RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim rilevanti skond l-Artikolu XXI GATS ma’ l-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Territorju doganali separat ta’ Taiwan, Penghu, Kinmen u Matsu (it-Taipei Ċiniża), il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Ħong Kong iċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea, in-New Zealand, il-Filippini, l-Isvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Isvezja ma’ l-Unjoni Ewropea

20.9.2007 - (11507/2007 – COM(2007)0154 – C6‑0239/2007 – 2007/0055(CNS)) - *

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Helmuth Markov
(Proċedura simplifikata - Artikolu 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2007/0055(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0340/2007
Testi mressqa :
A6-0340/2007
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim rilevanti skond l-Artikolu XXI GATS ma’ l-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Territorju doganali separat ta’ Taiwan, Penghu, Kinmen u Matsu (it-Taipei Ċiniża), il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Ħong Kong iċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea, in-New Zealand, il-Filippini, l-Isvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Isvezja ma’ l-Unjoni Ewropea

(11507/2007 – COM(2007)0154 – C6‑0239/2007 – 2007/0055(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0154)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 133(1) u (5) u 300(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0239/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar il-Kummerċ Internazzjonali (A6 0340/2007)

1.  Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi li huma parti għall-ftehimiet relevanti msemmija hawn fuq.

  • [1]  Għadha mhux ippublikata fil-ĠU.

PROĊEDURA

Titolu

Konklużjoni tal-ftehimiet skond l-Artikolu XXI GATS dwar l-aġġustamenti kumpensatorji neċessarji li jirriżultaw mit-tkabbir ta' l-1995 u l-2004

Referenzi

11507/2007 - C6-0239/2007 - 2007/0055(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

13.7.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

3.9.2007

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Helmuth Markov

12.9.2007

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

12.9.2007

Data ta’ l-adozzjoni

12.9.2007

 

 

 

Data tat-tressiq

20.9.2007