RAPPORT dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

3.10.2007 - (2007/2169(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteurs: Alain Lamassoure, Adrian Severin

Proċedura : 2007/2169(INL)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0351/2007

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

(2007/2169(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Lulju 2007 sabiex ilaqqa' konferenza intergovermentali (IGC): opinjoni tal-Parlament Ewropew (l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea)[1],

–    wara li kkunsidra l-Artikolu I-20, paragrafu 2, tat-Trattat tad-29 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa u l-Protokoll 34 dwar l-itrattat imsemmi[2],

–    wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tal-21 u t-22 ta' Ġunju 2007[3],

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 1, paragrafu 15, ta' l-abbozz tat-Trattat li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Trattat kif emendat)[4],

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0351/2007),

A.  billi l-Kunsill Ewropew li ltaqa' fil-21 u t-22 ta' Ġunju stieden lill-Parlament Ewropew sabiex jippreżenta sa Ottubru 2007 abbozz ta' inizjattiva relatat mad-deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni futura tal-Parlament Ewropew kif stabbilit fil-protokoll 34, miftiehem fil-Konferenza Intergovermentali ta' l-2004,

B. billi d-distribuzzjoni tas-siġġijiet għal-leġiżlatura 2009-2014 hija attwalment stabbilita fl-Artikolu 9, paragrafu 2, ta' l-Att tal-25 ta' April 2005 dwar il-kundizzjonijiet ta' adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u fl-aġġustamenti tat-Trattati fuq liema hija msejsa l-Unjoni Ewropea,

C.  billi l-abbozz tat-trattat kif emendat jipproponi li jiġi emendat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (l-Artikolu (9A) ġdid), sabiex tinħoloq proċedura ġdida għad-definizzjoni tal-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, liema trattat jistabblixxi limitu ta' 750 siġġu, b'massimu għal kull Stat Membru ta' 96 siġġu u minimu ta' 6 siġġijiet, u l-prinċipju ta' "proporzjonalità digressiva",

D.  billi l-prinċipju ta' proporzjonalità digressiva mhux definit fit-Trattat u li dan il-prinċipju għandu jkun ippreċiżata b'mod ċar u oġġettiv, b'mod li jservi ta' linja gwida għar-ridistrubzzjoni tas-siġġijiet kollha tal-Parlament Ewropew,

E.   billi, kif definit, il-prinċipju ta' proporzjonalità digressiva, bħala prinċipju mħaddan fil-leġizlazzjoni primarja, se jservi ta' parametru għall-evalwazzjoni tal-konformità tad-Deċiżjoni li l-istituzzjonijiet kompetenti huma obbligati li jieħdu sabiex jistabbilixxu l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew,

F.   billi kwalunkwe vjolazzjoni tal-prinċipju tista' tkun sanzjonata mill-Qorti tal-Ġustizzja,

G.  billi fiċ-ċirkustanzi attwali, huwa importanti li jkun żgurat li l-ebda Stat Membru ma jkun obbligat jaċċetta aktar tnaqqis fin-numru ta' siġġijiet bħala riżultat ta' l-aħħar tkabbir,

H.  billi f'dan l-istadju mhux xieraq li jiġi kkunsidrat l-impatt ta' aktar tkabbir minħabba li dan ma jistax jiġi evalwat minn qabel u minħabba li huwa possibbli li jiġu meqjusin il-konsegwenzi ta' l-adeżjoni permezz ta' żieda temporanja tal-limitu massimu tas-siġġijiet li huwa 750 siġġu, kif kien sar fi żmien l-aħħar tkabbir,

I.    billi sistema ċara, kontrollabbli u trasparenti għandha tkun applikabbli anke għall-bidliet futuri tad-daqs tal-popolazzjonijiet ta' l-Istati Membri mingħajr il-bżonn ta' negozjati sostanzjalment ġodda,

J.    billi se tkun meħtieġa sistema ġusta, kontrollabbli u sostenibbli tad-distribuzzjoni tas-siġġijiet fil-Parlament Ewropew biex tissaħħaħ il-leġittimità demokratika tar-rappreżentanza popolari u billi din is-sistema se tkun il-kundizzjoni għall-prestazzjoni tal-Parlament u għall-parteċipazzjoni tiegħu fil-formulazzjoni ta' l-opinjoni u fil-proċess leġiżlattiv Ewropew,

K.  billi n-numru attwali ta' siġġijiet fil-Parlament Ewropew jagħmel id-deċiżjoni li n-numru ta' siġġijiet tal-Parlamentt Ewropew li se jkun elett fl-2009 jinbidel mis-sitwazzjoni preżenti, tidher mhux biss xierqa iżda wkoll ġustifikata, liema deċiżjoni se tirriżulta f'sistema aktar stabbli bbażata fuq il-proporzjonalità digressiva,

1.   Jixtieq bħall-Kunsill Ewropew li immedjatament tintlaħaq ftehima politika li tippermetti l-adattament tal-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew skond il-formolazzjoni u l-ispirtu tat-trattat il-ġdid, u sabiex dan it-trattat jiġi fformalizzat immedjament wara d-dħul fis-seħħ tat-trattat il-ġdid fi żmien qabel biżżejjed l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew ta' l-2009;

2.   Iqis li d-definizzjoni tal-kompożizzjoni l-ġdida tal-Parlament Ewropew tirrifletti iktar ir-realità demografika u tirrapreżenta aħjar liċ-ċittadini Ewropej u ssaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-Parlament Ewropew fil-mument meta hu għandu jwettaq ir-responsabbilitajiet il-ġodda mogħtija lilu mit-trattat il-ġdid;

3.   Jiġbed l-attenzjoni li fis-sitwazzjonijiet kollha,il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew kif stabbilita fl-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għandha tkun emendata immedjatament wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat kif emendat;

4.   Jiġbed l-attenzjoni li l-Artikolu 9A tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif inkorporat fir-Trattat kif emendat, jistabbilixxi qafas li jinkludi limitu massimu ġenerali ta' 750 siġġu, b'massimu ta' 96 siġġu għall-Istat li jkollu l-ikbar popolazzjoni u b'minimu ta' 6 siġġijiet għall-Istat li jkollu l-iżgħar popolazzjoni u jistabbilixxi l-prinċipju ta' rappreżentanza taċ-ċittadini Ewropej skond il-proporzjonalità digressiva, mingħajr ma jiddefinixxi dan it-terminu b'mod aktar preċiż;

5.   Josserva li l-qafas ta' l-Artikolu 9A jippermetti li jkunu kkombinati l-prinċipju ta' l-effikaċità, billi jiġi impost limitu massimu fuq in-numru ta' Membri f'livell li għadu kompatibbli ma' l-irwol ta' l-assemblea leġiżlattiva, il-prinċipju tal- pluralità, billi jkun possibbli li l-kostitwenti ewlenin ta' l-ispettru ta' l-opinjoni politika f'kull Stat Membru - partikolarment il-maġġoranza u l-oppożizzjoni - ikunu rappreżentati u l-prinċipju ta' solidarjetà, fejn l-Istati li għandhom l-ikbar popolazzjonijiet jilħqu ftehim li ma jkunux rappreżentati biżżejjed sabiex ikun possibbli li l-istati li jkollhom l-iżgħar popolazzjonijiet ikunu rappreżentati aħjar;

6.   Iqis li l-prinċipju ta' proporzjonalità digressiva jfisser li l-proporzjon bejn il-popolazzjoni u n-numru ta' siġġijiet ta' kull Stat Membru għandu jvarja skond il-popolazzjoni rispettiva tiegħu, b'tali mod li kull Membru Parlamentari ta' Stat Membru b'popolazzjoni kbira jirrappreżenta iktar ċittadini minn kull Membru Parlamentari ta' Stat b'popolazzjoni żgħira u bil-maqlub, iżda wkoll li kull Stat Membru li għandu popolazzjoni żgħira ma jkollux aktar siġġijiet minn Stat Membru li għandu popolazzjoni kbira;

7.   Jenfasizza, fl-isfond ta' l-armonizzazzjoni insuffiċjenti attwali tal-kunċett ta' ċittadinanza bejn l-Istati Membri, li, b'relazzjoni mal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru, għandha ssir riferenza għad-dejta maħruġa mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika ta' l-Unjoni Ewropea (Eurostat), fuq liema dejta jibbaża l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea meta jkun obbligat jivverifika l-persentaġġ tal-popolazzjoni totali ta' l-Unjoni, fil-każ li tkun se tittieħed deċiżjoni b'maġġoranza kwalifikata.

8.   Iqis xieraq li ma jiġi propost għall-ebda Stat Membru, f'dan il-mument tal-proċess ta' l-integrazzjoni Ewropea, l-ebda tnaqqis fin-numru ta' siġġijiet tiegħu kif inhu ssuġġerit fit-Trattat ta' adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, b'eċċezzjoni għat-tnaqqis fin-numru ta' siġġijiet tal-Ġermanja, l-iktar Stat ippopolat, minn 99 siġġu għal 96 siġġu, liema tnaqqis huwa stabbilit fil-mandat tat-Trattat kif emendat;

9.   Iqis barra minn hekk, li fil-kundizzjonijiet attwali, m'hemmx lok għal tnaqqis tan-numru ta' siġġijiet tal-Parlament Ewropew u, għalhekk, tar-rappreżentanza taċ-ċittadini Ewropej fid-dawl tat-tkabbir li jmiss isir li d-data tiegħu għadha mhix prevista;

10. Jipproponi għalhekk li d-distribuzzjoni tas-siġġijiet tal-Parlament Ewropew futur ikun ibbażat fuq 750 Membru, u jqis li l-adeżjonijiet futuri jistgħu joħolqu l-possibilità li dan il-limitu massimu jinqabeż proviżorjament sat-tmiem tal-leġiżlatura, kif ġara fil-każ ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u jkun segwit minn reviżjoni globali tad-distribuzzjoni tas-siġġijiet għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew wara t-tkabbir;

11. Ifakkar li n-nuqqas ta’ rispett għall-prinċipju tal-proporzjonalità digressiva definit b'dan il-mod, jista' fil-ġejjieni jkun sanzjonat mill-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-att li jiddefinixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, isir att ta' dritt derivat li jrid jirrispetta l-limiti u l-prinċipji stabbiliti fit-trattat;

12. Jitlob lill-Konferenza Intergovermentali biex tinkludi f'dikjarazzjoni - li għandha tkun annessa mal-konklużjonijiet ta' l-imsemmija Konferenza- dwar l-Artikolu 9 A, paragrafu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif stabbilit fl-abbozz tat-Trattat kif emendat, l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, bid-dispożizzjoni li l-adozzjoni formali tiegħu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9 A, paragrafu 2, imsemmi, se sseħħ immedjatament wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat kif emendat; jimpenja ruħu, minn naħa tiegħu, li jieħu azzjoni mingħajr dewmien meta jidħol fis-seħħ it-Trattat kif emendat; jistieden lill-Kunsill Ewropew biex jimplimenta d-dikjarazzjoni msemmija hekk kif jidħol fis-seħħ it-Trattat kif emendat u skond id-dispożizzjonijiet tiegħu biex ikun possibbli li l-Istati Membri jieħdu d-dispożizzjonijiet interni neċessarji fi żmien biżżejjed qabel, liema żmien ikun jista' jkun utilizzat għall-organizzazzjoni ta' l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew għal-leġiżlatura 2009-2014;

13. Jinsisti li r-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 3 ta' l-abbozz ta' Deċiżjoni msemmija mill-Kunsill Ewropew tkun sfruttata għar-riċerka dwar il-fattibilità teknika u politika li jkun ikkunsidrat mhux in-numru ta’ abitanti, li hu stabbilit kull sena mill-Uffiċċju ta’ l-Istatistika ta’ l-Unjoni Ewropea (Eurostat) iżda n-numru ta’ ċittadini Ewropej;

14. Jiġbed l-attenzjoni dwar ir-rabta politika li teżisti bejn id-distribuzzjoni l-ġdida proposta tas-siġġijiet skond il-prinċipju ta' proporzjonalità digressiva u r-riforma ġenerali għall-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni, b'mod partikolari l-prinċipju ta' maġġoranza doppja għad-determinazzjoni tal-maġġoranza fil-Kunsill (l-Artikolu 9 C, paragrafu 4, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif stabbilit fl-abbozz tat-Trattat kif emendat) u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni (Artikolu 9D, paragrafu 5, tat-Trattat imsemmi hawn fuq) u jenfasizza kemm huwa importanti li dawn ir-riformi jkunu koerenti filwaqt li fl-istess ħin jirrikonoxxi n-natura ġuridika speċifika ta' kull istituzzjoni; iqis li jekk ir-riforma tal-votazzjoni bil-maġġoranza fil-Kunsill u tal-kompożizzjoni tal-Kummissjoni ma tidħolx fis-seħħ qabel l-2014, id-distribuzzjoni mill-ġdid tal-Parlament Ewropew għandha idħol fis-seħħ fl-2009; jirriserva d-dritt madanakollu li tkun evalwata l-approvazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew b'konformità ma' l-Artikolu 9A tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar id-distribuzzjoni mill-ġdid tas-siġġijiet tal-Parlament Ewropew fid-dawl tar-riformi ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni kif stabbiliti fit-Trattat kif emendat;

15. Jinsab konxju tal-fatt li l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew kif proposta hija applikazzjoni oġġettiva tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-abbozz tat-Trattat kif emendat, iżda fil-ġejjieni ser jimponi sforz ta’ adattazzjoni sabiex jiġu affaċjati l-isfidi l-ġodda li ser jinqalgħu fuq medda twila ta’ żmien, b’mod partikulari waqt l-adeżjonijiet futuri; iqis li, fil-kuntest ta' din ir-riforma futura, ikun xieraq li fil-każijiet kollha jkunu rratifikati l-inugwaljanzi kollha possibbli tat-Trattat li seħħew minħabba raġunijiet storiċi;

16. Jipproponi lill-Kunsill Ewropew biex jeżamina fi żmien biżżejjed qabel kull elezzjoni ġdida għall-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlament Ewropew, id-daqs tal-popolazzjoni biex jiġi stabbilit il-bażi tal-kalkolu;

17. Jipproponi f'dan ir-rigward li tkun studjata l-possibilità li jiġu eletti numru ta' Membri Parlamentari Ewropej minn fuq listi transnazzjonali; iqis li dan jista' jikkontribwixxi sabiex tingħata dimensjoni verament Ewropea għad-dibattitu elettorali, speċjalment billi l-partiti politiċi Ewropej jingħataw irwol ċentrali u ta' fiduċja;

18. Jerġa jisħaq li din il-proposta hija direttament marbuta mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat kif emendat; iqis li, fil-każ fejn ir-ratifiakzzjoni ta' dan it-Trattat ma tiġix konkluża b'suċċess qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2009, għandha tibqa' fis-seħħ id-distribuzzjoni tas-siġġijiet kif stabbilit fit-Trattati attwali;

19. Jitlob lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport imsemmi qabel tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tiegħu lill-konferenza intergovermentali, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni.

  • [1] Testi Adottati ta' din id-data, P6_TA(2007)0328.
  • [2]  ĠU C 310 tas-16.12.2004, p. 1.
  • [3]  11177/1/07 REV 1.
  • [4]  IGC tat-23 ta' Lulju 2007.

ANNESS

Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

IL-KUNSILL EWROPEW,

wara li kkunsidra l-Artikolu (9 A), paragrafu 2, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1) Ikun xieraq li d-Deċiżjoni msemmija fl-Artikolu [9 A], paragrafu 2, it-tieni inċiż, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea tkun adottata mill-iktar fis possibbli, sabiex tippermetti lill-Istati Membri li jieħdu d-dispożizzjonijiet interni meħtieġa għall-organizzazzjoni ta' l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew għal-leġiżlatura 2009-2014.

(2) Din id-Deċiżjoni għandha tirrispetta l-kriterji definiti fil-paragrafu 2, l-ewwel inċiż ta' l-istess Artikolu rigward numru totali ta' rappreżentanti taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea li ma jaqbiżx 750 Membru, liema rappreżentanza għandha tkun żgurata permezz ta' sistema proporzjonali digressiva, b'numru minimu ta' 6 siġġijiet għal kull Stat Membru filwaqt li l-ebda Stat Membru ma jista' jkun allokat iktar minn 96 siġġu.

(3) F'dan l-istadju huwa mixtieq li ma jiġix ikkunsidrat l-impatt ta' tkabbir futur possibbli, li fl-Atti ta' adeżjoni korrispondenti, jista' jirriżulta f'żieda temporanja mal-limitu massimu ta' 750 Membru Parlamentari, li kienet il-proċedura adottata fi żmien l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-prinċipju ta' proporzjonalità digressiva, stabbilit fl-Artikolu 9 A tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandu jkun applikat kif ġej:

-  in-numru minimu u massimu stabbilit mit-Trattat għandu jkun utilizzat b'mod sħiħ, biex ikun żgurat li l-allokazzjoni ta' siġġijiet tal-Parlament Ewropew tirriflett kemm jista' jkun possibbli, il-firxa ta' popolazzjonijiet ta' l-Istati Membri;

-  ikbar ma tkun il-popolazzjoni ta' pajjiż, iktar għandu dritt il-pajjiż li jkollu numru ikbar ta' siġġijiet;

-  ikbar ma tkun il-popolazzjoni ta' pajjiż, ikbar ikun in-numru ta' abitanti li kull Membru Parlamentari Ewropew jirrappreżenta.

Artikolu 2

Skond l-Artikolu 1, in-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru huwa stabbilit kif ġej, b'effett mill-bidu tal-leġiżlatura 2009-2014:

Il-Belġju

22

Il-Bulgarija

18

Ir-Repubblika Ċeka

22

Id-Danimarka

13

Il-Ġermanja

96

L-Estonja

6

Il-Greċja

22

Spanja

54

Franza

74

L-Irlanda

12

L-Italja

72

Ċipru

6

Il-Latvja

9

Il-Litwanja

12

Il-Lussemburgu

6

L-Ungerija

22

Malta

6

L-Olanda

26

L-Awstrija

19

Il-Polonja

51

Il-Portugal

22

Ir-Rumanija

33

Is-Slovenja

8

Is-Slovakja

13

Il-Finlandja

13

L-Iżvezja

20

Ir-Renju Unit

73

Artikolu 3

Id-deċiżjoni preżenti se tkun riveduta fi żmien biżżejjed qabel il-bidu tal-leġiżlatura 2014-2019 bil-għan li fil-futur ikun possibbli qabel kull elezzjoni ġdida għall-Parlament Ewropew li jerġgħu jiġu allokati s-siġġijiet bejn l-Istati Membri b'mod oġġettiv u bbażat fuq il-prinċipju ta' proporzjonalità digressiva kif stabbilit fl-Artikolu 1, b'kunsiderazzjoni xierqa għaż-żieda eventwali tan-numru tagħhom u ta' l-iżviluppi demografiċi .

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il–President

NOTA SPJEGATTIVA

I – Sfond storiku

Mill-1979, il-membri tal-Parlament Ewropew (MPE) bdew jiġu eletti b’elezzjoni universali, diretta u sigrieta miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri (SM), wara l-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tat-12-13 ta’ Lulju 1976 li stabilixxa l-kwoti tar-rappreżentazzjoni għal kull Stat Membru : il-pajjiżi l-kbar (Franza, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Italja u r-Renju Unit) kisbu 81 rappreżentant kull wieħed, filwaqt li l-pajjiżi ż-żgħar kisbu għadd ta’ rappreżentanti proporzjonat għall-popolazzjoni tagħhom, iżda iktar mill-proporzjon tagħhom fil-popolazzjoni tal-KEE ta’ dak iż-żmien (25 għall-Olanda, 24 għall-Belġju, 16 għad-Danimarka, 15 għall-Irlanda u 6 għal-Lussemburgu).

Wara l-adeżjoni tal-Greċja fl-1981, ta’ Spanja u tal-Portugall fl-1986, ġew allokati siġġijiet ġodda lil kull wieħed minn dawn il-pajjiżi flimkien ma’ l-MPEs eżistenti, filwaqt li kienu segwiti l-istess prinċipji inizjali (il-Greċja u l-Portugall kisbu 24 siġġu kull wieħed, filwaqt li Spanja kisbet 60 siġġu).

Il-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgh tal-11-12 ta' Diċembru 1992 adotta kompożizzjoni ġdida tal-Parlament Ewropew fuq il-bażi ta’ proposta tal-Parlament[1] filwaqt li ġiet ikkunsidrata l-unifikazzjoni tal-Ġermanja. Il-proposta tat 18-il siġġu addizzjonali lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, iżda tat ukoll sitt siġġijiet addizzjonali lil Franza, lill-Italja, lill-Olanda u lir-Renju Unit, erba’ lil Spanja, wieħed lill-Belġju, lill-Greċja u lill-Portugall) filwaqt li kkunsidrat l-adeżjoni li kien imiss ta’ ċerti pajjiżi ta’ l-EFTA (Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. Il-proposta tal-Parlament Ewropew kienet għal darb’oħra bbażata fuq il-prinċipju ta’ proporzjonalità digressiva. L-istess formula ntużat sabiex jiġi ddeterminat in-numru ta’ membri sabiex jirrappreżentaw lill-Awstrija, lill-Finlandja u lill-Iżvezja (21, 16 u 22 siġġu rispettivament), għalkemm saret modifika żgħira fin-numru li rriżulta mill-applikazzjoni stretta tal-formula.

It-tqassim tas-siġġijiet għal kull Stat Membru kif propost mill-Parlament Ewropew kien ibbażat fuq il-formula li ġejja : sitt siġġijiet li għandhom jiġu allokati lil kull Stat Membru indipendentament min-numru ta’ l-abitanti tiegħu, flimkien ma’ siġġu addizzjonali għal kull 500,000 abitant għall-għadd ta’ abitanti bejn il-miljun u l-25 miljun, siġġu addizzjonali għal kull miljun abitant għall-għadd ta’ abitanti bejn il-25 u s-60 miljun, u siġġu addizzjonali għal kull żewġ miljun abitant ‘il fuq minn 60 miljun. Madankollu, din il-formula ma ġietx applikata b’mod strett.

It-Trattat ta’ Amsterdam ikkonsagra din il-formula filwaqt li offrielha dimensjoni istituzzjonali, iżda introduċa wkoll il-prinċipju ta’ l-effiċjenza, billi llimita l-għadd totali ta’ MPE għal 700. Din iċ-ċifra ġiet emendata sabiex tilħaq 732 membru, matul in-negozjati tat-Trattat ta’ Nizza, wara l-proċess ta’ tkabbir. Matul l-istess negozjati ġiet adottata korrezzjoni pro rata sabiex in-numru totali seta’ jibqa’ kostanti. Għaldaqstant, Stati Membri differenti rrinunzjaw għal xi wħud mis-siġġijiet tagħhom (10 għal Spanja, 9 għal Franza, għall-Italja u għar-Renju Unit, 4 għall-Olanda, 3 għall-Awstrija u għall-Iżvezja, 2 għad-Danimarka, għall-Finlandja u għall-Irlanda, 1 għall-Belġju, għall-Greċja u għall-Portugall), sabiex tkun żgurata kompożizzjoni bbilanċjata u effiċjenti wara t-tkabbir tal-lvant.

II – L-istat preżenti tal-kwistjoni

1.   Il-qafas istituzzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea jistipula li l-entitajiet ewlenin li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi huma l-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Il-Kunsill huwa l-korp li jirrappreżenta lill-Istati Membri. Il-Parlament Ewropew huwa l-korp li jirrappreżenta liċ-ċittadini. Dan sar evidenti b’mod partikolari mill-1979, meta l-Parlament ġie elett b’mod dirett miċ-ċittadini ta’ kull Stat Membru.

2.   Madankollu, għalkemm il-Parlament Ewropew huwa l-“kamra taċ-ċittadini”, il-kompożizzjoni tiegħu hija meqjusa b’tali mod li m’hijiex – u li qatt ma kienet mill-bidu nett – “proporzjonali” man-numru ta’ l-abitatnti ta’ kull Stat Membru, kif wieħed jistenna. Dan iġib miegħu l-konsegwenza li l-MPE kollha ma jirrappreżentawx l-istess numru ta’ abitanti, kuntrarjament għal dak li wieħed jistenna mill-korp li jirrappreżenta liċ-ċittadini. Konsegwentement, il-voti taċ-ċittadini ta’ Stati Membri differenti m’għandhomx l-istess piż, anzi l-kuntrarju.

3.   Sa ċertu punt, din is-sitwazzjoni kemmxejn stramba mil-lat tad-demokrazija tista’ tinftiehem jekk wieħed iqis ir-realtà kumplessa tas-sistema politika ta’ l-Unjoni :

─    id-differenzi enormi fil-popolazzjoni bejn l-Istati Membri (biex wieħed jagħti xi eżempji: Il-popolazzjoni tal-Ġermanja hija madwar 205 darbiet superjuri għal dik ta’ Malta, l-Olanda tirrappreżenta iktar minn 21 darba l-popolazzjoni ta’ Ċipru, Spanja għandha iktar minn 4 darbiet iktar abitanti mill-Portugall), il-fatt li r-rappreżentazzjoni tal-familji politiċi ewlenin f’kull pajjiż, tallinqas il-maġġoranza u l-oppożizzjoni, għandha tkun iggarantita, il-ħtieġa li jinżamm in-numru totali ta’ MPE fi ħdan limiti raġonevoli sabiex tkun żgurata l-effiċjenza ta’ l-istituzzjoni, huma elementi li kollha jesigu ċerta “flessibiltà” fl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità;

─    barra minn hekk, wieħed m’għandux jinsa l-ispeċifiċità ta’ l-arranġamenti politiċi li fuqhom isserraħ l-Unjoni. Fil-fatt, għalkemm il-Kunsill huwa l-istituzzjoni li fiha l-Istati Membri fihom infushom jiġu rappreżentati, l-Istati Membri m’għandhomx l-istess piż fil-proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, barra fil-każ meta d-deċiżjonijiet tal-Kunsill jittieħdu b’mod unanimu (fejn hemm tendenza li dan kulma jmur isir l-eċċezzjoni). Tassew, meta tapplika maġġoranza kkwalifikata, dejjem kien hemm sistema ta’ influwenza tal-voti li b’xi mod tqis id-differenzi tal-popolazzjoni bejn l-Istat Membri. Din, sa ċertu punt, hija enfasizzata mill-Abbozz tat-Trattat ta’ Riforma (eżatt bħat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa) bir-rikonoxximent tal-kriterju tad-daqs tal-popolazzjoni bħala wieħed mill-kriterji tal-“maġġoranza doppja” li fuq il-bażi tagħhom hija kkalkulata l-“maġġoranza kkwalifikata”. Wieħed jista’ jimmaġina li li kieku s-sistema preżenti tevolvi fis-sens ta’ parità ikbar ta’ l-influwenza ta’ l-Istati Membri fil-Kunsill, imbagħad ikun possibbli li jsir eżami iktar preċiż tad-daqs tal-popolazzjoni b’rabta mal-kompożizzjoni tal-Parlament. Iżda m’għandna l-ebda sinjal ta’ evoluzzjoni bħal din fil-futur qarib.

4.   Kien preċiżament il-fatt li s-sistema l-ġdida ta’ maġġoranza kkwalifikata (maġġoranza doppja) timplika eżami rinfurzat tal-kriterji tal-popolazzjoni li wassal sabiex il-Konferenza Intergovernattiva ta’ l-2004 tipprevedi li l-kompożizzjoni tal-PE għandha tiġi analizzata mill-ġdid, skond il-proċedura l-ġdida u l-limiti u l-prinċipji speċifiċi li stabbilixxiet, fil-ħin għad-dħul fis-seħħ tas-sistema l-ġdida għall-votazzjoni fil-Kunsill, li dak iż-żmien kienet prevista għall-2009[2].

Kif nafu t-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa ma daħalx fis-seħħ. L-Abbozz tat-Trattat ta’ Reviżjoni li bħalissa qiegħed jiġi diskuss issa jipprevedi li s-sistema tal-votazzjoni l-ġdida fil-Kunsill tidħol biss fis-seħħ fl-2014. Dan il-fatt jista’ jqajjem l-argument li l-kompożizzjoni l-ġdida tal-PE għandha tidħol biss fis-seħħ f’dik id-data. Madankollu, il-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju li għadda stieden b’mod espliċitu lill-Parlament sabiex jippreżenta l-proposta tiegħu dwar id-distribuzzjoni mill-ġdid tas-siġġijiet sa Ottubru li jmiss, preżumibilment minħabba pressjoni politika minn xi Stati Membri sensittivi b’mod partikolari għal din il-kwistjoni, li jitolbu li jkun diġà stabbilit ftehim politiku dwar dik id-distribuzzjoni mill-ġdid qabel ma jagħtu l-kunsens tagħhom għar-riformi ġenerali li jinsabu fit-Trattat il-ġdid.

Xorta waħda, hija konvinzjoni tagħna li l-Parlament għandu tassew iwieġeb b’mod pożittiv għat-talba tal-Kunsill, l-iktar minħabba li l-Parlament il-ġdid li se jiġi elett fl-2009 għandu jibbenefika mis-setgħat il-ġodda, kif previst fl-Abbozz tat-Trattat ta’ Reviżjoni. Nassumu li t-talba tal-Kunsill Ewropew tfisser li l-proposta tagħna se tikkostitwixxi l-bażi għal ftehim politiku li xorta jrid jissarraf f’deċiżjoni formali skond il-proċedura l-ġdida, ladarba t-Trattat ta’ Riforma jiġi rratifikat u jidħol fis-seħħ.

III – Is-sitwazzjoni legali

5.   Id-distribuzzjoni tas-siġġijiet fil-Parlament Ewropew hija kwistjoni delikata ħafna, minħabba sensittivitajiet nazzjonali. Kull proposta għall-analiżi mill-ġdid ta’ din id-distribuzzjoni għandha tqis id-dispożizzjonijiet li jorbtu b’mod legali stabbiliti fit-trattati fis-seħħ bħalissa u l-innovazzjonijiet previsti fl-Abbozz tat-Trattat ta’ Reviżjoni tat-trattati, trid tkun biżżejjed qrib is-sistema kurrenti sabiex ma tikkawżax eżami bir-reqqa drammatiku u jkollha għeruq sodi fejn jidħlu l-prinċipji, sabiex ikun evakwat l-innegozjar tradizzjonali bbażat fuq interessi purament nazzjonali.

6.   Il-qafas legali tal-kompożizzjoni tal-PE huwa kumpless biżżejjed.

6.1. S’issa, il-kompożizzjoni tal-Parlament u d-distribuzzjoni tas-siġġijiet tiegħu ġew stabbiliti b’mod dirett mit-Trattat.

Fil-preżent il-Parlament huwa kompost minn 785 membru, mqassmin skond l-Artikolu 190 tat-Trattat KE (kif emendat bit-Trattat ta’ Nizza) u skond l-Artikolu 21 tal-Protokoll dwar il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (anness mat-trattat tal-25 ta’ April 2005 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea)[3].

6.2. Madankollu, għall-elezzjonijiet ta’ l-2009, il-kompożizzjoni tal-Parlament se tkun differenti, skond ir-regoli diġà fis-seħħ, li ġew miftehma u rratifikati mill-Istati Membri kollha (l-Artikolu 9(2) ta’ l-att relattiv dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u skond l-emendi tat-trattati li fuqhom hi bbażata l-Unjoni Ewropea (annessi mat-trattat ta’ adeżjoni tal-25 ta’ April 2005 hawn fuq imsemmi))[4]. Dawn ir-regoli jipprevedu numru totali ta’ 736 MPE maqsuma bejn is-27 Stat Membru b’tali mod li l-Istati Membri kollha, ibda mil-Latvja (f’termini ta’ popolazzjoni), bl-eċċezzjoni tal-Ġermanja, se jitilfu diversi siġġijiet (l-ikbar telfa se tkun ta’ sitt siġġijiet għall-Franza, ir-Renju Unit u l-Italja, u l-iżgħar telfa ta’ siġġu wieħed għall-Istati Membri kollha inklużi l-Iżvezja u l-Latvja), meta mqabbla mas-sitwazzjoni preżenti. Huma biss il-Ġermanja, l-Islovenja, l-Estonja, Ċipru, il-Lussemburgu u Malta li se jżommu l-pożizzjoni attwali tagħhom[5].

Din hija s-sitwazzjoni ġuridika li mistennija tiġi applikata għall-elezzjonijiet ta’ l-2009 jekk it-trattat emendat li jinsab fil-fażi tan-negozjati ma jkunx daħal fis-seħħ fil-ħin.

6.3. Barra minn hekk, għandu jiġi evalwat il-proġett tar-reviżjoni tat-trattati, li joħloq proċedura ġdida ta' tqassim tas-siġġijiet fil-PE u jintroduċi ċerti regoli speċifiċi (bħal dawk msemmija fit-trattat kostituzzjonali), li għandhom jiġu kkunsidrati għal kull tip ta' tqassim mill-ġdid[6].

- Għal dawk li jirrigwarda l-proċedura, minflok id-definizzjoni tradizzjonali tan-numru u tat-tqassim tas-siġġijiet skond it-trattati, din tistipula li dawn għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, adottata b’unanimità, fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew u bl-approvazzjoni tiegħu (l-Artikolu I-20 tat-TUE, paragrafu 2, it-tieni subparagrafu). B'konsegwenza ta' hekk, dan ifisser li t-tqassim tas-siġġijiet se jkun kwistjoni ta' liġi sekondarja, fil-limiti stabbiliti fit-trattati, u mhux se jibqa’ jkun regolat bil-liġi primarja. Dan ifisser ukoll li se jkun soġġett għall-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'każ li l-prinċipji stabbiliti fit-trattati ma jiġux implimentati kif suppost.

- F’dak li jirrigwarda s-sustanza, il-limiti u l-prinċipji li ġejjin għandhom jiġu rispettati (l-Artikolu I-20, paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu):

─ in-numru totali ta’ rappreżentanti taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni fil-Parlament huwa limitat għal 750 siġġu;

─ l-ebda Stat Membru ma jista’ jingħata aktar minn 96 siġġu (b’hekk jitnaqqas b’mod ħafif it-toqol tal-pajjiżi l-kbar, peress li l-limitu massimu preżenti ta' siġġijiet għal Stat Membru hu ta' 99 fil-każ tal-Ġermanja);

─ in-numru minimu ta’ rappreżentanza hu ta’ sitt siġġijiet għal kull Stat Membru (bħalissa huwa ta’ ħamsa fil-każ ta’ Malta).

- Fl-ambitu ta’ dawn il-limiti, it-tqassim tas-siġġijiet għandu jirrispetta l-prinċipju tal-«proporzjonalità digressiva».

7.   Madankollu, il-proġett tat-trattat ma jiddefinix il-kontenut tal-prinċipju tal-«proporzjonalità digressiva» - li d-dottrina tradizzjonalment ssemmi bħala linja gwida fit-tqassim tas-siġġijiet, anke jekk hija l-ewwel darba li qed tissemma espliċitament fit-trattati.

IV – Prospettivi għall-futur

8.   Il-proġett tar-reviżjoni tat-trattati jerġa’ jafferma l-limiti stabbiliti fit-trattat kostituzzjonali u jenfasizza l-prinċipju tal-«proporzjonalità digressiva». Imiss issa lill-Parlament jidefinixxi l-kontenut ta' dan il-prinċipju tal-«proporzjonalità digressiva»:

    fit-teorija, is-siġġijiet jistgħu jiġu assenjati lill-Istati Membri b’mod strettament proporzjonali skond il-popolazzjoni. Madankollu, anke jekk il-prinċipju tal-«proporzjonalità digressiva» ma jimpedix dan, il-kummissjoni għall-affarijiet kostituzzjonali tħoss li din m'hiex għażla realistika f'din il-fażi ta' integrazzjoni politika ta' l-Unjoni;

─    Alternattiva tista’ tkun li tiġi prodotta verżjoni emendata tal-formula li fuqha kienet ibbażata d-deċiżjoni ta' l-1992, filwaqt li jinżamm il-prinċipju tal-proporzjonalità digressiva iżda t-tluq ikun numru minimu iżgħar ta' membri u jingħataw inqas siġġijiet għal kull abitatant u/jew b'modifiki tal-faxex tal-popolazzjoni. Hu importanti li madankollu wieħed jiftakar li l-element tal-proporzjonalità digressiva inaqqas ir-rappreżentazzjoni parlamentari ta’ l-Istati Membri bl-ikbar popolazzjoni anke iżjed mill-passat, għaliex il-formula, anke jekk modifikata, se tkompli tagħti vantaġġ lill-pajjiżi l-oħra, l-iktar lil dawk b'popolazzjoni medja;

─    possibilità oħra tkun it-tnaqqis b’mod lineari n-numru tas-siġġijiet assenjati skond il-formula li qed tintuża sa issa. Proċess ta’ tkabbir għalhekk ikollu l-istess impatt relattiv fuq it-tqassim tan-numru tal-membri. Il-fattur tat-tnaqqis għandu jiġi kkalkulat għal kull adeżjoni ġdida, bħala funzjoni ta’ proporzjon : il-limitu ta’ 750 membru, in-numru totali teoretiku ta’ membri li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula attwali kemm għall-Istati Membri kif ukoll għal dawk li jissieħbu ġodda. Iżda l-kummissjoni għall-affarijiet kostituzzjonali ssostni li għalissa m'hux previst aktar tnaqqis fin-numru ta’ membri ta’ l-ebda Stat Membru (ara punti 16 u 18).

9.   Sabiex jingħata kontenut operazzjonali għar-regola tal-proporzjonalità digressiva, jista’ jinstab qbil fuq il-prinċijpi li ġejjin:

a)   il-prinċipju ta’ l-effiċjenza – il-PE ma jistax jiffunzjona b’aktar minn ċertu numru ta’ membri (b’konsegwenza ta’ hekk, il-limitu ta’ 750 siġġu huwa raġonevoli);

b)   il-prinċipju tar-rappreżentanza nazzjonali u tal-motivazzjoni tal-votanti - kull Stat Membru għandu jkollu numru minimu ta' siġġijiet, sabiex jibgħat fil-PE numru sinifikattiv ta' parlamentari li jirrapreżentaw il-partiti politiċi nazzjonali, biex b’hekk jinkoraġġixxu liċ-ċittadini jipparteċipaw fl-elezzjonijiet u, b’hekk fil-proċess demokratiku ta' l-UE;

c)   il-prinċipju tas-solidarjetà ewropea – skond dan il-prinċipju, l-Istati bl-ikbar popolazzjoni jaċċettaw li jkollhom inqas siġġijiet minn dawk li kieku jiġu assenjati lilhom b’applikazzjoni stretta tal-proporzjonalità totali, sabiex l-Istati b’popolazzjoni iżgħar jibbenefikaw minn rappreżentanza aħjar milli kieku kien ikollhom bl-applikazzjoni tal-proporzjonalità totali;

d)   il-prinċipju tal-proporzjonalità relattiva – iktar m’hu kbir l-Istat, ikbar ikun il-proporzjon bejn il-popolazzjoni / numru ta’ siġġijiet, u iktar m’hu żgħir l-Istat, iktar il-proporzjon ikun żgħir;

e)   il-prinċipju ta’ tqassim ekwu – l-ebda Stat ma jista’ jkollu aktar siġġijiet minn Stat akbar jew inqas siġġijiet minn Stat iżgħar minnu;

f)    il-prinċipju tal-flessibilità ġustifikata jew tal-proporzjonalità / digressività diretta u flessibli – b’rispett lejn il-prinċipji l-oħra, jistgħu jiġu miftehma modifiki żgħar għan-numru tas-siġġijiet skond proċedura trasparenti biex jonqsu kemm jista’ jkun id-differenzi bejn l-Istati membri f’termini ta’ popolazzjoni u ta’ siġġijiet. Dan għandu jwassal għal kurva kemm jista’ jkun lineari.

10. F’dan il-kuntest, lejn liema soluzzjoni għandu wieħed jersaq? L-alternattiva ideali tkun dik li tiġi adottata formula matematika mhux kontestata ta’ «proporzjonalità digressiva» li tiggarantixxi soluzzjoni mhux biss għar-reviżjoni preżenti, iżda wkoll għat-tkabbir fil-futur jew għal modifiki futuri minħabba bidliet demografiċi.

11. Madankollu, analiżi tad-diversi proposti ppreżentati f’dan is-sens fil-qafas tad-dibattitu turi b'mod ċar li kull formula matematika ta' proporzjonalità digressiva hija bbażata fuq ċerti kunsiderazzjonijiet politiċi a priori u tispiċċa, fl-aħħar mill-aħħar, biex tagħti vantaġġ lil ċerti gruppi ta' Stati Membri. Per eżempju, il-metodu msejjaħ «paraboliku» huwa interessanti ħafna minn perspettiva loġika, imma dan jibbenefika lill-pajjiżi l-kbar jew lill-pajjiżi ż-żgħar skond jekk il-kurva tkunx iktar konkava jew iktar konvessa… Fil-fatt dan ifisser li m’hemmx soluzzjoni matematika imparzjali, teoretika, applikabbli għal każijiet kollha, għal problema li qabel xejn hija ta’ natura politika.

12. Madankollu, huwa ċar li l-prinċipju tal-proporzjonalità digressiva jeħtieġ li jiġi sostanzjat b’tali mod li wieħed ikun jista’ jeskludi ċerti sitwazzjonijiet manifestament kontra dan il-prinċipju.

13. Il-mod l-aktar naturali kif wieħed jidefenixxi dan il-prinċipju b’mod newtrali hu bbażat fuq il-proporzjon bejn in-numru ta’ abitanti fi Stat Membri partikolari u n-numru ta’ siġġijiet allokati lil dak l-Istati Membru fil-Parlament Ewropew. Jekk jiġi adottat il-prinċipju tal-proporzjonalità totali, dan il-proporzjon għandu jkun l-istess (jew prattikament l-istess) għall-Istati Membri kollha. Dan ifisser li, f’kull Stat Membru, membru jirrapreżenta bejn wieħed u ieħor l-istess numru ta’ abitanti (per eżempju : fl-2009, jekk il-popolazzjoni tas-27 Stat Membru tibqa’ stabbli madwar iċ-ċifra preżenti ta' 492 miljun abitant u jekk il-Parlament hu kompost minn 750 MP, kull siġġu fil-Parlament Ewropew għandu jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għal 657,000 abitant). In-numru ta’ membri assenjat lil kull pajjiż imbagħad ikun pjuttost faċli biex jiġi kkalkolat.

14. Iżda minflok il-proporzjonalità totali, se jkun il-kunċett tal-«proporzjonalità digressiva» li se jiġi impost bit-trattat emendat. Bħala konsegwenza, huwa korrett li wieħed jgħid li l-proporzjon għandu jvarja skond id-daqs tal-popolazzjoni ta’ l-Istati Membri differenti: aktar ma jkun hemm abitanti fi Stat Membru, in-numru ta’ abitanti li kull MPE jirrapreżenta għandu jkun ogħla; inqas ma jkun hemm abitanti fi Stat Membru, in-numru ta’ abitanti li kull MPE jirrapreżenta għandu jkun iżgħar.

15. Għalhekk jidher ċar li jekk il-proporzjon popolazzjoni/MPE ta’ Stat Membru b’popolazzjoni żgħira huwa ogħla (jew ekwivalenti) mill-proporzjon ta’ Stat Membru b’popolazzjoni kbira, allura hemm ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità digressiva.

16. Fil-fatt, jekk jiġi analizzat it-tqassim li se jiġi applikat għall-perjodu 2009/2014, filwaqt li wieħed jikkunsidra diġà l-bidliet li inevitabbilment jirriżultaw bil-proġett ta' reviżjoni tat-trattati li jinsab fil-fażi tan-negozjati (il-Ġermanja titlef awtomatikament tliet siġġijiet, u minn 99 tonqos għal 96 siġġu, u Malta awtomatikament tirbaħ wieħed, u minn ħames titla' għal sitt siġġijiet), wieħed jikkonkludi li, f’ċerti każijiet, din ir-regola ma tiġix rispettata[7].

17. Dawn ir-riżultati jiġu kkonfermati jekk wieħed isegwi approċċ alternattiv li juri b’mod ċar il-pożizzjoni relattiva ta’ kull Stat Membru f’dak li jirrigwardja r-relazzjoni bejn il-popolazzjoni tiegħu u r-rappreżentazzjoni tiegħu fil-Parlament Ewropew: il-proporzjon bejn il-persentaġġ ta’ siġġijiet assenjati lil kull Stat Membru (f’termini ta’ numru komplessiv ta’ siġġijiet fil-Parlament) u l-persentaġġ tal-popolazzjoni ta’ kull Stat Membru (f’termini tal-popolazzjoni kollha ta’ l-Unjoni). Biex il-«proporzjonalità digressiva» tkun rispettata, allura dan il-proporzjon jeħtieġ ikun ogħla għall-Istati Membri b’popolazzjoni iżgħar milli għall-Istati Membri b’popolazzjoni ikbar. Madankollu wieħed jista’ jikkonkludi li din ir-regola hija miksura f’ċerti każijiet, li jikkorrispondu eżattament għal dawk l-istess każijiet fejn wieħed jista' jara li l-proporzjon popolazzjoni/siġġijiet juri ksur tal-prinċipju tad-digressività.

18. Madankollu, qabel ma tiġi suġġerita soluzzjoni, wieħed għandu jiddeċiedi jekk hux diġà qed jiġu kkunsidrati jew le tkabbir eventwali fil-futur.

Peress li għadu mhux ċert jekk hux se jkun hemm adeżjonijiet ġodda fil-perjodu qasir, nemmnu li għandna nsibu soluzzjoni għas-sitwazzjoni preżenti u mmexxu bħas-soltu fil-każ ta’ adeżjonijiet ġodda, jew billi jinqabeż proviżorjament il-limitu massimu u l-problema tissolva għall-futur fil-qafas tan-negozjati ta’ l-adeżjoni, skond il-prinċipji msemmija fit-trattati u b’rispett lejn il-proċedura tal-futur.

19. Fl-istess ħin, nistgħu nadottaw bħala linja gwida l-prinċipju li fl-2009 l-ebda Stat Membru m'hu se jbati, meta mqabbel mar-rappreżentazzjoni preżenti, aktar tnaqqis minbarra dawk li jirriżultaw diġà mill-protokoll dwar il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.

20. L-applikazzjoni kkombinata ta’ dawn il-kriterji tfisser li se jkun hemm 16-il «siġġu liberu» biex jerġgħu jitqassmu: 750-736 = 14 (id-differenza bejn il-proġett tar-reviżjoni tat-trattati u t-trattat ta’ Nizza, emendat wara t-tkabbir tal-Bulgarija u tar-Rumanija), minbarra żewġ siġġijiet li ġejjin mill-fatt li, minħabba l-proġett tar-riforma tat-trattat, il-Ġermanja awtomatikament titlef tliet siġġijiet u Malta tirbaħ wieħed, u għalhekk se jkun hemm 14+3-1= 16 . Fit-tqassim ta’ dawn is-siġġijiet, għandhom jiġu riżolti s-sitwazzjonijiet identifikati bħala li huma ksur ċar tal-loġika kollha tal-proporzjonalità digressiva. Kriterji oħra ta’ ekwità jew ta’ natura politika jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati iżda biss fi ħdan dawn il-limiti. Il-kummissjoni għall-affarijiet kostituzzjonali temmen li l-proposta preżenti tirrifletti b'mod preċiż dan ir-raġunament u hija soluzzjoni bis-sens, ekwa u ekwilibrata għal problema kumplessa ħafna.

21. Dawn il-kriterji jistgħu, fil-futur, jiġu rfinati, sabiex tinstab soluzzjoni aħjar konformi ma' dawn il-prinċipji. Għalissa nistgħu nippruvaw inżommu ma’ linji gwida aktar preċiżi li se jiġu applikati għat-tkabbir tal-futur, u b'hekk jiġu evitati, jew jitnaqqsu b'mod sostanzjali, it-trattativi tradizzjonali politiċi bbażati fuq l-interessi nazzjonali.

Barra minn hekk, jaqbel li, fl-okkazjoni ta’ l-ewwel reviżjoni tas-sistema proposta, tiġi evalwata l-possibilità teknika u politika biex il-kunsiderazzjoni tan-numru ta’ l-abitanti, li hu stabbilit kull sena mill-Uffiċju ta’ l-Istatistika ta’ l-Unjoni Ewropea (Eurostat) tiġi sostwita bin-numru ta’ ċittadini Ewropej.

Dan l-approċċ doppju jippermetti li jkun hemm risposta immedjata minħabba l-urġenza ta’ l-elezzjonijiet li jmiss ta’ l-2009, iżda fl-istess ħin, permezz tal-klawżola ta’ reviżjoni inkluża minħabba f’hekk fid-dawl ta’ l-elezzjonijiet ta’ l-2014, jippermetti wkoll li tiġi kkunsidrata l-implimentazzjoni sa dakinhar tas-sistema ta’ votazzjoni bil-maġġoranza doppja fil-Kunsill. Fil-fatt, reviżjoni aktar dettaljata tat-tqassim tas-siġġijiet tal-Parlament, minkejja li mixtieqa minħabba l-leġittimità demokratika, ma tistax issir ħlief fil-kuntest akbar ta’ reviżjoni ta’ l-ekwilibriju totali bejn l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni.

ANNESS 1

SM

Popolazzjoni(1)

(f’miljuni)

% tal-popolazzj-oni ta’ l-UE-27

Siġġijie-t sa l-2009

Rev. «Nizza» (2) 2009-2014

Rev. «Nizza» – Proporzjon popolazzjon-i/MPE

«Ġdida (3) 2009-2014 proposta rapp.

«Ġdida» - proporzjon popolazzjon-i/MPE

Proposta rapp (4) (effetti)

DE

82,438

16,73%

99

99

832 707

96

858 729

-3

FR

62,886

12,76%

78

72

873 417

74

849 811

+2

UK

60,422

12,26%

78

72

839 194

73

827 699

+1

IT

58,752

11,92%

78

72

816 000

72

816 000

 

ES

43,758

8,88%

54

50

875 160

54

810 333

+4

PL

38,157

7,74%

54

50

763 140

51

748 176

+1

RO

21,61

4,38%

35

33

654 848

33

654 848

 

NL

16,334

3,31%

27

25

653 360

26

628 231

+1

EL

11,125

2,26%

24

22

505 682

22

505 682

 

PT

10,57

2,14%

24

22

480 455

22

480 455

 

BE

10,511

2,13%

24

22

477 773

22

477 773

 

CZ

10,251

2,08%

24

22

465 955

22

465 955

 

HU

10,077

2,04%

24

22

458 045

22

458 045

 

SE

9,048

1,84%

19

18

502 667

20

452 400

+2

AT

8,266

1,68%

18

17

486 235

19

435 053

+2

BG

7,719

1,57%

18

17

454 059

18

428 833

+1

DK

5,428

1,10%

14

13

417 538

13

417 538

 

SK

5,389

1,09%

14

13

414 538

13

414 538

 

FI

5,256

1,07%

14

13

404 308

13

404 308

 

IE

4,209

0,85%

13

12

350 750

12

350 750

 

LT

3,403

0,69%

13

12

283 583

12

283 583

 

LV

2,295

0,47%

9

8

286 875

9

255 000

+1

SL

2,003

0,41%

7

7

286 142

8

250 375

+1

EE

1,344

0,27%

6

6

224 000

6

224 000

 

CY

0,766

0,16%

6

6

127 667

6

127 667

 

LU

0,46

0,09%

6

6

76 667

6

76 667

 

MT

0,404

0,08%

5

5

80 800

6

67 333

+1

 

492,881

100,00%

785

736

669 675

750

657 175

 

1)  

Iċ-ċifri tal-popolazzjoni maħruġa uffiċjalment fis-7 ta’ Novembru 2006 mill-Kummissjoni lill-Kunsill :

ara d-dokument 15124/06 li juri ċ-ċifri miġbura mill-Eurostat.

2)  Rev. «Nizza» Tqassim tas-siġġijiet skond l-Art. 189 tat-Trattat KE, emendat bl-Art. 9 ta’ l-Att tas-Sħubija BG/RO.

3)  «Ġdida»: Il-proposta ġdida bbażata fuq l-Art. 9° tat-TUE ġdid (I-20). (4) Iċ-ċifri l-ġodda dwar il-Ġermanja u Malta jirriżultaw awtomatikament mill-proġett tar-riforma tad-dispożizzjonijiet tat-trattat.

ANNESS 2

Titolu :

Proporzjon «Popolazzjon għal kull MPE» 2009-2014

skond il-proposta l-ġdida

skond Nizza riveduta

ANNESS 3[8]

Member State / État membre

Popula-tion (millions)

%

of / de la population

UE-27

 

«Nice» rev. 2009-2014

 

%

MEPs

Ratio % MPE- % popu-lation

Proposal / Proposition

rappor-teurs

2009-2014

 

 

%

MEPs

Ratio

% MPE-% population Proposal / Proposition

rapporteurs

DE

82,438

16,73%

99

13,45%

0,77

96

12,80%

0,76

FR

62,886

12,76%

72

9,87%

0,76

74

9,87%

0,77

UK

60,422

12,26%

72

9,78%

0,79

73

9,37%

0,79

IT

58,752

11,92%

72

9;78%

0,82

72

9,60%

0,8

ES

43,758

8,88%

50

6,79%

0,76

54

7,20%

0,81

PL

38,157

7,74%

50

6,79%

0,87

51

6,80%

0,88

RO

21,61

4,38%

33

4,48%

1,02

33

4,40%

1

NL

16,334

3,31%

25

3,40%

1,02

26

3,47%

1,05

EL

11,125

2,26%

22

2,99%

1,31

22

2,93£

1,3

PT

10,57

2,14%

22

2,99%

1,39

22

2,93%

1,37

BE

10,511

2,13%

22

2,99%

1,39

22

2,93%

1,38

CZ

10,251

2,08%

22

2,99%

1,43

22

2,93%

1,41

HU

10,077

2,04%

22

2,99%

1,46

22

2,93%

1,44

SE

9,048

1,84%

18

2,45%

1,32

20

2,67%

1,45

AT

8,266

1,68%

17

2,31%

1,36

19

2,53%

1,51

BG

7,719

1,57%

17

2,31%

1,46

18

2,40%

1,53

DK

5,428

1,10%

13

1,77%

1,6

13

1,73%

1,57

SK

5,389

1,09%

13

1,77%

1,61

13

1,73%

1,59

FI

5,256

1,07%

13

1,63%

1,64

13

1,63%

1,62

IE

4,209

0,85%

12

1,63%

1,91

12

1,60%

1,88

LT

3,403

0,69%

12

1,09%

2,36

12

1,60%

2,32

LV

2,295

0,47%

8

0,95%

2,29

9

1,20%

2,55

SI

2,003

0,41%

7

0,82%

2,31

8

1,07%

2,61

EE

1,344

0,27%

6

0,82%

3

6

0,80%

2,96

CY

0,766

0,16%

6

0,82%

5,06

6

0,80%

5

LU

0,46

0,09%

6

0,82%

9

6

0,80%

8,9

MT

0,404

0,08%

5

0,68%

10,12

6

0,80%

10

EU/ UE-27

492,881

100,00%

736

100%

 

750

100%

 

  • [1]  Riżoluzzjoni ta’ l-10.6.1992 dwar il-proċedura elettorali uniformi: sistema ta' tqassim tan-numru ta' membri tal-Parlament Ewropew, ĠU C 176 tat-13.7.1992, p. 72 (rapport De Gucht).
  • [2]  Il-Protokoll 34 dwar id-disposizzjonijiet transitorji rigward l-istituzzjonijiet u l-korpi ta’ l-Unjoni. L-Artikolu 2, il-paragrafu 1 jistipula: “Skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu I-20(2) tal-Kostituzzjoni, l-Kunsill Ewropew għandu jadotta deċiżjoni Ewropea li tiddetermina l-komposizzjoni tal-Parlament Ewropew minn żmien kmieni biżżejjed qabel l-elezzjonijiet parlamentari Ewropej ta' l-2009”. L-Artikolu 2, il-paragrafu 1 jistipula: “Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu I-25(1)(2) u (3) tal-Kostituzzjoni dwar id-definizzjoni tal-maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom effett mill-1 ta' Novembru 2009, wara li l-elezzjonijiet ta' l-2009 tal-Parlament Ewropew isiru skond l-Artikolu I-20(2) tal-Kostituzzjoni.”
  • [3]  ĠU L 157 tal-21.6.2005, p. 35.
  • [4]  ĠU L 157 tal-21.6.2005, p. 206.
  • [5]  Ara t-tabella ma' l-anness I (paġna 9), kolonna Rev. «Nizza» (2) 2009-2014.
  • [6]  L-Artikolu I - 20, paragrafu 2 :
    2. «Il-Parlament Ewropew huwa magħmul minn rappreżentanti taċ-ċittadini ta' l-Unjoni. In-numru tagħhom ma jistax jaqbeż is-seba' mija u ħamsin. Ir-rappreżentanza taċ-ċittadini hija ggarantita b’mod proporzjonalment digressiv, b’numru minimu ta’ sitt siġġijiet għal kull Stat Membru. L-ebda Stat Membru ma jista’ jkun allokat aktar minn sitta u disgħin siġġu.
    Il-Kunsill Ewropew adotta b’unanimità, fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew u bl-approvazzjoni tiegħu, deċiżjoni ewropea li tistabilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, b’rispett lejn il-prinċipji msemmija fl-ewwel subparagrafu.»
  • [7]  Ara Annessi I u II, paġni 9 u 10.
  • [8]  Iċ-ċifri tal-popolazzjoni maħruġa uffiċjalment fis-7 ta’ Novembru 2006 mill-Kummissjoni lill-Kunsill : ara d-dokument 15124/06 li juri ċ-ċifri miġbura mill-Eurostat.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMMISSJONI

Data ta’ l-adozzjoni

2.10.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

5

3

Membri preżenti waqt il-votazzjoni finali

Jim Allister, Enrique Barón Crespo, Jens-Peter Bonde, Richard Corbett, Andrew Duff, Maria da Assunção Esteves, Ingo Friedrich, Bronisław Geremek, Genowefa Grabowska, Anneli Jäätteenmäki, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jo Leinen, Íñigo Méndez de Vigo, Rihards Pīks, Adrian Severin, József Szájer, Riccardo Ventre, Johannes Voggenhuber, Bernard Wojciechowski

Sostitut(i) preżent(i) waqt il-votazzjoni finali

Elmar Brok, Carlos Carnero González, Klaus Hänsch, Alain Lamassoure, Stavros Lambrinidis, Gérard Onesta, Bernard Poignant, György Schöpflin, Kathy Sinnott, Alexander Stubb

Sostitut(i) (skond l-Art. 178(2) preżent(i) waqt il-votazzjoni finali

Othmar Karas, Eoin Ryan, Rainer Wieland