RAPPORT bi proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar il-produzzjoni ta' l-opju għal skopijiet mediċi fl-Afganistan
21.9.2007 - (2007/2125(INI))
Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Marco Cappato
PROPOSTA GĦAL RAKKOMANDAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW LILL-KUNSILL
dwar il-produzzjoni ta' l-opju għal skopijiet mediċi fl-Afganistan
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill imressqa f’isem il-Grupp Alde dwar il-produzzjoni ta' l-opju għal skopijiet mediċi fl-Afganistan (B6-0187/2007),
– having regard to r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Afganistan, li l-aktar waħda riċenti minnhom kienet dik tat-18 ta’ Jannar 2006[1];
– wara li kkunsidra r-rapport tal-UNODC/Bank Dinji ta' l-2006 dwar 'L-Industrija tad-Droga ta' l-Afganistan',
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali ta’ l-2007 maħruġ mill-Uffiċċju tan-NU dwar id-Drogi u l-Kriminalità (UNODC) f’Ġunju 2007
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2005/25 tat-22 ta’ Lulju 2005 tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-NU (ECOSOC) dwar il-vijabilità ta’ mekkaniżmu possibbli ta’ assistenza li jiffaċilita t-trattament adegwat ta’ l-uġigħ bl-użu ta’ analġeżiċi li fihom l-opju, ir-Riżoluzzjoni 2004/40 tal-21 ta’ Lulju 2004 ta’ l-ECOSOC dwar linji gwida għal trattament farmakoloġiku megħjun b’mod psiko-soċjali ta’ persuni dipendenti fuq l-opjojdi, ir- Riżoluzzjoni 2005/26 ta’ l-ECOSOC tat-22 ta’ Lulju 2005 dwar id-domanda u l-provvista ta’ opjati wżati sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet mediċi u xjentifiċi, lir-Riżoluzzjoni 58.22 ta’ l-2005 ta’ l-Assemblea Dinjija tas-Saħħa (WHA) dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-kanċer, ir-Riżoluzzjoni 55.14 tad-WHA dwar l-iżgurar ta’ l-aċċessibilità ta’ mediċini essenzjali, u r-rakkomandazzjonijiet finali tat-12-il Konferenza Internazzjonali ta’ Awtoritajiet li Jirregolaw id-Drogi, li saret f’Seoul bejn it-3 u s-6 ta’ April 2006, fejn ir-regolaturi ġew imħeġġa jaħdmu għal aċċess aħjar għal analġeżiċi narkotiċi;
– wara li kkunsidra r-rapporti tal-missjonijiet tad-delegazzjoni ad hoc tiegħu fl-Afganistan, f’Lulju 2005, u l-missjoni ta’ osservazzjoni ta’ l-elezzjoni tiegħu f’Settembru 2005;
– wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Missjoni ta’ l-UE ta’ Osservazzjoni ta’ l-Elezzjoni ta’ l-elezzjonijiet parlamentari u provinċjali li saru fit-18 ta’ Settembru 2005;
– wara li kkunsidra l-Artikolu 114(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0341/2007);
A. billi l-politiki internazzjonali dwar id-drogi huma msejsa fuq il-konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ l-1961, l-1971 u l-1988 li jipprojbixxu, b’mod partikulari, il-produzzjoni, it-traffikar, il-bejgħ u l-konsum ta’ firxa sħiħa ta’ sustanzi lil hinn minn skopijiet mediċi jew xjentifiċi,
B. billi r-rapport tal-UNODC bit-titolu "Afganistan: Stħarriġ dwar l-Opju 2006" jenfasizza li l-inħawi li jintużaw għat-tkabbir illeċitu tax-xaħxieħ laħqu livelli rekord ta' madwar 6,100 tunnellata fis-sena 2006, żieda ta' kważi 50% fuq il-figura tas-sena 2004,
C. billi l-Istrateġija Nazzjonali Afgana għall-Kontroll tad-Drogi adottata f’Jannar ta’ l-2006 indirizzat it-tnaqqis fil-provvista u fid-domanda, modi ta' għixien alternattivi u t-tisħiħ ta' l-istituzzjonijiet tal-gvern, u billi l-Ministeru ta' Kontra n-Narkotiċi, stabbilit bl-appoġġ ta' flus ta’ l-UE, huwa l-aġenzija ewlenija għat-twettiq ta' l-istrateġija.
D. billi fl-1 ta' Awwissu 2006, il-Gvern ta' l-Afganistan waqqaf Kumitat għar-Regolamentazzjoni tad-Drogi, liema kumitat jinkludi fih uffiċċjali mill-Ministeri ta' Kontra n-Narkotiċi, tas-Saħħa u tal-Finanzi, sabiex 'jirregolaw il-liċenzjar, il-bejgħ, it-tqassim, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tad-drogi kollha bi skopijiet leċiti fil-pajjiż',
E. billi l-EU għandha tagħmel aktar sabiex ikun hemm tnaqqis drastiku fil-produzzjoni ta’ l-opju minħabba li – skond l-Istħarriġ Annwali tal-UNODC ta’ l-2007 dwar l-Opju fl-Afganistan – il-produzzjoni ta’ l-opju fl-Afganistan issa laħqet livell ġdid tal-biżà, li huwa darbtejn ta’ l-ammont prodott sentejn ilu biss; billi l-Afganistan prattikament sar il-fornitur esklussiv ta’ l-aktar droga qattiela tad-dinja, b’93% tas-suq dinji ta’ l-opjati, minkejja li ta’ min jinnota li n-numru ta’ provinċji ħielsa mill-opju aktr milli rdoppja, minn 6 s-sena l-oħra għal 13 fl-2007, u li 50% tal-ħasda totali Afgana ta’ l-opju tiġi mill-provinċja ta’ Helmand,
F. billi l-Bank Dinji u l-Fond Monetarju jistmaw li kważi 40% tal-PGD ta’ l-Afganistan huwa relatat ma’ l-opju, u billi l-UNODC jistma li 3.3 miljun persuna (minn popolazzjoni ta’ aktar minn 31 miljun) huma involuti fis-settur tax-xaħxieħ, li jipproduċu dħul ta’ US$1,965 kull sena għal kull familja,
G. billi fl-2007 il-valur tal-ħasda ta’ l-opju kien jammonta għal US$ 1 biljun, jew 13% tal-PGD leċitu ta’ l-Afganistan, u billi l-valur potenzjali totali tal-ħasda ta’ l-opju tal-pajjiż fl-2007 għall-bdiewa, sidien ta’ laboratorji u traffikanti Afgan jilħaq mal-US$ 3.1 biljun, li jirrappreżenta kważi nofs il-PGD leċitu tal-pajjiż, US$ 7.5 biljun, jew 32% ta’ l-ekonomija totali inkluż is-settur ta’ l-opju,
H. billi l-inċentiv għall-bdiewa Afgani li jipproduċu l-opjati huwa prinċipalment wieħed finanzjarju u billi l-opjati liċenzjati jkollhom jipproduċu – sabiex ikunu ekonomikament attraenti – dħul akbar minn dak li jiġi mill-opjati llegali,
I. billi l-Unjoni Ewropea għadha l-akbar donatur fir-rigward ta’ sforzi li għandhom l-għan li jnaqqsu l-provvista ta’ l-opju permezz ta’ proġetti li jippromwovu mezzi ta’ għixien alternattivi – li huma meħtieġa ħafna sabiex jikkumplimentaw d-dieta nazzjonali - sabiex jieħdu post il-prodotti illiċiti,
J. jiġbed l-attenzjoni għar-rikonoxximent tal-Kummissjoni Ewropea, kif stipulat fid-Dokument ta’ Strateġija tal-Pajjiż tagħha (2007 - 2013), li l-ekonomija dejjem tikber ta’ l-opju u l-periklu ta’ "ħtif ta’ l-istat" minn narko-interessi hi theddida kritika għall-iżvilupp, il-bini ta’ l-istat u s-sigurtà fl-Afganistan,
K. billi jeżistu xnihat sostanzjati li l-insurġents, is-sinjuri tal-gwerra(“warlords”), it-Taliban u l-gruppi terroristiċi qed jiksbu l-għajn ewlenija tal-fondi tagħhom min-negozju tan-narkotiċi illeċiti,
L. billi fil-25 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill Senlis, “think tank” internazzjonali dwar is-sigurtà u l-iżvilupp, ippreżenta Dossier Tekniku dettaljat dwar il-mod ta’ kif proġett "Poppy for Medicine" msejjes fl-irħula jista' jaħdem fl-Afganistan, inkluż Sistema Integrata ta’ Kontroll Soċjali, il-produzzjoni ta’ mediċini Afgani fil-livell ta’ l-irħula, id-diversifikazzjoni ekonomika obbligatorja u l-iżvilupp rurali ġenerali,
M. jinnota li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) indikat li 10 pajjiżi jikkunsmaw 80% ta’ l-opjati legali li huma disponibbli madwar id-dinja, u li l-180 stat li jibqa’ jinkludu l-maġġoranza tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma 80% tal-popolazzjoni tad-dinja; jinnota wkoll li l-Bord Internazzjonali għall-Kontroll tan-Narkotiċi (INCB) staqsa lill-komunita internazzjonali sabiex tipppromwovi l-preskrizzjoni ta’ analġeżiċi, speċjalment f’pajjiżi foqra minħabba li huwa rapporti nuqqas ta’ trattament sever f’aktar minn 150 pajjiż fejn kważi ħadd minn dawk li jeħtieġ trattament mhu qed jirċevih, u fi 30 pajjiż ieħor, fejn in-nuqqas ta’ trattament suffiċjenti huwa aktar prevalenti jew m’hemmx dejta disponibbli,
N. billi l-Bord Internazzjonali ta' Kontroll tan-Narkotiċi stqarr li hemm provvista globali eċċessiva ta' opjati għall-finijiet mediċi, anke jekk din l-evalwazzjoni ma’ tqisx id-domanda potenzjali,
O. konvint li, għall-promozzjoni u t-tisħiħ tal-paċi u tas-sigurtà fl-Afganistan, il-preżenza internazzjonali jeħtieġ tiġi kumplimentata minn koperazzjoni ċivili dejjem akbar, sabiex jitrawmu l-progress soċjo-politiku u l-iżvilupp ekonomiku, u wkoll sabiex jintrebħu “l-qlub u l-imħuħ” tal-popolazzjoni lokali;
iqis, għal darba oħra, il-prezz għoli ħafna u n-nuqqasijiet serji f’termini ta’ effettività, ta’ strateġija ta’ kontra n-narkotiċi li ma tqisx id-diversità reġjonali, soċjali u ekonomika ta' l-Afganistan rurali meta tiżviluppa u tikkonċentra miżuri dwar l-eradikazzjoni u mezzi alternattivi ta’ għajxien, u strateġija li tkun ibbażata biss fuq l-eredikazzjoni,
Q. billi l-promozzjoni ta’ proċess ta’ bini ta’ isttiuzzjonijiet, id-demokratizzazzjoni u l-affermazzjoni ta’ l-istat tad-dritt, sistema tajba tal-ġustizzja u r-rispett għad-drittijiet tal-binedem u d-drittijiet fundamentali jistgħu iseħħu biss permezz ta’ politiki li ma jimponux soluzzjonijiet vjolenti bħall-qerda mġegħla tal-prodotti, fuq dawk li fihom infushom huma prattiki mhux vjolenti;
R. billi l-ġlieda kontra l-produzzjoni tad-droga fl-Afganistan għandha tirrifletti approċċ differenzjat lokalità b'lokalità, billi l-isforzi kontra n-narkotiċi li jsiru kontra l-bdiewa jridu jkunu limitati bir-reqqa għal zoni fejn mezzi t'għixien legali jkunu possibbli (postijiet fejn l-aċċess għall-art u l-ilma jkun aħjar, fejn ikun hemm prossimita għas-swieq u fejn il-proporzjon art/abitant ikun ogħla), u billi l-programmi ta' mezzi ta’ għajxien alternattivi jridu jiffokaw b'mod speċjali fuq l-ifqar reġjuni li jkollhom riżorsi limitati, li wara kollox huma l-iżjed dipendenti fuq l-opju,
S. billi d-Dokument ta’ Strateġija tal-Pajjiż dwar l-Afganistan tal-Komunità Ewropea għall-perjodu 2007-2013 jiffoka b'mod xieraq fuq l-iżvilupp rurali u l-governanza, iżda jeħtieġ li jkun hemm iżjed enfasi fuq ir-riforma tal-ministeri Afgani responsabbli mill-kontroll fuq il-produzzjoni tad-droga, b'mod partikulari l-Ministeru għall-Intern,
1. Jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill:
(a) li jopponi, fil-qafas ta’ programmi integrati għall-iżvilupp, li wieħed juża l-fumigazzjoni bħala mezz ta’ kif jinqered ix-xaħxieħ fl-Afganistan;
(b) li jelabora u jippreżenta lill-Gvern Afgan, fil-qafas ta’ programmi għat-tnaqqis tal-provvista illeċita sponsorjati mill-Ewropa, pjan u strateġija komprensivi maħsuba biex jikkontrollaw il-produzzjoni tad-droga fl-Afganistan, billi tittejjeb il-governanza u tiġi missielta l-korruzzjoni fl-ogħla livelli ta' l-amministrazzjoni Afgana (b'attenzjoni speċjali fuq il-Ministeru għall-Intern); li jiffoka l-azzjoni kontra t-traffikanti ewlenin fil-post; itejbu l-iżvilupp rurali komprensiv, partikularment fl-ifqar zoni u f'dawk li għadhom ma jipproduċux l-opju fuq skala kbira; jimpenjaw ruħhom fl-eradikazzjoni manwali bir-reqqa u b'mod selettiv; u jikkunsidra l-possibilità ta' proġetti pilota għall-konverżjoni ta' skala żgħira ta’ partijiet mit-tkabbir illeċitu attwali tax-xaħxieħ f'għelieqi għall-produzzjoni ta’ analġeżiċi legali msejsa fuq l-opju;
(c) li joffri l-għajnuna tiegħu fit-twettiq ta’ proġett pilota xjentifiku bl-isem “Xaħxieħ għall-Mediċina” li ser jinvestiga aktar dwar kif il-liċenzjar jista’ jagħti kontribut sabiex jittaffa l-faqar, kontribut għad-diversifikazzjoni ta’ l-ekonomija rurali, l-iżvilupp ġenerali u aktar sigurtà, u kif dan jista’ jsir parti b’suċċess mill-isforzi multilaterali għall-Afganistan;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u għall-informazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika Islamika ta’ l-Afganistan.
NOTA SPJEGATTIVA
Daħla
1. Din ir-rakkomandazzjoni dwar l-opju Afgan għandha l-għan li tesplora l-possibilità li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ġenerali li internazzjonalment ikunu jistgħu jippermettu l-produzzjoni liċita tax-xaħxieħ fl-Afganistan sabiex jitpoġġa fuq is-suq dinji legali ta' analġeżiċi bbażati fuq l-opju. Dan l-iżvilupp huwa mixtieq għal żewġ raġunijiet: il-ħtieġa li tiżdied id-disponibilità u l-prezzijiet li jintlaħqu ta' analġeżiċi fil-pajjiżi żviluppati kif ukoll f'dawk li għadhom qed jiżviluppaw, u l-ħtieġa li jissawru aktar politiki effettivi sabiex jindirizzaw kemm l-istabilità kif ukoll is-sostenibilità ekonomika fl-Afganistan. L-ekonomija ta' l-Afganistan għadha fil-parti l-kbira ekonomija informali, u hija bbażata l-aktar fuq prodott illegali, xi ħaġa li xxekkel il-progress nazzjonali f'termini politiċi kif ukoll f'dawk soċjo-ekonomiċi.
Sfond dwar il-Mekkaniżmi Internazzjonali ta' Regolamentazzjoni fir-rigward ta' l-Opju
2. L-opju ilu regolat b'mod internazzjonali sa mill-1912, meta ġiet iffirmata Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-Opju fl-Aja, konvenzjoni li tirrappreżenta l-ewwel trattat internazzjonali ta' kontroll tad-drogi.
3. Il-politiki internazzjonali dwar id-drogi fil-livell dinji mxew fuq in-normi mħaddna fil-Konvenzjonijiet tan-NU ta' l-1961, l-1971 u l-1988. Dawn jipprojbixxu b'mod partikulari il-produzzjoni, it-traffikar, il-bejgħ u l-konsum ta' firxa sħiħa ta' sustanzi, għajr għal skopijiet mediċi jew xjentifiċi. Stati li jixtiequ jipproduċu l-pjanti projbiti jridu jwaqqfu Aġenziji Nazzjonali sabiex jgħassu fuq il-produzzjoni, ir-raffinar, it-trasport u n-negozju f'dawn is-sustanzi.
4. Meta ġiet adottata l-Konvenzjoni fl-1961, l-Indja u t-Turkija kienu l-akbar produtturi tax-xaħxieħ. Il-Konvenzjoni Waħdana dwar Sustanzi Narkotiċi u Psikotropiċi ħolqot il-qafas leġiżlattiv li jippermetti r-regolamentazzjoni tal-produzzjoni f'dawn il-pajjiżi. Fuq it-talba ta' l-Istati Uniti li, min-naħa tagħha, offriet li tixtri parti sostanzjali minn din il-produzzjoni sabiex tevita li din tispiċċa fuq is-suq illegali ta' l-eroina, iż-żewġ pajjiżi, f'konformitˆ mal-Konvenzjoni tan-NU, waqqfu aġenziji nazzjonali għall-monitoraġġ tal-produzzjoni u l-bejgħ ta' derivattivi tax-xaħxieħ. L-esperiment tal-legalizzazzjoni tal-produzzjoni tax-xaħxieħ f'dawn iż-żewġ pajjiżi kien suċċess; madankollu mhuwiex meqjus li pprovda b'mod adegwat għat-talba dejjem tikber għall-opjati. Biż-żmien, il-produzzjoni legali ta' l-opju, suġġetta għal superviżjoni stretta mill-aġenziji ta' l-infurzar tal-liġijiet fil-pajjiżi individwali, ġiet estiża għall-Awstralja, Franza, Spanja, il-Ġappun, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u l-Bulgarija.
5. It-trattat tan-NU jitlob li kull pajjiż jippreżenta rapporti annwali lill-Bord Internazzjonali ta' Kontroll tan-Narkotiċi (INCB), li fih jingħata l-ammonti ta' diversi klassijiet ta' drogi kontrollati u opjojdi li jkunu ġew ikkunsmati f'dik is-sena, u li jipproġetta l-kwantitajiet meħtieġa għas-sena ta' wara. Dan sabiex jippermetti l-monitoraġġ tax-xejriet tal-konsum, u l-kwoti allokati ta' produzzjoni. L-Afganistan irratifika t-tliet Konvenzjonijiet tan-NU dwar id-Drogi.
6. Kemm id-WHO kif ukoll l-INCB ħeġġew lill-Istati Membri tan-NU sabiex jippromwovu l-akbar disponibilità ta’ opjojdi bi prezz li jintlaħaq għat-trattament ta’ l-uġigħ, b’attenzjoni partikulari għall-pajjiżi fqar, fejn it-trattament severament insuffiċjenti huwa rapportat f’aktar minn 150 stat. Tul dawn l-aħħar snin, il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-NU u l-Assemblea tad-WHO adottaw sensiela ta’ riżoluzzjonijiet li jitkellmu dwar dak li jeħtieġ li jsir fil-livell multilaterali.
Is-sitwazzjoni fl-Afganistan
7. Skond estimi tan-NU, il-ħtiġijiet ta' opjati ta' l-Afganistan, pajjiż ta' aktar minn 31 miljun abitant, fl-2007, huma, fi grammi: Kodeina (15,000), Dextropropoxyphene (375,000), Diphenoxylate (7,500), Morfina (3,000), Petidina (60,000) u Folkodina (70,000).
8. L-opju ma jistax jitqies bħal prodott tradizzjonali Afgan. Fil-fatt, waqt li l-gvern beda jitlef il-kontroll fuq il-provinċji waqt l-invażjoni sovjetika ta' l-1979-80, il-Mujahideen, kif ukoll l-imgħallma tal-gwerra(warlords), bdew jieħdu l-kontroll, u bl-approvazzjoni siekta ta' interessi tal-punent, stabbilixxew sensiela ta' sistemi illeċiti għall-finanzjament ta' l-attivitajiet tal-gwerra tagħhom permezz ta' attivitajiet li jinkludi t-tkabbir tax-xaħxieħ. Il-flus prinċipalment intużaw biex iġiegħlu lill-Unjoni Sovjetika sabiex tirtira bil-mod il-mod. Meta l-Armata l-Ħamra sa fl-aħħar tkeċċiet mill-Afganistan fl-1989, inħoloq vacuum tal-poter. Diversi fazzjonijiet ta' Mujahideen bdew jiġġieldu kontra xulxin għall-poter. Kif waqaf l-appoġġ mill-Punent, huma daru aktar minn qatt qabel fuq it-tkabbir tax-xaħxieħ sabiex jiffinanzjaw l-attivitajiet militari tagħhom. Xi negozjanti lokali ta' l-opju li kienu qed ifittxu ċentru operattiv sikur, ingħaqdu mat-taqsimiet l-aktar fanatiċi tal-Mujahideen appoġġati minn estremisti Għarab bħal Osama bin Laden kif ukoll mas-servizzi sigrieti ta' l-intelliġenza tal-Pakistan (ISI) u ffurmaw il-moviment Taliban fl-aħħar ta' l-1994.
It-Taliban, li ħa kontroll ta' 90% tal-pajjiż, ħeġġeġ b'mod attiv it-tkabbir tax-xaħxieħ. B'hekk huma mhux biss onoraw il-wegħdiet u l-obbligi lejn l-imsieħba tagħhom - id-diversi mafji reġjonali - iżda wkoll żiedu d-dħul tagħhom stess billi imponew taxxi fuq il-bdiewa lokali u permezz ta' sussidji mingħand gruppi internazzjonali tal-kriminalitˆ organizzata. Skond il-UNODC, l-Afganistan kellu ħasda kbira ta' opju ta' 4,600 miljun tunnellata fl-1999, waqt il-quċċata tal-ħakma tat-Taliban fl-Afganistan. Ġie dokumentat minn diversi NGOs li fl-1997-98, l-UNODC tkellmet mat-Taliban sabiex tippromwovi ftehimiet bl-għan aħħari li jrażżnu l-produzzjoni tax-xaħxieħ, li ssuġġerixxa rikonoxximent internazzjonali possibbli tar-reġim tagħhom. Dawn il-ftehimiet formali qatt ma seħħew, u ż-żieda kbira fil-produzzjoni ta' l-opju wasslet sabiex il-provvista saret akbar mid-domanda, u waqa' l-prezz reali ta' l-eroina u l-morfina fil-Punent, filwaqt li kiber il-konsum madwar l-Ewropa kollha. Biex iwaqqaf din ix-xejra, huwa allegat li l-mexxej tat-Taliban, Mullah Omar, projbixxa t-tkabbir tax-xaħxieħ "għal raġunijiet reliġjużi", liema projbizzjoni wasslet għal wieħed mill-aktar livelli baxxi ta' produzzjoni ta' opju, fis-sena 2000. Wara li regolarment kien jipproduċi 70% ta' l-opju dinji tul is-snin disgħin, l-Afganistan naqqas il-produzzjoni tiegħu għal 74 tunnellata fis-sena taħt il-projbizzjoni tat-Taliban fis-sena 2000, għalkemm il-projbizzjoni setgħet kienet maħsuba sabiex ittella' l-prezzijiet wara li l-pajjiż kien akkumula ħażna biżżejjed għal aktar minn sentejn. Wara l-gwerra ta' l-2001 fl-Afganistan, il-produzzjoni reġgħet żdiedet.
9. Skond statistiċi tad-"Drug Enforcement Agency" (DEA) ta' l-Istati Uniti, il-produzzjoni Afgana ta' opju mnixxef fil-fran żdiedet għal 1,278 tunnellata fl-2002, aktar minn irduppjat fl-2003, u kważi reġgħet irduppjat tul l-2004. Tard fl-2004, il-gvern ta' l-Istati Uniti għamel estimi li 4.5% tat-total ta' l-art ikkultivata fl-Afganistan kien qed jitkabbar ix-xaħxieħ, u ġew prodotti 4,200 tunnellata metrika ta' opju, jiġifieri 87% tal-provvista dinjija, u 60% tal-PGD ta' l-Afganistan. L-Afganistan bħalissa huwa l-akbar produttur illeċitu ta' l-opju fid-dinja, qabel Burma (Myanmar), parti minn 'l hekk imsejjaħ "Trijangolu Dehbien".
10. Ir-rapport tal-UNODC bit-titolu "Afganistan: Stħarriġ dwar l-Opju 2006" jenfasizza li l-inħawi li jintużaw għat-tkabbir illeċitu tax-xaħxieħ laħqu livelli rekord ta' madwar 6,100 tunnellata s-sena l-oħra, żieda ta' kważi 50% fuq il-figura tas-sena ta' qabel. Il-valur ta' l-eroina li rriżultat ġie stmat li kien ta' $3.5 biljun, li minnhom il-bdiewa Afgani ġie stmat li rċevew $700 miljun bħala dħul (u li minnhom, it-Taliban huwa stmat li ġabar ammont ta' bejn għexieren ta' miljuni ta' dollari u $140 miljun f'taxxi). Għall-bdiewa, il-prodott jaf iħalli qligħ ta' għaxar darbiet aktar mill-qamħ.
11. Dan l-aħħar, figuri tal-Bank dinji u tal-Fond Monetarju Internazzjonali stmaw li kważi 40% tal-PGD ta' l-Afganistan huwa relatat ma' l-opju, u li madwar 2.9 miljun ruħ huma involuti fis-settur tax-xaħxieħ. Il-UNODC irrapporta li s-sena l-oħra, sitt biss mit-34 provinċja tal-pajjiż kienu ħielsa milx-xaħxieħ, u li b'mod partikulari fil-provinċji tan-nofsinhar ta' Helmand, fejn żdiedu l-attakki mit-Taliban kontra l-gvern u kontra t-truppi internazzjonali, it-tkabbir illeċitu tela' għal 69,300 ettaru.
Proposti għar-reviżjoni ta' Strateġiji u Aproċċi Ewropej fl-Afganistan
12. F'Jannar ta' l-2006, l-Istrateġija Nazzjonali Afgana għall-Kontroll tad-Drogi indirizzat il-kwistjoni tat-tnaqqis fil-provvista u fid-domanda, modi ta' għixien alternattivi u t-tisħiħ ta' l-istituzzjonijiet tal-gvern, filwaqt li l-Ministeru ta' Kontra n-Narkotiċi, stabbilit bl-appoġġ ta' flus Ewropej, intgħażel bħala l-aġenzija nazzjonali ewlenija għat-twettiq ta' l-istrateġija. Fl-1 ta' Awwissu 2006, il-Gvern ta' l-Afganistan stabbilixxa Kumitat ta' Regolamentazzjoni tad-Drogi, sabiex "jirregola l-liċnzjar, il-bejgħ, it-tqassim, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tad-drogi kollha għal skopijiet liċiti fil-pajjiż". Artikolu 22 tal-Konvenzjoni tan-NU ta' l-1961 msemmija hawn fuq tgħid "kull fejn il-kunidzzjonijiet prevalenti fil-pajjiż jew territorju ta' Parti tagħmel il-projbizzjoni tat-tkabbir tax-xaħxieħ ta' l-opju [...] l-aktar miżura xierqa, fl-opinjoni tagħha, għall-ħarisen tas-saħħa pubblika u l-benessri u sabiex ikun evitat li d-drogi jintużaw għal traffikar illeċitu, il-Parti konċernata għandha tipprojbixxi t-tkabbir".
13. Minħabba l-implikazzjonijiet tan-nuqqas ta' analġeżiċi bi prezz li jintlaħaq fid-dinja kollha, u l-effetti ta' ekonomija illeċita fuq il-ħajja ta' kuljum fl-Afganistan, u b'qies ta' l-isforzi kollha Ewrropej għall-promozzjoni ta' standards ogħla tal-politiki tas-saħħa u fil-programmi tal-bini ta' l-istat u tan-nazzjon, il-Parlament Ewropew għandu jħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jadotta pożizzjoni komuni li tista' twassal għal reviżjoni maġġuri ta' l-istrateġiji u ta' l-approċċi attwali fl-qasam tad-disponibilitˆ u tal-kisba ta' prezz li jintlaħaq għall-opjojdi fil-livell dinji, u l-eredikazzjoni tax-xaħxieħ fl-Afganistan.
14. L-Unjoni Ewropea tibqa' wkoll l-akbar donatur fir-rigward ta' sforzi bl-għan li jnaqqsu l-provvista ta' l-opju, prmezz ta' proġetti li jippromwovu mezzi ta' għixien alternattivi - li l-Afganistan għandu bżonn ħafna sabiex jikkumplimenta d-dieta nazzjonali - sabiex jieħdu post il-prodotti illeċiti. Din hija politika li hija meqjusa bħala inqas ta' ndħil minn sempliċi eredikazzjoni. Mdankollu, minkejja l-promozzjoni ta' "żvilupp alternativ", m'hemm l-ebda sinjali tanġibbli li l-produzzjoni ġenerali ta' l-opju ser tonqos fil-ġejjieni qarib.
15. In-nuqqas ta' sigurtˆ fl-Afganistan ta' llum għandu jiġi indirizzat b'sensiela aktar artikulata u komprensiva ta' miżuri u politiki li jridu jippruvaw jikkumplimentaw il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-paċi, tar-rikonċiljazzjoni u tas-sigurtˆ. Dan għandu jsir kemm permezz ta' preżenza multilaterali sostanzjali u kemm b'aktar koperazzjoni ċivili, bil-għan li jitrawmu l-iżvilupp, il-progress u l-fiduċja fl-isforzi u fl-assistenza għas-sigurtà li jeżistu bħalissa.
16. F'dan il-kuntest, il-proċess ta' bini ta' istituzzjonijiet, demokratizzazzjoni u l-affermazzjoni ta' l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jista' jseħħ biss permezz ta' politiki li ma jimponux "soluzzjonijiet" bħall-qirda mġegħla tal-prodotti.
Kif suġġerit fir-Rapport imħejji mill-Missjoni ta' Monitoraġġ ta' l-UE għall-Elezzjoni Parlamentari Afgana f'Settembru 2005, hemm bżonn tiġi jinstab approċċ differenti sabiex tiġi indirizzata l-produzzjoni illeċita ta' l-opju, approċċ li jqis ukoll il-possibilitˆ li jdaħħal id-derivattivi ta' l-opju fus-suq liċitu għall-analġeżiċi. Filwaqt li dan it-tip ta' miżura taf tinħass li mhix xierqa fuq skala kbira u fil-preżent, jistgħu jitnedew esperimenti sabiex tintlaħaq il-ħtieġa nazzjonali fi provinċi magħżula fl-Afganistan fejn il-produzzjoni hija limitata u s-sigurtˆ ma tippreżentax iżżejjed sfidi. L-Istati membri ta' l-UE għandhom, skond in-normi internazzjonali u b'kollaborazzjoni sħiħa mas-sistema tan-NU, inklużi l-UNDP, il-UNODC, id-WHO, kif ukoll il-Bank dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali, jevalwaw id-dinamiċi reali tad-domanda u tal-provvista għas-suq globali ta' l-analġeżiċi. Dawn għandhom fl-istess ħin jindirizzaw il-problemi karatteristiċi tal-preskrizzjoni ta' analġeżiċi essenzjali madwar id-dinja bħala prekundizzjoni għar-rijassessjar u għall-allokazzjoni ta' kwoti ġodda sinjifikanti għall-produzzjoni ta' l-opju.
23.4.2007
PROPOSTA GĦAL RAKKOMANDAZZJONI (B6-0187/2007)
imressqa skond l-Artikolu 114(1) tar-Regoli ta' Proċedura
minn Graham Watson, Marco Panella, Marco Cappato u Annemie Neyts-Uyttebroeck
f'isem il-Grupp ALDE
dwar il-produzzjoni ta' l-opju għal skopijiet mediċi fl-Afganistan
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 114(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-politiki dwar id-droga fuq il-livell internazzjonali huma meħuda mill-Konvenzjonijiet ta' l-1961, l-1971 u l-1988 tan-Nazzjonijiet Uniti, u billi dawn il-konvenzjonijiet jipprojbixxu b'mod partikulari, il-produzzjoni, it-traffikar, il-bejgħ u l-konsum ta' firxa sħiħa ta' sustanzi ħlief għal skopijiet mediċi jew xjentifiċi, fejn dawn ta' l-aħħar huma permessi bil-kundizzjoni li l-pajjiżi jwaqqfu Aġenziji Nazzjonali biex jissorveljaw il-produzzjoni, l-irfinar u t-trasport u l-kummerċ ta' dawk is-sustanzi,
billi r-Rapport 2006 maħruġ mill-Bord Internazzjonali għall-Kontroll tan-Narkotiċi (INCB) fl-1 ta' Marzu 2007, jiddikjara li fl-Afganistan l-erja totali li użata għall-kultivazzjoni illeċita tax-xaħxieħ żdiedet għal ammont rekord ta' 165,000 ettaru, żieda ta' 59% fuq iċ-ċifra ta' l-2005, u aktar mid-doppju taċ-ċifra ta' l-2003,
C. billi r-rapport intitolat 'Afganistan: Stħarriġ dwar l-Opju 2006' miġbur mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi u l-Kriminalità (UNODC) jenfasizza li s-sena li għaddiet, l-erja użata għall-koltivazzjoni illeċita ta' l-opju f'dak il-pajjiż laħqet livell rekord ta' madwar 6,100 tunellata, żieda ta' 50% fuq iċ-ċifra tas-sena ta' qabel,
D. billi ċ-ċifri ta' hawn fuq juru b'mod ċar li se jkun impossibbli li jintlaħqu l-għanijiet stipulati fid-dikjarazzjoni politika adottata mill-UNGASS (l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti) fl-1998 f'New York, rigward il-qerda totali jew tnaqqis sostanzjali ta' l-uċuħ tar-raba' illeċiti sa l-2008,
E. billi l-Istrateġija Nazzjonali Afgana għall-Kontroll tad-Drogi li ġiet adottata f'Jannar ta' l-2006, tindirizza t-tnaqqis kemm tal-provvista u kif ukoll tad-domanda, l-għajxien alternattiv u t-tisħiħ ta' l-istituzzjonijiet governattivi, u billi l-'Ministeru ta' Kontra n-Narkotiċi', imwaqqaf b'finanzjament sostanzjali Ewropew, huwa l-aġenzija ewlenija għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija,
F. billi fl-1 ta' Awwissu 2006, il-Gvern ta' l-Afganistan waqqaf il-Kumitat għar-Regolamentazzjoni tad-Drogi, li huwa magħmul minn uffiċċjali mill-Ministeri ta' Kontra n-Narkotiċi, tas-Saħħa u tal-Finanzi, sabiex 'jiġu regolati l-liċenzjar, il-bejgħ, id-distribuzzjoni, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tad-drogi kollha bi skopijiet leċiti fil-pajjiż',
G. billi l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni ta' l-1961 tan-NU jiddikjara li 'kull meta l-kundizzjonijiet prevalenti f'pajjiż jew territorju ta' Parti kontraenti jrendu l-projbizzjoni tal-koltivazzjoni tax-xaħxieħ [...] l-aktar miżuri xierqa, fl-opinjoni tiegħu, biex jitħarsu s-saħħa u l-benesseri pubbliċi u għall-prevenzjoni tad-devjazzjoni tad-drogi għal ġewwa traffiku illeċitu, il-Parti konċernata għandha tipprojbixxi l-koltivazzjoni' u billi jqis li l-kundizzjonijiet prevalenti fl-Afganistan ma jistgħux jiżguraw l-impożizzjoni ta' sistema effettiva ta' kontroll tal-koltivazzjoni tax-xaħxieħ permezz ta' projbizzjoni,
H. billi barra minn hekk, kemm il-Bank Dinji u kif ukoll il-Fond Monetarju Internazzjonali jistmaw li kważi 40% tal-Prodott Gross Domestiku ta' l-Afganistan huwa relatat ma' l-opju, u li xi 2.9 miljun persuna (12.6% tal-popolazzjoni) huma involuti fis-settur tax-xaħxieħ,
I. billi sitta biss mill-34 provinċja fil-pajjiż huma ħielsa mix-xaħxieħ u billi b'mod partikulari fil-provinċja tan-nofsinhar ta' Helmand, fejn l-attakki mit-Taliban kontra l-gvern u t-truppi internazzjonali żdiedu, il-koltivazzjoni illeċita żdiedet għal 69,300 ettaru,
J. billi l-Unjoni Ewropea tibqa' l-ikbar donatur għall-isforzi mmirati biex jitnaqqsu l-provvista ta' l-opju permezz ta' proġetti għall-promozzjoni ta' għajxien alternattiv - li huwa meħtieġ ħafna anki biex jikkomplementa d-dieta nazzjonali - biex jieħu post il-koltivazzjoni illeċita billi qed tikkunsidra prattiki aktar intrużivi bħall-kontroll permezz ta' l-eradikazzjoni,
K. billi fl-2005, il-'Kunsill ta' Senlis' tal-Grupp ta' Politika għas-Sigurtà u l-Iżvilupp iffinalizza studju ta' fattibilità dwar il-produzzjoni ta' l-opju fl-Afganistan, li ġie ppreżentat f'Kabul f'Settembru ta' dik is-sena,
L. billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa indikat li 10 pajjiżi jikkunsmaw 80% tad-derivati ta' l-opju disponibbli legalment madwar id-dinja, billi l-180 stat l-oħra li jinkludu l-maġġoranza tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u jikkonsistu fi 80% tal-popolazzjoni tad-dinja, u billi l-INBC stiednet lill-komunità internazzjonali biex tippromwovi l-preskrizzjoni ta' mediċini għall-uġigħ speċjalment fil-pajjiżi foqra, fejn kien hemm żieda straordinarja ta' nies bl-HIV/AIDS u fejn 'il fuq minn 15-il miljun każ ta' kanċer huma mistennija fl-10 snin li ġejjin,
M. billi n-Nazzjonijiet Uniti tistma li l-ħtieġa ta' drogi narkotiċi għall-2007 għall-Afganistan hija ta' 15,000 gramma ta' Kodeina, 375,000 gramma ta' Dextropropoxyphene, 7,500 gramma ta' Diphenoxylate, 3,000 gramma ta' Morfina, 60,000 gramma ta' Petidina u 70,000 gramma ta' Folkodina,
N. jikkundanna l-fatt li r-ribelli, il-kmandanti tal-gwerra, it-Taliban u l-gruppi terroristiċi jsibu s-sors ewlieni ta' fondi tagħhom fit-traffikar tan-narkotiċi illegali,
O. konvint li sabiex jiġu promossi u jissaħħu l-paċi u s-sigurtà fl-Afganistan, hemm bżonn li l-preżenza militari tiġi komplementata b'koperazzjoni ċivili dejjem akbar biex jitrawmu l-iżvilupp u l-progress,
P. konvint li l-promozzjoni ta' proċess ta' bini ta' istituzzjonijiet, demokratizzazzjoni u affermazzjoni ta' l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jistgħu jseħħu biss permezz ta' politiki li ma jimponux soluzzjonijiet vjolenti għal prattiki mhux vjolenti, bħall-qerda furzata ta' l-uċuħ tar-raba',
1. Jindirizza r-rakkomandazzjoni li ġejja lill-Kunsill:
iħeġġeġ lill-Kunsill biex jadotta pożizzjoni komuni - skond l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea - rigward strateġija komprensiva 'kontra n-narkotiċi' fl-Afganistan, li għandha tipprovdi għall-produzzjoni ta' xaħxieħ għal skopijiet mediċi biex tintuża, fil-qafas ta' proġett pilota mmaniġġjat b'mod internazzjonali, għall-produzzjoni ta' analġeżiċi bbażati fuq l-opju għas-suq nazzjonali Afgan u possibilment għal dawk il-pajjiżi li jesperjenzaw nuqqas ta' disponibilità ta' derivati ta' l-opju;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill u, sabiex tkun infurmata, lill-Kummissjoni.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
|
Data ta’ l-adozzjoni |
12.9.2007 |
||
|
Risultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
33 8 23 |
|
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Vittorio Agnoletto, Roberta Alma Anastase, Robert Atkins, Christopher Beazley, Angelika Beer, Bastiaan Belder, Monika Beňová, André Brie, Elmar Brok, Cristian Silviu Buşoi, Marco Cappato, Véronique De Keyser, Hanna Foltyn-Kubicka, Michael Gahler, Jas Gawronski, Alfred Gomolka, Klaus Hänsch, Anna Ibrisagic, Jelko Kacin, Ioannis Kasoulides, Metin Kazak, Vytautas Landsbergis, Francisco José Millán Mon, Raimon Obiols i Germà, Vural Öger, Cem Özdemir, Ria Oomen-Ruijten, Justas Vincas Paleckis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tobias Pflüger, João de Deus Pinheiro, Hubert Pirker, Samuli Pohjamo, Michel Rocard, Raül Romeva i Rueda, Libor Rouček, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, György Schöpflin, Gitte Seeberg, István Szent-Iványi, Antonio Tajani, Charles Tannock, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Jan Marinus Wiersma, Josef Zieleniec |
||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Laima Liucija Andrikienė, Alexandra Dobolyi, Carlo Fatuzzo, Milan Horáček, Anneli Jäätteenmäki, Tunne Kelam, Jaromír Kohlíček, Erik Meijer, Nickolay Mladenov, Rihards Pīks, Aloyzas Sakalas, Anders Samuelsen, Adrian Severin |
||
|
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Šarūnas Birutis, Eduard Raul Hellvig, Bilyana Ilieva Raeva |
||
- [1] ĠU C 287 E, 24.11.2006, p 176.