RAPPORT dwar il-kapaċità u l-ground handling ta' l-Ajruporti: lejn politika iktar effiċjenti

27.9.2007 - (2007/2092(INI))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Anne E. Jensen

Proċedura : 2007/2092(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0349/2007
Testi mressqa :
A6-0349/2007
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kapaċità u l-ground handling ta' l-Ajruporti: lejn politika iktar effiċjenti

(2007/2092(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–    wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Pjan ta' azzjoni għall-kapaċità, l-effiċjenza u s-sikurezza ta' l-ajruporti fl-Ewropa (COM(2006)0819),

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 (COM(2006)0821),

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6‑0349/2007),

A.  billi l-globalizzazzjoni u t-tkabbir ekonomiku rapidu se jirriżultaw, fl-UE, f’żieda fid-domanda għal titjiriet (traffiku mingħajr xkiel mill-ajruporti) li għandha medja ta’ mill-inqas 4.3% fis-sena u aktarx sa 5.2% fis-sena;

B.   billi sa l-2025, dan għandu jirriżulta f’żieda fid-domanda għal titjiriet 2.5 drabi aktar minn dik fl-2003;

C.  billi fl-2025, meta jitqiesu l-investimenti ġodda kollha, aktar minn 60 ajruport mhux se jkunu kapaċi jieħdu ħsieb id-domanda tipika ta’ siegħa f’perjodi movimentati tal-ġurnata mingħajr ma joħolqu dewmien jew domanda li ma tiġix akkomodata (3.7 miljun titjira fis-sena ma jkunux akkomodati);

D. billi l-ajruporti attwali ma jistgħux jespandu kif meħtieġ, wieħed mill-modi biex jiġu trattati t-titjiriet mhux akkomodati fl-2025 jista' jkun il-ħolqien ta’ ajruporti ta’ appoġġ fil-viċinanzi ta’ l-ajruporti fgati b’titjiriet,

E.  billi n-nuqqas ta’ kapaċità u ż-żieda fid-domanda probabilment se joħolqu talba għal ajruporti ewlenin ġodda (sa 10 skond studju ta’ l-Eurocontrol) u għal ajruporti ta’ daqs medju (sa 15 skond il-Eurocontrol),

F.   billi dawn l-iżviluppi fil-futur fis-settur tat-trasport bl-ajru Ewropew jimmarkaw il-ħtieġa li l-azzjonijiet meħtieġa jkunu antiċipati li jridu jitwettqu fil-livell ta’ l-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini ta’ l-UE u ta’ l-ekonomija ta’ l-UE b’mod sħiħ;

G.  billi servizzi effiċjenti ta’ ground handling ukoll għandhom rwol fit-titjib ta’ l-użu tal-kapaċità attwali ta’ l-ajruporti billi jħaffu l-kapaċità ta’ tagħbija fl-ajruporti;

H.  billi l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva 96/67/KE dwar l-aċċess għas-suq tal-ground handling fl-ajruporti[1] tal-Komunità u emendi possibbli għaliha sabiex titjieb l-effiċjenza fil-forniment ta’ dawk is-servizzi jistgħu wkoll isaħħu l-użu tal-kapaċità ta’ l-ajruporti;

I.   billi l-linji ta' l-ajru tradizzjonali, dawk bi prezz baxx, il-kumpaniji charter, il-kumpaniji tal-merkanzija u l-ajruplani eżekuttivi għandhom ħtiġijiet differenti rigward is-servizzi ta' l-ajurport u l-allokazzjonijiet ta' slots,

J.   billi infrastruttura adegwata tat-trasport lejn u mill-ajruporti, b'mod partikulari f’forma ta' sistema integrata ta' trasport pubbliku, hija element essenzjali ta' l-infrastruttura ta' l-ajurport,

1.  Jilqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq bħala l-ewwel pass fl-indirizzar tal-kwistjoni tal-kapaċità ta’ l-ajruporti, minkejja l-fatt li l-ippjanar ta' infrastruttura ġdida jibqa' fil-kompetenza ta' l-Istati Membri; fl-istess waqt jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti l-attenzjoni xierqa lit-trasport bl-ajru, bħala element ċentrali tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri fl-Ewropa; Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex timmonitorja, u tippreżenta statistiki preċiżi relatati mas-sitwazzjoni attwali biex tindirizza aħjar il-problema tal-kapaċità;

2.  Jinnota li kapaċità ta’ l-ajruporti xierqa u groundhandling effiċjenti u l-użu ta’ kapaċità huma essenzjali għall-ekonomija Ewropea u għandhom ikunu żgurati;

3.   Jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni u jenfasizza l-importanza tat-trasport bl-ajru biex tkun żgurata l-koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali fl-Unjoni, b’mod partikulari fir-rigward ta’ reġjuni remoti, periferiċi u gżejjer;

4.  Jaħseb li l-14-il miżura mressqa mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha jirrappreżentaw approċċ konsistenti għat-titjib ta’ l-użu tal-kapaċitajiet attwali; madankollu jitlob lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi aktar skadenzi konkreti għall-implimentazzjoni tagħhom u jinsisti li dawn l-iskadenzi jiġu rrispettati;

Il-bini ta’ kapaċitajiet ġodda

5.   Madankollu, iqis li l-Kummissjoni għadha ma studjatx bis-sħiħ il-possibilità ta’ approċċ globali ta’ l-UE fir-rigward tal-ħtieġa għal kapaċità żejda, ta’ l-ixkiel fuq żviluppi futuri ta’ investimenti fil-kapaċità addizzjonali u tal-fus strateġiku li ma jippermettix biss li jkunu antiċipati r-riskji mill-wasla ta’ żmien kritiku għall-kapaċità iżda li wkoll jikkonsolidaw l-UE bħala pjattaforma koeżiva u kompetittiva ta’ trasport bl-ajru fuq livell globali;

6.  Jipproponi li jkun introdott sondaġġ ta’ domanda attwali għal infrastruttura, li ttejjeb kwalunkwe pjan Ewropew ta’ kapaċità ta’ l-ajruport komprensiv fil-futur u li jista’ jsir mekkaniżmu aċċettat ta’ previżjoni tat-trasport bl-ajru fi ħdan l-UE; Jimmarka li mekkaniżmu bħal dan jista’ jintuża mill-ajruporti bħala qafas ta’ pjanar għal titjib tal-kapaċità u li l-vantaġġ ta’ previżjoni bbażata fuq id-domanda huwa li jipprovdi stampa realistika tas-suq għall-iżvilupp tat-trasport bl-ajru;

7.  Jinnota li wieħed mill-akbar ostakoli għal-liberalizzazzjoni tas-servizzi tal-groundhandling u l-effiċjenza, kif imsemmi minn bosta ajruporti tal-Komunità, huwa n-nuqqas ta' spazju, iżda jqis li affermazzjoni bħal din jeħtieġ li tkun verifikata u, fejn meħtieġ, solvuta;

8.  Jenfasizza l-ħtieġa biex ikunu żviluppati definizzjonijiet komuni u għodod analitiċi komuni għal evalwazzjonijiet dwar il-kapaċità ta’ l-ajruporti kif ukoll proċeduri għall-involviment tal-partijiet interessati kollha fil-bżonnijiet ta’ kapaċità ta’ l-ajruporti ta’ l-UE fuq medda ta’ żmien medja u twila; jinnota li dan l-approċċ kollaborattiv jista’ jkun akkumpanjat minn skambju ta’ prattika tajba fuq temi bħall-impatt ambjentali u l-effiċjenza meta mqabbla ma' l-ispejjeż, il-finanzjar minn qabel ta’ infrastrutturi ġodda, l-ippjanar u l-ġestjoni ta’ l-użu ta’ l-art, integrazzjoni ta’ modi kollha ta’ trasport, kif ukoll għodod ta' mudellar u ta' simulazzjoni sabiex jitħaffef il-proċess ta' l-ippjanar u tal-bini ta' kapaċitajiet ġodda; dawn l-inizjattivi jservu biex jikkumplimentaw il-programm SESAR u jistgħu jiġu supplimentati b'għodod istituzzjonali ġodda li jgħinu biex iżidu l-kapċità ta' l-ajruporti;

9.  Jitlob li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament qabel l-2009 dwar pjan globali għal kapaċità msaħħa ta’ l-ajruporti fl-Ewropa; Jenfasizza li rapport bħal dan għandu jistabbilixxi approċċ koeżiv għall–Istati Membri biex jippromwovi u jikkoordina kull inizjattiva nazzjonali u transkonfinali għal bini ta’ kapaċitajiet ta’ l-ajruport ġodda dedikati għat-traffiku internazzjonali u biex jitwettaq użu aħjar ta’ kapaċitajiet attwali, kif ukoll għal immaniġġjar tal-kapaċità ta’ l-ajruport sekondarja, mingħajr ħsara għal kompetenzi ta’ l-Istati Membri u tal-Komunità biex ikun allokati l-kapaċitajiet ta’ l-ajruport;

jenfasizza li l-ajruporti ċentrali u reġjonali, permezz ta’ vjaġġi ‘point-to-point’, jistgħu bil-mod tagħhom stess u skond restrizzjonijiet speċifiċi ta’ l-Istati Membri varji jirrispondu għall-problemi ambjentali, għal problemi ta’ konġestjoni u għal sfidi li tiffaċċja l-aċċessibilità, u li l–koabitazzjoni ta’ mudelli ta’ ajruporti varji skond speċifiċitajiet nazzjonali biss tippermetti l-UE li tikseb il-ħtiġijiet tagħha f’dan il-qasam;

f’dan ir-rigward ifakkar li l-aċċessibilità għal ajruporti hija ta’ importanza kbira u li l-integrazzjoni tagħhom b’suċċess fin-netwerk tat-trasport hija kundizzjoni essenzjali għal ko-modalità.

10. Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jiżguraw li l-ajruporti, b’mod indipendenti mill-korpi li jirregolawhom, ikunu inklużi fi pjanijiet ta’ żvilupp reġjonali spazjali jew jitqiesu fi strateġiji ta’ żvilupp reġjonali; jinnota li l-estensjoni u l-kostruzzjoni ta’ infrastruttura maġġuri, bħal ajruporti, trid tkun suġġetta għal analiżi ta’ l-impatt territorjali;

11. Jappoġġja lill-Kummissjoni fl-ambizzjoni tagħha li żżid l-effiċjenza tal-loġistika interna ta' l-ajruporti iżda jissuġġerixxi li din tkun limitata għall-intraċċjar ta' bagalji u merkanzija biss;

12. Jemmen li l-iffinanzjar minn qabel ta’ l-iżvilupp ta’ infrastruttura huwa għażla valida għall-ajruporti sabiex iżidu l-kapaċità; jimmarka li din l-iskema ta’ finanzjar tibbenefika kemm lil-linji ta' l-ajru kif ukoll lill-ajruporti billi tnaqqas l-ispejjeż globali għall-iffinanzjar ta' l-infrastruttura, u tiżgura profil iktar effiċjenti tal-prezzijiet għal-linji ta’ l-ajru u tnaqqas ir-riskju għall-ajruporti peress li l-linji ta’ l-ajru jibdew iħallsu lura l-investiment iktar kmieni;

13. Jenfasizza l-importanza ekonomika ta’ l-ajruporti għal ħolqien ta’ l-impjiegi, b’mod partikulari fil-livell reġjonali; jinnota li l-operaturi, kumpaniji ta’ l-ajru, kumpaniji tal-manutenzjoni u kejterers Ewropej huma f’pożizzjoni li joħolqu numru ta’ impjiegi sinifikattiv, b’hekk jikkontribwixxu għall-kisba ta’ l-objettivi ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona;

14. Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex iqisu l-fatturi ambjentali meta jiddeċiedu fejn se jallokaw l-ajruporti, inklużi l-ħsejjes, tniġġis, densità tat-traffiku fit-toroq fil-viċinanzi ta’ l-ajruport, il-prossimità ta’ tankijiet tal-fjuwil, eċċ, u ta’ fatturi meteoroloġiċi;

Il-promozzjoni ta’ tkabbir li jagħmilx ħsara lill-ambjent

15. Jinnota li l-prestazzjoni mtejba tal-magni ta’ l-avjazzjoni naqset l-emissjonijiet tas- CO2 tagħhom b’70% għal kull kilometru f’dawn l-aħħar 40 sena u li dan it-tnaqqis huwa proċess li għadu għaddej, jenfasizza li l-objettiv ta’ l-industrija huwa li l-emissjonijiet jitnaqqsu b’50% addizzjonali sa l-2020;

16. Jirrimarka li xorta waħda, minkejja l-progress, iż-żieda fit-traffiku ta' l-ajru, li kibret b'mod sostanzjali fl-aħħar snin, wasslet għal żieda qawwija fil-volum totali ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet li jikkawżaw effett ta' serra prodotti minn dan is-settur (+100 % meta mqabbla ma' l-1990, skond estimi ta' l-Aġenzija Ewropea dwar l-Ambjent), u li l-konġestjoni fl-ajruporti qed tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għal dan;

17. Ifakkar li t-tkabbir tat-trasport bl-ajru se jkollu jkun akkumpanjat bi skemi tekniċi u regolatorji li jillimitaw l-ispejjeż esterni ta’ dan il-mod; jilqa’, għal dan l-effett, l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tinkorpora l-avjazzjoni fl-Iskema ta’ Kummerċ ta’ l-Emissjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea (EU ETS); jinnota li l-effiċjenza ta' miżuri mmirati biex inaqqsu l-impatt ambjentali tat-trasport bl-ajru tiddependi wkoll fuq il-politiki tal-pajjiżi fuq livell globali u, bil-ħsieb ta' dan, jisħaq dwar il-ħtieġa li jiġu stabbiliti programmi konġunti ma' pajjiżi terzi;

18. Iqis, madankollu, li l-kwistjoni ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta’ serra għandha tkun trattata, kull meta jkun possibbli, fuq livell internazzjonali u Ewropew bi sforz akbar bil-għan li titjieb il-kompetittività tas-settur tat-trasport bl-ajru aktar sostenibbli ta’ l-UE li diġà huwa mhedded mill-iżvilupp rapidu ta' ċentri ta' trasport ewlenin fir-reġjuni Ewropej fil-viċinanzi li mhumiex fl-UE; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw il-mezzi kollha disponibbli biex jilħqu ftehima dwar din il-kwistjoni fuq livell internazzjonali;

19. B’mod partikulari, jinsisti dwar il-ħtieġa li jiġu żviluppati skemi regolatorji u finanzjarji li jħeġġu r-retrofitting u t-tiġdid tal-flotot u jippromwovu l-prestazzjoni ambjentali tal-magni sabiex dawn jagħmlu inqas storbju, inqas tniġġis u jkunu aktar effiċjenti fir-rigward ta' l-enerġija;

L-iżgurar ta’ l-implimentazzjoni u l-adattar korretti tal-qafas regolatorju

20. Iqis li ż-żieda fit-traffiku ta' l-ajru għandha teħtieġ implimentazzjoni aktar sħiħa tal-qafas legali applikabbli għat-trasport bl-ajru;

21. Jistieden lill-Kummissjoni biex tanalizza l-implimentazzjoni sħiħa tar-Regolament 95/93, kif emendat permezz tar-Regolement Nru 793/2004, dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots fl-ajruporti tal-Komunità u sabiex tipprovdi iktar gwida u kjarifika dwar it-test; b’mod partikulari jinsisti fuq il-ħtieġa li jkunu żgurati koordinazzjoni u taqbil aħjar bejn l-allokazzjoni ta' slots mill-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku bl-Ajru (AFTM) u l-islots (tħassir) ta’ l-ajruporti, notevolment fir-rigward ta’ l-effettività tal-kumitati għall-koordinazzjoni ta’ l-islots fir-rigward ta’ titjiriet li ma jitilqux jew ma jaslux fil-ħin stipulat u fuq il-ħtieġa biex jiġu armonizzati d-definizzjonijiet, it-tolleranzi u l-mod kif jingħataw l-islots fl-ajruporti u ta' l-AFTM;

22. Ifakkar fil-ħtieġa li jiġu introdotti mekkaniżi msejsa fuq is-suq fil-proċess ta’ l-allokazzjoni ta’ slots bil-għan li jintlaħaq l-aħjar użu possibbli tal-kapaċità skarsa ta’ l-ajruporti; jirrimarka, madankollu, li skond ir-Regolament (KE) Nru 95/93, kif emendat fl-2004, il-Kummissjoni kellha tissottometti rapport lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-operat ta' dan ir-Regolament sa mhux aktar tard minn April 2007 u li l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu bbażat fuq is-suq għandha titqies biss fuq il-bażi ta' rapport bħal dan;

23. Jinnota, madakollu, li r-rikors għal-mekkaniżmi tas-suq, bħal allokazzjoni tas-slots biex isir użu aħjar mill-kapaċitajiet eżistenti ta' l-ajruporti, ma jindirizzax in-nuqqasijiet fl-infrastruttura, billi mekkaniżmu ta' dan it-tip ma joħloqx slot wieħed addizzjonali; jemmen, barra minn hekk, li l-koerenza bejn is-slots ta' l-ajruporti u s-slots ta' l-AFTM għandha benefiċċji limitati ħafna u qatt ma tista' ssolvi l-problema tal-kapaċità u li din il-problema dejjem se tibqa' teżisti;

24. Jistieden lill-Kunsill biex ifassal qafas ta' żmien u skadenzi sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ l-avjazzjoni ċivili ta’ l-Istati Membri li jinsabu qrib xulxin, sabiex ikun garantit pass sinifikattiv ’il quddiem qabel l-2010 fir-rigward tal-bini ta’ zoni ta’ spazju ta’ l-ajru li jiffunzjonaw;

25. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' qafas ta' żmien preċiż għall-implimentazzjoni ta' l-FABs u jinnota l-passi pożittivi meħuda minn xi Stati Membri, b'mod partikulari fl-Ewropa Ċentrali u tat-Tramuntana, bħall-programm ta' Kontroll taz-Zona ta' Fuq tat-Tramuntana (NUAC) u l-proġetti l-ġodda ta' l-FAB ta' l-Ewropa Ċentrali;

26. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, jekk ma jkunx sar pass sinifikattiv mill-Istati Membri sa l-2008, li tniedi approċċ minn fuq 'l isfel sabiex ikun garantit titjib sostanzjali;

27. Jisħaq fuq l-importanza tal-proġett Galileo sabiex isir l-aħjar użu tal-kapaċità ta' l-immaniġġjar tat-trasport ta' l-ajru eżistenti u tal-ġejjieni u jinnota li hemm bżonn li wieħed jitgħallem mid-diffikultajiet attwali mal-Galileo fl-interess ta' l-implimentazzjoni tal-proġett SESAR;

28. Huwa mħasseb li r-rata ta’ innovazzjoni u ta’ adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda tista’ tkun ħafna aktar baxxa mir-rata ta' tkabbir tal-vjaġġi bl-ajru; minbarra dan, jenfasizza, li standards internazzjonali ġodda dwar limitazzjonijiet tal-ħoss u approċċ ġdid li jillimita n-numru ta’ nies affettwati mill-ħoss, se jkunu meħtieġa;

It-tisħiħ tal-koperazzjoni fir-rigward tal-kapaċità bejn reġjuni ta' ajruporti

29. Huwa ta’ l-opinjoni li żieda tal-kapaċità ta’ l-ajruporti mhux se tkun possibbli mingħajr il-kollaborazzjoni effiċjenti u bir-reqqa bejn l-ajruporti u l-awtoritajiet reġjonali u lokali; dejjem jekk kollaborazzjoni bħal din ma tmurx kontra r-regoli tal-kompetizzjoni tal-Komunità;

30. Jilqa’ kwalunkwe inizjattiva tar-reġjuni ta’ l-ajruporti li għandha twassal għal djalogu madwar l-Ewropa kollha dwar kwistjonijiet marbuta ma’ l-iżvilupp ta’ kapaċità ta’ l-ajruporti addizzjonali, b’mod partikulari dwar l-integrazzjoni jew il-koordinazzjoni tal-kapaċità, il-konsegwenzi ambjentali għal popolazzjonijiet fil-viċinanzi, dwar l-ippjanar ta’ l-art u dwar it-tkabbir u l-impjiegi;

31. Jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri biex isaħħu r-regolamenti tagħhom ta’ l-ippjanar tal-belt u tal-bini biex il-ħoss u tniġġis ieħor ikkawżati mill-ajruporti għaz-zoni ċirkostanti tagħhom jistgħu jkunu evitati;

32. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw l-iskambju ta’ l-aqwa prattika fir-rigward tat-tmexxija pubblika ta’ dawk ir-reġjuni ta’ l-ajruporti u biex jappoġġjaw finanzjarjament proġetti pilota u programmi ta’ riċerka marbuta mal-kwistjoni ta’ l-impatt ta' l-ajruporti fuq it-territorji fl-inħawi u fuq ir-residenti f'dawn iz-zoni;

33. Jixtieq jara l-ajruporti ta' 'żvilupp reġjonali' f'reġjuni iżolati, imbiegħda jew periferali jkomplu jibbenefikaw minn għajnuna statali li tkun proporzjonata mal-ħidmiet ta' interess ġenerali li huma jwettqu;

34. Jemmen li l-kumpaniji ta' l-ajru għandhom jipprovdu garanziji adegwati u jerfgħu r-responsabilità rigward il-ħlas tad-dejn fuq il-faċilitajiet ta' l-ajruport li jirrikjedu li jiġu pprovduti mill-maniġers ta' l-ajruport, sabiex dawn ta' l-aħħar ma jitpoġġewx f'qagħda diffiċli f'każ ta' rtirar mhux mistenni qabel ma jitħallas id-dejn kollu;

Servizzi tal-ground handling

35. Jinnota r-rapport tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE;

36. Jilqa’ l-impatt pożittiv li d-Direttiva kellha, kif rappurtat mill-Kummissjoni, iżda l-ewwel jinnota,

li l-analiżi pożittiva hija bbażata fuq is-sejbiet ta' l-istudju ta' l-2002 li ma koprietx l-Unjoni mkabbra b'mod sħiħ; filwaqt li kien innutat li l-implimentazzjoni tad-Direttiva hija kwistjoni ta’ tħassib partikulari fl-Istati Membri li daħħlu fl-UE wara din id-data;

u, t-tieni, li diffikultajiet u inċertezzi rigward l-implimentazzjoni tagħha jibqgħu, b’mod partikulari fir-rigward tal-kriterji li jridu jintlaħqu mill-fornituri tas-servizz li jieħdu sehem f’sejħiet għall-offerti kompetittivi; jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika gwida dettaljata jew, fejn xieraq, biex tressaq proposti ġodda biex tikkjarifika r-regoli dwar is-sejħiet għall-offerti;

37. Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq analiżi ta’ l-impatt ġdida dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva, il-benefiċċji finali u/jew l-iżvantaġġi għall-utenti, għall-impjegati u għall-passiġġieri, qabel ma tagħmel kwalunkwe proposta li twassal għal iktar liberalizzazzjoni;

38. Jaħseb li fuq il-bażi ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-impatt ġdida, il-Kummissjoni tista’ jekk hemm bżonn tipprovdi gwida addizzjonali dwar l-interpretazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet li għandhom iħallu l-ajruporti b'marġini ta' interpretazzjoni wiesgħa wisq, li twassal għal effetti mhux mixtieqa fuq il-kompetenza ta' ground handlers li jidħlu fis-suq;

39. Iqis, min-naħa l-oħra, li xi dispożizzjonijiet jeħtieġu kjarifika mgħaġġla, bħal dawk marbuta mal-ħarsien tal-ħaddiema f'każ ta' trasferiment ta' intrapriżi, u ħlasijiet għall-aċċess; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tipprovdi gwida fuq l-interpretazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet malajr kemm jista' jkun;

40. Jirrakkomanda li kull sforz ġdid biex tkun emendata d-Direttiva għandu l-ewwel jikkonċentra fuq il-kwalità tas-servizzi tal-ground handling u fuq il-kwalità ta' l-impjieg fil-ground handling; b’mod partikulari jistieden lill-Kummissjoni biex:

-     teżamina l-possibilità li jkunu stabbiliti standards ta’ kwalità minimi u soċjali li għandhom jitqiesu fil-proċedura ta' selezzjoni u mdaħħla f'kuntratti bejn linja ta' l-ajru u l-fornitur tas-servizz,

-     tfassal limiti għall-użu tas-subkuntratt billi jkun żgurat livell minimu ta’ livelli ta’ sikurezza/kwalità għal fornituri sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta u tesiġi l-identifikazzjoni minn qabel ta' kull subkuntrattur,

-     tiddefinixxi, sa fejn huwa possibbli, u tistabbilixxi b'mod ċar il-kundizzjonijiet li fihom ajruport jista' jipprovdi servizzi ta' ground handling, b'mod speċjali meta hemm għadd suffiċjenti ta' fornituri indipendenti tas-servizz li jridu jieħdu sehem fil-provvista' ta' dawn is-servizzi,

-     tqis li n-numru minimu ta’ fornituri tas-servizz aċċettati fl-ajruporti (bħalissa tnejn) għandu jkun rivedut mill-Kummissjoni u jiżdied, fejn xieraq, b'mod partikulari fil-każ ta' ajruporti kbar, u li m'għandux ikun hemm limitu artifiċjali fuq in-numru ta' handlers ta' partijiet terzi,

-     tkun stabbilita proċedura ta’ liċenzjar fil-livell ta’ Stat Membru biex tiggarantixxi li livell minimu ta’ kwalità u ta’ sostenibilità isir obbligatorju għal fornituri u li l-liġijiet soċjali u ftehimiet kollettivi jinżammu; tenfasizza li l-għoti ta’ liċenzja jista’ jkun regolat mill-prinċipju ta’ l-għarfien reċiproku,

-     tiżgura li l-fornituri jiggarantixxu livell xieraq ta’ taħriġ u ta' protezzjoni soċjali lill-impjegati tagħhom,

-     tiżgura l-livell xieraq ta' sigurtà u ta' sikurezza għall-utenti kollha, għall-passiġġieri u għall-merkanzija;

41. Jirrimarka li għas-selezzjoni tal-ground handlers li jipprovdu servizzi ristretti, l-opinjoni ta’ l-utenti tal-linji ta' l-ajru kultant ma tiġix ikkunsidrata bir-reqqa minn ajruporti, u jfakkar b’każijiet fejn ground handlers li jipprovdu servizzi ristretti jkunu magħżula għal kuntrarju ta’ l-opinjoni kważi unanima tal-kumitat ta’ l-utenti;

42. Jinsisti dwar il-ħtieġa għal iktar trasparenza u għal dispożizzjonijiet iktar stretti ffukati fuq l-utenti li jikkonċernaw l-għażla ta’ ground handlers għal servizzi ristretti; b’mod partikulari jinsisti li tiġi kkunsidrata l-possibilità li jiġu stabbiliti regoli addizzjonali għall-Kumitat ta’ l-Utenti ta' l-Ajruport, li jikkonsistu, pereżempju, fl-obbligu li jingħataw raġunijiet għalfejn l-għażla ta’ l-ajruport ma ssegwix l-opinjoni tal-Kumitat; jinnota li din id-deċiżjoni tista’ f’dan il-każ titressaq lil awtorità indipendenti mill-korp ta’ tmexxija ta’ l-ajruport; fl-aħħar jissuġerixxi lill-Kummissjoni li tikkunsidra, fi kwalunkwe emenda tad-Direttiva 96/67/KE, jekk il-linji ta’ l-ajru li diġà joperaw servizzi ta’ ground handling fl-ajruport permezz ta’ handling minn parti terza għandhom ikunu esklużi mill-votazzjoni fir-rigward tas-selezzjoni ta’ kull applikant ġdid;

43. Jinnota li, mill-adozzjoni tad-Direttiva 96/67/KE, b’mod partikulari żdiedet il-kompetizzjoni u li l-prezzijiet tas-servizzi tal-ground handling naqsu fi kważi l-Istati Membri ‘l-antiki’ kollha;

0

0   0

44. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU L 272, 25.10.1996, p.36

NOTA SPJEGATTIVA

Huma trattati żewġ temi f’dan ir-Rapport: il-kapaċitajiet ta’ l-ajruporti (wara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Pjan ta' azzjoni għall-kapaċità, l-effiċjenza u s-sikurezza ta' l-ajruporti fl-Ewropa) u l-Ground handling (wara r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta' Ottubru 1996).

1. Kapaċitajiet ta’ l-Ajruport

· Iż-żieda fuq medda ta’ żmien twila tad-domanda għat-traffiku

Wara studju tal-Eurocontrol ta’ l-2004, il-globalizzazzjoni u t-tkabbir ekonomiku rapidu se jirriżultaw fi tkabbir tad-domanda għal titjiriet (traffiku mingħajr xkiel ta’ l-ajruporti) b’medja ta’ 4.3% p.a.. Sas-sena 2025, dan il-fatt se jirriżulta fi tkabbir ta' 2.5 darbiet tad-domanda għal titjiriet ta' l-2003. L-attwalizzazzjoni preżenti ta’ l-istudju tal-Eurocontrol turi li t-tkabbir se jkun ogħla milli kien mistenni skond ix-xenarju ta’ l-2004 li joffri l-ikbar sfida (tkabbir ta’ 5.2% kull sena issa hija ċ-ċifra l-iktar kredibbli).

Fl-2025, meta jitqiesu l-investimenti l-ġodda kollha, iktar minn 60 ajruport mhux se jkunu kapaċi jilħqu mad-domanda ta' ġurnata tipika f'perjodi movimentati mingħajr ma jinħoloq dewmien jew domanda li ma tiġix akkomodata. (3.7 miljun titjira fis-sena mhux se jiġu akkomodati f’dan il-każ).

Madankollu, għandu jkun possibbli li tinstab kapaċità għal 2.6 miljun tat-3.7 miljun titjira mhux akkomodati jekk ikunu aċċettati ħinijiet (it-traffiku jitneħħa mis-sigħat l-iktar movimentati) u postijiet (it-traffiku jitressaq għal ajruporti sekondarji) inqas ideali.

Jekk is-suq tat-trasport bl-ajru jirrikjedi li x-xejriet tad-distribuzzjoni tad-domanda jibqgħu kif inhuma, u meta wieħed jikkunsidra li l-ajruporti attwali ma jistgħux jespandu kif meħtieġ, l-uniku mod alternattiv biex jiġu trattati t-titjiriet mhux akkomodati fl-2025 għandu jkun il-ħolqien ta’ ajruporti ta’ appoġġ fil-viċinanzi ta’ l-ajruporti fgati b’titjiriet.

· Is-suġġerimenti tal-Kummissjoni dwar l-ottimizzazzjoni tal-kapaċitajiet attwali u l-ġestjoni tat-traffiku

Sabiex tindirizza l-kwistjoni u t-tħassib li tqajjem rigward is-sikurezza, il-Komunikazzjoni qed tipproponi pjan ta’ azzjoni mibni fuq ħames azzjonijiet ewlenin:

1.  Użu aħjar tal-kapaċità ezistenti ta' l-ajruporti;

2.  Approċċ konsistenti lejn operazzjonijiet ta’ sikurezza fl-ajru fl-ajruporti;

3. Il-promozzjoni ta’ “ko-modalità”, l-integrazzjoni u l-kollaborazzjoni tal-mezzi tat-trasport (ajru-ferrovija);

4. It-tijib tal-kapaċità ambjentali ta' l-ajruporti u l-qafas ta' l-ippjanar għal infrastruttura ġdida ta' l-ajruporti;

5. L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi ta' nfiq effettiv.

Dawn il-finijiet kollha huma konsistenti u utli. L-14-il azzjoni mressqa mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha biex tkun implimentata l-istrateġija għalhekk għandhom jinżammu.

Madankollu, il-Kummissjoni ma tinvestigax bis-sħiħ il-fatt li kapaċitajiet ulterjuri se jkunu meħtieġa u ma tikkunsidrax xi kwistjonijiet li jafu jakkumpanjaw, b'mod iktar xieraq, iż-żieda sostanzjali fit-traffiku.

· L-ottimizzazzjoni tal-kapaċitajiet eżistenti u l-kundizzjonijiet tat-traffiku mhumiex biżżejjed biex tindirizza ż-żieda fid-domanda

L-opinjoni ġenerali tal-partijiet interessati hija li n-nuqqas ta’ kapaċità u ż-żieda fid-domanda neċessarjament se jitfħu s-suq ta’ ajruporti ewlenin ġodda (sa 10 skond l-istudju tal-Eurocontrol) u ta’ ajruporti ta’ daqs medju (sa 15 skond il-Eurocontrol).

Il-pjan ta’ azzjoni dwar l-ottimizzazzjoni tal-kapaċitajiet attwali minn suġġeriment tal-Kummissjoni huwa neċessarju, iżda mhux se jkun biżżejjed sabiex tiġi indirizzati ż-żieda futura fit-traffiku.

· L-indirizzar taż-żieda fit-traffiku permezz tal-bini ta’ kapaċità ġdida tista’ ma tagħmilx ħsara lill-ambjent

- Ikunu ffrankati emissjonijiet mhux neċessarji minħabbi konġestjoni fit-triq jew fuq ir-rampa.

- Isiru aktar effiċjenti l-ispejjeż esterni minħabba t-titjib fil-prestazzjoni ambjentali tal-magni, permezz ta’ tiġdid regolari tal-flotot u ż-żieda fl-użu ta’ jumbo jets ta’ daqs enormi bħall-A-380 (li diġà tuża 20% kerosin inqas mill-kompetitturi tagħha).

- Iżda jkollha bżonn ukoll li tkun akkumpanjata minn miżuri xierqa ta’ l-UE sabiex jiġu limitati l-effetti esterni negattivi tat-traffiku bl-ajru (emissjonijiet GHG, l-istorbju) bħall-ETS, it-tassazzjoni fuq il-kerosin, id-differenzjazzjoni ta’ l-imposti ta’ l-ajruporti skond il-prestazzjoni ambjentali.

.

Il-bżonn ta’internalizzazzjoni aħjar ta’ l-ispejjeż (esterni) ambjentali ġie affermat mill-ġdid mill-Parlament bosta drabi u għandhom jiġu stabbiliti sa Ġunju 2008 kundizzjonijiet indaqs għat-trasport wara d-Direttiva Eurovignette. Wieħed jista’ jimmaġina li t-trasport bl-ajru għandu u jkolllu f’xi ħin jilqa’ l-impatt. Madankollu, dan il-proċess għandu jsir permezz ta’ l-evoluzzjoni tar-regoli fuq livell internazzjoni bil-għan li ma jostakolax il-kompetittività tat-trasport bl-ajru ta’ l-UE li diġa hija mhedda mill-iżvilupp mgħaġġel ta ċentri ewlenin tat-trasport freġjuni fil-viċinanzi li mhumiex fl-UE.

· X’jista’ jsir fuq livell ta’ l-UE biex tiġi indirizzata l-ħtieġa għal kapaċitajiet addizzjonali?

- Li tiġi organizzata koordinazzjoni aħjar ta’ l-isforzi għall-bini ta' kapaċitajiet ġodda fl-Ewropa

L-ewwel pass jista’ jikkonsisti mill-forniment ta’ għodda sabiex tiġi evalwata u identifikata s-sitwazzjoni u l-bżonnijiet futuri fil-kapaċità u l-użu ottimali tal-kapaċitajiet ġodda għall-kompetittività tat-trasport bl-ajru fl-UE u l-effiċjenza fit-tul tal-flussi tat-traffiku.

Anke jekk il-ħtieġa għal kapaċità żejda ma hijiex enfasizzata b’mod speċifiku fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, din tenfasizza l-bżonn sabiex ikunu identifikati b’mod ċar il-kapaċitajiet eżistenti u jiġu provduti l-għodda sabiex jiġu evalwati l-bżonnijiet futuri. Eżerċizzju bħal dan huwa prerekwiżit minimu li l-PE għandu jappoġġja.

Iżda dan il-proċess kollaborattiv jista’ jiġi estiż biex jinkludi l-ħolqien ta’ tip ta’ ppjanar tal-kapaċità ta’ l-ajruporti fuq livell ta’ l-UE organizzat mill-Kummissjoni u li jassoċja miegħu l-Istati Membri, il-PE u l-industrija.

Fl-aħħar nett evalwazzjoni regolari dwar il-kapaċità ta’ l-ajruporti għandha tkun disponibbli lill-Parlament.

Iżda jista’ jsir iktar:

- Il-bini ta’ ambjent Regolatorju iktar xieraq

Anke jekk l-UE ma għandhiex kompetenza diretta biex tiddeċiedi dwar il-bini ta’ kapaċità ġdida ta’ l-ajruporti, tista’ tinfluwenza l-għamla ta’ l-ambjent regolatorju li takkumpanja b’mod xieraq evoluzzjoni bħal din u tiggarantixxi l-effiċjenza u l-kompetittività tas-settur fir-rigward ta’ kompetitturi mhux fl-UE (Ċentri tat-trasport mhux fl-UE).

L-oqsma ta’ azzjoni regolatorja huma, fost oħrajn:

- Għar-Regolament 95/93 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità hija meħtieġa iktar gwida mill-Kummissjoni, u kjarifika tat-test hija neċessarja wkoll. L-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi msejsa fuq is-suq fil-proċess ta’ allokazzjoni ta’ slots għandha tiġi aċċellerata

- Kumitat għall-Koordinazzjoni ta’ l-Islots f’kull ajruport imdaqqas “ikkoordinat” ġie stabbilit mir-Regolament 95/93 (modifikat fl-2004) fost ħidmiet oħrajn biex jistabbilixxi l-metodu għall-monitoraġġ ta’ l-użu ta’ l-islots mil-linji ta’ l-ajru u sabiex tkun żgurata koordinazzjoni u qbil aħjar bejn l-ATFM (Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku bl-Ajru) u l-islots kummerċjali fl-ajruporti. Aktar ġenerali, jidher li jista’ jsir iktar biex jitwaqqfu jew jiġu korretti l-abbużi mill-kumpaniji ta’ l-ajru li intenzjonalment joperaw servizzi ta' l-ajru f'ħin differenti b'mod sinifikattiv mill-ħin allokat.

- Sabiex jitħaffef il-ħolqien ta’ blokok ta’ spazju ta’ ajru funzjonali permezz tat-tlestija, jekk hemm bżonn, ta’ approċċ minn fuq s’isfel sabiex ikun garantit titjib sostanzjali qabel l-2010

- Meta wieħed jikkunsidra li r-rata ta’ innovazzjoni u introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda hija mistennija tkun inqas mir-rata ta’ żieda fit-traffiku bl-ajru fin-nuqqas ta' standards stretti ġodda dwar l-istorbju li jkunu miftiehma fuq livell internazzjonali qabel l-2010, approċċ ġdid sabiex jiġi limitat in-numru ta' nies affettwati mill-istorbju se jkun meħtieġ fit-terminu medju u f'kwalunkwe każ qabel l-2025. Approċċ ġdid bħal dan jista' jkun iktar restrittiv u jwassal għall-ġeneralizzazzjoni ta' ħlasijiet minħabba l-istorbju u t-tisħiħ mill-ġdid ta' restrizzjonijiet fuq l-operat fuq livell ta' l-UE.

II. Ground handling

Id-Direttiva dwar il-“ground handling” ta’ l-1996

L-objettiv tad-Direttiva huwa li jissaħħaħ il-forniment kompetittiv ta' servizzi tal-ground handling f'ajruporti Ewropej, sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-linji ta' l-ajru, titjieb il-kwalità tas-servizz u l-linji ta' l-ajru jkunu provduti bl-għażla ta' l-aġent li jforni s-servizz ta’ ground handling.

Id-Direttiva tipprevedi li d-dispożizzjonijiet tagħha dwar servizzi ta’ handling minn partijiet terzi japplikaw fl-ajruporti kollha b’aktar minn 2 miljun passiġġier jew 50,000 tunnellata ta’ tagħbija fis-sena; għall-aspetti tas-self handling, il-limiti massimi ta’ miljun passiġġier jew 25,000 tunnellata tagħbija fis-sena.

Bl-eċċezzjoni ta’ erba’ kategoriji ta’ ground handling, id-Direttiva tesiġi li kwalunkwe organizzazzjoni tkun permessa tipprovdi servizzi ta’ ground handling (suġġett għal liċenzja għal sikurezza u saħħa finanzjarja, eċċetra) inklużi linji ta' l-ajru li jixtiequ jieħdu ħsieb il-handling tagħhom infushom.

Madankollu, għal handling ta’ bagalji, fuq ir-rampa, u tagħbija u oġġetti tal-posta, u għall-iffjuwiljar, Stat Membru jista’ jillimata n-numru ta’ handlers, iżda mhux għal inqas minn żewġ organizzazzjonijiet. Rekwiżit ieħor huwa li mill-inqas wieħed mill-handlers irid ikun indipendenti kemm ta’ l-operatur ta’ l-ajruport kif ukoll ta' kwalunkwe linja/i ta' l-ajru responsabbli għal iktar minn 25% tat-traffiku ta' l-ajruport.

Evalwazzjoni ta’ l-implimentazzjoni f’10 snin tad-Direttiva

Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni tgħid, fuq il-bażi ta’ studju mill-2002 u mingħajr analiżi dettaljata ġdida, li l-introduzzjoni ta’ kompetizzjoni f’ħafna ajruporti li qabel kienu magħluqa jew li kienu swieq statiċi wasslet għal:

* Valur aħjar għall-flus imnefqa fuq servizzi ta’ ground handling;

* Iktar pressjoni fuq il-prezzijiet għal servizzi ta’ ground handling;

* Azzjonijiet li jdumu ma jsiru f'xi każijiet fuq il-parti ta’ l-awtoritajiet kompetenti/l-ajruporti biex japplikaw bis-sħiħ id-Direttiva;

* Xi impatti fuq il-kundizzjonijiet ta’ impjieg fl-industrija iżda m’hemmx evidenza ta’ tnaqqis ġlobali fl-impjiegi;

* Rijorganizzazzjoni żgħira fis-sehem tas-suq tal-ground handling fl-ajruporti ta’ l-UE l-iktar importanti mil-lat ekonomiku. (23 parteċipant ġdid “biss” f’dawn l-aħħar 7 snin)

Kwistjonijiet possibbli għal modifikazzjoni futura tad-Direttiva 96/67

Il-kwistjoni tar-Reviżjoni tad-Direttiva ilha fuq il-mejda għal dawn l-aħħar snin. Abbozz ta’ Proposta ġdid kien stabbilit mill-Kummissjoni sentejn ilu iżda l-pubblikazzjoni tiegħu ġie pospost minħabba kombinazzjoni ta’ problemi differenti mqajma minn uħud mill-partijiet interessati ewlenin.

Bħala preambolu, wieħed irid ikun konxju tan-neċessità li tkun żgurata implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva attwali, u mhux biss fl-Istati Membri l-ġodda. Fil-fatt, jidher li f’xi Stati Membri d-Direttiva ma hijiex implimentata kif xieraq f’termini tal-ftuħ tas-suq, u xi proċeduri ta’ ksur għandhom jinfetħu sabiex għallinqas tkun żgurata l-implimentazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet attwali. Jista’ jkun ukoll li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jistgħu jkunu iktar ċara sabiex l-ajruporti ma jkollhomx marġini ta’ interpretazzjoni wiesgħa wisq.

· Għandna bżonn iktar liberalizzazzjoni?

Peress li l-idea wara d-Direttiva hija ta’ eżerċizzju ta’ passi multipli, se jkollna nanalizzaw jekk is-suq se jibbenefika minn iktar ftuħ tas-suq tal-ground handling sabiex jakkwista aktar valur miżjud u jintlaħqu l-objettivi tat-test.

Dan jista’ jsir billi jiżdied in-numru ta’ fornituri terzi jikkompetu għal numru limitat ta’ servizzi ta’ ground handling. Għandu jwassal għall-modifikazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni b’regoli żejda għall-ftuħ tas-suq ta’ ajruport akbar (pereżempju 10-20 miljun passiġġier) jew għal ajruporti fejn hemm suq sostanzjali kontestabbli (meta l-linji ta’ l-ajru ewlenun jew l-ajruport ma jiżgurawx il-maġġoranza tal-ground handling).

Għaldaqstant, ikun neċessarju li jkollna analiżi ta’ l-impatt indipendenti ġdida qabel ma nimxu ’l quddiem b’aktar liberalizzazzjoni.

· Kif għandu jkun garantit li l-opinjoni/interessi ta’ l-utenti (il-linji ta’ l-ajru) ikunu preżervati fl-għażla tal-ground handler?

L-għażla ta' parteċipant ġdid għal servizzi ristretti ssir mill-ajruport waqt li l-kuntratt relatat mal-forniment tas-servizzi huwa konkluż bejn il-fornituri tas-servizzi u l-linja ta' l-ajru. Sabiex ikollna politika mmirata iktar lejn l-utent għall-allokazzjoni ta' kapaċità għal ground handlers għandhom jiġu stipulati regoli ġodda għall-Kumitat ta' l-Utenti ta' l-Ajruport: pereżempju, motivazzjoni speċjali tista’ tkun meħtieġa meta l-għażla ta’ l-ajruport ma ssegwix l-opinjoni tal-Kumitat. Id-deċiżjoni tista’ wkoll f’dan il-każ titressaq lil awtorità indipendenti mill-korp ta’ tmexxija ta’ l-ajruport.

Barra minn hekk, il-linji ta’ l-ajru li diġà joperaw ground handling fl-ajruport m’għandhomx ikunu parti mill-vot dwar kompetituri possibbli. Fl-aħħar nett, l-opinjoni dissidenti għandha tkun inkluża fil-minuti tal-laqgħa dwar l-għażla tal-kandidati.

Suġġeriment iktar radikali jista’ jkun li d-deċiżjoni ssir minn kummissjoni li tassoċja l-ajruport u l-utenti.

· Il-ħtieġa li tkun garantita kwalità tajba ta’ servizzi bi prezzijiet kompetittivi

Jekk it-tnaqqis tal-prezzijiet huwa objettiv ġust għal-linji ta’ l-ajru u l-passiġġieri, għandu jkun akkumpanjat mill-kwalità tas-servizzi, li fosthom hemm l-effiċjenza tal-prodott ma’ l-aqwa livell ta’ sigurtà/sikurezza. Il-Parlament għandu jibbenefika minn vista ddettaljata ta’ dawk il-parametri kollha dwar l-ajruporti ewlenin ta’ l-UE bbażat fuq eżerċizzju ta’ benchmarking sabiex tkun analizzata r-relazzjoni ta’ l-effiċjenza ma’ l-ispiża tal-ground handling fuq ajruporti ewlenin ta’ l-UE bi qbil ma' l-iskema organizzattiva tagħhom għall-forniment ta' tali (bbażat fl-ajruporti, bbażat fuq self handling jew ibbażat fuq parti terza).

Barra minn hekk, proċess ta’ liċenzjar fuq il-livell ta’ l-Istati Membru ta’ l-UE sabiex ikun garantit li jsir obbligatorju livell minimu ta’ kwalità u ta’ sostenibilità tal-fornitur; L-għoti ta’ liċenzja tista’ taqa’ skond il-prinċipju ta’ l-għarfien reċiproku.

Fl-aħħar nett, id-Direttiva tista’ tipprevedi li kwalunkwe ajruport jista’ jistabbilixxi standards ta’ kwalità minimi li għandhom jitqiesu fil-proċedura ta' selezzjoni u mdaħħla f'kuntratti bejn linja ta' l-ajru u l-fornitur tas-servizz.

· Kwistjonijiet soċjali

Peress li ċ-ċaqliq ta’ l-istaff jaf ikollu implikazzjonijiet importanti fuq is-sikurezza u peress li din il-kwistjoni x'aktarx se twaqqaf kull ftuħ ulterjuri tas-suq, jistgħu jkunu studjati r-regoli għall-impjegar ta’ impjegati preċedenti tal-fornitur tas-servizzi tal-ground handling, bl-eżempju tar-Rapport Meijer u l-possibilità li l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jesiġu li l-operatur magħżul jagħti l-istaff impjegati preċedentement id-drittijiet li huma intitolati għalihom jekk sar trasferiment fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2001/23/ dwar is-salvagwardjar tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferimenti ta’ intrapriżi.

Il-kwistjoni l-oħra importanti hija s-sottokuntrattar tal-forniment ta’ servizzi lil entitajiet li mhumiex identifikati meta l-fornitur ewlieni jintgħazel. Din il-possibilità ta' sottokuntrattar għandu jkun suġġett għal kontroll minimu fuq il-livelli ta' sikurezza/kwalità tal-fornituri effettivi iżda wkoll sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta.

Fl-aħħar nett, livell raġjonevoli ta’ taħriġ għandu jkun meħtieġ għall-impjegati kollha tal-ground handler, u mhux biss mil-lat tas-sigurtà. Barra mill-promozzjoni tal-kwalità tas-servizzi, dan għandu jikkonsolida l-pożizzjoni ta’ l-impjegati preċedenti meta fornitur ġdid jieħu s-suq f’idejh.

OPINJONI tal-Kumitat ghall-Affarijiet Ekonomici u Monetarji (12.7.2007)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-kapaċità u l-groundhandling ta' l-ajruporti: lejn politika iktar effiċjenti
(2007/2092(INI))

Rapporteur għal opinjoni: John Purvis

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni:

1.  Jinnota li l-kapaċità adegwata ta' l-ajruporti u l-groundhandling u l-użu effiċjenti tal-kapaċità huma essenzjali għall-ekonomija Ewropea u għandhom jiġu żgurati;

2.  Jikkunsidra li l-14-il azzjoni proposta mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha bit-titlu "Pjan ta' azzjoni għall-kapaċità, l-effiċjenza u s-sikurezza ta' l-ajruporti fl-Ewropa" (COM(2006)0819) tirrappreżenta approċċ konsistenti biex jitjieb l-użu tal-kapaċitajiet attwali, iżda jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tfassal strateġija fit-tul għat-tkabbir tal-kapaċità ta' l-ajruporti; jikkunsidra wkoll li għandha sseħħ reviżjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni sabiex l-ajruporti tal-Komunità jkunu aktar miftuħa għal-liberalizzazzjoni tas-suq;

3.  Ifakkar li skond ir-Regolamenti (KE) Nru 1899/2006[1] u Nru 1900/2006[2] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li jemendaw ir-Regolament (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili[3], il-linji ta' l-ajru huma direttament responsabbli għall-groundhandling kollu li jsir għat-titjiriet tagħhom sabiex ikun fl-interess tagħhom stess li jiżguraw servizz rapidu u ta' kwalità għolja;

4.  Jinnota li wieħed mill-akbar xkiel għal-liberalizzazzjoni u l-effiċjenza tal-groundhandling tant mixtieqa minn bosta ajruporti tal-Komunità huwa n-nuqqas ta' spazju, iżda jikkunsidra li dan l-argument jeħtieġ jiġi ttestjat u, fejn meħtieġ, solvut;

5.  Jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq stħarriġ dwar il-bżonn ta' infrastruttura ġdida fl-ajruporti Ewropej meta jitqiesu l-karatteristiċi ġeografiċi, ekonomiċi, soċjali, ekoloġiċi u meteoroloġiċi partikolari, u wara tirrapporta lill-Parlament Ewropew qabel l-2009 dwar proposta għal kapaċità ġdida ta' l-ajruporti fl-Ewropa; jikkunsidra li dan ir-rapport għandu jippreżenta approċċ wieħed għall-Istati Membri sabiex jgħin fil-koordinazzjoni ta' kull inizjattiva nazzjonali għall-bini ta' kapaċità ġdida ta' l-ajruporti;

6.  Jemmen li l-linji ta' l-ajru u l-partijiet ikkonċernati finanzjarji jew rilevanti oħra, bħall-awtoritajiet reġjonali u lokali, għandhom jiġu kkonsultati dwar l-implikazzjonijiet soċjali u ambjentali meta jkunu qed jiġu ppjanati żviluppi fl-infrastruttura ta' l-ajruporti;

7.  Jissuġġerixxi li, bil-wasla ta' inġenji ta' l-ajru li jagħmlu anqas storbju, għandu jkun possibbli li jiġi żgurat li l-maġġoranza ta' l-ajruporti joperaw 24 siegħa kuljum sabiex jitjiebu l-użu, l-effiċjenza u l-konvenjenza ta' l-assi kapitali; jitlob biex jinħolqu miżuri ta' informazzjoni sabiex tiġi evitata oppożizzjoni eventwali mill-persuni li joqogħdu f'żoni qrib l-ajruporti fuq il-bażi ta' storbju u inkonvenjenza ambjentali;

8.  Jinnota li l-inġenji ta' l-ajru matul dawn l-aħħar 40 sena naqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 b'70% għal kull inġenju ta' l-ajru u li dan it-tnaqqis għadu għaddej, bl-għan ta' l-industrija jkun dak li sa l-2020 l-emissjonijiet jonqsu b'50% oħra għal kull inġenju ta' l-ajru;

9.  Jinnota, f'konformità mar-regoli ta' kompetizzjoni tal-Komunità, il-ħtieġa li jiġi introdott mekkaniżmu bbażat fuq is-suq fil-proċess ta' valutazzjoni u allokazzjoni ta' slots bil-għan li tinkiseb distribuzzjoni ġusta u jsir l-aktar użu tajjeb mill-kapaċità limitata ta' l-ajruporti; f'dan ir-rigward jikkunsidra bħala mira ideali li sseħħ it-tranżizzjoni minn drittijiet granpaternali għal irkant ħieles għas-slots, bi proporzjon speċifiku ta' slots f'ajruporti ċentrali miżmuma għal servizzi ‘feeder’ reġjonali;

10. Huwa ta’ l-opinjoni li l-estensjoni tal-kapaċità ta’ l-ajruporti mhix se tkun possibbli mingħajr il-kollaborazzjoni effiċjenti u assoluta bejn l-ajruporti u l-awtoritajiet reġjonali u lokali li jospitawhom, sakemm din il-kollaborazzjoni ma tmurx kontra r-regoli ta' kompetizzjoni tal-Komunità;

11. Jirrakkomanda li kull sforz ulterjuri biex tiġi emendata d-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità[4] għandu jikkonċentra fuq liberalizzazzjoni ulterjuri, tisħiħ tad-drittijiet ta' l-utenti u l-kwalità tas-servizzi tal-groundhandling; b’mod partikulari jistieden lill-Kummissjoni biex:

      –  teżamina l-possibilità li tistabbilixxi standards ta' kwalità minimi li għandhom jitqiesu fil-proċedura ta' selezzjoni u mdaħħla fil-kuntratt bejn il-linja ta' l-ajru u l-fornitur tas-servizz, b'enfasi partikolari fuq l-abilità tal-groundhandlers li jiksbu ċirkolazzjoni effiċjenti ta' l-inġenji ta' l-ajru u b'hekk isir l-aħjar użu mill-kapaċità ta' l-ajruporti;

      –  tikkunsidra t-tneħħija tal-perjodu massimu ta' kuntratt (7 snin) sabiex il-linji ta' l-ajru u s-servizzi ta' groundhandling ikunu jistgħu jinnegozjaw liberament u jippjanaw fit-tul;

      –  isaħħaħ id-drittijiet ta' l-utenti fir-rigward tad-deċiżjonijiet li jolqtuhom meħuda minn ajruport jew awtorità fil-kwistjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma' groundhandling;

12. Jikkunsidra li l-għadd minimu ta' fornituri ta' servizzi permess fl-ajruporti (attwalment 2) għandu jiġi rivedut mill-Kummissjoni u jiżdied, fejn xieraq, b'mod partikolari fil-każ ta' ajruporti kbar, u li ma għandu jkun hemm ebda limitu artifiċjali fl-għadd ta' operaturi terzi;

13. Jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi analiżi ġdida ta' l-impatt dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/67/KE, il-benefiċċju effettiv tagħha għall-utenti u l-passiġġieri u dwar kif il-liberalizzazzjoni ulterjuri għandha ttejjeb l-esperjenza ta' l-utent/passiġġier;

14. Jemmen li l-infrastruttura ċentrali (IĊ) għandha tiġi definita b'mod aktar ċar, wara konsultazzzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha, u li l-ispejjeż imposti għall-IĊ għandhom ikunu trasparenti, ġustifikati, ġusti u f'konformità ma' l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 96/67/KE; jikkunsidra li l-IĊ għandha titniżżel ukoll bħala dħul ta' l-ajruport fil-kontabilità ta' l-operaturi ta' l-ajruport;

15. Jieħu nota tar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 96/67/KE (COM(2006)0821), iżda josserva b'diżappunt li d-Direttiva kellha tkun riveduta sa Diċembru 2001!

PROĊEDURA

Titolu

Il-kapaċità u l-groundhandling ta' l-ajruporti: lejn politika iktar effiċjenti

Numru tal-proċedura

2007/2092(INI)

Kumitat responsabbli

TRAN

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

26.4.2007

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur
  Data tal-ħatra

John Purvis

22.5.2007

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

27.6.2007

12.7.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

12.7.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

8

 

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mariela Velichkova Baeva, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Ieke van den Burg, Elisa Ferreira, Jean-Paul Gauzès, Benoît Hamon, Gunnar Hökmark, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Wolf Klinz, Andrea Losco, Gay Mitchell, Cristobal Montoro Romero, Joop Post, John Purvis, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Olle Schmidt, Ivo Strejček, Sahra Wagenknecht

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar del Castillo Vera, Ján Hudacký, Werner Langen, Alain Lipietz, Maria Petre, Bilyana Ilieva Raeva, Andreas Schwab, Donato Tommaso Veraldi

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

  • [1]  ĠU L 377, 27.12.2006, p. 1.
  • [2]  ĠU L 377, 27.12.2006, p. 176.
  • [3]  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4.
  • [4]  ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36.

OPINJONI tal-Kumitat ghall-Impjiegi u l-Affarijiet Socjali (2.7.2007)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-kapaċità u l-ground handling ta' l-Ajruporti: lejn politika iktar effiċjenti
(2007/2092(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Thomas Mann

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.  Jaqbel ma’ l-opinjoni tal-Kummissjoni li d-direttiva dwar is-servizzi ta’ ground handling għandha bżonn ta’ titjib, simplifikar u kjarifika; iżda, dan ma jridx ikun neċessarjament marbut mingħajr iktar studju ma’ iktar ftuħ tas-suq u liberalizzazzjoni kif indikat mill-Kummissjoni;

2.  Jirrimarka li l-istudju kkummissjonat mill-Kummissjoni fl-2002 dwar il-kwalità u l-effiċjenza tas-servizzi ta’ ground handling fl-ajruporti ta’ l-UE bħala riżultat ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE jipprovdi evidenza li t-traspożizzjoni tad-direttiva fil-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri mhux dejjem saret mingħajr diffikultà[1];

3.  Jikkritika r-rapport l-iktar reċenti tal-Kummissjoni li jirreferi għar-riżultati ta’ l-istudju ta’ l-2002, li jibbaża l-analiżi tiegħu dwar l-impatt tal-liberalizzazzjoni tas-suq biss fuq l-esperjenza tal-15-il Stat Membru ‘antik’ u dejta skaduta; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi lit-12-il Stat Membru l-ġdid ukoll fl-analiżi u fl-ippjanar tagħha u biex tippreżenta riżultati empiriċi aġġornati;

4.  Jesprimi diżappunt għall-fatt li l-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni reċenti tagħha intitolata ‘Pjan ta’ azzjoni għall-kapaċità, l-effiċjenza u s-sikurezza ta’ l-ajruporti fl-Ewropa (COM(2006)0819)’, la tagħmel referenza għall-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-qasam u lanqas għal kwalunkwe mezz biex huma jiġu mtejba; jirrakkomanda bil-qawwa li l-impjegati fis-servizzi ta’ ground handling jikkontribwixxu b’mod deċiż għall-provediment ta’ servizzi aħjar kif ukoll għal livell ogħla ta’ sigurtà tat-titjiriet;

5.  Għalhekk jesprimi dubju dwar il-proposta tal-Kummissjoni li tieħu iktar passi għal-liberalizzazzjoni u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tevalwa r-riżultati ta’ passi preċedenti ta’ liberalizzazzjoni tas-suq fl-isfond ta’ tnaqqis fil-postijiet tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol li qed jiddeterjoraw u riskji ta’ sigurtà premezz ta’ riċerka empirika soda;

6.  Jinnota li, minn meta ġiet adottata d-Direttiva 96/67/KE, il-kompetizzjoni saret iktar ħarxa b’mod ċar u l-prezzijiet tas-servizzi ta’ ground handling naqsu fi kważi l-Istati Membri l-‘antiki’ kollha ta’ l-UE; jagħmel il-kritika li huma primarjament il-kumpaniji ta’ l-ajru li ġiegħlu lill-fornituri tas-servizz ta’ ground handling jaqtgħu l-ispejjeż u li sa ċertu punt il-konsumaturi, iżda fuq kollox il-kumpaniji ta’ l-ajru, ipprofittaw mill-prezzijiet iktar baxxi; huwa tal-fehma li hemm periklu, bħala riżultat tal-pressjoni permanenti għal adattament, li l-kwalità tas-servizzi ta’ ground handling u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol se tiħżien; jibża’ li l-kwalità tas-servizzi ta’ ground handling tnaqqset, u tista’ tkompli tonqos f’xi Stati Membri fil-futur bħala riżultat tal-liberalizzazzjoni u l-pressjoni permanenti għal adattament; jibża’ wkoll li se jiżviluppaw riskji ta’ sigurtà mhux neċessarji, iżda jirrikonoxxi li l-esperjenzi fl-Istati Membri jistgħu jvarjaw;

7.  Jinnota li l-ground handling jeħtieġ ħafna ħaddiema u li kważi tliet kwarti ta’ l-ispejjeż totali tal-handling huma spejjeż tal-ħaddiema; jaqbel ma’ l-opinjoni tal-biċċa l-kbira ta’ l-Istati Membri li l-fornituri tas-servizz ta’ ground handling għandhom problemi biex isibu u jżommu ħaddiema kwalifikati; jinnota, iżda, li dan il-fatt huwa marbut direttament ma’ l-istrateġija ta’ kumpaniji li jimplimentaw ‘politika ta’ spiża minima’ b’dannu għall-ħaddiema u l-kundizzjonijiet tax-xogħol sabiex ikunu iktar kompetittivi; jikkritika, konsegwentement, il-politika li biha kumpaniji ta’ l-ajru jew fornituri tas-servizz stabbiliti keċċew parti mill-ħaddiema tagħhom, filwaqt li r-reklutaġġ minn parteċipanti ġodda fis-suq huwa bħala regola b’rati ta’ paga iktar baxxi;

8.  F’dan ir-rigward, jikkritika l-fatt li l-proporzjon ta’ impjegati b’kuntratt fiss u ta’ impjegati bl-istejtus ta’ ħaddiema b’sottokuntratt żdied b’mod kostanti, b’dannu għall-impjiegi regolari;

9.  Huwa tal-fehma li għandu jkun hemm miżuri speċifiċi ta’ taħriġ mill-ġdid għall-istaff tas-servizzi ta’ l-ajruport kull tant żmien; jenfasizza li l-membri ta’ l-istaff involuti f’inċident serju jew f’diżgrazzja jridu jirċievu taħriġ mill-ġdid obbligatorju wara l-inċident serju jew d-diżgrazzja, filwaqt li l-membri ta’ l-istaff impjegati fuq bażi staġonali jridu jirċievu taħriġ teoretiku u prattiku qabel ma jibdew jaħdmu;

10. Jaqbel ma’ l-opinjoni li, f’xi Stati Membri, ir-relazzjonijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol (li jaffettwaw is-sigħat tax-xogħol, it-taħriġ inizjali u dak addizzjonali bħala garanzija ta’ kwalità) iddeterjoraw u l-livelli tal-pagi ġew imnaqqsa permezz ta’ ftehimiet mhux relatati mas-salarji, li f’ħafna każi rriżultaw fi tnaqqis fil-kwalità tas-servizzi pprovduti u f’telf ta’ effiċjenza fl-ajruporti (eż. proċessi ta’ trasferiment, bagalji reġistrati għal titjira jintilfu u/jew ma jiġux mgħobbija abbord, puntwalità tat-titjiriet); jirrimarka li d-deterjorament eżistenti u possibbli fil-kundizzjonijiet tax-xogħol imur direttament kontra l-objettivi ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona; jiddubita l-opinjoni tal-Kummissjoni li l-aspetti tas-sikurezza ta’ l-ajru m’humiex affettwati mil-liberalizzazzjoni tas-suq;

11. Jikkritika r-rapport tal-Kummissjoni minħabba li naqas milli jwettaq analiżi adegwata tal-kompatibilità soċjali tal-liberalizzazzjoni tas-suq; iwissi kontra iktar liberalizzazzjoni prematura mingħajr evalwazzjoni soda tal-passi diġà meħuda; konsegwentement, jistieden lill-Kummissjoni biex tikkummissjona studju komprensiv dwar l-effettività u l-kompatibilità soċjali tal-liberalizzazzjoni tas-suq mill-1996 fis-27 Stat Membru kollha, b’referenza partikolari għax-xejriet fil-pagi, is-sikurezza fuq ix-xogħol, il-kwalità tax-xogħol u l-protezzjoni minn perikli esterni, u b’referenza speċjali għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ direttivi Komunitarji dwar il-ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza għall-ħaddiema fuq ix-xogħol;

12. Jinnota li ajruporti internazzjonali ewlenin (hubs) huma speċjalment importanti għall-ekonomija u l-impjiegi tar-reġjuni tagħhom; jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi biex jiżdied l-irwol tagħhom fil-futur billi jinstabu mezzi biex isir l-aħjar użu minnhom u biex jitjiebu l-konnessjonijiet ta’ l-infrastruttura tat-trasport, sabiex jitqiegħdu fl-aħjar pożizzjoni fil-kompetizzjoni globali bħala ċentri ekonomiċi u ta’ impjiegi.

PROĊEDURA

Titolu

Il-kapaċità ta’ l-ajruporti u l-ground handling: lejn politika iktar effiċjenti

Numru tal-proċedura

2007/2092(INI)

Kumitat responsabbli

TRAN

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL
26.4.2007

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Thomas Mann
21.3.2007

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

7.6.2007

26.6.2007

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

27.6.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Andersson, Alexandru Athanasiu, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Derek Roland Clark, Luigi Cocilovo, Jean Louis Cottigny, Richard Falbr, Carlo Fatuzzo, Ilda Figueiredo, Roger Helmer, Karin Jöns, Ona Juknevičienė, Raymond Langendries, Elizabeth Lynne, Mary Lou McDonald, Thomas Mann, Jiří Maštálka, Maria Matsouka, Csaba Őry, Elisabeth Schroedter, José Albino Silva Peneda, Gabriele Stauner, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Rumiana Jeleva, Magda Kósáné Kovács, Sepp Kusstatscher, Jamila Madeira, Anja Weisgerber, Glenis Willmott

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Manolis Mavrommatis

Kummenti (informazzjoni disponibbli b’lingwa waħda biss)

 

  • [1]  L-istudju minn S&HE International Air Transport Consultancy (London) huwa disponibbli ‘online’ fl-indirizz: www.ec.europa.eu/transport/air_portal/index_en.htm

OPINJONI tal-Kumitat ghal-Libertajiet Civili, il-Gustizzja u l-Intern (20.7.2007)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-kapaċità u l-ground handling ta' l-Ajruporti: lejn politika iktar effiċjenti
(2007/2092(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Philip Bradbourn

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.        Ifakkar li l-promozzjoni tal-ħelsien, id-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja u s-sigurtà u f'dan il-kuntest il-ħarsien tad-dejta personali, hija parti ewlenija mill-politika ta' l-Unjoni Ewropea;

2.        Jisħaq li l-prinċipju tal-proporzjonalità huwa wieħed mill-prinċipji li l-Unjoni Ewropea timxi fuqu;

3.        Jitlob lill-Kummissjoni sabiex perjodikamentt tevalwa mill-gdid l-adegwatezza u l-effettività ta' miżuri intrużivi u degradanti marbuta mas-sigurtà fl-ajruport, b'mod partikulari r-rekwiżit li jitneħħa xi lbies u jiġu konfiskati l-likwidi;

4.        Jappoġġja lill-Kummissjoni fl-ambizzjoni tagħha li żżid l-effiċjenza tal-loġistika interna ta' l-ajruporti iżda jissuġġerixxi li din tkun limitata għall-intraċċjar (tracking) ta' bagalji u merkanzija biss;

5.        Iqis, madanakollu, li l-introduzzjoni ta' Tagħmir ta' Identifikazzjoni permezz ta' Frekwenza tar-Radju (RFID) fil-karti ta' l-imbarkament għall-passiġġieri individwali tkun ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif ukoll potenzjalment ksur tal-privatezza tad-dejta personali;

6.  Jinsab ferm imħasseb dwar il-ġbir u l-ħażna ta' dejta personali u jopponi b'mod deċiż il-possibiltà li din tintuża b'xi mod li jista' jwassal għal "people profiling" u li jiġi użat f' oqsma ta' sorveljanza oħra;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-entitajiet jew l-organizzazzjonijiet li għandhom aċċess għal din id-dejta jew għandhom il-permess li jaħżnuha għal żmien twil li jagħmlu hekk biss fil-każ li l-liġi tawtorizza dan, u jqis li kwalunkwe konsenja ta' dejta li taqbeż dawn il-limiti għandha twassal għal tħarrik;

8.        Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex ma tintroduċix miżuri ġodda li jaffettwaw ix-xogħol fl-ajruporti Ewropej b'mod dirett, bħal restrizzjonijiet li l-ajruporti m'għandhomx il-kapacità li jinfurzaw b'mod sodisfaċenti, pereżempju restrizzjonijiet fuq il-likwidi;

9.  Iqis li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jiġi kkonsultat dwar miżuri marbuta mad-dejta personali;

10.      Jistieden lill-Kummissjoni sabiex twettaq analiżi tar-riskju u/jew evalwazzjoni ta' l-impatt qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Il-kapacità u l-ground handling ta' l-ajruporti: lejn politika iktar effiċjenti

Proċedura numru

2007/2092(INI)

Kumitat responsabbli

TRAN

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fil-plenarja

LIBE

26.4.2007

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Philip Bradbourn
11.6.2007

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

26.6.2007

17.7.2007

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

17.7.2007

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

35

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Philip Bradbourn, Mihael Brejc, Giuseppe Castiglione, Giusto Catania, Jean-Marie Cavada, Esther De Lange, Panayiotis Demetriou, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Bárbara Dührkop Dührkop, Giovanni Claudio Fava, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Jeanine Hennis-Plasschaert, Roger Knapman, Magda Kósáné Kovács, Barbara Kudrycka, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Sarah Ludford, Dan Mihalache, Javier Moreno Sánchez, Athanasios Pafilis, Martine Roure, Søren Bo Søndergaard, Károly Ferenc Szabó, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Gérard Deprez, Iratxe García Pérez, Sophia in 't Veld, Jean Lambert, Marianne Mikko, Siiri Oviir

Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

OPINJONI tal-Kumitat gHall-IZvilupp ReGjonali (18.7.2007)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-kapaċità u l-ground handling ta' l-Ajruporti: lejn politika iktar effiċjenti
(2007/2092(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Mieczysław Edmund Janowski

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.   Jilqa' l-proposti mressqa mill-Kummissjoni u jenfasizza l-importanza tat-trasport bl-ajru biex tiġi żgurata l-koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali fl-Unjoni, b'mod partikulari fir-rigward tar-reġjuni remoti, periferiċi u insulari;

2.  Jinnota l-importanza ta' l-ajruporti, li kultant jikkostitwixxu kważi l-unika ''tieqa lejn id-dinja'', u jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet reġjonali sabiex jagħtu aktar kas tal-fatt li konnessjonijiet interni u internazzjonali ta' l-ajru tajbin jikkostitwixxu ta' spiss fattur determinanti għall-post fejn jitwettqu l-investimenti, għall-iżvilupp tat-turiżmu u għat-trasport mgħaġġel tal-merkanzija;

3.  Waqt li titqies ir-rata ta' l-iżvilupp tat-trasport ta' l-ajru, jenfasizza li jeħtieġ li l-komunitajiet reġjonali jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom analiżi oġġettiva tal-kapaċità għal traffiku ta' l-ajru ta' l-ajruporti fuq mill-inqas il-25 sena li jmiss, li tippermetti li jsir investiment fuq bażi razzjonali (u mhux biss fuq ambizzjuża) fil-kostruzzjoni ta' ajruporti ġodda u fil-modernizzazzjoni ta' l-ajruporti eżistenti - inluża l-konverżjoni ta' ajruporti militari għal ajruporti ċivili;

4.  Jistieden lill-Istati Membri, kif ukoll lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, sabiex jiżguraw li l-ajruporti, indipendentement mill-entità li tamministrahom, ikunu inklużi fil-pjanijiet ta' żvilupp territorjali tar-reġjuni jitqiesu fl-istrateġiji ta' l-iżvilupp reġjonali; jirrimarka li l-estensjoni u l-bini ta' infrastruttura ewlenija bħal ajruporti trid tiġi soġġetta għal evalwazzjoni ta' l-impatt territorjali;

5.  Jenfasizza l-bżonn li jiġi żgurat li jiġu provduti l-iktar konnessjonijiet rapidi possibbli bejn l-ajruporti u ċ-ċentri urbani;

6.  Jenfasizza l-importanza tal-koperazzjoni interreġjonali, inkluża dik transkonfinali, u jqis li huwa rakkomandabbli li l-ajruporti reġjonali jkunu jinsabu fejn ikunu jistgħu jaqdu bl-aktar mod effettiv lir-reġjuni ġirien u dawk lil hinn mill-fruntiera;

7.  Iqis li huwa partikularment xieraq li jiġu applikati soluzzjonijiet intermodali kull meta dan ikun possibbli; hu tal-fehma li konnessjonijiet bil-ferrovija (ta' veloċità għolja) bejn ajruporti joffru opportunità ideali biex jittaffew il-problemi ta' kapaċità ta' l-ajruporti konċernati;

8.   Jenfasizza l-importanza ekonomika ta' l-ajruporti għall-ħolqien ta' impjiegi, partikularment fil-livell reġjonali; jirrimarka li l-operaturi ta' l-ajruporti Ewropej, il-kumpaniji ta' l-ajru, id-ditti ta' manutenzjoni u dawk li jipprovdu s-servizzi ta' l-ikel huma fil-pożizzjoni li joħolqu numru sinifikanti ta' impjiegi, u b'hekk jikkontribwixxu għall-Istrateġija ta' Liżbona;

9    Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex, fl-għażla tal-post fejn jinbena ajruport, iqisu l-impatti fuq l-ambjent bħall-fastidju dovut għall-istorbju, l-emissjonijiet, id-densità tat-traffiku fit-toroq qrib l-ajruport, il-viċinanza ta' tankijiet tal-fjuwil, eċċ, u l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi;

10. Iqis li l-kostruzzjoni u l-estensjoni ta' l-infrastrutturi ta' l-ajruporti u ta' dawk relatati għandu jkollhom appoġġ xieraq mill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u jirċievu finanzjament adegwat taħt in-Netwerk Transewropew tat-Trasport (TEN-T), il-Fond ta' Koeżjoni (CF) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF).

PROĊEDURA

Titolu

Il-kapaċità u l-groundhandling ta' l-ajruporti: lejn politika iktar effiċjenti

Numru tal-proċedura

2007/2092(INI)

Kumitat responsabbli

TRAN

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI
26.4.2007

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur
  Data tal-ħatra

Mieczysław Edmund Janowski
7
.6.2007

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

7.6.2007

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

17.7.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alfonso Andria, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Tiberiu Bărbuleţiu, Jean Marie Beaupuy, Rolf Berend, Wolfgang Bulfon, Bairbre de Brún, Vasile Dîncu, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Pedro Guerreiro, Zita Gurmai, Marian Harkin, Jim Higgins, Filiz Hyusmenova, Mieczysław Edmund Janowski, Rumiana Jeleva, Evgeni Kirilov, Constanze Angela Krehl, Mario Mantovani, Sérgio Marques, James Nicholson, Lambert van Nistelrooij, Jan Olbrycht, Maria Petre, Markus Pieper, Pierre Pribetich, Wojciech Roszkowski, Elisabeth Schroedter, Grażyna Staniszewska, Kyriacos Triantaphyllides, Oldřich Vlasák

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Den Dover, Jill Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Christa Prets, Samuli Pohjamo, Károly Ferenc Szabó

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Thomas Ulmer

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

RIZULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

11.9.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Cramer, Arūnas Degutis, Petr Duchoň, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Mathieu Grosch, Stanisław Jałowiecki, Georg Jarzembowski, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Sepp Kusstatscher, Eva Lichtenberger, Bogusław Liberadzki, Robert Navarro, Paweł Bartłomiej Piskorski, Luís Queiró, Reinhard Rack, Luca Romagnoli, Gilles Savary, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Silvia-Adriana Ţicău, Yannick Vaugrenard, Roberts Zīle.

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zsolt László Becsey, Johannes Blokland, Philip Bradbourn, Zita Gurmai, Jeanine Hennis-Plasschaert, Anne E. Jensen, Antonio López-Istúriz White, Helmuth Markov, Willem Schuth, Catherine Stihler, Ari Vatanen.

Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali