li jkunu jistgħu jistabbilixu li jkun hemm probabiltà kbira ħafna li xiħadd li jista' jingħata deċiżjoni ta' ritorn ikun jista' jaħrab;

Ġustifikazzjoni

Ir-riskju ta' ħarba ma jistax jiġi kkalkulat biss mill-fatt li ċittadin ta' pajjiż terz ikun qiegħed fi Stat Membru illegalment. L-Istat Membru irid juri - bl-appoġġ ta' provi serji - li jeżisti riskju serju ta' ħarba.

Emenda 20

Artikolu 5

Relazzjonijiet familjari u l-aħjar interessi tat-tfal

Rabtiet soċjali u familjari u l-aħjar interessi tat-tfal

Meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni t-tip u s-saħħa tar-relazzjonijiet familjari taċ-ċittadin tal-pajjiż terz, kemm ikun ilu fl-Istat Membru u jekk għandux xi rabtiet familjari, kulturali u soċjali mal-pajjiż minn fejn joriġina. Għandhom ukoll jieħdu f’kunsiderazzjoni l-aħjar interessi tat-tfal skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, ta' l-1989.

Meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni t-tip u s-saħħa tar-relazzjonijiet familjari taċ-ċittadin tal-pajjiż terz, ir-rabtiet tiegħu mal-pajjiż ospitanti, il-proċeduri eventwali għar-regolarizzazzjoni tal-qagħda tiegħu, kemm ikun ilu fl-Istat Membru u jekk għandux xi rabtiet familjari, kulturali u soċjali mal-pajjiż minn fejn joriġina. Għandhom ukoll jieħdu f’kunsiderazzjoni l-aħjar interessi tat-tfal skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, ta' l-1989. Familji li jkollhom magħhom minorenni (wieħed jew aktar) bħala prinċipju m'għandhomx jitqiegħdu f'kustodja temporanja u għandha tingħata prijorità għal miżuri alternattivi għad-kustodja temporanja.

Emenda 21

Artikolu 6 paragrafu 1

1. L-Istati Membri għandhom joħorġu deċiżjoni tar-ritorn għal kull ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju tagħhom.

1. L-Istati Membri jistgħu joħorġu deċiżjoni individwali tar-ritorn għal kull ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju tagħhom, ħlief fil-każ ta' minorenni mhux akkumpanjati.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni ta' ritorn għandha tibqa' bħala għażla għall-Istati Membri; din għandha tipprevedi perjodu għar-ritorn ta' talanqas sitt xhur: l-għoti ta' prijorità għar-ritorn volontarju jippermetti wkoll il-possibilità ta' tfassil ta' pjan għar-ritorn. L-interess imperattiv tat-tfal għandu jwassal biex ikun hemm projbizzjoni ta' tkeċċija ta' minorenni li ma jkunux akkumpanjati.

Emenda 22

Artikolu 6, paragrafu 2

2. Id-deċiżjoni tar-ritorn għandha tagħti perjodu xieraq ta’ massimu ta’ erba’ ġimgħat biex l-individwu jitlaq minn jeddu, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet li jagħtu x’wieħed x’jifhem li l-persuna tista’ tinħeba tul dan il-perjodu. Ċerti obbligi maħsuba biex l-individwu ma jinħebiex, bħal ma huma li wieħed ikollu jirrapporta lill-awtoritajiet b’mod regolari, id-depożitu ta’ garanzija finanzjarja, is-sottomissjoni ta’ dokumenti jew l-obbligu li wieħed jibqa’ f’ċertu post, jistgħu ikunu imposti tul dak il-perjodu.

2. Id-deċiżjoni tar-ritorn għandha tagħti perjodu minimu xieraq ta’ sitt ġimgħat biex l-individwu jitlaq minn jeddu, Ċerti obbligi maħsuba biex jiġi evitat riskju serju ta' ħarba, bħalma huma li wieħed ikollu jirrapporta lill-awtoritajiet b’mod regolari, id-depożitu ta’ garanzija finanzjarja, obbligu li wieħed jibqa’ f’ċertu post, jistgħu ikunu imposti tul dak il-perjodu.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 21.

Emenda 23

Artikolu 6, paragrafu 3

3. Id-deċiżjoni tar-ritorn għandha tinħareġ bħala att separat jew deċiżjoni, jew flimkien ma’ ordni tat-tkeċċija.

3. Id-deċiżjoni tar-ritorn għandha tinħareġ bħala att jew deċiżjoni separati mill ordni tat-tkeċċija. Id-deċiżjoni tat-tkeċċija, minkejja li jkollha forma distinta, tista' tingħata fl-istess ħin mad-deċiżjoni tar-ritorn, iżda tkun valida biss jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 7(1). L-annulament tad-deċiżjoni tar-ritorn iġib miegħu l-annulament awtomatiku tad-deċiżjoni tat-tkeċċija.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 21.

Emenda 24

Article 6, paragraphe 4

4. Meta l-Istati Membri jkunu suġġetti għal obbligi li joħorġu mid-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari kif imfissra fil-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, bħal ma hu d-dritt tan-non-refoulment, id-dritt għall-edukazzjoni u d-dritt għall-għaqda tal-familja, m’għandha tinħareġ l-ebda deċiżjoni tar-ritorn. Meta tkun diġà nħarġet deċiżjoni tar-ritorn, din għandha titħassar. Meta tkun digà nħarġet deċiżjoni tar-ritorn, din għandha titħassar.

4. Meta l-Istati Membri jkunu suġġetti għal obbligi li joħorġu mid-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-istejtus ta' rifuġjat, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-tortura, tal-Konvenzjoni dwar id-drittijiet tat-tfal, tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, bħal ma huma d-dritt tan-non-refoulment, id-dritt għall-edukazzjoni u d-dritt għall-għaqda tal-familja, m’għandha tinħareġ l-ebda deċiżjoni tar-ritorn. Meta tkun diġà nħarġet deċiżjoni tar-ritorn, din għandha titħassar. Meta tkun diġà nħarġet decizjoni tar-ritorn, din għandha titħassar.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġu żgurtat li r-referenzi kollha meħtieġa jkunu inklużi.

Emenda 25

Artikolu 6, paragrafu 5

5. L-Istati Membri jistgħu, f’kull ħin, jiddeċiedu li joħorġu permess ta’ reżidenza awtonomu jew awtorizzazzjoni oħra li tkun toffri d-dritt ta’ reżidenza għal raġunijiet ta’ kumpassjoni, umanitarji jew oħrajn lil ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju tagħhom. F’dan il-każ m’għandha tinħareġ l-ebda deċiżjoni ta’ ritorn, jew fejn tkun inħarġet deċiżjoni ta’ ritorn, din għandha titħassar.

5. L-Istati Membri f’kull ħin jistgħu jiddeċiedu li joħorġu permess ta’ reżidenza awtonomu jew awtorizzazzjoni oħra li tkun toffri d-dritt ta’ reżidenza għal raġunijiet umanitarji jew għal raġunijiet oħrajn lil ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju tagħhom, bl-inklużjożjoni fil-politika għall-immigrazzjoni tagħhom livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. F’dan il-każ m’għandha tinħareġ l-ebda deċiżjoni ta’ ritorn, jew fejn tkun inħarġet deċiżjoni ta’ ritorn, din għandha titħassar.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb jiggarantixxu lill-immigranti illegali s-saħħa u l-aċċess għall-kura billi jżidu mal-politika għall-immigrazzjoni tagħhom il-miżuri ekonomiċi neċessarji għal dan il-għan. Ġeneralment l-immigranti illegali li jidħlu u joqogħdu fl-Istati Membri jgħaddu minn kundizzjonijiet miżerabbli ta' ħajja bil-konsegwenzi li dan jimplika għas-saħħa tagħhom.

Emenda 26

Artikolu 6, paragrafu 6

6. Fejn ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru jkollu permess ta’ reżidenza validu maħruġ minn Stat Membru ieħor, l-ewwel Stat Membru m'għandux joħroġ deċiżjoni ta’ ritorn meta dik il-persuna minn jeddha tmur lura lejn it-territorju ta’ dak l-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ reżidenza.

6. Fejn ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru jkollu permess ta’ reżidenza validu maħruġ minn Stat Membru ieħor, l-ewwel Stat Membru m'għandux joħroġ deċiżjoni ta’ ritorn meta dik il-persuna minn jeddha tmur lura lejn it-territorju ta’ dak l-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ reżidenza. Din hija dispożizzjoni temporanja sakemm jidħlu l-miżuri kollha ta' għarfien reċiproku ta' viżi Ewropej.

Ġustifikazzjoni

Qabel ma tadotta politika Ewropea għar-ritorn, l-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi lilha nfisha qafas leġiżlattiv biex jirregola s-sistemi għad-dħul legali fit-territorju Ewropew

Emenda 27

Artikolu 6, paragrafu 8

8. Jekk ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju tiegħu jkun suġġett għal proċedura pendenti biex jinħariġlu l-permess ta’ reżidenza jew xi permess ieħor li jtih id-dritt ta' reżidenza, dak l-Istat Membru jista' ma joħroġx deċiżjoni tar-ritorn sakemm ma tkunx intemmet il-proċedura.

8. Jekk ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju tiegħu jkun suġġett għal proċedura pendenti biex jinħariġlu l-permess ta’ reżidenza jew xi permess ieħor li jtih id-dritt ta' reżidenza, dak l-Istat għandu jżomm lura milli joħroġ deċiżjoni tar-ritorn sakemm ma tkunx intemmet il-proċedura.

Emenda 28

Artikolu 6, paragrafu 8 a (ġdid)

 

8 a Fin-notifika tad-deċiżjoni ta' ritorn, l-Istati Membri huwa mistiedna biex jipproponu informazzjoni u miżuri ta' akkumpanjament biex jgħinu fl-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi lura fil-pajjiż ta'oriġini tagħhom u fil-kontribut għal iżvilupp ta' dan il-pajjiż.

Emenda 29

Artikolu 7 paragrafu 1

1. L-Istati Membri għandhom joħorġu ordni ta’ tkeċċija dwar ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun suġġett għal deċiżjoni tar-ritorn jekk ikun hemm riskju li dan jinħeba jew jekk l-obbligu biex jirritorna ma tkunx ġiet segwita fi żmien il-perjodu li fih seta’ jitlaq b’mod volontarju u li jkun ingħata skond l-Artikolu 6(2).

1. L-Istati Membri għandhom joħorġu ordni ta’ tkeċċija individwali dwar ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun suġġett għal deċiżjoni tar-ritorn jekk ikun hemm riskju li dan jinħeba jew jekk l-obbligu biex jirritorna ma jkunx ġie segwit fi żmien il-perjodu li fih seta’ jitlaq b’mod volontarju u li jkun ingħata skond l-Artikolu 6(2), jew jekk ikun hemm riskju serju li jista' jaħrab.

Emenda 30

Artikolu 7, paragrafu 2

2. L-ordni ta’ tkeċċija għandha tispeċifika f’kemm żmien it-tkeċċija tkun se tiġi fil-fatt infurzata u l-pajjiż tar-ritorn.

2. L-ordni ta’ tkeċċija għandha tispeċifika f’kemm żmien it-tkeċċija tkun se tiġi fil-fatt infurzata u l-pajjiż tar-ritorn, li għandu jkun il-pajjiż ta' oriġini taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom imorru lura fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom, u mhux fi kwalunkwe pajjiż. Jekk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jintbagħtu f'xi pajjiż viċin il-fruntieri esterni ta' l-Unjoni Ewropea, il-probabilità li jerġa' jidħol illegalment fl-Unjoni hija kbira u f'dan il-każ il-miżuri komunitarji ma jirriżultawx effettivi.

Emenda 31

Artikolu 7, paragrafu 3

3. L-ordni ta’ tkeċċija għandha tinħareġ bħala att separat jew deċiżjoni jew flimkien ma’ ordni tat-tkeċċija.

3. Id-deċiżjoni tar-ritorn għandha tinħareġ bħala att jew deċiżjoni separati mill-ordni tat-tkeċċija. Id-deċiżjoni tat-tkeċċija, minkejja li jkollha forma distinta, tista' tingħata fl-istess ħin mad-deċiżjoni tar-ritorn, iżda tkun valida biss jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmija f'paragrafu 1.

Emenda 32

Artikolu 8, Titolu u paragrafu 1

Rapport

Posponiment jew annullament

1. L-Istati Membri għandhom jipposponu l-infurzar ta’ deċiżjoni tar-ritorn għal tul ta’ żmien xieraq, b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ individwali.

1. L-Istati Membri jistgħu jipposponu l-infurzar ta’ deċiżjoni tar-ritorn għal tul ta’ żmien xieraq, b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ individwali jew jannullaw id-deċiżjoni tar-ritorn. F'każ ta' posponiment jew annullament l-Istat Membru għandu jieħu ħsieb li ċittadin ta' pajjiż terz ikollu kundizzjonijiet ta' reżidenza xierqa.

Ġustifikazzjoni

Ir-ritorn ta' ċittadin ta' pajjiż terz m'għandux isir jekk dan ikun ta' periklu għalih jew jekk ikun impossibli li jkun hemm pjan għar-ritorn. Minorenni mhux akkumpanjati m'għandhomx jiġu espulsi.

Emenda 33

Artikolu 8, paragrafu 2, introduzzjoni

2. L-Istati Membri għandhom jipposponu l-eżekuzzjoni ta’ l-ordni tat-tkeċċija fiċ-ċirkostanzi li ġejjin, sakemm dawn jibqgħu fis-seħħ:

2. L-Istati Membri għandhom jipposponu l-esekuzzjoni jew jannullaw l-ordni tat-tkeċċija fiċ-ċirkostanzi li ġejjin, sakemm dawn jibqgħu fis-seħħ:

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 32.

Emenda 34

Artikolu 8, paragrafu 2, punt - a) (ġdid)

 

-a ) sitwazzjoni ta' periklu fiżiku jew mentali għaċ-ċittadin ta' pajjiż terz jekk jintbagħat lura fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu;

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 32.

Emenda 35

Artikolu 8, paragrafu 2, punt c)

(c) ma jkunx hemm assikurazzjoni li minuri li jkun waħedhom ikunu jistgħu, fil-mument tat-tluq jew tal-wasla, jingħaddu lil xi membru tal-familja tagħhom jew xi ħadd li jirrappreżentah, jew persuna b'responsabbiltà ta’ ġenitur jew uffiċjal kompetenti tal-pajjiż tar-ritorn, wara li jkunu evalwati l-kundizzjonijiet li fihom il-minuri se jkun/tkun ritornat/a.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 32.

Emenda 36

Artikolu 8, paragrafu 2, punt c a) (ġdid)

 

c a) ikun hemm raġunijiet serji li jindikaw li tkeċċija tista' twassal għal espulsjoni kollettiva, bi ksur ta' l-Artikolu 4 tal-Protokoll nru. 4 tal-konvenzjoni għad-drittijiet tal-bniedem li tipprojbixxi l-espulsjonijiet kollettivi.

Emenda 37

Artikolu 8, paragrafu 3

3. Jekk l-infurzar ta’ deċiżjoni tar-ritorn jew l-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ tkeċċija tkun posposta hekk kif provdut fil-paragrafi 1 u 2, jistgħu ikunu imposti ċerti obbligi fuq iċ-ċittadin involut tal-pajjiż terz, bil-ħsieb li jitwarrab (kull) ir-riskju li l-individwu jinħeba, bħal ma hu r-rappurtar regolari għand l-awtoritajiet, id-depożitu ta’ garanzija finanzjarja, is-sottomissjoni ta’ dokumenti jew l-obbligu li wieħed jibqa’ f’post partikolari.

3. Jekk l-infurzar ta’ deċiżjoni tar-ritorn jew l-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ tkeċċija tkun posposta hekk kif provdut fil-paragrafi 1 u 2, jistgħu ikunu imposti ċerti obbligi fuq iċ-ċittadin involut tal-pajjiz terz, bil-ħsieb li jitwarrab riskju serju li l-individwu jaħrab, bħalma hu r-rappurtar regolari għand l-awtoritajiet, id-depożitu ta’ garanzija finanzjarja jew l-obbligu li wieħed jibqa’ f’post partikolari.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 32.

Emenda 38

Artikolu 9 paragrafu 1

1. L-ordnijiet ta’ tkeċċija għandhom ikollhom magħhom projbizzjoni ta’ dħul mill-ġdid ta’ mhux aktar minn 5 snin. om projbizzjoni ta’ dhul mill-gdid ta’ mhux aktar minn 5 snin.

1. F'każ ta' theddida serja għall-ordni pubblika jew għas-sigurtà nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu iżidu ma' l-ordnijiet ta’ tkeċċija projbizzjoni ta’ dħul mill-ġdid ta’ mhux aktar minn sitt xhur.

Deċizjonijiet tar-ritorn jistgħu jinkludu projbizzjoni ta’ dħul mill-ġdid bħal din.

 

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni ta' ripatriazzjoni, u sussidjarjament ta' tkeċċija, tikkostitwixxi kastig biżżejjed għar-reżidenza illegali taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. Ħlief f'każi eċċezzjonali, jidher li jkun sproporzjonat li tiżdied projbizzjoni għal dħul mill-ġdid.

Emenda 39

L-Artikolu 9 (2), punt c)

(c) ikun daħal fl-Istati Membru tul il-perjodu ta’ projbizzjoni ta’ dħul mill-ġdid;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 38.

Emenda 40

Artikolu 9, paragrafu 2, punt (d)

(d) ikun ta’ theddida għall-politika pubblika u s-sigurtà pubblika.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 38.

Emenda 41

Artikolu 9, paragrafu 2, l-aħħar inċiż

Il-projbizzjoni tad-dħul mill-ġdid tista’ tinħareġ għal perjodu itwal minn ta’ 5 snin meta ċ-ċittadin konċernat ta’ pajjiz terz ikun ta’ theddida serja għall-politika pubblika jew is-sigurtà pubblika.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 38.

Emenda 42

Artikolu 9, paragrafu 2a (ġdid)

 

2a. Il-projbizzjonijiet għad-dħul mill-ġdid jistgħu jiġu appellati u jistgħu jerġgħu jiġu eżaminati fuq talba tal-persuna konċernata.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 38.

Emenda 43

Artikolu 9, paragrafu 3

3. Il-projbizzjoni tad-dħul mill-ġdid tista’ tigi rtirata b’mod partikolari f’dawk il-każijiet li fihom iċ-ċittadin konċernat tal-pajjiż terz (a):

3. Il-projbizzjoni tad-dħul mill-ġdid tiġi annullata meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ma jikkostitwixxix aktar theddida serja għall-ordni pubblika jew għas-sigurtà nazzjonali ta' pajjiż terz.. Dan l-annullament jeffettwa lill-Istati Membri kollha.

a) ikun suġġett ta’ deċiżjoni tar-ritorn jew ordni tat-tkeċċija għall-ewwel darba; (b)

 

b) ikun irrapporta lura fl'uffiċċju konsulari ta’ Stat Membru;

 

(c) ikun ħallas lura l-ispejjeż kollha tal-proċedura tar-ritorn ta’ qabel.

 

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 38.

Emenda 44

Artikolu 9, paragrafu 4

4. Il-projbizzjoni tad-dħul mill-ġdid tista’ tiġi sospiża fuq bażi eccezzjonali u temporanja f’każijiet individwali xierqa.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 38.

Emenda 45

Artikolu 9, paragrafu 5

5. Il-paragrafi 1 u 4 jgħoddu mingħajr preġudizzju għad-dritt li wieħed ifittex kenn f’wieħed mill-Istati Membri.

4. Il-paragrafi 1 u 3 jgħoddu mingħajr preġudizzju għad-dritt li wieħed ifittex kenn f’wieħed mill-Istati Membri.

Emenda 46

Artikolu 10, paragrafu 1a (ġdid)

 

1 a. L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li l-NGOs ikunu preżenti waqt il-proċedura tar-ritorn, b'mod partikulari waqt l-operazzjoni ta' tkeċċija.

Emenda 47

Artikolu 10, paragrafu 2

2. Meta jkunu qed iwettqu tkeċċija, l-Istati Membri għandhom jiehdu f’kunsiderazzjoni l-Linji-Gwida komuni dwar dispożizzjonijiet ta’ sigurtà għat-tkeċċija kongunta bl-ajru, mehmuża mad-Deċiżjoni 2004/573/KE.

2. Meta jkunu qed iwettqu tkeċċija, l-Istati Membri għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-Linji Gwida komuni dwar dispożizzjonijiet ta’ sigurtà għat-tkeċċija konġunta bl-ajru, mehmuża mad-Deċizjoni 2004/573/KE u jirrifjutaw l'użu ta' tkeċċijiet kolletivi u proċeduri għal tkeċċijiet li huma individwali fit-teorija imma li jiġu implimentati b'mezzi kollettivi..

Ġustifikazzjoni

Din il-formulazzjoni tidher li taqbel aktar ma' l-iskopijiet tad-Direttiva

Emenda 48

Artikolu 10, paragrafu 2a (ġdid)

2a. Fil-każ ta' ritorn, sabiex tiġi garantita u kontrollata l-integrazzjoni mill-ġdid tal-persuna mibgħuta lura fil-pajjiż ta' oriġini, il-Kummissjon għandha, bi ftehim ta' koperazzjoni ma' kull pajjiż terz, tfassal pjan ta' azzjoni ad hoc li jiggarantixxi r-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuna mibgħuta lura f'pajjiżha.

Ġustifikazzjoni

Din il-miżura sservi biex issaħħaħ il-politika għar-ritorn ta' l-Unjoni Ewropea.

Emenda 49

Artikolu 11, paragrafu 1, subparagrafu 2

L-Istati Membri għandhom jaraw li r-raġunijiet skond il-fatti u skond il-liġi jkunu dikjarati fid-deċiżjoni u/jew l-ordni u li ċ-ċittadin koncernat tal-pajjiż terz ikun infurmat bil-miktub dwar ir-rimedji legali disponibbli.

L-Istati Membri għandhom jaraw li r-raġunijiet skond il-fatti u skond il-liġi jkunu dikjarati fid-deċiżjoni u/jew l-ordni u li ċ-ċittadin konċernat tal-pajjiż terz ikun infurmat bil-miktub kmieni kemm jista' jkun dwar ir-rimedji legali disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti għal persuna konċernata li tirċievi malajr informazzjoni aċċessibbli u ta' min jorbot fuqha sabiex tuża ż-żmien mogħti lilha biex tirregola ruħha.

Emenda 50

Artikolu 11, paragrafu 2

2. L-Istati Membri għandhom jagħtu, meta hekk mitluba, traduzzjoni miktuba jew bil-fomm tal-punti prinċipali tad-deċizjoni tar-ritorn u/jew ta’ l-ordni tat-tkeċċija f’lingwa li ċ-ċittadin tal-pajjiz terz ikun raġjonevolment mistenni li jifhem.

2. L-Istati Membri għandhom jagħtu traduzzjoni miktuba tad-deċiżjoni tar-ritorn jew ta’ l-ordni tat-tkeċċija f’lingwa li l-persuna konċernata tifhem.

Ġustifikazzjoni

Id-dritt effettiv ta' aċċess għall-ġustizzja jimplika li wieħed jifhem id-deċiżjonijiet li jittieħdu.

Emenda 51

Artikolu 12 paragrafu 1

1. L-Istati Membri għandhom jaraw li ċ-ċittadin konċernat tal-pajjiż terz ikollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv quddiem qorti jew tribunal biex jappella kontra, jew biex jitlob reviżjoni ta’ deċizjoni ta’ ritorn u/jew ordni ta’ tkeċċija.

1. L-Istati Membri għandhom jaraw li ċ-ċittadini kollha konċernati tal-pajjiż terz ikollhom d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv quddiem qorti jew tribunal biex jappellaw kontra, jew biex jitolbu reviżjoni ta’ deċizjoni ta’ ritorn u/jew ordni ta’ tkeċċija.

Ġustifikazzjoni

Titjib fit-test.

Emenda 52

Artikolu 12, paragrafu 2

2. Ir-rimedju ġudizzjarju għandu jkollu jew effett ta' sospensjoni jew jinkludi d-dritt taċ-ċittadin tal-pajjiż terz biex jitlob għal sospensjoni ta’ l-infurzar ta’ deċiżjoni tar-ritorn jew ta’ l-ordni tat-tkeċċija, f’liema każ id-deċiżjoni tar-ritorn jew l-ordni tat-tkeċċija tkun posposta sakemm tkun ikkonfermata jew ma tkunx għadha suġġetta għal rimedju li jkollu effetti ta’ sospensjoni.

2. Ir-rimedju ġudizzjarju għandu jkollu effett ta' sospensjoni.

Emenda 53

Article 12, paragraphe 3

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadin tal-pajjiż terz konċernat ikollu l-possibbiltà li jirċievi pariri, rappreżentazzjoni legali u, fejn ikun meħtieġ, għajnuna lingwistika. Għajnuna legali għandha tingħata lil dawk li ma jkollhomx mezzi biżżejjed, fil-każijiet fejn din l-għajnuna hija neċessarja sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadin tal-pajjiż terz konċernat ikollu l-possibbiltà li jirċievi pariri, rappreżentazzjoni legali u, fejn ikun meħtieġ, għajnuna lingwistika. Għajnuna legali għandha tingħata lil dawk li ma jkollhomx mezzi biżżejjed sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja.

Emenda 54

Artikolu 14, paragrafu 1

1. Fejn ikun hemm raġunijiet serji li jagħtu x’wieħed x’jifhem li jkun hemm riskju li individwu jinħeba u fejn ma jkunx biżżejjed li jkunu applikati miżuri li jirrekjedu anqas forza, bħal ma huma li wieħed jirrapporta b’mod regolari lill-awtoritajiet, id-depożitu ta’ garanzija finanzjarja, l-għoti ta’ dokumenti, obbligu li wieħed joqgħod f'post jew miżuri oħra biex jitwarrab dak ir-riskju, l-Istati Membri għandhom iżommu f’kustodja temporanja liċ-ċittadin tal-pajjiż terz, li jkun suġġett ta’ ordni ta’ tkeċċija jew deċiżjoni tar-ritorn.

1. Fejn ikun hemm raġunijiet serji li jagħtu wieħed x’jifhem li jkun hemm riskju serju li individwu jaħrab u fejn ma jkunx biżżejjed li jkunu applikati miżuri li jirrekjedu anqas forza, bħalma huma li wieħed jirrapporta b’mod regolari lill-awtoritajiet, id-depożitu ta’ garanzija finanzjarja, l-għoti ta’ dokumenti, obbligu li wieħed joqgħod f'post partikolari jew miżuri oħra biex jiġi evitat dak ir-riskju, l-Istati Membri għandhom iżommu f’kustodja temporanja liċ-ċittadin tal-pajjiż terz, li jkun suġġett ta’ ordni ta’ tkeċċija.

Ġustifikazzjoni

Riskju mhux serju ta' ħarba ma jiġġustifikax il-kustodja temporanju sabiex toħroġ ordni ta' tkeċċija. Irid jiġi enfasizzat li miżuri ta' kustodja temporanju għandhom ikunu l-eċċezzjoni, ibbażati fuq riskju serju ta' ħarba u jridu jiġu ġustifkati mill-qrati u m'għandhomx idumu aktar miż-żmien meħtieġ biex tiġi organizzata t-tkeċċija.

Emenda 55

Artikolu 14, paragrafu 1a (ġdid)

 

Il-kustodja temporanja hija ġustifikata biss għal tul iż-żmien meħtieġ għall-preparazzjoni tar-ritorn fil-każ ta' riskju serju. Ma tibqax titqies ġustifikata jekk minkejja l-isforzi kollha oġġettivi li jsiru biex jinkisbu l-viżi meħtieġa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ta' ritorn ma jirrispondux fil-perjodu mistenni.

Emenda 56

Artikolu 14, paragrafu 3

3. Il-kustodja temporanja tista’ tiġi estiża mill-awtoritajiet ġudizzjarji għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur.

3. Il-kustodja temporanja tista’ tiġi estiża mill-awtoritajiet ġudizzjarji għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 54.

Emenda 57

Artikolu 15 paragrafu 1

1. L-Istati Membri għandhom jaraw li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu miżmuma f’kustodja temporanja jkunu trattati b’mod uman u dinjituż fir-rispett tad-drittijiet fundamentali tagħhom u b’konformità mal-liġi internazzjonali u nazzjonali. Meta mitluba, dawn għandhom bla dewmien jitħallew jistabbilixxu kuntatt ma’ rappreżentanti legali, membri tal-familja u awtoritajiet konsulari kompetenti, kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet non-governattivi u internazzjonali relevanti.

1. L-Istati Membri għandhom jaraw li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu miżmuma f’kustodja temporanja jkunu trattati b’mod uman u dinjituż fir-rispett tad-drittijiet fundamentali tagħhom u b’konformità mal-liġi internazzjonali u nazzjonali. Barra minn hekk, dawn għandhom jitħallew bla dewmien jistabbilixxu kuntatt ma’ rappreżentanti legali, membri tal-familja u awtoritajiet konsulari kompetenti, kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet non-governattivi u internazzjonali relevanti.

Ġustifikazzjoni

Ċaħda lill-persuni miżmuma f'kustodja tad-dritt ta' komunikazzjoni ma' membri tal-familja tagħhom jew mad-difensuri legali tagħhom, hija meqjusa bħala ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom.

Emenda 58

Artikolu 15, paragrafu 2

2. Il-kustodja temporanja għandha tkun f’faċilitajiet maħsuba apposta għal dan il-għan. Meta Stat Membru ma jkunx jista’ jipprovdi akkomodazzjoni f’faċilità apposta għall-kustodja temporanja u jkollu juża l-faċilitajiet tal-ħabs, għandu jara li ċ-ċittadini tal-pajjiż terz li jkunu qed jinżammu f’kustodja temporanja jkunu dejjem miżmuma fiżikament separati mill-priġunieri normali.

 

2. Il-kustodja temporanja għandha tkun f’faċilitajiet maħsuba apposta għal dan il-għan. Meta Stat Membru ma jkunx jista’ jipprovdi akkomodazzjoni f’faċilità apposta għall-kustodja temporanja u jsib ruħu mġiegħel juża l-faċilitajiet tal-ħabs, għaliex ma jkunx hemm post fiċ-ċentri apposta għall-kustodja temporanja, għandu jiżgura li ċ-ċittadini tal-pajjiż terz li jkunu qed jinżammu f’kustodja temporanja jkunu dejjem miżmuma fiżikament separati mill-priġunieri normali, ukoll waqt il-ħin ta' rikreazzjoni.

Emenda 59

Artikolu 15, paragrafu 2, subparagrafu 2

Għandha tingħata attenzjoni partikolari għas-sitwazzjoni ta’ persuni vulnerabbli. L-Istati Membri għandhom jaraw li l-minuri ma jinżammewx f’akkomodazzjoni komuni f’ħabs. Minuri li ma jkollhomx adulti magħhom għandhom jinżammu separati mill-adulti sakemm ma jkunx meqjus li jkun fl-aħjar interess tat-tifel/tifla li ma jsirx hekk.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari għas-sitwazzjoni ta’ persuni vulnerabbli. L-Istati Membri għandhom jaraw li l-minorenni ma jinżammux f'kustodja temporanja, imma għandha tingħatalhom edukazzjoni u jitqiegħdu taħt il-kustodja ta' stabbilimenti relevanti bi strutturi xierqa għall-protezzjoni tat-tfal, b'rispett tar-rabtiet mal-familji tagħhom u fl-interess ewlieni tat-tifel/tifla. Minorenni li ma jkunux akkumpanjati m'għandhomx jinżammu f'kustodja.

Ġustifikazzjoni

Tkun miżura sproporzjonata li minoreeni jinżammu f'kustodja temporanja

Emenda 60

Artikolu 15, paragrafu 3

3. L-Istati Membri għandhom jaraw li organizzazzjonijiet internazzjonali u non-governattivi jkollhom il-possibbiltà li jżuru l-facilitajiet tal-kustodja temporanja biex ikun evalwat kemm il-kundizzjonijiet tal-kustodja temporanja jkunu xierqa. Żjarat bħal dawn jistgħu ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni.

3. L-Istati Membri għandhom jaraw li organizzazzjonijiet internazzjonali u non-governattivi jkollhom il-possibbiltà li jżuru l-faċilitajiet tal-kustodja temporanja biex ikun evalwat kemm il-kundizzjonijiet tal-kustodja temporanja jkunu xierqa.

Ġustifikazzjoni

Voir l'amendement 59.

Emenda 61

Artikolu 16, punt (a)

(a) jagħraf id-deċiżjoni tar-ritorn jew l-ordni ta’ tkeċċija maħruġa mill-ewwel Stat Membru u jwettaq it-tkeċċija, f’liema każ l-Istati Membri għandhom jikkumpensaw lil xulxin għal xi żbilanċ finanzjarju li jista’ jkun hemm, bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/191/KE mutatis mutandis;

(a) jagħraf id-deċiżjoni tar-ritorn jew l-ordni ta’ tkeċċija maħruġa mill-ewwel Stat Membru u jwettaq it-tkeċċija, f’liema każ l-Istati Membri għandhom jikkumpensaw lil xulxin għal xi żbilanċ finanzjarju li jista’ jkun hemm, bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/191/KE mutatis mutandis; f'dan il-każ, iċ-ċittadin ta' pajjiż terz li jkun residenti illegalment jibbenefika mid-drittijiet previsti fl-Artikolu 12 ta' din id-Direttiva;

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom f'kull ċikostanza jkollhom id-dritt għal rikors effettiv quddiem awtorità ġuridika kontra d-deċiżżjoni ta' ritorn (jew tkeċċija). Hekk ukoll Stat Membru ieħor irid jiggarantilhom l-aċċess għall-ġustizzja biex jikkontestaw id-deċiżjoni li tkun ittieħdet qabel mill-ewwel Stat Membru.

Emenda 62

Artikolu 16, punt c)

c) jibda’ l-proċedura tar-ritorn skond il-legiżlazzjoni nazzjonali tiegħu

c) jibda’ l-proċedura tar-ritorn skond il-legiżlazzjoni nazzjonali tiegħu u skond l-acquis komunitarju

Ġustifikazzjoni

L-implimentazzjoni tal-proċedura għar-ritorn mit-tieni Stat Membru titlob l-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa ibbażati fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' l-Istat Membru konċernat kif wkoll dawk ta' l-acquis komunitarju, bir-rispett tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

Emenda 63

Artikolu 17

Il-Kummissjoni għandha minn żmien għal żmien tħejji rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-mod kif qed tkun applikata din id-Direttiva fl-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, tipproponi emendi.

Il-Kummissjoni għandha minn żmien għal żmien tħejji rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-mod kif qed tkun applikata din id-Direttiva fl-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, tipproponi emendi.

 

L-Istati Membri għandhom l-obbligu li jevalwaw l-impatt tal-politika għar-ritorn tagħhom fuq il-pajjiż ta' oriġini taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u li jiżguraw li din tkun kompatibbli ma' politika koerenti għall-iżvilupp u l-koperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini u dawk ta' tranżitu.

Il-Kummissjoni għandha tħejji l-ewwel rapport mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 18 (1).

Il-Kummissjoni għandha tħejji l-ewwel rapport mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 18 (1).

Ġustifikazzjoni

Ir-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għandu jkollu preparazzjoni u m'għandux ikun iżolat minn politika ta' żvilupp koerenti u effiċenti. Il-prinċipju tas-solidarjetà jeżiġi li l-Istati Membri jistabbilixxu moniteraġġ għal dawn il-miżuri.

PROĊEDURA

Titolu

Standards u proċeduri komuni għar-ritorn ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jinsabu fil-pajjiż b’mod illegali

Referenzi

COM(2005)0391 - C6-0266/2005 - 2005/0167(COD)

Kumitat responsabbli

LIBE

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

29.9.2005

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Marie-Arlette Carlotti

27.3.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

5.6.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

22

0

3

Membri preżenti għall-vot finali

Margrete Auken, Josep Borrell Fontelles, Danutė Budreikaitė, Corina Creţu, Nirj Deva, Alexandra Dobolyi, Fernando Fernández Martín, Filip Kaczmarek, Glenys Kinnock, Maria Martens, Luisa Morgantini, Miguel Portas, Toomas Savi, Frithjof Schmidt, Jürgen Schröder, Feleknas Uca, Margrietus van den Berg, Johan Van Hecke, Luis Yañez-Barnuevo García

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Jan Jerzy Kułakowski, Miguel Angel Martínez Martínez, Manolis Mavrommatis, Pasqualina Napoletano, Anne Van Lancker, Ralf Walter

  • [1]  Għadha mhux ippubblikata fil-GU.

PROĊEDURA

Titolu

Standards u proċeduri komuni għar-ritorn ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jinsabu fil-pajjiż b’mod illegali

Referenzi

COM(2005)0391 - C6-0266/2005 - 2005/0167(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

1.9.2005

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

29.9.2005

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

29.9.2005

DEVE

29.9.2005

EMPL

29.9.2005

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

EMPL

14.9.2005

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Manfred Weber

14.9.2005

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

24.11.2005

20.3.2006

20.6.2006

11.12.2006

 

27.6.2007

12.9.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

12.9.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

47

5

0

Membri preżenti għall-vot finali

Alexander Alvaro, Alfredo Antoniozzi, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Michael Cashman, Giuseppe Castiglione, Giusto Catania, Carlos Coelho, Fausto Correia, Esther De Lange, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Bárbara Dührkop Dührkop, Claudio Fava, Patrick Gaubert, Roland Gewalt, Lilli Gruber, Adeline Hazan, Jeanine Hennis-Plasschaert, Ewa Klamt, Roger Knapman, Magda Kósáné Kovács, Barbara Kudrycka, Henrik Lax, Roselyne Lefrançois, Sarah Ludford, Dan Mihalache, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Martine Roure, Inger Segelström, Károly Ferenc Szabó, Søren Bo Søndergaard, Vladimir Urutchev, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Inés Ayala Sender, Simon Busuttil, Charlotte Cederschiöld, Gérard Deprez, Iratxe García Pérez, Ignasi Guardans Cambó, Sophia in ‘t Veld, Carlos José Iturgaiz Angulo, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Metin Kazak, Jean Lambert, Antonio Masip Hidalgo, Hubert Pirker, Antonio Tajani, Rainer Wieland

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Vincenzo Aita, Iles Braghetto

Data tat-tressiq

20.9.2007