RAPPORT dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża bil-ħsieb li tiġi adottata Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent u s-superviżjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali
5.10.2007 - (6480/2007 – C6‑0129/2007 – 2007/0807(CNS)) - *
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Maria da Assunção Esteves
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża bil-ħsieb li tiġi adottata Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent u s-superviżjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali
(6480/2007 – C6‑0129/2007 – 2007/0807(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża (6840/2007)[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 31(1)(a) u (c) u l-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0129/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6‑0356/2007),
1. Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża kif emendata;
2. Jitlob lill-Kunsill sabiex jemenda t-test f'dan is-sens;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża.
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u mir-Repubblika Franċiża | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Titolu | |
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża bil-ħsieb li tiġi adottata Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent, u is-superviżjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali |
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża bil-ħsieb li tiġi adottata Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent, is-superviżjoni u l-esekuzzjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tkopri s-superviżjoni ta' miżuri ta' sospensjoni u sanzjonijiet alternattivi kif ukoll deċiżjonijiet oħra li jikkonċernaw l-esekuzzjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali - Il-kliem 'superviżjoni u esekuzzjoni' propost jissintetizza perfettament din l-idea. | |
Emenda 2 Premessa 5 | |
(5) Din id-Deċiżjoni Kwadru tirrispetta d-drittijiet fundamentali u taderixxi mal-prinċipji rikonoxxuti fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li huma wkoll espressi fil-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, speċjalment fil-Kapitolu VI tagħha. L-ebda dispożizzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandha tiġi interpretata bħala li tirrifjuta li tirrikonoxxi sentenza u/jew tissorvelja miżura sospensiva jew sanzjoni alternattiva jekk ikun hemm indikazzjonijiet objettivi li l-miżura sospensiva jew is-sanzjoni alternattiva kienet imposta biex tikkastiga persuna minħabba s-sess, ir-razza, ir-reliġjon, l-oriġini etnika, in-nazzjonalità, il-lingwa, il-konvinzjonijiet politiċi jew l-orjentazzjoni sesswali tagħha jew li din il-persuna tsta' tkun żvantaġġata għal waħda minn dawn ir-raġunijiet. |
(5) Din id-Deċiżjoni Kwadru tirrispetta d-drittijiet fundamentali u taderixxi mal-prinċipji rikonoxxuti fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li huma wkoll espressi fil-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, speċjalment fil-Kapitolu VI tagħha. L-ebda dispożizzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandha tiġi interpretata bħala li tirrifjuta li tirrikonoxxi sentenza u/jew tissorvelja miżura sospensiva jew sanzjoni alternattiva jekk ikun hemm indikazzjonijiet objettivi li l-miżura sospensiva jew is-sanzjoni alternattiva kienet imposta bi ksur ċar u inaċċettabbli tad-drittijiet fundamentali stipulati fit-trattati ta' l-Unjoni Ewropea. |
Emenda 3 Premessa 6 | |
(6) Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex twaqqaf lil ebda Stat Membru milli japplika r-regoli kostituzzjonali tiegħu rigward id-dritt għal proċess xieraq, il-libertà ta' assoċjazzjoni, il-libertà ta' l-istampa u l-libertà ta' l-espressjoni f'medja oħra. |
(6) Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex twaqqaf lil ebda Stat Membru milli japplika r-regoli kostituzzjonali tiegħu rigward id-dritt għal proċess xieraq, il-libertà ta' assoċjazzjoni, il-libertà ta' l-istampa u l-libertà ta' l-espressjoni f'medja oħra, u b'mod ġenerali kull regola li tikkonċerna d-drittijiet fundamentali li l-kamp ta' applikazzjoni tagħha mhuwiex inkompatibbli mal-mod kif il-miżuri huma implimentati. |
Emenda 4 Premessa 8 | |
(8) L-għan tar-rikonoxximent reċiproku u s-superviżjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali fl-Istat ta' esekuzzjoni hu li jitjiebu l-prospetti biex persuna sentenzjata tiġi integrata mill-ġdid fis-soċjetà, billi din tkun tista' tippreserva r-rabtiet familjari, lingwistiċi, kulturali u oħrajn, iżda wkoll biex jitjieb il-monitoraġġ tal-konformità mal-miżuri sospensivi u s-sanzjonijiet alternattivi, bil-ħsieb li ma tħallix li jkun hemm reċidività, u b'hekk ikun qed jittieħed kont debitu tal-protezzjoni tal-vittmi. |
(8) L-għan tar-rikonoxximent reċiproku u s-superviżjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali fl-Istat ta' esekuzzjoni hu li jitjiebu l-prospetti biex persuna sentenzjata tiġi integrata mill-ġdid fis-soċjetà, billi din tkun tista' tippreserva r-rabtiet familjari, lingwistiċi, kulturali u oħrajn, iżda wkoll biex jitjieb il-monitoraġġ tal-konformità mal-miżuri sospensivi u s-sanzjonijiet alternattivi, bil-ħsieb li ma tħallix li jkun hemm reċidività, u b'hekk ikun qed jittieħed kont debitu tal-protezzjoni tal-vittmi u l-ħarsien tas-soċjetà b'mod ġenerali. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-referenza għall-għan li tkun evitata r-riċedività sabiex jitqies kif xieraq il-ħarsien tal-vittmi tħalli barra kunċett importanti ħafna - jiġifieri l-ħarsien (jew difiża) tas-soċjetà. Dan huwa mingħajr dubju kunċett li għandu rwol importanti fil-ħolqien ta' zona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. | |
Emenda 5 Premessa 9 | |
(9) Biex ikun żgurat l-iskambju effettiv ta' informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti għas-sospensjoni ta' sentenzi, l-Istati Membri huma mħeġġa jinkludu fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet li jippermettulhom jieħdu r-responsabbiltà għas-superviżjoni ta' miżuri sospensivi u sanzjonijiet alternattivi li għandhom jiġu dokumentati fir-reġistri nazzjonali tagħhom. |
(9) Biex ikun żgurat l-iskambju effettiv ta' informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti għas-sospensjoni ta' sentenzi, l-Istati Membri huma mħeġġa jinkludu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet li jippermettulhom jieħdu r-responsabbiltà għas-superviżjoni ta' miżuri sospensivi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali li għandhom jiġu dokumentati fir-reġistri nazzjonali tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
L-inklużjoni ta' sentenzi kondizzjonali hija konformi mal-kamp ġenerali ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru. | |
Emenda 6 Artikolu 1, paragrafu 1 | |
1. L-objettiv ta' din id-Deċiżjoni Kwadru hu, bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata r-riintegrazzjoni soċjali ta' persuni sentenzjati u li titjieb il-protezzjoni tal-vittmi, li tistabbilixxi r-regoli skond liema Stat Membru jissorvelja miżuri sospensivi imposti abbażi ta' sentenza, li nħarġet fi Stat Membru ieħor, jew sanzjonijiet alternattivi li jinsabu f'tali sentenza u jieħu d-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha relatati ma' l-esekuzzjoni ta' dik is-sentenza, safejn dan jaqa' fl-ambitu tal-kompetenza tiegħu. |
1. Din id-Deċiżjoni Kwadru tfittex li tiffaċilita r-riintegrazzjoni soċjali ta' persuni sentenzjati, li ttejjeb il-protezzjoni tal-vittmi u tas-soċjetà u sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali adegwati fil-każ ta' trasgressuri li mhumiex residenti fl-Istat li qed jagħti s-sentenza. Bil-għan li tilħaq l-objettivi ta' hawn fuq, din id-Deċiżjoni Kwadru se tistipula regoli li fuqhom l-Istat Membru li fih il-persuna ssentenzjata għandha r-residenza legali jew ordinarja tagħha għandu jirrikonoxxi s-sentenzi mogħtija fi Stat Membru ieħor u għandu jissorvelja u jesegwixxi s-sentenzi sospiżi, is-sanzjonijiet alternattivi u s-sentenzi kondizzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
(a) L-objettivi stipulati fid-Deċiżjoni Kwadru għandhom jappoġġjaw b'mod ċar politika penali li tippromwovi alternattivi għall-ħabs (sanzjonijiet alternattivi, sentenzi sospiżi u sentenzi kondizzjonali bħala 'kastigi' li ma jinvolvux ħabs); (b) għandi ssir referenza għar-regoli li jirregolaw ir-rikonoxximent, peress li s-superviżjoni tippresupponi r-rikonoxximent reċiproku; (c) skond din id-Direttiva Kwadru persuna ssentenzjata għandha tingħata biss id-dritt ta' smigħ, li ovvjament huwa dritt legali u mhux dritt fundamentali. | |
Emenda 7 Artikolu 1, paragrafu 2 | |
2. Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tapplika biss għar-rikonoxximent ta' sentenzi u t-trasferiment tar-responsabbiltà għas-superviżjoni ta' miżuri sospensivi u sanzjonijiet alternattivi u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji l-oħrajn kollha previsti f'din id-Deċiżjoni Kwadru. Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex tapplika għall-esekuzzjoni ta' sentenzi f'każijiet kriminali li jimponu sentenzi jew miżuri ta' kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2007/…/ĠAI. Ir-rikonoxximent u l-esekuzzjoni ta' penali finanzjarji u ordnijiet ta' konfiska huma rregolati mill-istrumenti ġuridiċi applikabbli bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI ta' l-24 ta' Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' penali finanzjarji u d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta' konfiska. |
2. Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tapplika biss għar-rikonoxximent ta' sentenzi u t-trasferiment tar-responsabbiltà għas-superviżjoni u l-esekuzzjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali, u għad-deċiżjonijiet sussegwenti l-oħrajn kollha previsti f'din id-Deċiżjoni Kwadru. Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex tapplika għall-esekuzzjoni ta' sentenzi f'każijiet kriminali li jimponu sentenzi jew miżuri ta' kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2007/…/ĠAI. Ir-rikonoxximent u l-esekuzzjoni ta' penali finanzjarji u ordnijiet ta' konfiska huma rregolati mill-istrumenti ġuridiċi applikabbli bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI ta' l-24 ta' Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' penali finanzjarji u d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta' konfiska. |
Ġustifikazzjoni | |
(a) Il-'Miżuri ta' sospensjoni' mhumiex 'sentenzi': kif imsemmi fl-Artikolu 2(e) huma obbligi u istruzzjonijiet imposti b'konnessjoni ma' sentenza sospiża jew sentenza kondizzjonali; (b) is-sostituzzjoni tal-kliem 'deċiżjonijiet ġudizzjarji l-oħra kollha' bil-kliem 'deċiżjonijiet sussegwenti l-oħra kollha' hija ġustifikata minħabba konsistenza terminoloġika (ara l-Artikoli 12, 14 u 15). | |
Emenda 8 Artikolu 2, punt (b), punt (ii) | |
(ii) meta tiġi skontata parti mis-sentenza ta' kustodja jew il-miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà (rilaxx kondizzjonali /libertà kondizzjonata); |
(ii) meta tiġi skontata parti mis-sentenza ta' kustodja jew il-miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà (deċiżjoni ta' rilaxx kondizzjonali/libertà kondizzjonata), bl-impożizzjoni ta' miżura sospensiva waħda jew aktar; |
Emenda 9 Artikolu 2, punt (c) | |
(c) "sanzjoni alternattiva" għandha tfisser obbligu jew struzzjoni, imposta bħala sanzjoni indipendenti, li mhix sentenza ta' kustodja, miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà jew penali finanzjarja; |
(c) "sanzjoni alternattiva" għandha tfisser obbligu jew struzzjoni, imposta bħala sanzjoni awtonoma, li ma tikkostitwixxix ċaħda ta' libertà jew tinvolvi l-ħlas ta' multa ta' flus; |
Ġustifikazzjoni | |
L-espressjoni 'sanzjoni awtonoma' tfisser aħjar in-natura tas-sanzjonijiet alternattivi li huma 'sentenzi' (f'deċiżjoni ġudizzjarja) li jistgħu jkunu applikati biss minn imħallef. | |
Emenda 10 Artikolu 2, punt (d) | |
(d) "sentenza kondizzjonali" għandha tfisser deċiżjoni minn qorti fejn l-impożizzjoni ta' sentenza tkun ġiet sospiża kondizzjonalment bl-impożizzjoni ta' miżura sospensiva waħda jew aktar; |
(d) "sentenza kondizzjonali" għandha tfisser deċiżjoni minn qorti fejn l-impożizzjoni ta' sentenza tkun ġiet sospiża kondizzjonalment bl-impożizzjoni ta' miżura sospensiva waħda jew aktar; |
Emenda 11 Artikolu 2, punt (g) | |
(g) "Stat ta' esekuzzjoni" għandha tfisser l-Istat Membru li fih il-miżuri sospensivi u s-sanzjonijiet alternattivi jingħataw superviżjoni u li fih jittieħdu d-deċiżjonijiet kollha relatati ma' l-esekuzzjoni tas-sentenza, safejn ikun assuma l-kompetenza biex jagħmel dan. |
(g) "Stat ta' esekuzzjoni" għandha tfisser l-Istat Membru li fih il-miżuri ta' sospensjoni u s-sanzjonijiet alternattivi jingħataw superviżjoni u li fih jittieħdu d-deċiżjonijiet kollha relatati ma' l-esekuzzjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali, wara li tittieħed deċiżjoni skond l-Artikolu 7. |
Emenda 12 Artikolu 2, punt (g a) (ġdid) | |
|
(ga) 'residenza legali u ordinarja' tfisser il-post li fih l-individwu kkonċernat ikun stabbilixxa bħala ċ-ċentru permanenti ta' l-interessi tiegħu, li jrid jiġi ddeterminat billi jitqiesu l-fatti kollha rilevanti. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kunċett ta' 'residenza' huwa kunċett Komunitarju li ma jistax jiġi afdat f'idejn id-diversi sistemi nazzjonali. Għalhekk f'din id-Deċiżjoni Kwadru trid tiġi inkluża definizzjoni tal-kunċett (li jinsab fil-każistika ta' l-UE). | |
Emenda 13 Artikolu 3 | |
Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu ta' rispett lejn id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif affermati fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex ikollha l-effett li timmodifika d-dmir ta' rispett lejn id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif affermati fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-kostituzzjonijiet ta' l-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-valuri li jinsabu fit-Trattati ta' l-UE huma essenzjalment valuri stipulati wkoll fil-kostituzzjonijiet ta' l-Istati Membri. Il-listi tad-drittijiet fundamentali huma listi miftuħa. | |
Emenda 14 Artikolu 4, paragrafu 1 | |
1. Kull Stat Membru għandu jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill liema awtorità jew awtoritajiet ġudizzjarji, taħt il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu, huma kompetenti biex jaġixxu skond din id-Deċiżjoni Kwadru, fis-sitwazzjoni fejn dak l-Istat Membru jkun l-Istat emittenti jew l-Istat ta' esekuzzjoni. |
1. Kull Stat Membru għandu jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill liema awtorità jew awtoritajiet, taħt il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu, huma kompetenti biex jaġixxu skond din id-Deċiżjoni Kwadru, fis-sitwazzjoni fejn dak l-Istat Membru jkun l-Istat emittenti jew l-Istat ta' esekuzzjoni. Lista ta' awtoritajiet kompetenti għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropeja. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-Deċiżjoni Kwadru fiha dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-irwol ta' awtoritajiet oħra apparti dawk ġudizzjarji jew dawk li jwettqu l-ħidma ta' awtorità ġudizzjarja (pereżempju: awtoritajiet tal-pulizija jew korpi amministrattivi li ma jwettqux ħidma ta' awtorità ġudizzjarja). Dan jiġġustifika s-sostituzzjoni, fl-Artikolu 4, ta' 'awtoritajiet ġudizzjarji' b''awtoritajiet kompetenti', iżda mhux bilfors fid-Deċiżjoni Kwadru kollha (ara Ġustifikazzjoni għall-Artikoli 6(1) u 7(1)). In-natura ta' l-awtoritajiet involuti hija ddeterminata mit-taqsima kkonċernata tad-Deċiżjoni Kwadru. | |
Emenda 15 Artikolu 5, paragrafu 1 | |
1. Sentenza li fiha waħda jew aktar mill-miżuri sospensivi jew sanzjonijiet alternattivi li ġejjin tista' tiġi trasferita lejn Stat Membru ieħor, li fih il-persuna sentenzjata hi legalment u ordinarjament residenti, għall-fini tar-rikonoxximent u s-superviżjoni ta' dawk il-miżuri u sanzjonijiet: |
1. Sentenza jew deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata li fiha waħda jew aktar mill-miżuri ta' sospensjoni jew obbligi jew istruzzjonijiet li ġejjin tista' tiġi trasferita lejn Stat Membru ieħor, li fih il-persuna sentenzjata hi legalment u ordinarjament residenti, għall-fini tar-rikonoxximent u s-superviżjoni ta' dawk il-miżuri jew obbligi jew istruzzjonijiet. Iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6 jista', għal raġunijiet ta' superviżjoni, isemmi waħda jew aktar mill-miżuri ta' sospensjoni jew mill-obbligi jew l-istruzzjonijiet li jkun hemm fis-sentenza: |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-kjarifika hija meħtieġa f'każijiet meta l-Istat li jkun qed joħroġ is-sentenza ma jkunx jixtieq jitlob superviżjoni tal-miżuri kollha msemmija fis-sentenza. | |
Emenda 16 Artikolu 5, paragrafu 1, punt (a) | |
(a) obbligu tal-persuna sentenzjata biex tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni dwar kwalunkwe bidla ta' residenza; |
(a) obbligu tal-persuna sentenzjata biex tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni dwar kwalunkwe bidla ta' residenza jew ta' post tax-xogħol jew ta' studju; |
Emenda 17 Artikolu 5, paragrafu 1, punt (b) | |
(b) obbligu biex ma tħallix jew ma tidħolx f'ċertu lokalitajiet fl-Istat emittenti jew ta' esekuzzjoni mingħajr permess, u ordnijiet oħra marbuta mat-tip ta' ħajja, residenza, edukazzjoni u taħriġ, attività professjonali jew attivitajiet ta' passatemp; |
(b) obbligu biex ma tidħolx f'ċertu lokalitajiet fl-Istat emittenti jew ta' esekuzzjoni mingħajr permess, u ordnijiet oħra marbuta mat-tip ta' ħajja, residenza, edukazzjoni u taħriġ, attività professjonali jew attivitajiet ta' passatemp; |
Emenda 18 Artikolu 5, paragrafu 1, punt (e) | |
(e) obbligu biex tikkumpensa għall-preġudizzju kkawżat mir-reat; |
(e) obbligu biex tikkumpensa għall-preġudizzju kkawżat mir-reat u tinnotifika lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat ta' esekuzzjoni li dan l-obbligu ġie rrispettat; |
Emenda 19 Artikolu 5, paragrafu 1a (ġdid) | |
|
1a. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, il-persuna fil-kawża trid tinstema' qabel tingħata s-sentenza jew id-deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata. |
Ġustifikazzjoni | |
It-trasferiment ta' persuna ssentenzjata m'għandux jiddependi mill-kunsens tagħha. Skond din id-Direttiva Kwadru persuna ssentenzjata għandha biss tingħata d-dritt ta' smigħ, li ovvjament huwa dritt legali u mhux dritt fundamentali. Id-deċiżjoni ta' trasferiment tkun ikkunsidrata minn imħallef fid-dawl ta' l-għanijiet tad-Deċiżjoni Kwadru. | |
Emenda 20 Artikolu 5, paragrafu 3 | |
3. Barra l-miżuri u s-sanzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6 għandu jinkludi biss dawk il-miżuri jew sanzjonijiet kif notifikati mill-Istat ta' esekuzzjoni kkonċernat skond il-paragrafu 2. |
3. Barra l-miżuri u s-sanzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6 għandu jinkludi biss dawk il-miżuri ta' sospensjoni jew obbligi jew istruzzjonijiet kif notifikati mill-Istat ta' esekuzzjoni kkonċernat skond il-paragrafu 2. |
Emenda 21 Artikolu 6, paragrafu 1 | |
1. Is-sentenza jew kopja ċċertifikata tiegħu, flimkien ma' ċertifikat, li l-forma standard tiegħu qed tiġi stabbilita fl-Anness I, għandhom jintbagħtu, mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti direttament lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub taħt kondizzjonijiet li jippermettu lill-Istat ta' esekuzzjoni jistabbilixxi l-awtentiċità tagħhom. L-oriġinal tas-sentenza, jew kopja ċċertifikata tiegħu, u l-oriġinal taċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu lill-Istat ta' esekuzzjoni jekk dan jitlob hekk. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha għandhom isiru wkoll direttament bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti msemmija. |
1. Iċ-ċertifikat, li l-format standard tiegħu qed tiġi stabbilita fl-Anness I, flimkien mas-sentenza (jew kopja ċċertifikata tagħha) u possibilment id-deċiżjoni ta' libertà kondizzjonata, għandhom jintbagħtu, mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti direttament lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni permezz ta' kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub taħt kondizzjonijiet li jippermettu lill-Istat ta' esekuzzjoni jistabbilixxi l-awtentiċità tagħhom. L-oriġinal tas-sentenza, jew kopja ċċertifikata tiegħu, u l-oriġinal taċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu lill-Istat ta' esekuzzjoni jekk dan jitlob hekk. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha għandhom isiru wkoll direttament bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti msemmija. |
Ġustifikazzjoni | |
Hawnhekk l-espressjoni 'awtorità ġudizzjarja' tinżamm, peress li dak li hu involut huwa l-ħruġ tas-sentenza (li dejjem tingħata minn imħallef) u d-'deċiżjoni ta' libertà kondizzjonata' (li tista' tingħata, jew le, minn imħallef). Peress li m'hemm l-ebda definizzjoni 'organika' ta' 'awtorità ġudizzjarja kompetenti', trid tiġi adottata definizzjoni 'funzjonali', li tfisser li wieħed jaċċetta li l-awtorità ġudizzjarja kompetenti tista' tkun l-imħallef, l-avukat ġenerali jew amministrazzjoni li twettaq il-ħidma ta' awtorità ġudizzjarja kompetenti. | |
Emenda 22 Artikolu 6, paragrafu 3 | |
3. L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti għandu jibgħat is-sentenza flimkien maċ-ċertifikat lil Stat ta' esekuzzjoni wieħed biss fi kwalunkwe mument determinat. |
3. L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti għandha tibgħat is-sentenza flimkien maċ-ċertifikat (u kwalunkwe deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata) lil Stat ta' esekuzzjoni wieħed biss fi kwalunkwe mument determinat. |
Emenda 23 Artikolu 6, paragrafu 5 | |
5. Meta awtorità ġudizzjarja fl-Istat ta' esekuzzjoni li tirċievi sentenza flimkien ma' ċertifikat ma jkollhiex il-kompetenza li tirrikonoxxiha, hija għandha, ex officio, tibgħat is-sentenza flimkien maċ-ċertifikat lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti. Dik l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandha tinforma minnufih lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, li s-sentenza u ċ-ċertifikat intbagħtu lilha. |
5. 5. Meta awtorità ġudizzjarja fl-Istat ta' esekuzzjoni li tirċievi sentenza flimkien ma' ċertifikat (u kwalunkwe deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata) ma jkollhiex il-kompetenza li tirrikonoxxiha, hija għandha, ex officio, tibgħat is-sentenza flimkien maċ-ċertifikat lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti. Dik l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandha tinforma minnufih lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, li s-sentenza u ċ-ċertifikat intbagħtu lilha. |
Emenda 24 Artikolu 7, paragrafu 1 | |
1. L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandha tirrikonoxxi s-sentenza mibgħuta skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 u immedjatament tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għas-superviżjoni tal-miżuri sospensivi u s-sanzjonijiet alternattivi, sakemm din ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet għan-nuqqas ta' rikonoxximent u tieħu f'idejha s-superviżjoni tas-sentenza msemmija fl-Artikolu 9. |
1. L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandha tirrikonoxxi s-sentenza mibgħuta skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 u immedjatament tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għas-superviżjoni tal-miżuri ta' sospensjoni u l-obbligi u l-istruzzjonijiet li jikkostitwixxu s-sanzjoni alternattiva, sakemm din ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet għan-nuqqas ta' rikonoxximent u tas- superviżjoni tas-sentenza msemmija fl-Artikolu 9. |
Ġustifikazzjoni | |
Hawnhekk tinżamm l-espressjoni 'awtorità ġudizzjarja' peress li l-'awtoritajiet ġudizzjarji' ta' l-Istati Membri jridu jikkomunikaw ma' xulxin. Minn hawn 'il quddiem (skond l-Artikolu 4) kull Stat Membru jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar liema awtoritajiet ġudizzjarji huma - skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu - responsabbli għas-superviżjoni u l-esekuzzjoni tas-sentenzi (li għal darb'oħra mhux bilfors ikunu awtoritajiet ġudizzjarji). Kif jidher, l-adegwatezza ta' din l-espressjoni fit-test tad-Deċiżjoni Kwadru trid tiġi evalwata għal kull każ individwali (ara l-Ġustifikazzjoni għall-Artikoli 4(1) u 6(1)). | |
Emenda 25 Artikolu 7, paragrafu 2 | |
2. Jekk in-natura jew it-tul ta' żmien tal-miżuri sospensivi jew sanzjonijiet alternattivi huma inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet statutorji ta' l-Istat ta' esekuzzjoni, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti f'dak l-Istat tista' tadattahom b'mod konformi mal-miżuri sospensivi u s-sanzjonijiet alternattivi li huma previsti, taħt il-liġi ta' l-Istat ta' esekuzzjoni, għal reati ta' l-istess tip. Il-miżura sospensiva adattata jew is-sanzjoni alternattiva, għandha tikkorrispondi kemm jista' jkun ma' dik imposta fl-Istat emittenti. |
2. Jekk it-tul ta' żmien tal-miżuri sospensivi jew sanzjonijiet alternattivi huwa inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet statutorji ta' l-Istat ta' esekuzzjoni, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti f'dak l-Istat tista' tadattahom b'mod konformi mal-miżuri sospensivi u l-obbligi u l-istruzzjonijiet li jikkostitwixxu s-sanzjonijiet alternattivi eżistenti li huma previsti, taħt il-liġi ta' l-Istat ta' esekuzzjoni, għal reati simili. Il-miżura sospensiva adattata jew is-sanzjoni alternattiva, għandha tikkorrispondi kemm jista' jkun ma' dik imposta fl-Istat emittenti. |
Ġustifikazzjoni | |
L-inkompatibilità ta' miżuri jew sanzjonijiet tista' biss tiġi evalwata fejn jidħol it-tul taż-żmien, u mhux in-natura, tagħhom. Din biss tagħmel sens f'termini ta' legalità penali - u hekk biss jagħmel sens l-Artikolu 7(3). Ikun tassew diffiċli fil-prattika li tiġi stmata s-severità tal-miżuri jew sanzjonijiet adattati kieku kellhom ikunu ta' natura differenti. | |
Emenda 26 Artikolu 7, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
3a. Kieku miżuri sospensivi jew sanzjonijiet alternattivi kellhom jiġu adattati skond il-paragrafu 2 hawn fuq, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandha mingħajr dewmien tinforma bid-deċiżjoni lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti. Wara li tirċievi din l-informazzjoni l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti tista' tiddeċiedi li tirrevoka ċ-ċertifikat u s-sentenza (kif ukoll, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata). F'dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jkun garantit id-dritt tas-smigħ lill-persuna li ngħatat is-sentenza. |
Ġustifikazzjoni | |
Bħal fl-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' trasferiment, hu meħtieġ li jkun rikonoxxut id-dritt tas-smigħ lill-persuna li ngħatat is-sentenza. Bl-istess mod, fil-każ oppost, (meta tkun irtirata d-deċiżjoni), l-istess dritt jeħtieġ li jkun garantit. | |
Emenda 27 Artikolu 9, paragrafu 1 | |
1. L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni tista' tiċħad li tirrikonoxxi s-sentenza u tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni ta' miżuri sospensivi u sanzjonijiet alternattivi jekk: |
1. 1. L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni tista' tiċħad li tirrikonoxxi s-sentenza (jew, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata) u tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni ta' miżuri sospensivi u sanzjonijiet alternattivi jekk: |
Emenda 28 Artikolu 9, paragrafu 1, punt (a) | |
(a) iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6 mhux komplet jew b'mod ċar ma jaqbilx mas-sentenza u ma hux ikkompletat jew ikkorreġut f'terminu raġonevoli stabbilit mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni; |
(a) iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6 mhux komplet jew b'mod ċar ma jaqbilx mas-sentenza jew id-deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata u ma hux ikkompletat jew ikkorreġut f'terminu raġonevoli stabbilit mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni; |
Emenda 29 Artikolu 9, paragrafu 1, punt (b) | |
(b) il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5 ma jintlaħqux; |
(b) il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5 ma jintlaħqux (inkluż, iżda mhux ristretti biss, għar-rekwiżit ta' residenza legali u ordinarja fl-Istat ta' esekuzzjoni); |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istat ta' esekuzzjoni jrid ikun l-Istat 'li fuq it-territorju tiegħu l-persuna ssentenzjata għandha r-residenza legali u ordinarja tagħha' u għalhekk ir-residenza għandha tkun ukoll 'kriterju' li jrid jitqies mill-Istat 'mitlub li jesegwixxi' meta jiċħad li jirrikonoxxi jew li jieħu responsabilità għas-superviżjoni. | |
Emenda 30 Artikolu 9, paragrafu 1, punt (e) | |
(e) il-prosekuzzjoni, jew l-esekuzzjoni ta' sentenza, hija diġà preskritta taħt il-liġi ta' l-Istat ta' esekuzzjoni u tirrigwarda att li jaqa' fil-kompetenza ta' l-Istat ta' esekuzzjoni skond id-dritt nazzjonali tiegħu; |
(e) is-sentenza, hija diġà preskritta taħt il-liġi ta' l-Istat ta' esekuzzjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
(a) Din l-emenda tħassar ir-referenza għall-preskrizzjoni ta' azzjoni penali, peress li aktar minn prosekuzzjoni hija tikkonċerna sentenzi li diġà ġew applikati; (b) fir-realtà, għandu jkun hemm referenza għall-'preskrizzjoni tas-sentenza' u mhux għall-preskrizzjoni ta' l-esekuzzjoni ta' sentenza, peress li jekk sentenza trid tiġi esegwita din ma tistax tiġi preskritta (jew, aħjar, l-esekuzzjoni tagħha ma tistax tiġi preskritta) jekk jintlaħaq iż-żmien sabiex tiġi preskritta s-sentenza. | |
Emenda 31 Artikolu 9, paragrafu 1, punt (i) | |
(i) is-sentenza tipprovdi għal trattament mediku/terapewtiku li, minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(2), l-Istat ta' esekuzzjoni ma jkunx jista' jagħmel superviżjoni tiegħu minħabba s-sistema legali jew tal-kura tas-saħħa tiegħu; jew |
(i) is-sentenza jew possibilment id-deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata tipprovdi għal trattament mediku/terapewtiku li, minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(2), l-Istat ta' esekuzzjoni ma jkunx jista' jagħmel superviżjoni tiegħu minħabba s-sistema tal-kura tas-saħħa tiegħu; jew |
Ġustifikazzjoni | |
Ma tagħmilx sens li wieħed jinvoka s-sistema legali bħala raġuni sabiex ma jkunx hemm esekuzzjoni: skond l-Artikolu 11, '... is-superviżjoni .... għandhom ikunu rregolati mil-liġi ta' l-Istat ta' esekuzzjoni'. Għalhekk it-tifsira ta' l-Artikolu 11 għandha tkun (sakemm l-effetti prattiċi li l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru hija maħsuba li tilħaq - jiġifieri l-esekuzzjoni effettiva tas-sentenzi ta' din ix-xorta, bil-għan li jintlaħqu ċerti objettivi - mhumiex se jitneħħew) li l-Istat ta' esekuzzjoni (li huwa obbligat li jwettaq superviżjoni tal-miżuri u sanzjonijiet, u li ħa r-responsabilità ta' dan, skond l-Artikolu 5(1) u (2)) jeħtieġ jadotta liġijiet interni bl-iskop li jwettaq din is-superviżjoni jekk dawn il-liġijiet għadhom ma jeżistux fil-prattika. | |
Emenda 32 Artikolu 9, paragrafu 1, punt (j) | |
(j) fil-każ imsemmi fl-Artikolu 13(1), ma jista' jintlaħaq l-ebda ftehim dwar l-adattament ta' miżuri sospensivi jew sanzjonijet alternattivi. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
It-tħassir ta' dan is-sootoparagrafu huwa marbut mat-tħassir ta' l-Artikolu 13, li kien iwassal għal ammont kbir wisq ta' konsultazzjoni u jagħmel id-Deċiżjoni Kwadru ineffettiva ħafna. | |
Emenda 33 Artikolu 9, paragrafu 1, punt (j a) (ġdid) | |
|
(ja) iċ-ċertifikat jew sentenza jinkludu miżuri li mhumiex imniżżla jew aċċettati skond l-Artikolu 5(1) u (2) ta' din id-Deċiżjoni Kwadru. |
Emenda 34 Artikolu 9, paragrafu 2 | |
2. Qabel ma l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni tiddeċiedi, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, li tirrifjuta li tirrikonoxxi s-sentenza u tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni tal-miżuri sospensivi u s-sanzjonijiet alternattivi, hi għandha tikkomunika, b'mezzi xierqa, ma' l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti u, skond kif meħtieġ, titlob lil ta' l-aħħar iforni immedjatament l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa. |
2. Qabel ma l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni tiddeċiedi, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), (b), (c), (h) u (i), li ma tirrikonoxxix is-sentenza (jew, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata) u tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni tal-miżuri sospensivi u s-sanzjonijiet alternattivi, hi għandha tikkomunika, b'mezzi xierqa, ma' l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti u, skond kif meħtieġ, titlob lil ta' l-aħħar iforni immedjatament l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa. |
Emenda 35 Artikolu 10, paragrafu 1 | |
1. L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandha tiddeċiedi, fi żmien għaxart ijiem wara li tirċievi s-sentenza u ċ-ċertifikat, jekk tirrikonoxxix je le s-sentenza u tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni tal-miżuri sospensivi u s-sanzjonijiet alternattivi. Hi għandha tinforma immedjatament lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti bid-deċiżjoni tagħha, bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub. Għandhom jingħataw raġunijiet għaliex hi tkun ċaħdet li tirrikonoxxi s-sentenza u għaliex tkun irrifjutat li tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni. |
1. L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandha tiddeċiedi, fi żmien tletin jum wara li tirċievi s-sentenza u ċ-ċertifikat, jekk tirrikonoxxix je le s-sentenza u tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni tal-miżuri sospensivi u s-sanzjonijiet alternattivi. Hi għandha tinforma immedjatament lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti bid-deċiżjoni tagħha, bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub. Għandhom jingħataw raġunijiet għaliex hi tkun ċaħdet li tirrikonoxxi s-sentenza u għaliex tkun irrifjutat li tassumi r-responsabbiltà għas-superviżjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan huwa żmien raġonevoli. | |
Emenda 36 Artikolu 10, paragrafu 2 | |
2. Jekk, f'każ speċifiku, ma jkunx possibbli għall-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni li tikkonforma mal-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 1, hi għandha minnufih tinforma lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz li tagħżel, waqt li tagħti r-raġunijiet għad-dewmien u tindika kemm biħsiebha tieħu biex toħroġ deċiżjoni finali. |
2. Jekk, f'każ eċċezzjonali, ma jkunx possibbli għall-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni li tikkonforma mal-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 1, hi għandha minnufih tinforma lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz li tagħżel, waqt li tagħti r-raġunijiet għad-dewmien u tindika kemm biħsiebha tieħu biex toħroġ deċiżjoni finali. |
Ġustifikazzjoni | |
Għall-konsistenza ma' l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Kwadru 'dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet fi kwistjonijiet kriminali li jimponu sentenzi ta’ kustodja jew miżuri oħra li jinvolvu t-tiċħid tal-libertà għall-iskop ta’ l-infurzar tagħhom fl-Unjoni Ewropea'. It-tkabbir tal-limitu ta' żmien għal 30 jum ikun ifisser li dawn il-każijiet jiġu dejjem meqjusa bħala eċċezzjonali. | |
Emenda 37 Artikolu 11 | |
Is-superviżjoni ta' miżuri sospensivi u sanzjonijiet alternattivi għandhom ikunu rregolati mil-liġi ta' l-Istat ta' esekuzzjoni. |
Is-superviżjoni ta' miżuri sospensivi u ta' l-obbligi u l-istruzzjonijiet li jikkostitwixxu sanzjonijiet alternattivi għandhom ikunu rregolati mil-liġi ta' l-Istat ta' esekuzzjoni. |
Emenda 38 Artikolu 12, paragrafu 1 | |
1. L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tieħu d-deċiżjonijiet kollha sussegwenti rigward is-sentenza sospiża, is-sanzjoni alternattiva jew is-sentenza kondizzjonali, bħall-modifika ta' miżuri sospensivi, ir-revoka tas-sospensjoni, l-issentenzjar fil-każ ta' sentenza kondizzjonali, jew remissjoni. Il-liġi ta' l-Istat ta' esekuzzjoni għandha tapplika għad-deċiżjonijiet imsemmija preċedentement u għall-konsegwenzi sussegwenti kollha tas-sentenza. |
1. L-awtorità kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tieħu d-deċiżjonijiet kollha sussegwenti rigward is-sentenza sospiża, is-sanzjoni alternattiva, is-sentenza kondizzjonali jew il-libertà kundizzjonata, bħall-modifika ta' miżuri sospensivi, ir-revoka tas-sospensjoni, l-issentenzjar fil-każ ta' sentenza kondizzjonali, jew ir-revoka jew il-waqa' awtomatika tagħha . Il-liġi ta' l-Istat ta' esekuzzjoni għandha tapplika għad-deċiżjonijiet imsemmija preċedentement u għall-konsegwenzi sussegwenti kollha tas-sentenza. |
Ġustifikazzjoni | |
(a) F'dan l-artikolu r-referenza għandha tkun biss għall-'awtorità kompetenti': f'ċerti Stati Membri id-'deċiżjonijiet sussegwenti' msemmija hawnhekk ma jistgħux jittieħdu minn 'awtoritajiet ġudizzjarji' (pereżempju, deċiżjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' modifiki fil-miżuri ta' sospensjoni); (b) sabiex tiġi ffissata sentenza f'każ ta' sentenza kondizzjonali jinħtieġ li l-ewwel tiġi rrevokata s-sentenza kondizzjonali; (c) il-kliem 'waqa' awtomatika' huma aktar preferuti mill-kelma 'remissjoni' minħabba uniformità lingwistika (ara l-Artikolu 14(1)(d)). | |
Emenda 39 Artikolu 12, paragrafu 2 | |
2. L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti tista' tirriżerva l-kompetenza li tieħu d-deċiżjonijiet sussegwenti kollha dwar is-sentenzi kondizzjonali. F'dan il-każ il-liġi ta' l-Istat emittenti għandha tapplika għall-konsegwenzi sussegwenti kollha tas-sentenza. |
2. L-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tista' tirriżerva l-kompetenza li tieħu d-deċiżjonijiet sussegwenti kollha dwar is-sentenzi kondizzjonali. F'dan il-każ il-liġi ta' l-Istat emittenti għandha tapplika għad-deċiżjonijiet kollha msemmija hawn fuq u għall-konsegwenzi sussegwenti kollha tas-sentenza. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istat, kemm jekk emittenti kif ukoll jekk ta' esekuzzjoni, li jinforza l-liġi, jinforza l-liġi tiegħu stess. | |
Emenda 40 Artikolu 12, paragrafu 3 | |
3. Meta jkun qed jittrasponi din id-Deċiżjoni Kwadru, kull Stat Membru jista' jindika li bħala Stat ta' esekuzzjoni jista', f'każi individwali, jirrifjuta li jassumi r-responsabbiltà prevista fil-paragrafu 1. F'dawn il-każijiet, id-deċiżjoni għandha tittieħed u n-notifika tiġi effettwata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10. Dan m'għandux jaffettwa l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 7(1). |
3. Meta jkun qed jadotta din id-Deċiżjoni Kwadru jew sussegwentement fil-mument tat-traspożizzjoni u permezz ta' dikjarazzjoni mogħtija lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, kull Stat Membru jista' jindika li, bħala Stat ta' esekuzzjoni u fil-kategoriji ta' każijiet li jridu jiġi speċifikati minn dak l-Istat Membru, jirrifjuta li jassumi r-responsabbiltà prevista fil-paragrafu 1. F'dawn il-każijiet, id-deċiżjoni għandha tittieħed (flimkien ma' raġunijiet mogħtija) u n-notifika tiġi effettwata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10. Dan m'għandux jaffettwa l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 7(1). Din id-dikjarazzjoni minn Stat Membru tista' tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin. Id-dikjarazzjonijiet jew l-irtirar tagħhom għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-prinċipju huwa li r-rifjut għandu jkun biss l-eċċezzjoni - inkella d-Direttiva Kwadru ssir anqas effettiva u b'hekk tagħmel anqas sens. | |
Emenda 41 Artikolu 13 | |
Artikolu 13 Konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti |
imħassar |
1. Jekk l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni bi ħsiebha tagħmel adattamenti kif previst fl-Artikolu 7(2) u (3), hi għandha l-ewwel tikkonsulta lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti dwar il-miżuri sospensivi adatti jew s-sanzjoni alternattiva. |
|
2. Meta tgħaddi s-sentenza u ċ-ċertifikat kif previst fl-Artikolu 6, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti tista' tirrinunzja għall-konsultazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1. F'dak il-każ, kull adattament li jkun sar mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni skond l-Artikolu 7(2) u (3) għandu sussegwentement jiġi nnotifikat lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat emittenti. |
|
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 13 huwa mħassar sabiex ikun evitat ammont kbir wisq ta' konsultazzjoni, li jdgħajjef l-effettività tad-Deċiżjoni Kwadru. Madankollu għandu jiġi nnutat li, b'konformità mal-paragrafu 4 il-ġdid, miżjud lill-paragrafu 7, iċ-ċertifikat jista' jiġi rtirat mill-Istat emittenti jekk l-adattament msemmi fl-Artikolu 7 ma jkunx aċċettabbli. | |
Emenda 42 Artikolu 14, titolu | |
Obbligi ta' l-awtoritajiet involuti fejn l-Istat ta' esekuzzjoni għandu ġurisdizzjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet ulterjuri kollha |
Obbligi ta' l-awtoritajiet involuti fejn l-Istat ta' esekuzzjoni għandu ġurisdizzjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet sussegwenti kollha |
Ġustifikazzjoni | |
Uniformità fit-terminoloġija (ara l-Artikolu 12(1)). | |
Emenda 43 Artikolu 14, paragrafu 1, punt (a) | |
(a) il-modifika tal-miżuri sospensivi jew is-sanzjoni alternattiva; |
(a) Sanzjonijiet alternattivi u modifika tal-miżuri sospensivi; |
Emenda 44 Artikolu 14, paragrafu 1, punt (b) | |
(b) ir-revoka tas-sospensjoni tas-sentenza; |
(b) ir-revoka tas-sentenza sospiża u tas-sentenza kondizzjonali; |
Emenda 45 Artikolu 14, paragrafu 1, punt (c) | |
(c) l-impożizzjoni ta' sentenza fil-każ ta' sentenza kondizzjonali; |
(c) l-għoti ta' sentenza fil-każ ta' sentenza kondizzjonali; |
Ġustifikazzjoni | |
Uniformità fit-terminoloġija (ara l-Artikolu 12(1)). | |
Emenda 46 Artikolu 14, paragrafu 1, punt (d) | |
(d) l-iskadenza tal-miżuri sospensivi jew is-sanzjoni alternattiva. |
(d) L-iskadenza tas-sentenzi sospiżi, sentenzi kondizzjonali jew is-sanzjoni alternattiva. |
Emenda 47 Artikolu 14, paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
(1a) Fil-każijiet meta jiġu rrevokati sentenzi sospiżi, sentenzi kondizzjonali u sanzjonijiet alternattivi, l-Istat ta' esekuzzjoni għandu jkun responsabbli li jesegwixxi l-piena ta' kustodja imposta fis-sentenza, ħlief fil-każijiet skond l-Artikolu 12(2) u (3). |
Emenda 48 Artikolu 14, paragrafu 2 | |
2. L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti għandha tinforma minnufih lill-awtorità ġudizzjarja fl-Istat li jissentenzja, bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, b'kull ċirkostanza jew sejba li, fl-opinjoni tagħha, tista' twassal għar-revoka tas-sospensjoni tas-sentenza jew modifika tal-miżuri sospensivi jew tas-sanzjoni alternattiva. |
2. L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti għandha tinforma minnufih lill-awtorità ġudizzjarja fl-Istat li jissentenzja, bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, b'kull ċirkostanza jew sejba li, fl-opinjoni tagħha, tista' twassal għar-revoka tas-sospensjoni tas-sentenza jew tas-sentenza kondizzjonali jew modifika tal-miżuri sospensivi jew l-obbligi jew l-istruzzjonijiet li jikkostitwixxu sanzjoni alternattiva. |
Emenda 49 Artikolu 14, paragrafu 2a (ġdid) | |
|
2a. Fil-każ ta' sentenza kondizzjonali jew f'każ ta' revoka tas-sospensjoni tas-sentenza, il-persuna trid tiġi mismugħa mill-awtoritajiet ġudizzjarji qabel ma tiġi ssentenzjata, sabiex ikun żgurat li jiġi rrispettat il-prinċipju fundamentali tas-smigħ tal-konvenut. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jkun hemm parallel bejn din is-sitwazzjoni u s-sitwazzjoni skond l-Artikolu 15(2). Il-prinċipju tas-smigħ tal-konvenut jikkostitwixxi parti essenzjali tal-proċeduri kriminali f'dawn il-każijiet. | |
Emenda 50 Artikolu 15, titolu | |
Obbligi ta' l-awtoritajiet involuti fejn l-Istat ta' esekuzzjoni għandu ġurisdizzjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet ulterjuri kollha |
Obbligi ta' l-awtoritajiet involuti fejn l-Istat emittenti għandu ġurisdizzjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet sussegwenti kollha |
Emenda 51 Artikolu 15, paragrafu 1 | |
1. Jekk l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti għandha ġurisdizzjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet ulterjuri kollha skond l-Artikolu 12(2) u (3), l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandha minnufih tinnotifikaha dwar: |
1. Jekk l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat emittenti għandha ġurisdizzjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet sussegwenti kollha skond l-Artikolu 12(2) u (3), l-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni għandha minnufih tinnotifikaha dwar: |
Emenda 52 Artikolu 15, paragrafu 1, punt (a) | |
(a) kwalunkwe ksur ta' miżura sospensiva jew sanzjoni alternattiva; u |
(a) ksur ta' miżura sospensiva jew ta' l-obbligi u l-istruzzjonijiet li jikkostitwixxu sanzjoni alternattiva; u |
Emenda 53 Artikolu 15, paragrafu 1, punt (b), punt (i) | |
(i) tista' twassal għall-modifika tal-miżuri sospensivi jew is-sanzjonijiet alternattivi, |
(i) tista' twassal għall-modifika tal-miżuri sospensivi jew ta' l-obbligi u l-istruzzjonijiet li jikkostitwixxu sanzjonijiet alternattivi, |
Emenda 54 Artikolu 15, paragrafu 1, punt (b), punt (ii) | |
(ii) hi rilevanti għall-impożizzjoni ta' sentenza fil-każ ta' sentenza kondizzjonali, jew |
(ii) hi rilevanti għall-għoti ta' sentenza fil-każ ta' sentenza kondizzjonali, jew |
Emenda 55 Artikolu 15, paragrafu 1, punt (b), punt (iii) | |
(iii) jistgħu jirriżultaw f'revoka tas-sospensjoni tas-sentenza. |
(iii) tista' tirriżulta f'revoka tas-sospensjoni tas-sentenza u tas-sentenza kondizzjonali. |
Emenda 56 Artikolu 15, paragrafu 3 | |
3. Qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-impożizzjoni ta' sentenza fil-każ ta' sentenza kondizzjonali jew dwar ir-revoka ta' sospensjoni ta' sentenza, il-persuna sentenzjata għandha tingħata smigħ ġudizzjarju. Jekk ikun il-każ, din il-ħtieġa tista' tiġi sodisfatta skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000 dwar l-Assistenza Reċiproka f'Affarijiet Kriminali bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea. ----------------- 1 ĠU C 197, 12.7. 2000, p. 3. |
3. Qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-għoti ta' sentenza fil-każ ta' sentenza kondizzjonali jew dwar ir-revoka ta' sospensjoni ta' sentenza, il-persuna sentenzjata għandha tiġi mismugħa mill-awtoritajiet ġudizzjarji sabiex ikun żgurat li jiġi rrispettat il-prinċipju fundamentali tas-smigħ tal-konvenut. |
Emenda 57 Artikolu 15, paragrafu 4, punt (a) | |
(a) il-modifika tal-miżuri sospensivi jew is-sanzjoni alternattiva; |
(a) il-modifika tal-miżuri sospensivi jew ta' l-obbligi jew l-istruzzjonijiet li jikkostitwixxu sanzjoni alternattiva; |
Emenda 58 Artikolu 15, paragrafu 4, punt (b) | |
(b) ir-revoka tas-sospensjoni tas-sentenza; |
(b) ir-revoka tas-sospensjoni tas-sentenza u tas-sentenza kondizzjonali; |
Emenda 59 Artikolu 15, paragrafu 4, punt (c) | |
(c) l-impożizzjoni ta' sentenza fil-każ ta' sentenza kondizzjonali; |
(c) l-għoti ta' sentenza fil-każ ta' sentenza kondizzjonali; |
Emenda 60 Artikolu 15, paragrafu 4, punt (d) | |
(d) l-iskadenza tal-miżuri sospensivi jew is-sanzjoni alternattiva. |
d) l-iskadenza ta' sentenza sospiża, sentenza kondizzjonali jew sanzjoni alternattiva. |
Emenda 61 Artikolu 15, paragrafu 4 a (ġdid) | |
|
4a. Kwalunkwe modifika ta' miżura sospensiva jew ta' l-obbligi jew istruzzjonijiet li jikkostitwixxu sanzjonijiet alternattivi mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat emittenti trid titwettaq filwaqt li jitqies kif jixraq l-Artikolu 5. Fil-każ ta' modifika l-awtorità kompetenti ta' l-Istat ta' esekuzzjoni tista' tagħżel li tieħu deċiżjoni ġdida skond l-Artikolu 7(2) jew l-Artikolu 9(1)(i). |
Emenda 62 Artikolu 15, paragrafu 5 | |
5. Fil-każ ta' impożizzjoni ta' sentenza jew revoka ta' sospensjoni ta' sentenza, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat emittenti għandha fl-istess ħin tinforma lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat ta' esekuzzjoni jekk għandhiex il-ħsieb tibgħat lill-Istat ta' esekuzzjoni: |
5. Fil-każ ta' impożizzjoni ta' sentenza jew revoka ta' sospensjoni ta' sentenza, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat emittenti għandha fl-istess ħin tinforma lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat ta' esekuzzjoni li m'hemmx aktar il-ħtieġa ta' sorveljanza tal-miżuri sospensivi. |
Emenda 63 Artikolu 15, paragrafu 5, punt (a) | |
(a) sentenza u ċertifikat kif previst fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2007/.../ĠAI għall-fini li jieħu fuqu r-responsabbiltà għall-infurzar tal-miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà; jew --------------- *.ĠU: J.J. żid in-numru tad-Deċiżjoni Kwadru msemmija fi premessa 3. |
imħassar |
|
|
Emenda 64 Artikolu 15, paragrafu 5, punt (b) | |
(b) mandat ta' arrest Ewropew għall-fini taċ-ċediment tal-persuna sentenzjata skond id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri. .------------------------------- 1 ĠU L 190 tat-18.7.2002, p. 1 |
imħassar |
Emenda 65 Artikolu 15, paragrafu 6 | |
6. Jekk l-obbligu biex jiġu esegwiti l-miżuri ta' sospensjoni jew is-sanzjonijiet alternattivi jkun skada, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat ta' esekuzzjoni għandha ttemm il-miżuri ordnati hekk kif hi tkun ġiet debitament infurmata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat emittenti. |
6. Meta tiġi nnotifikata dwar il-fatt mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat emittenti skond il-paragrafu 5 t'hawn fuq, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat ta' esekuzzjoni għandha ttemm is-superviżjoni u l-esekuzzjoni tal-miżuri sospensivi. |
Emenda 66 Artikolu 16, titolu | |
Amnestija u maħfra |
Amnestija, maħfra u reviżjoni tas-sentenza |
Emenda 67 Artikolu 16, paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
L-Istat emittenti biss jista' jieħu deċiżjoni dwar talbiet għar-reviżjoni ta' sentenzi li jinvolvu sentenzi sospiżi, sentenzi kondizzjonali u sanzjonijiet alternattivi, li s-superviżjoni u l-esekuzzjoni tagħhom huma koperti minn din id-Deċiżjoni Kwadru. |
Emenda 68 Artikolu 17 | |
Jekk il-persuna sentenzjata tħalli l-Istat ta' esekuzzjoni u tistabbilixxi r-residenza legali u ordinarja tagħha fi Stat Membru ieħor, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat ta' esekuzzjoni għandha tittrasferixxi l-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-superviżjoni tal-miżuri ta' sospensjoni u s-sanzjonijiet alternattivi u fir-rigward tad-deċiżjonijiet ulterjuri kollha rigward l-esekuzzjoni tas-sentenza lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat emittenti. |
Jekk il-persuna sentenzjata tħalli l-Istat ta' esekuzzjoni jew ma tibqax ikollha residenza legali u ordinarja fl-Istat ta' esekuzzjoni, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat ta' esekuzzjoni għandha tittrasferixxi l-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-superviżjoni tal-miżuri ta' sospensjoni u ta' l-obbligi jew istruzzjonijiet li jikkostitwixxu sanzjonijiet alternattivi u fir-rigward tad-deċiżjonijiet ulterjuri kollha rigward l-esekuzzjoni tas-sentenza (jew ikun il-każ id-deċiżjoni ta' libertà kundizzjonata) lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat emittenti. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istat ta' esekuzzjoni ma jistax aktar iwettaq superviżjoni fuq il-persuna ssentenzjata, għalhekk ir-responsabilità għas-superviżjoni tgħaddi fuq l-Istat emittenti. Dan it-trasferiment ta' responsabilità għandu jitqies bħala 'obligu' u mhux bħala 'setgħa'. | |
Emenda 69 Artikolu 17, paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
1a. It-trasferiment ta' ġurisdizzjoni msemmi f'paragrafu 1 irid isir ukoll jekk l-Istat emittenti joħroġ talba għal dan lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti ta' l-Istat ta' esekuzzjoni, minħabba li proċeduri kriminali ulterjuri kontra l-persuna jkunu qed iseħħu fl-Istat emittenti. |
- [1] ĠU C / Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.
NOTA SPJEGATTIVA
1. Issa għadda ż-żmien minn meta l-Unjoni Ewropea waqfet milli tkun sempliċement zona ekonomika komuni u bdiet tadotta wkoll valuri komuni. Hija tinsab miexja lejn l-għan tagħha li tistabbilixxi komunità politika li tfittex li tilħaq l-ideal illuminista tad-dinjità sublimi tal-bniedem u bil-mod qed iddaħħal qsim ta' setgħa politika fost l-Istati Membri tagħha, koperazzjoni fost l-istituzzjonijiet u sistema legali li hija kemm kosmopolitana kif ukoll għandha l-bniedem bħala ċ-ċentru.
Dak li verament huwa affaxxinanti dwar l-Unjoni Ewropea huwa dan il-vjaġġ lejn l-individwu u lejn sistema legali li tkun applikabbli għall-popli u għall-ġenerazzjonijiet kollha.
Fi ħdan iz-zona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, il-moviment ħieles ta' persuni huwa akkumpanjat mill-moviment tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji permezz tar-rikonoxximent reċiproku kif ukoll permezz ta' koperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija. Id-diversi oqsma tal-liġi (inkluża l-liġi kriminali) qegħdin aktar u aktar jinħelsu mill-'fewdalizzazzjoni' fi ħdan l-Istati Membri individwali sabiex ikun żgurat l-ideal komuni ta' ġustizzja għal kulħadd. L-Unjoni Ewropea hija eżempju straordinarju ta' organizzazzjoni politika li tgħallmet tgħaqqad l-interessi partikulari ta' kull Stat Membru bl-għanijiet morali ta' proġett ta' sistema legali.
Il-liġi kriminali hija inkluża f'din il-mixja gradwali lejn il-koperazzjoni reċiproka fost l-Istati membri ta' l-UE. L-għan tad-Deċiżjoni ta' Qafas li qed tiġi mfassla hu li tiffaċilita r-riintegrazzjoni fis-soċjetà ta' persuna kkundannata, li tipprovdi ħarsien aħjar għall-vittmi u għas-soċjetà b'mod ġenerali u li tiffaċilita l-infurzar ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali adegwati fil-każ ta' trasgressuri li mhumiex residenti fl-Istat li qed jagħti s-sentenza. Il-valur ta' din l-inizjattiva huwa fuq kollox li jinkuraġġixxi lill-awtoritajiet ġudizzjarji ta' l-Istati Membri sabiex fil-liġi kriminali tagħhom idaħħlu sanzjonijiet li ma jkunux sentenzi ta' kustodja. Aħna lkoll konxji li jekk l-aġenda politika ma toffrix kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta' sanzjonijiet alternattivi, l-imħallfin ikollhom it-tendenza li ma japplikawhomx. L-iffaċilitar tas-sanzjonijiet alternattivi jservi sabiex jippromwovi attitudni umanitarja lejn il-liġi kriminali u lejn is-sentenzi u għalhekk jippromwovi l-liġi Ewropea b'mod ġenerali. Hija ssolvi wkoll id-dilemma li d-dritt tal-persuna ssentenzjata għar-riintegrazzjoni soċjali jiġi mqabbel ma' l-interess tas-soċjetà sabiex tintegraha. Il-verità hi li m'hemm l-ebda oppożizzjoni għal dan. L-istejtus ta' persuni ssentenzjati huwa wkoll riga li tippermetti li jitkejlu l-grad ta' ċiviltà u l-kalibru tas-sistema ġudizzjarja ta' kwalunkwe komunità politika. Il-promozzjoni ta' l-applikazzjoni ta' miżuri ta' sospensjoni bħala alternattiva għas-sentenza ta' kustodja huwa objettiv li jrid jintlaħaq b'urġenza fil-kamp tal-liġi kriminali ta' l-UE. Il-politika Ewropea trid taħdem ħalli tistabbilixxi rabta bejn il-liġi kriminali u kultura ta' drittijiet fil-forom kollha tagħha: fir-rigward tat-tfassil u l-esekuzzjoni tas-sentenzi u r-relazzjoni bejn il-persuni ssentenzjati u s-soċjetà b'mod ġenerali.
2. Xi daqqiet l-effettività tar-rikonoxximent reċiproku hija ristretta mill-fatt li l-liġijiet kriminali ta' l-Istati Membri għadhom fl-ewwel stadji ta' armonizzazzjoni. Eżempju ta' dan hija d-Deċiżjoni ta' Qafas li qiegħda titfassal. Il-proċedura għall-koperazzjoni fis-superviżjoni u l-esekuzzjoni ta' sanzjonijiet alternattivi tkun ħafna aktar sempliċi u effiċjenti (kif ukoll ħafna anqas problematika) kieku l-Istati Membri jadottaw l-istess tip ta' sentenza jew kellhom strutturi ġudizzjarji simili, jew anke kieku kellhom liġijiet kriminali sostantivi u proċedurali bi grad ogħla ta' ekwivalenza [ara l-problema ta' l-adottar ta' 'miżuri differenti' jew ta' l-'instabbilità ta' ġurisdizzjonijiet' meta tiġi rrevokata sentenza sospiża jew meta tiġi imposta sentenza fil-każ ta' sentenza kondizzjonali].
Il-ħtieġa li l-liġijiet kriminali sostantivi ta' l-Istati Membri jiġu progressivament armonizzati hija kundizzjoni importanti għat-tlestija taz-zona Ewropea ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Barra minn hekk, it-tkabbir ta' l-armonizzazzjoni tal-liġijiet kriminali ta' l-Istati Membri jista' jitmexxa 'l quddiem fuq il-bażi tal-valuri komuni msemmija fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea: wara kollox, dawn il-valuri huma fil-biċċa l-kbira ggarantiti fuq liġijiet li jikkundannaw l-imġiba kriminali.
3. Sadanittant ir-regoli proċedurali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Qafas iridu jiġu organizzati fuq il-bażi tas-sitwazzjoni attwali ta' l-affarijiet. Għalhekk ġie deċiż li għal raġunijiet ta' legalità, ċarezza u ċertezza legali, it-tqassim tas-setgħat u responsabilitajiet bejn l-Istat emittenti u l-Istat ta' esekuzzjoni jiġi rregolat mir-regola li l-Istat li jeżerċita setgħa jew responsabilità partikulari japplika l-liġijiet tiegħu għaliha (ara l-Artikolu 12(2)).
Flimkien ma' dan l-arranġament ittieħdet deċiżjoni sabiex jiġi stipulat il-prinċipju tas-smigħ tal-konvenuti bħala l-prinċipju li jrid jiġi applikat f'każijiet li jinvolvu r-revoka ta' sentenza sospiża jew l-impożizzjoni ta' sentenza kondizzjonali [ara l-Artikolu 14(2)a (ġdid)]. Bl-istess mod, ġiet meqjusa meħtieġa r-referenza għall-kostituzzjonijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tar-referenza għall-valuri tat-Trattat (ara l-Artikolu 3). Id-drittijiet fundamentali stabilixxew standard li fuqu l-katalogi tad-drittijiet fundamentali ta' l-UE u ta' l-Istati Membri jridu jinqraw bħala katologi miftuħa li jikkumplimentaw lil xulxin.
F'dan id-dawl, ġiet imfittxija wkoll soluzzjoni għall-kwistjoni tal-kunsens fil-mument tat-trasferiment tar-responsabilità għas-superviżjoni u l-esekuzzjoni (ara l-Artikolu 5(1)a). L-għażla ta' trasferiment mhijiex dritt fundamentali tal-persuna ssentenzjata [proprju minħabba li dik il-persuna diġà għandha stejtus ta' 'sentenzjata' u l-kjarifika taż-żmien u ta' l-irwol hija wkoll kwistjoni ta' leġittimità ġudizzjarja]. Għalhekk it-trasferiment mhuwiex suġġett għall-kunsens. Li għandu jkun hemm hija kunsiderazzjoni ġudizzjarja, u deċiżiva, maħsuba għall-finijiet tad-Deċiżjoni ta' Qafas, u l-għoti lill-persuna ssentenzjata tad-dritt li jkun mismugħ, peress li s-smigħ għandu rwol importanti ħafna f'din il-kunsiderazzjoni.
Barra minn hekk, huwa fl-interess ta' din l-effettività li qed tkun proposta hawnhekk li tkun garantita 'regola dwar in-natura eċċezzjonali tar-rifjut' mill-Istat ta' esekuzzjoni (ara l-Artikolu 12(3)).
Ittieħdet ukoll deċiżjoni sabiex tiddaħħal definizzjoni dwar 'residenza legali u ordinarja' li tikkorrispondi mad-definizzjoni li tinsab fil-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja [ara l-Artikolu 2(ga) (ġdid)].
Kif diġà ntqal, l-opinjoni tipprovdi kjarifika komprensiva tad-definizzjoni/tqassim tas-setgħat u responsabilitajiet bejn l-Istat emittenti u l-Istat ta' esekuzzjoni. Iċ-ċarezza hija l-bażi taċ-ċertezza legali u tal-legalità li huma meħtieġa għal-liġi kriminali. Għal din ir-raġuni ġie miċħud l-adattament ta' miżuri mill-Istat ta' esekuzzjoni, minħabba n-natura tagħhom (ara l-Artikolu 7(2)). L-adattament fir-rigward taż-żmien, u possibbilment il-forma ta' l-esekuzzjoni, biss huwa kompatibbli mat-tipifikazzjoni meħtieġa mill-prinċipju tal-legalità stretta fil-liġi kriminali.
4. Fl-aħħarnett, wieħed għandu jinnota li l-inizjattiva ta' Franza u l-Ġermanja relatata ma' din id-Deċiżjoni ta' Qafas hija sinjal pożittiv ħafna fi ħdan iz-zona Ewropea ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Hija turi li d-dimensjoni Ewropea hija issa mifhuma fid-dawl ta' l-idea ta' l-integrazzjoni politika u legali intensiva ta' l-UE. Hija turi wkoll kif l-umanizzazzjoni tal-liġi kriminali daħlet fis-sistema legali Ewropea: sistema legali bbażata fuq il-valur irriduċibbli ta' l-umanità, li fih kull individwu - anke jekk issentenzjat - huwa meqjus bħala għan fih innifsu, bħala bniedem uniku u mhux ripetibbli.
PROĊEDURA
Titolu |
Ir-rikonoxximent u s-superviżjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kondizzjonali |
|||||||
Referenzi |
06480/2007 - C6-0129/2007 - 2007/0807(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-Parlament |
11.5.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli: Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 24.5.2007 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Maria da Assunção Esteves 21.5.2007 |
|
|
|||||
Diskuss fil-kumitat |
5.6.2007 |
27.6.2007 |
11.9.2007 |
3.10.2007 |
||||
Data ta' l-adozzjoni |
3.10.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
26 1 3 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Philip Bradbourn, Michael Cashman, Jean-Marie Cavada, Carlos Coelho, Fausto Correia, Esther De Lange, Panayiotis Demetriou, Kinga Gál, Roland Gewalt, Jeanine Hennis-Plasschaert, Lívia Járóka, Magda Kósáné Kovács, Barbara Kudrycka, Henrik Lax, Kartika Tamara Liotard, Sarah Ludford, Viktória Mohácsi, Martine Roure, Søren Bo Søndergaard, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Ioannis Varvitsiotis |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Inés Ayala Sender, Edit Bauer, Maria da Assunção Esteves, Ona Juknevičienė, Jean Lambert, Antonio Masip Hidalgo, Siiri Oviir, Eva-Britt Svensson |
|||||||