RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti

5.10.2007 - (COM(2006)0388 – C6‑0245/2006 – 2006/0136(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Hiltrud Breyer
Rapporteur għal opinjoni (*):
Anja Weisgerber, Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur għal opinjoni (*):
Kyösti Virrankoski, Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali
(*)Proċedura b' kumitati assoċjati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

Proċedura : 2006/0136(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0359/2007

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti

(COM(2006)0388 – C6‑0245/2006 – 2006/0136(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0388)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 37(2) u 152(4)(b) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0245/2006),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi leġali proposta,

– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6‑0359/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Amendment 1

Ċitazzjoni 1

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 37 (2) u 152(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 152 (4)(b) u 175 (1) tiegħu,

Ġustifikazzjoni

Skond il-Premessa 8 tal-proposta, l-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa li jkun żgurat livell għoli ta’ ħarsien kemm għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għas-saħħa ta’ l-annimali u għall-ambjent. L-għażla tal-bażi legali għandha tirrifletti l-għan u l-iskop tar-regolament. Bażi legali doppja għandha tintuża biss jekk ikun hemm aktar minn objettiv wieħed li jkunu marbuta b'mod inseparabbli, bħal ma hu l-każ ta' din il-proposta.

L-Artikolu 37 intuża fl-1991, meta t-Trattat ma kienx qiegħed joffri dispożizzjoni għal bażi legali speċifika għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent. Issa m'għadx hemm lok li jintuża hawnhekk.

Emenda 2

Premessa 4

(4) Sabiex ikun hemm iktar semplifikazzjoni, l-att il-ġdid għandu jirrevoka wkoll id-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1978 li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi,.

(4) Sabiex ikun hemm iktar semplifikazzjoni, l-att il-ġdid għandu jirrevoka wkoll id-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1978 li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi,. Madankollu, il-prinċipji ewlenin tad-Direttiva 79/117/KEE għandhom jinżammu f'dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Jinħtieġ li l-kontenut tad-direttiva li ġiet revokata jiddaħħal fl-att il-ġdid.

Emenda 3

Premessa 6 a (ġdida)

 

(6a) Tipi differenti ta' uċuħ huma importanti għall-Komunità kemm għall-produzzjoni fuq skala kbira u anki għal dik fuq skala żgħira. Dawn it-tipi differenti ta' produzzjoni għandhom jiġu mħarsa billi jkun permess l-użu ta' prodotti differenti għall-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 4

Premessa 7

(7) Il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jista’ jkollhom ukoll effett mhux ta’ ġid fuq il-produzzjoni tal-pjanti. L-użu tagħhom jista’ jinvolvi riskji u perikli għall-bniedem, għall-annimali u għall-ambjent, speċjalment jekk jitqiegħdu fis-suq mingħajr ma jkunu ttestjati u awtorizzati uffiċjalment u jekk jintużaw b’mod mhux korrett. Għalhekk, għandhom jiġu adottati regoli armonizzati dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

(7) Il-pestiċidi jista’ jkollhom ukoll effett mhux ta’ ġid fuq il-produzzjoni tal-pjanti. L-użu tagħhom jista’ jinvolvi ħsara, riskji, perikli intrinsiċi u effetti negattivi għal perjodi qosra u twal għall-bniedem, għall-annimali u għall-ambjent, speċjalment, imma mhux biss, jekk jitqiegħdu fis-suq mingħajr ma jkunu ttestjati u awtorizzati uffiċjalment u jekk jintużaw b’mod mhux korrett. Għalhekk, għandhom jiġu adottati regoli armonizzati dwar it-tqegħid fis-suq ta’ pestiċidi.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu. It-terminu "pestiċidi" se jintuża matul it-test ta' adozzjoni, inkluż fit-titolu.)

Ġustifikazzjoni

Il-frażi "prodotti għall-ħarsien tal-pjanti" użata matul il-proposta, inkluż it-titolu, m'hijiex adattata għax ħafna nies m'humiex familjari ma' din it-terminoloġija. Għalhekk, jekk tkompli tintuża tista' tħawwad lin-nies/lill-konsumaturi. Il-kelma korretta li għandha tintuża hija "pestiċidi". "Prodotti għall-ħarsien tal-pjanti" għandha tinbidel b' "pestiċidi" u, fejn ikun rilevanti, bi "prodotti pestiċidi", fit-test kollu tar-Regolament.

Emenda 5

Premessa 8

(8) L-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa li jkun żgurat livell għoli ta’ ħarsien kemm għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għas-saħħa ta’ l-annimali u għall-ambjent. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ħarsien ta’ gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni, inklużi nisa’ tqal, trabi u tfal. Għandu jkun applikat il-prinċipju tal-prekawzjoni u għandu jkun żgurat li l-industrija turi li s-sustanzi jew il-prodotti magħmula jew imqiegħda fis-suq ma jaffettwawx b’mod negattiv is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent.

(8) L-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa li jkun żgurat livell għoli ta’ ħarsien kemm għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għas-saħħa ta’ l-annimali u għall-ambjent, u fl-istess ħin biex tkun żgurata l-kompetittività ta' l-agrikultura Ewropea. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ħarsien ta’ gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni, inklużi nisa tqal u li jreddgħu, embriji u feti, trabi u tfal. Għandu jkun applikat il-prinċipju tal-prekawzjoni u għandu jkun żgurat li l-industrija turi li s-sustanzi jew il-prodotti magħmula jew imqiegħda fis-suq ma jaffettwawx b’mod negattiv is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u ma jkunx hemm xi suspett li qegħdin jagħmlu dan.

Ġustifikazzjoni

L-embriji, il-feti u n-nisa li jreddgħu għandhom jissemmew speċifikament, sabiex isir enfasi akbar fuq l-iżvilupp ta' l-effetti newrotossikoloġiċi (ara Grandjean P, Landrigran, P: The Lancet Vol 368 Ħarġa 9553 (2006), p. 2167)

Emenda 6

Premessa 8 a (ġdida)

 

(8a) Sabiex ma jsirux testijiet fuq l-annimali, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-testijiet fuq l-annimali vertebrati għandhom isiru biss wara li jkunu fallew it-tentattivi l-oħra kollha. Dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi l-ħtieġa ta' data għas-sustanzi attivi, għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, sustanzi li jnaqqsu l-ħsara fil-pjanti kkawżata minn sustanzi oħra (safeners) u mediċini li jaħdmu ma’ sustanzi oħra (synergists) għandhom jiżguraw li t-testijiet fuq l-annimali vertebrati jsiru mill-inqas u li testijiet doppji jkunu evitati, kif ukoll li jkunu promossi t-testijiet li ma jinvolvux l-annimali u l-istrateġiji ta' l-ittestjar intelliġenti. Ir-riżultati eżistenti minn testijiet fuq annimali vertebrati għandhom jinqasmu bejn kulħadd waqt il-proċess ta’ l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda għall-ħarsien tal-pjanti. Skond id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE ta’ l-24 ta’ Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw il-protezzjoni ta' l-annimali użati għal għanijiet sperimentali u għanijiet xjentifiċi oħra1, anki t-testijiet dwar l-annimali vertebrati għandhom jinbidlu, jiġu limitati jew jiġu mtejba. L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha, fejn ikun possibbli, tiġi bbażata fuq l-użu ta’ metodi xierqa ta' ttestjar alternattiv. Mhux aktar tard ...*, il-Kummissjoni għandha tirrevedi r-regoli dwar il-ħarsien tad-data tar-riżultati li jkunu ħarġu mit-testijiet dwar l-annimali vertebrati u fejn meħtieġ tibdel dawn ir-regoli.

 

___________________

1 ĠU L 358, 18.12.1986, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 230, 16.9.2003, p. 32). Seba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

B'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-Ħarsien u l-Benesseri ta' l-Annimali biex il-Komunità u l-Istati Membri jirrispettaw bis-sħiħ ir-rekwiżiti għall-benesseri ta' l-annimali meta jiġu biex jifformulaw u jimplimentaw il-politiki, għandu jkun inkluż li t-testijiet fuq l-annimali għandhom isiru assolutament mill-inqas u jsiru biss meta ma jkunx hemm aktar x'tagħmel, u li l-alternattivi għalihom għandhom ikunu ppreferuti. Dan hu wkoll b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-REACH.

Emenda 7

Premessa 9

(9) Is-sustanzi għandhom jiġu inklużi biss fi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fejn ikun intwera li dawn jippreżentaw benefiċċju ċar għall-produzzjoni tal-pjanti u mhuwiex mistenni li jkollhom kwalunkwe effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew kwalunkwe influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent. Sabiex jinkiseb l-istess livell ta’ ħarsien fl-Istati Membri kollha, id-deċiżjoni dwar l-aċċettabilità jew in-nuqqas ta’ aċċettabilità ta’ sustanzi bħal dawn għandha tittieħed fuq il-livell Komunitarju.

(9) Is-sustanzi għandhom jiġu inklużi biss fi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fejn ikun intwera li dawn jippreżentaw benefiċċju ċar għall-produzzjoni tal-pjanti u fejn ikun ġie stabbilit li m'għandhom l-ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew kwalunkwe influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent. Sabiex jinkiseb livell għoli u identiku ta’ ħarsien fl-Istati Membri kollha, id-deċiżjoni dwar l-aċċettabilità jew in-nuqqas ta’ aċċettabilità ta’ sustanzi bħal dawn għandha tittieħed fuq il-livell Komunitarju.

Emenda 8

Premessa 9 a (ġdida)

 

(9a) Biex tapplika l-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas", il-Kummissjoni għandha teżamina kif il-manifatturi tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jew tas-sustanzi attivi li jkun fihom għandhom ikunu involuti kif xieraq biex jieħdu ħsieb jew isewwu l-ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li tista' tirriżulta mill-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Ġustifikazzjoni

Bħal f'oqsma oħra tal-politika Ewropea dwar is-saħħa u l-ambjent, il-manifattur għandu jinżamm responsabbli għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u s-sustanzi attivi tagħhom.

Emenda 9

Premessa 11 a (ġdida)

 

(11a) L-iżvilupp tal-metodi ta' l-ittestjar in vitro (test tube)) mhux fuq l-annimali għandu jiġi mħeġġeġ biex tinħoloq data ta' sikurezza aktar rilevanti għall-bniedem milli r-riżultati ta' studji fuq l-annimali użati bħalissa.

Ġustifikazzjoni

Il-biċċa l-kbira tal-metodi ta' l-ittestjar fuq l-annimali qatt ma ġew aġġornati għall-istandards moderni, u f'bosta każijiet ir-rilevanza u l-kredibilità tagħhom hija inċerta. Il-promozzjoni tal-metodi ta' l-ittestjar mhux fuq l-annimali hija importanti kemm għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem kif ukoll biex tiġi evitata t-tbatija għall-annimali.

Emenda 10

Premessa 13

(13) Fl-interessi tas-sikurezza, il-perjodu ta’ approvazzjoni għas-sustanzi attivi għandu jkun limitat fiż-żmien. Il-perjodu ta’ approvazzjoni għandu jkun proporzjonat għar-riskji inerenti possibbli fl-użu ta’ sustanzi bħal dawn. L-esperjenza miksuba mill-użu effettiv ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom is-sustanzi kkonċernati u għandu jitqies kwalunkwe żvilupp fix-xjenza u fit-teknoloġija meta tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar it-tiġdid ta’ approvazzjoni. Wara l-ewwel tiġdid, sustanzi bħal dawn għandhom ikunu riveduti aktar biss meta jkun hemm indikazzjonijiet li m’għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

(13) Fl-interessi tas-sikurezza, il-perjodu ta’ approvazzjoni għas-sustanzi attivi għandu jkun limitat fiż-żmien. Il-perjodu ta' approvazzjoni għandu jkun proporzjonat għar-riskji inerenti possibbli fl-użu ta' sustanzi bħal dawn u għandu jkun limitat għal massimu ta' 15-il sena għal sustanzi b'riskju baxx, 5 snin għall-kandidati għas-sostituzzjoni u 10 snin għal sustanzi oħra. L-esperjenza miksuba mill-użu effettiv ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom is-sustanzi kkonċernati u kwalunkwe żvilupp fix-xjenza u fit-teknoloġija għandu jitqies meta tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar it-tiġdid ta’ approvazzjoni. Wara l-ewwel tiġdid, għandha ssir reviżjoni regolari tas-sustanzi.

Ġustifikazzjoni

Dan biex ikun iggarantit li ssir reviżjoni regolari tas-sustanzi l-ġodda u l-qodma li ġew inklużi fil-lista pożittiva sa mill-1991 (l-Anness 1 tad-Direttiva 91/414) u li jkun evalwat il-periklu tagħhom.

Emenda 11

Premessa 14

(14) Għandha tkun provduta l-possibbiltà li ssir emenda jew li tiġi rtirata l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva f’każijiet fejn il-kriterji għall-approvazzjoni ma jibqgħux jiġu sodisfatti.

(14) Għandha tkun provduta l-possibilità li ssir emenda jew li tiġi rtirata l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva f’każijiet fejn il-kriterji għall-approvazzjoni ma jibqgħux jiġu sodisfatti jew fejn il-konformità mad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma1 u d-direttivi mnissla minnha tista' tiġi kompromessa.

 

1 ĠU L 327, 22.12.2000, p 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 2000/60/KE tistipula l-istandards tal-kwalità għal sustanzi kimiċi, fosthom il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, fl-ilma ta' taħt l-art u fl-ilma tal-wiċċ. Jekk dawn l-istandards tal-kwalità ma jintlaħqux, għandu jkun hemm mekkaniżmu dirett ta' rispons biex jemenda jew jirtira l-approvazzjoni ta' sustanza attiva, b'konformità mal-mekkaniżmu ta' rispons eżistenti għad-Direttiva 2000/60/KE dwar l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi kimiċi (REACH).

Amendment 12

Premessa 15 a (ġdida)

 

(15a) Sabiex wieħed jinkuraġġixxi l-iżvilupp ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, għandhom jiddaħħlu inċentivi għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti b’riskju żgħir jew b’inqas riskju minn prodotti li diġà jinsabu fis-suq. Għandhom jiġu stabbiliti kriterji ċari u oġġettivi sabiex jiġi definit liema prodotti jistgħu jistqarru li għandhom tali profil.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta fiha inċentivi għall-użu ta’ prodotti b’riskju żgħir. Iżda d-definizzjoni ma tgħidx liema sustanzi jkun xieraq li jkunu eliġibbli. L-Artikolu 22 jagħti definizzjoni wiesgħa ħafna li x’aktarx tiġi interpretata b'għadd ta' modi differenti. Iżda n-negozji jeħtieġu ċarezza u ċertezza legali, speċjalment meta wieħed iqis l-investiment fir-riċerka li jiswa ħafna flus li huwa involut fl-iżviluppar ta’ sustanzi ġodda.

Emenda 13

Premessa 16

(16) Ċerti sustanzi li m’humhiex użati b’mod predominanti bħala prodott għall-ħarsien tal-pjanti jistgħu ikunu ta’ valur għall-ħarsien tal-pjanti, iżda l-interess ekonomiku biex issir applikazzjoni għall-approvazzjoni jista’ jkun limitat. Għalhekk, dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom jiżguraw li sustanzi bħal dawn, sakemm ir-riskji tagħhom huma aċċettabbli, jistgħu jkunu approvati ukoll għall-użu fil-ħarsien tal-pjanti.

(16) Ċerti sustanzi li m’humiex użati b’mod predominanti bħala prodott għall-ħarsien tal-pjanti jistgħu jkunu ta’ valur għall-ħarsien tal-pjanti, iżda l-interess ekonomiku biex issir applikazzjoni għall-approvazzjoni jista’ jkun limitat. Għalhekk, dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom jiżguraw li sustanzi bħal dawn, sakemm ir-riskji tagħhom huma meqjusa aċċettabbli mill-partijiet kollha interessati, jistgħu jkunu approvati wkoll għall-użu fil-ħarsien tal-pjanti.

Ġustifikazzjoni

Għandha tkun is-soċjetà li tgħid x'inhu "riskju aċċettabbli" u għalhekk, jekk is-soċjetà tħoss li riskju ma jkunx aċċettabbli, imbagħad dak li jkun aċċettabbli għandu jiġi definit mill-ġdid u r-riskju jiġi evalwat skond il-każ. Għalhekk ir-riskji għandhom jitqiesu bħala aċċettabbli mill-partijiet kollha interessati. Dawn għandhom jinkludu r-rappreżentanti tar-residenti u l-komunitajiet rurali, il-gruppi tal-bdiewa (kemm organiċi kif ukoll konvenzjonali) u l-gruppi ta' l-ambjent u l-konsumaturi kif ukoll il-pubbliku ġenerali.

Emenda 14

Premessa 17

(17) Uħud mis-sustanzi attivi jistgħu jkunu aċċettabbli biss meta jittieħdu miżuri estensivi ta’ mitigazzjoni tar-riskju. Sustanzi bħal dawn għandhom ikunu identifikati fil-livell Komunitarju. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw mill-ġdid b’mod regolari jekk il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi bħal dawn jistgħux jiġu sostitwiti bi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi li jeħtieġu inqas mitigazzjoni tar-riskju.

(17) Uħud mis-sustanzi attivi li joħolqu tħassib partikulari, li bħalissa huma approvati, għandhom ikunu identifikati fil-livell Komunitarju u nazzjonali bħala kandidati għas-sostituzzjoni. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi bħal dawn bil-għan li dawn jiġu sostitwiti bi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi li jeħtieġu ħafna inqas mitigazzjoni tar-riskju jew xejn jew bi prattiki alternattivi ta' l-agrikultura mhux kimiċi u b'metodi ta' ħarsien ta' l-uċuħ tar-raba'. Wara kontroll pożittiv, is-sustanzi attivi għandhom jiġu sostitwiti immedjatament.

Emenda 15

Premessa 17 a (ġdida)

 

(17a) L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jipprojbixxu jew ma jawtorizzawx prodotti għall-ħarsien tal-pjanti sabiex iqisu l-kundizzjonijiet naturali, agrikulturali jew klimatiċi speċifiċi tagħhom, jew jekk l-użu ta' dawn il-prodotti ma jkunx konformi mal-pjan ta' azzjoni tagħhom biex jitnaqqsu r-riskji u d-dipendenza relatati ma' l-użu tal-pestiċidi (Il-Pjan Nazzjonali ta' Azzjoni dwar il-Pestiċidi).

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri m'għandhomx ikunu mġiegħla jaċċettaw pestiċidi li jniġġsu l-ilma ta' taħt l-art jew li jkunu ta' riskju u periklu bla bżonn għall-bnedmin, għall-annimali u għall-ambjent u li jmorru kontra l-politiki nazzjonali tagħhom dwar l-ambjent u s-saħħa. L-Istati Membri għandhom jitħallew iqisu l-kundizzjonijiet reġjonali qabel ma jawtorizzaw prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 16

Premessa 18

(18) Minbarra s-sustanzi attivi, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jista’ jkun fihom ukoll safeners jew synergists li għalihom għandhom ikunu provduti regoli simili. Għandhom ikunu stabbiliti r-regoli tekniċi meħtieġa għar-reviżjoni ta’ sustanzi bħal dawn. Is-sustanzi li qegħdin fis-suq bħalissa għandhom ikunu riveduti biss wara li jkunu ġew stabbiliti dawk id-dispożizzjonijiet.

(18) Minbarra s-sustanzi attivi, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jista’ jkun fihom ukoll safeners jew synergists li għalihom għandha tkun ipprovduta leġiżlazzjoni simili. Għandhom ikunu stabbiliti d-dispożizzjonijiet meħtieġa għar-reviżjoni ta' sustanzi bħal dawn fuq il-bażi ta' proposta leġiżlattiva mill-Kummissjoni. Is-sustanzi li qegħdin fis-suq bħalissa għandhom ikunu riveduti biss wara li jkunu ġew stabbiliti dawn id-dispożizzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Dan għall-konsistenza mal-bidla proposta mir-Rapporteur fl-Artikolu 26 biex din ir-reviżjoni tkun adottata b'ko-deċiżjoni.

Emenda 17

Premessa 19

(19) Il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jista’ jkun fihom ukoll ko-formulanti. Huwa xieraq li tkun provduta lista ta’ ko-formulanti li m’għandhomx ikunu inklużi fi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

(19) Il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jista’ jkun fihom ukoll ko-formulanti. Huwa xieraq li tkun adottata u tkun disponibbli għall-pubbliku lista pożittiva ta’ ko-formulanti li jistgħu jkunu inklużi fi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u r-raġunijiet . Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. Id-dettalji tal-ko-formulanti kollha li huma inklużi fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom ukoll ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Il-pubbliku għandu dritt għall-informazzjoni dwar ir-riskji u l-effetti negattivi potenzjali tal-ko-formulanti . Għalhekk, il-ko-formulanti kollha li huma inklużi fil-prodotti pestiċidi għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u m'għandhomx ikunu suġġetti għas-segretezza kummerċjali.

Emenda 18

Premessa 21

(21) Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jridu jiżguraw standard għoli ta’ ħarsien. B’mod partikolari, meta jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, l-għan li jitħarsu s-saħħa tal-bniedem u dik ta’ l-annimali u li jitħares l-ambjent għandu jieħu prijorità fuq l-għan li tittejjeb il-produzzjoni tal-pjanti. Għalhekk, qabel ma l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jitqiegħdu fis-suq, għandu jintwera’ li jippreżentaw benefiċċju ċar għall-produzzjoni tal-pjanti u li m’għandhom l-ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew kwalunkwe influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent.

(21) Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jridu jiżguraw standard għoli ta’ ħarsien. B’mod partikolari, meta jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, l-għan li jitħarsu s-saħħa tal-bniedem u dik ta’ l-annimali u li jitħares l-ambjent u r-riżorsi ta' l-ilma għandu jieħu prijorità fuq l-għan li tittejjeb il-produzzjoni tal-pjanti. Għalhekk, qabel ma l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jitqiegħdu fis-suq, għandu jintwera li jippreżentaw benefiċċju ċar għall-produzzjoni tal-pjanti u li m’għandhom l-ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, inkluża dik ta' gruppi vulnerabbli, jew ta’ l-annimali jew kwalunkwe influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent u fuq ir-riżorsi ta' l-ilma. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jipprojbixxu jew ma jawtorizzawx prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li ma jippreżentawx benefiċċju ċar għall-produzzjoni tal-pjanti fil-kundizzjonijiet speċifiċi tat-territorju tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-evalwazzjoni tar-riskju għandha tistabbilixxi li pestiċida ma jkunx ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. L-evalwazzjoni tal-benefiċċju potenzjali għall-produzzjoni tal-pjanti għandha tittieħed bħala pass għalih fil-proċedura.

L-Istati Membri m'għandhomx ikunu mġiegħla jaċċettaw pestiċidi li ma jippreżentawx benefiċċju ċar, li jniġġsu l-ilma ta' taħt l-art u r-riżorsi ta' l-ilma jew li ma jaqblux mal-politiki nazzjonali tagħhom dwar l-ambjent u s-saħħa u mal-Pjanijiet Nazzjonali ta' Azzjoni dwar il-Pestiċidi.

Emenda 19

Premessa 24

(24) Biex tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni tax-xogħol, biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-industrija u għall-Istati Membri u biex tiġi żgurata disponibilità iktar armonizzata ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, l-awtorizzazzjonijiet mogħtija minn Stat Membru wieħed għandhom ikunu aċċettati mill-Istati Membri l-oħra fejn il-kondizzjonijiet ekoloġiċi u klimatiċi ikunu komparabbli. Għalhekk, l-Unjoni Ewropea għandha tiġi maqsuma f’żoni ta’ awtorizzazzjoni b’kondizzjonijiet komparabbli sabiex ikun iffaċilitat għarfien reċiproku bħal dan.

 

(24) Biex tiġi evitata duplikazzjoni tax-xogħol bla bżonn, biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-industrija u għall-Istati Membri u biex tiġi ffaċilitata disponibilità iktar armonizzata ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, l-awtorizzazzjonijiet mogħtija minn Stat Membru wieħed għandhom ikunu notifikati lill-Istati Membri l-oħra. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jikkonfermaw, jirrifjutaw jew jirrestrinġu l-awtorizzazzjoni li tkun ingħatat minn Stat Membru ieħor fuq il-bażi tal-ħtiġijiet speċifiċi ta' l-agrikultura tagħhom jew biex iżommu livell ta' ħarsien ogħla b'konformità mal-Pjan Nazzjonali tagħhom ta' Azzjoni dwar il-Pestiċidi.

Ġustifikazzjoni

Il-qasma f'żoni ta' awtorizzazzjoni m'hix f'lokha billi wieħed sikwit ma jkunx jista' jqabbel il-kundizzjonijiet fiz-żoni proposti. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw biss fil-livell ta' Stat Membru imma għandhom ikunu notifikati lil Stati Membri oħra. L-Istati Membri notifikati għandhom, f'perjodu ta' żmien raġonevoli, ikunu obbligati jikkonfermaw, jirrifjutaw jew jirrestrinġu l-awtorizzazzjoni skond is-sitwazzjoni nazzjonali speċifika tagħhom.

L-awtorizzazzjoni proposta tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti skond iz-żona qiegħda tinbidel minn issa 'l quddiem għal sistema ta' rikonoxximent reċiproku bħal dik inkluża fid-Direttiva dwar il-Bijoċidi.

Emenda 20

Premessa 26

(26) F’każijiet eċċezzjonali, l-Istati Membri għandhom jitħallew jawtorizzaw prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li ma jikkonformawx mal-kondizzjonijiet provduti f’dan ir-Regolament, fejn ikun meħtieġ li jsir dan minħabba periklu jew theddida għall-produzzjoni tal-pjanti li ma tistax titrażżan permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor. Awtorizzazzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu riveduti fil-livell Komunitarju.

(26) F’każijiet eċċezzjonali, għandha tkun permessa l-awtorizzazzjoni għall-ħarsien tal-pjanti li ma jikkonformawx mal-kondizzjonijiet provduti f’dan ir-Regolament, fejn ikun meħtieġ li jsir dan minħabba periklu jew theddida għall-produzzjoni tal-pjanti u l-ekosistemi li ma tistax titrażżan permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor. Awtorizzazzjonijiet temporanji bħal dawn għandhom ikunu riveduti fil-livell Komunitarju.

Emenda 21

Premessa 28

(28) Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jintużaw kif suppost b’rispett għall-prinċipji ta’ kontroll integrat ta’ insetti u annimali li jagħmlu l-ħsara. Il-Kunsill se jinkludi fir-rekwiżit ta’ kontroll statutorju msemmi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 il-prinċipji ta’ kontroll integrat ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara, inkluża prassi tajba ta’ ħarsien tal-pjanti u ta’ l-ambjent. Għandu għalhekk jiġi previst perjodu tranżizzjonali li fih l-Istati Membri jistabbilixxu l-istrutturi meħtieġa sabiex min juża prodotti għall-ħarsien tal-pjanti japplika l-prinċipji ta’ kontroll integrat ta’ insetti u annimali li jagħmlu l-ħsara.

(28) Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jintużaw kif suppost, skond l-awtorizzazzjoni tagħhom, b’rispett għall-prinċipji ta’ kontroll integrat ta’ insetti u annimali li jagħmlu l-ħsara waqt li tingħata prijorità lill-alternattivi naturali jew mhux kimiċi, fejn ikun possibbli. Il-Kunsill se jinkludi fir-rekwiżit ta’ kontroll statutorju msemmi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 il-prinċipji ta’ kontroll integrat ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara, inkluża prattika tajba ta’ ħarsien tal-pjanti u metodi ta' ħarsien tal-pjanti mhux kimiċi kif ukoll il-kontroll ta' l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara u ta' l-uċuħ tar-raba'. Għandu għalhekk jiġi previst perjodu tranżizzjonali li fih l-Istati Membri jistabbilixxu l-istrutturi meħtieġa sabiex min juża prodotti għall-ħarsien tal-pjanti japplika l-prinċipji ta’ kontroll integrat ta’ insetti u annimali li jagħmlu l-ħsara kif ukoll l-alternattivi mhux kimiċi għall-ħarsien tal-pjanti u għall-kontroll ta' l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara u ta' l-uċuħ tar-raba'.

Ġustifikazzjoni

Għandha dejjem tingħata prijorità lil metodi mhux kimiċi ta' ġestjoni ta' organiżmi ta' ħsara bħala l-unika soluzzjoni ta' prevenzjoni u sostenibbli li tikkonforma aktar ma' l-objettivi ta' protezzjoni sostenibbli tal-ħsad, mid-dipendenza fuq kimiċi kumplessi ddisinjati biex joqtlu pjanti, insetti u forom oħra ta' ħajja, li ma jistgħux ikunu klassifikati bħala sostenibbli. Jeħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu u jinkoraġġixxu adozzjoni wiesgħa ta' alternattivi mhux kimiċi għall-protezzjoni tal-pjanti u għall-ġestjoni ta' organiżmi ta' ħsara u ta' l-uċuħ.

Emenda 22

Premessa 29

(29) Għandha tiġi stabbilita sistema għall-iskambju ta’ l-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għal xulxin, għall-Awtorità u għall-Kummissjoni il-partikolaritajiet u d-dokumentazzjoni xjentifika mressqa b’konnessjoni ma’ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

(29) Għandha tiġi stabbilita sistema għall-iskambju ta’ l-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għal xulxin, għall-Awtorità u għall-Kummissjoni il-partikolaritajiet u d-dokumentazzjoni xjentifika mressqa b’konnessjoni ma’ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. L-istudji kollha u d-data relevanti għall-evalwazzjoni tossikoloġika u ekotossikoloġika tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Il-pubbliku għandu jkollu aċċess għad-dettalji partikulari kollha u d-dokumentazzjoni xjentifika mressqa u li għandha x'taqsam ma' l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni skond ir-regoli dwar l-aċċess għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni.

Emenda 23

Premessa 31

(31) L-istudji jirrappreżentaw investiment kbir. Dan l-investiment għandu jkun imħares sabiex tiġi stimolata r-riċerka. Għal din ir-raġuni, l-istudji ddepożitati ma’ Stat Membru minn applikant wieħed għandhom ikunu mħarsa mill-użu minn applikant ieħor. Dan il-ħarsien għandu, madankollu, ikun limitat fiż-żmien sabiex jippermetti l-kompetizzjoni. Għandu jkun limitat ukoll għal studji li huma ġenwinament meħtieġa għal skopijiet regolatorji, biex jiġi evitat li l-applikanti jestendu b’mod artifiċjali l-perjodu ta’ ħarsien billi jressqu studji ġodda li ma jkunux meħtieġa.

(31) L-istudji jirrappreżentaw investiment kbir. Dan l-investiment għandu jkun imħares sabiex tiġi stimolata r-riċerka. Għal din ir-raġuni, l-istudji, minbarra dawk li jinvolvu testijiet fuq l-annimali vertebrati u studji oħra li jistgħu jevitaw li jsiru testijiet fuq l-annimali, depożitati ma' Stat Membru minn applikant wieħed għandhom ikunu mħarsa mill-użu minn applikant ieħor. Dan il-ħarsien għandu, madankollu, ikun limitat fiż-żmien sabiex jippermetti l-kompetizzjoni. Għandu jkun limitat ukoll għal studji li huma ġenwinament meħtieġa għal skopijiet regolatorji, biex jiġi evitat li l-applikanti jestendu b’mod artifiċjali l-perjodu ta’ ħarsien billi jressqu studji ġodda li ma jkunux meħtieġa.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun iċċarat li l-protezzjoni tad-data għandha tkun limitata wkoll sabiex ikunu evitati t-testijiet fuq l-annimali.

Emenda 24

Premessa 32

(32) Għandhom ikunu stabbiliti regoli biex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ testijiet u studji. B’mod partikolari, għandha tkun ipprojbita r-ripetizzjoni ta’ studji li jinvolvu l-vertebrati. F’dan il-kuntest, għandu jkun hemm obbligu li jkun permess l-aċċess għal studji fuq il-vertebrati skond termini raġonevoli. Sabiex l-operaturi jitħallew ikunu jafu liema studji saru minn oħrajn, l-Istati Membri għandhom iżommu lista ta’ studji bħal dawn anki meta ma jkunux koperti mis-sistema ta’ aċċess obbligatorju li ssemmiet aktar ’il fuq.

(32) Għandhom ikunu stabbiliti regoli biex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ testijiet u studji. B’mod partikolari, għandha tkun ipprojbita r-ripetizzjoni ta’ studji li jinvolvu l-vertebrati. F'dan il-kuntest, għandu jkun hemm obbligu li jkun permess l-aċċess għal studji fuq vertebrati u studji oħra li jistgħu jevitaw li jsiru testijiet fuq l-annimali. Sabiex l-operaturi jitħallew ikunu jafu liema studji saru minn oħrajn, l-Istati Membri għandhom iressqu quddiem l-Awtorità l-istudji kollha bħal dawn anki meta ma jkunux koperti mis-sistema ta’ aċċess obbligatorju li ssemmiet aktar ’il fuq. L-Awtorità għandha tistabbilixxi bażi ċentrali tad-data għal studji bħal dawn.

Ġustifikazzjoni

Billi hemm studji oħra, barra dawk fuq il-vertebrati, li jistgħu jevitaw li jsiru testijiet fuq l-annimali, dawn għandhom ikunu inklużi hawnhekk ukoll.

Sabiex id-data tkun tista' tinqasam aħjar bejn kulħadd jeħtieġ li tkun stabbilita bażi ċentrali waħda tad-data, li tkun immaniġġjata mill-EFSA u li jkollha l-informazzjoni kollha dwar it-testijiet u l-istudji li kienu saru qabel għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament. L-applikanti mbagħad ikunu jistgħu jikkonsultaw ma' bażi waħda tad-data qabel ma jagħmlu xi testijiet jew studji.

Dan ukoll iżid fit-trasparenza tal-proċedura.

Emenda 25

Premessa 34

(34) Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettjar tal-preparazzjonijiet perikolużi tapplika għall-klassifikazzjoni, għall-imballaġġ u għall-ittikettjar tal-pestiċidi. Madankollu, biex jittejjeb aktar il-ħarsien ta’ l-utenti tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, tal-konsumaturi tal-pjanti u tal-prodotti ġejjin mill-pjanti u ta’ l-ambjent, huma xierqa iktar regoli speċifiċi li jqisu l-kondizzjonijiet speċifiċi ta’ l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

(34) Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettjar tal-preparazzjonijiet perikolużi tapplika għall-klassifikazzjoni, għall-imballaġġ u għall-ittikettjar tal-pestiċidi. Madankollu, biex jittejjeb aktar il-ħarsien ta’ l-utenti tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, kif ukoll tar-residenti u ta' min jinzerta fit-triq u li jistgħu jiġu esposti għall-pestiċidi mill-bexx ta' l-uċuħ, tal-konsumaturi tal-pjanti u tal-prodotti ġejjin mill-pjanti u ta’ l-ambjent, ikun xieraq li tiġi adottata leġiżlazzjoni speċifika fuq il-bażi ta' proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni li tqis il-kondizzjonijiet speċifiċi ta’ l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Ġustifikazzjoni

Is-subgruppi varji tal-popolazzjoni f'riskju li jkunu esposti għall-pestiċidi jridu jiġu mħarsa. Dawn jinkludu l-utenti professjonali u mhumiex, residenti, min ikun għaddej, ħaddiema, gruppi vulnerabbli speċifiċi u konsumaturi, li jkunu esposti direttament jew indirettament permezz ta' l-arja, l-ikel, l-għalf, l-ilma u l-ambjent. Il-fatturi rilevanti kollha ta' l-espożizzjoni għandhom ikunu inklużi fil-kalkoli ta' l-espożizzjoni għal kull grupp meta ssir l-evalwazzjoni ta' l-espożizzjoni u r-riskju.

Emenda 26

Premessa 35

(35) Biex ikun żgurat li reklami ma jqarrqux lill-utenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, huwa xieraq li jkunu provduti regoli dwar ir-reklamar ta’ dawk il-prodotti.

(35) Biex ikun żgurat li r-reklami ma jqarrqux bl-utenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jew bil-pubbliku, huwa xieraq li jkunu provduti regoli dwar ir-reklamar ta’ dawk il-prodotti.

Ġustifikazzjoni

Ir-riskju tal-pestiċidi mhuwiex qiegħed biss għal min jużahom imma wkoll għall-pubbliku, u għalhekk ir-riklami m'għandhomx iqarrqu bil-pubbliku dwar il-pestiċidi u l-prodotti pestiċidi.

Emenda 27

Premessa 36

(36) Għandhom ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar iż-żamma tar-rekords u l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, sabiex jiżdied il-livell ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u l-livell ta’ ħarsien ta’ l-ambjent billi tkun żgurata t-traċċabilità ta’ l-espożizzjoni potenzjali, tiżdied l-effiċjenza tal-monitoraġġ u tal-kontroll u jitnaqqsu l-ispejjeż tal-monitoraġġ tal-kwalità ta’ l-ilma.

(36) Għandhom ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar iż-żamma ta' rekords speċifiċi fuq l-ejkeraġġ u fuq l-uċuħ kif ukoll informazzjoni dwar l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u jsiru disponibbli pubblikament u jkunu direttament disponibbli fuq talbiet tal-partijiet interessati, bħar-residenti u min ikun għaddej minn hemm, sabiex jiżdied il-livell ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u l-livell ta’ ħarsien ta’ l-ambjent billi tkun żgurata t-traċċabilità ta’ l-espożizzjoni potenzjali, tiżdied l-effiċjenza tal-monitoraġġ u tal-kontroll u jitnaqqsu l-ispejjeż tal-monitoraġġ tal-kwalità ta’ l-ilma. L-informazzjoni miġbura għandha tintuża wkoll għal "passaport tal-pestiċidi" biex tiġi żgurata t-traċċabilità ta' l-applikazzjonijiet ta' pestiċidi fil-katina ta' l-ikel u fir-riżorsi ta' l-ilma. Minħabba l-possibilità ta' effetti kroniċi fit-tul fuq is-saħħa, dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal mill-inqas 30 sena.

Ġustifikazzjoni

Dan għandu jżid fit-trasparenza. Jekk id-data disponibbli tinġabar f'forma ta' passaport tal-pestiċidi li jkun fih l-informazzjoni fuq il-pestiċidi kollha użati fi prodott speċifiku, dan joħloq inċentiv ieħor biex jitnaqqas l-użu tal-pestiċidi. Bosta bejjiegħa bl-imnut kbar jitolbu passaport bħal dan sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu mad-domanda tal-konsumaturi.

Id-disponibilità ta' din l-informazzjoni hija vitali għall-evalwazzjoni u l-kura tajba għal kull min ibati minn effetti negattivi fuq saħħtu. Għalhekk il-membri tal-pubbliku għandhom ikunu intitolati biex ikollhom l-informazzjoni fuq il-kimiki li jkunu esposti għalihom, bħalma jkunu t-tobba jew dawk li jagħtu pariri mediċi. Minħabba l-possibilità ta' effetti kroniċi fit-tul fuq is-saħħa, dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal ta' lanqas 30 sena.

Emenda 28

Premessa 37

(37) Id-dispożizzjonijiet dwar l-arranġamenti għall-kontroll u għall-ispezzjoni fir-rigward tat-tqegħid fis-suq u ta’ l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jiżguraw implimentazzjoni korretta, bla periklu u armonizzata tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament sabiex jinkiseb livell għoli ta’ ħarsien kemm għas-saħħa tal-bniedem u dik ta’ l-annimali kif ukoll livell għoli ta’ ħarsien ta’ l-ambjent.

(37) L-Istati Membri għandhom jagħmlu kontrolli u spezzjonijiet fir-rigward tat-tqegħid fis-suq u ta’ l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti biex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament sabiex jinkiseb livell għoli ta’ ħarsien kemm għas-saħħa tal-bniedem u dik ta’ l-annimali kif ukoll livell għoli ta’ ħarsien ta’ l-ambjent.

Emenda 29

Premessa 37 a (ġdida)

(37a) L-operaturi għandhom l-istess opportunitajiet fir-rigward ta' l-aċċess għas-suq b'mod partikolari sabiex intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jkunu jistgħu joperaw, sabiex jiżguraw li prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkunu sikuri u effettivi jkunu disponibbli għall-bdiewa.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm kundizzjonijiet ugwali fir-rigward ta' l-aċċess għas-suq għal operaturi differenti. Dan għandu jkattar l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta' prodotti ġodda, kif ukoll jirriżulta f'titjib għal dawk li diġà jeżistu. Se jkun tajjeb ukoll għall-kompetizzjoni fi ħdan is-suq u dan se jwassal biex aktar prodotti jkunu disponibbli għall-bdiewa.

Emenda 30

Premessa 38

(38) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali, u mar-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali jipprovdi għal miżuri ta’ kontroll għall-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fl-istadji kollha tal-produzzjoni ta’ l-ikel, inkluż iż-żamma tar-rekords dwar l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Regoli simili għandhom japplikaw għall-ħażna u għall-użu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li mhumiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(38) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali, u mar-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali jipprovdi għal miżuri ta’ kontroll għall-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fl-istadji kollha tal-produzzjoni ta’ l-ikel, inkluż iż-żamma tar-rekords dwar l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Regoli simili għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi ta' proposta leġiżlattiva mill-Kummissjoni għall-ħażna u għall-użu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li mhumiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Ġustifikazzjoni

Dan għall-konsistenza mal-bidla proposta mir-Rapporteur fl-Artikolu 65 biex dawn id-dispożizzjonijiet ikunu adottati b'kodeċiżjoni.

Emenda 31

Premessa 38 a (ġdida)

(38a) Il-piż burokratiku fuq il-bdiewa għandu jkun limitat kemm jista’ jkun.

Emenda 32

Premessa 39

(39) Għandha tkun żgurata koordinazzjoni mill-qrib ma’ leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, u leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-ħarsien tal-ħaddiema u ta’ kulmin huwa kkonċernat mill-użu mrażżan u r-rilaxx volontarju ta’ organiżmi modifikati ġenetikament.

(39) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw bla preġudizzju għal-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti, b’mod partikolari d-Direttiva [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi1, id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma2, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, u leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-ħarsien tal-ħaddiema u ta’ kulmin huwa kkonċernat mill-użu mrażżan u r-rilaxx volontarju ta’ organiżmi modifikati ġenetikament.

 

1 ĠU L ...

2 ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi żgurat li jkun hemm koerenza fil-leġiżlazzjoni kollha relatata.

Emenda 33

Premessa 46 a (ġdida)

 

(46a) B'mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa biex tapprova sustanzi attivi, biex iġġedded jew terġa' tikkunsidra l-approvazzjoni tagħhom, biex tapprova ko-formulanti , biex tadotta metodi armonizzati li jistabbilixxu n-natura u l-kwantità tas-sustanzi attivi, safeners u synergists, u fejn xieraq ta' l-impuritajiet u l-ko-formulanti relevanti, biex tistabbilixxi regoli li jwasslu għal soluzzjoni għan-nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri dwar l-evalwazzjoni ta' l-ekwivalenza, biex tadotta linji gwida dwar l-organizzazzjoni tal-verifiki ta' konformità għat-tiġdid ta' awtorizzazzjoni, biex tadotta regoli dettaljati biex ikunu permessi derogi dwar l-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għar-riċerka u l-iżvilupp, u timplimenta miżuri li jiżguraw l-applikazzjoni uniformi taż-żamma tar-rekords fuq il-produzzjoni, il-ħażna u l-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, id-dokumenti ta' gwida teknika jew xort'oħra għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-lista ta' sustanzi attivi approvati. Billi dawn il-miżuri ta' firxa ġenerali huma mfassla biex jemendaw elementi li m'humiex essenzjali ta' dan ir-Regolament jew biex iżidulu elementi ġodda li m'humiex essenzjali, il-miżuri għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex it-test jiġi konformi mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni l-ġdida dwar il-komitoloġija.

Emenda 34

Arikolu 1

Is-suġġett

Is-suġġett u l-ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti f’forma kummerċjali u għat-tqegħid fis-suq, għall-użu u għall-kontroll tagħhom ġewwa l-Komunità.

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti f’forma kummerċjali u għat-tqegħid fis-suq, għall-użu u għall-kontroll tagħhom ġewwa l-Komunità.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi kemm regoli għall-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi, safeners u synergists, li jkunu fi jew li jikkostitwixxu prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, kif ukoll regoli għall-adjuvants u għall-ko-formulanti.

2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi kemm regoli għall-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi, safeners u synergists, li jkunu fi jew li jikkostitwixxu prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, kif ukoll regoli għall-adjuvants u għall-ko-formulanti.

 

3. L-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa li jkun żgurat livell għoli ta’ ħarsien kemm għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għas-saħħa ta’ l-annimali u għall-ambjent.

 

4. Dan ir-regolament huwa bbażat fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni sabiex ikun żgurat li s-sustanzi jew il-prodotti mqiegħda fis-suq ma jagħmlux ħsara lis-saħħa tal-bniedem jew lill-ambjent.

 

5. Barra minn hekk, l-iskop ta' dan ir-Regolament hu li jarmonizza r-regoli dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti sabiex tiġi armonizzata d-disponibilità tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti bejn il-bdiewa fl-Istati Membri differenti.

 

6. L-Istati Membri ma jistgħux ma jitħallewx japplikaw il-prinċipju prekawzjonarju biex jillimitaw jew jipprojbixxu l-pestiċidi.

 

7. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skond il-ħtiġijiet tagħhom żoni li jkunu ħielsa mill-pestiċidi sabiex jissalvagwardaw ir-riżorsi ta' l-ilma tax-xorb. Tali żoni ħielsa mill-pestiċidi jistgħu jkopru Stat Membru kollu kemm hu.

 

8. L-Istati Membri jistgħu jimponu projbizzjoni fuq l-użu u t-tqegħid fis-suq ta' pestiċidi awtorizzati mill-UE fejn dawn ikunu jinstabu fi kwantitajiet li jistgħu jitkejlu barra z-żona ta' l-għeruq.

Ġustifikazzjoni

L-iskop, l-għan u l-prinċipji bażiċi ta' dan ir-Regolament għandhom jitniżżlu fl-Artikolu 1, u mhux fil-Premessi ta' dan ir-Regolament biss.

Il-Paragrafu 6 jagħmel id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament bħala regoli minimi, biex b'hekk l-Istati Membri individwali jkunu jistgħu jagħmlu aktar progress fl-iżvilupp tal-pestiċidi.

Il-Paragrafi 7 u 8 huma importanti biex jiżguraw li r-riżultati miksuba bid-direttiva dwar l-ilma ta' taħt l-art jiġu inklużi f'dan ir-Regolament sabiex l-ilma tax-xorb jiġi salvagwardat.

Emenda 35

Artikolu 2, paragrafu 2

2. Dan ir-Regolament għandu japplika għal sustanzi, inklużi mikro-organiżmi u vajrusijiet, li għandhom azzjoni ġenerali jew speċifika kontra organiżmi li jagħmlu l-ħsara jew fuq pjanti, partijiet ta’ pjanti jew prodotti li ġejjin mill-pjanti, li minn hawn ’il quddiem se jissejħu ‘sustanzi attivi’.

2. Dan ir-Regolament għandu japplika għal sustanzi, inklużi mikro-organiżmi u vajrusijiet, li għandhom azzjoni ġenerali jew speċifika kontra organiżmi li jagħmlu l-ħsara jew fuq pjanti, partijiet ta’ pjanti jew prodotti li ġejjin mill-pjanti, li minn hawn ’il quddiem se jissejħu ‘sustanzi attivi’. Ma jibqax japplika għall-mikro organiżmi, vajrusijiet, feromoni u prodotti bijoloġiċi jekk jiġi adottat regolament speċifiku dwar il-prodotti għall-kontroll bijoloġiku.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun enfasizzat li d-dispożizzjonijiet maħsuba fir-regolament preżenti huma mfassla biex inaqqsu l-effetti tal-ħsara tal-prodotti sintetiċi għall-ħarsien tal-pjanti u m'humiex qegħdin fil-każijiet kollha biex jevalwaw ir-riskju u l-effett li jista' jkollhom sustanzi ta' kontroll bijoloġiku. Sabiex ikunu inklużi l-karatteristiċi speċifiċi ta' prodotti bħal dawn, għandu jkun ikkunsidrat li jsir regolament dwar il-prodotti ta' kontroll bijoloġiku.

Emenda 36

Artikolu 3, Punt 2

(2) 'sustanzi'

(2) 'sustanzi'

Elementi kimiċi u l-komposti tagħhom, kif jeżistu b’mod naturali jew minħabba li ġew manifatturati, inkluża kwalunkwe impurità li inevitabbilment tirriżulta mill-proċess ta’ manifattura;

Elementi kimiċi u l-komposti tagħhom, kif jeżistu b’mod naturali jew minħabba li ġew manifatturati, inkluża kwalunkwe impurità li inevitabbilment tirriżulta mill-proċess ta’ manifattura użat;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda 37

Artikolu 3, Punt 2 a (ġdid)

 

(2a) 'sustanzi attivi'

 

Is-sustanzi, inklużi l-metaboliti tagħhom preżenti fil-fażi ta' l-użu, il-mikro-organiżmi u l-vajrusijiet li għandhom azzjoni ġenerali jew speċifika kontra organiżmi fil-mira tagħhom, jew fuq pjanti, partijiet ta' pjanti jew prodotti li ġejjin mill-pjanti;

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni hi meħtieġa biex ikun żgurat li meta tkun qiegħda tiġi evalwata sustanza attiva, il-metaboliti kollha li jkunu preżenti fi prodott speċifiku jkunu inklużi. Din id-definizzjoni tixbah lil dik mogħtija fid-Direttiva 91/414/KEE.

Emenda 38

Artikolu 3, Punt 3

(3) 'preparazzjonijiet'

(3) 'preparazzjonijiet'

Taħlitiet magħmulin minn żewġ sustanzi jew iktar maħsuba biex jintużaw bħala prodott għall-ħarsien tal-pjanti jew bħala adjuvant;

Taħlitiet jew soluzzjonijiet magħmulin minn żewġ sustanzi jew iktar, li ta' l-inqas waħda minnhom tkun sustanza attiva, maħsuba biex jintużaw bħala prodott għall-ħarsien tal-pjanti jew bħala adjuvant;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tat-terminu "preparazzjonijiet" għandha tkopri mhux biss it-taħlitiet (sustanzi kompożiti li jistgħu faċilment jinqasmu fil-partijiet komponenti tagħhom b'mezzi fiżiċi sempliċi (bil-filter paper, b'separazzjoni mekkanika, biċ-ċentrifugazzjoni)) imma wkoll is-soluzzjonijiet (sustanzi omoġenji) li jkollhom karatteristiċi differenti.

Emenda 39

Artikolu 3, Punt 4

(4) 'sustanza ta’ tħassib’

(4) 'sustanza ta’ tħassib’

Kwalunkwe sustanza li għandha kapaċità inerenti li tikkawża effett negattiv fuq il-bnedmin, l-annimali jew l-ambjent u li hija preżenti jew tiġi prodotta fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti f’konċentrazzjoni suffiċjenti biex tippreżenta riskji ta’ effett bħal dan.

Kwalunkwe sustanza li għandha kapaċità inerenti li tikkawża effett negattiv fuq il-bnedmin, l-annimali jew l-ambjent.

Sustanzi bħal dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, sustanzi kklassifikati bħala perikolużi skond id-Direttiva 67/548/KEE, u li huma preżenti fil-prodott għall-ħarsien tal-pjanti f’konċentrazzjoni li twassal biex dak il-prodott jitqies bħala perikoluż fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 1999/45/KE;

Sustanzi bħal dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, sustanzi kklassifikati bħala perikolużi skond id-Direttiva 67/548/KEE, u meqjusa bħala perikolużi fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 1999/45/KE.

 

Kwalunkwe sustanza li għandha jew potenzjalment għandha kapaċitajiet karċinoġeniċi, mutaġeniċi, newrotossiċi, immunotossiċi, reprotossiċi, ġenotossiċi, jew li toħloq taqlib endokrinali, jew li tissensitizza l-ġilda għandha titqies bħala sustanza ta' tħassib;

Ġustifikazzjoni

Sustanzi ta' tħassib jinkludu kwalunkwe sustanza li għandha l-potenzjal li tikkawża xi effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali jew fuq l-ambjent. Dawn jinkludu kull sustanza li jkollha kapaċitajiet karċinoġeniċi, mutaġeniċi, newrotossiċi, immunotossiċi, reprotossiċi, ġenotossiċi jew li toħloq taqlib endokrinali jew tissensitizza l-ġilda.

Emenda 40

Artikolu 3, Punt 4 a (ġdid)

 

(4a) 'oġġett'

 

Oġġett li fil-produzzjoni tiegħu jingħata għamla, wiċċ jew disinn speċjali li jiddeterminaw il-funzjoni tiegħu aktar milli tagħmel il-kompożizzjoni kimika tiegħu;

Ġustifikazzjoni

Dan ir-regolament m'għandux jittratta biss is-sustanzi attivi u l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, imma għandu jinkludi dispożizzjonijiet fuq "oġġetti" li jista' jkun fihom sustanzi bħal dawn (eż. it-tessuti). Id-definizzjoni proposta hawnhekk hi l-istess bħad-definizzjoni adottata fir-REACH.

Emenda 41

Artikolu 3, Punt 4 b (ġdid)

 

(4a) 'riklam''

 

Mezz li jippromwovi l-bejgħ jew l-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti bil-midja stampata jew elettronika lil kwalunkwe persuna oħra li ma tkunx la d-detentur ta' l-awtorizzazzjoni u lanqas il-persuna li tkun qiegħda tqiegħed fis-suq il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti u l-aġenti tagħha;

Ġustifikazzjoni

Meħtieġa għall-iskopijiet ta' l-infurzar.

Emenda 42

Artikolu 3, Punt 5

(5) 'pjanti'

(5) 'pjanti'

Pjanti ħajjin u partijiet ħajjin minn pjanti, inklużi l-frott frisk, il-veġetali u żrieragħ;

Pjanti ħajjin u partijiet ħajjin minn pjanti, flimkien ma' żrieragħ għaż-żrigħ, b'mod partikulari: il-frott frisk, il-ħaxix, il-fjuri, il-weraq, ir-rimjiet, il-pollen ħaj, in-nebbiet, il-basal u l-għeruq;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda 43

Artikolu 3, Punt 7 a (ġdid)

 

(7a) 'riskju baxx'

 

Ta' natura li titqies li b'mod inerenti m'għandhiex tikkawża effetti negattivi fuq il-bnedmin, l-annimali jew l-ambjent;

Ġustifikazzjoni

Tinħtieġ definizzjoni biex id-dispożizzjonijiet relatati ma' sustanzi attivi b'riskju baxx u prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jkunu ċari.

Emenda 44

Artikolu 3, Punt 9

(9) 'tqegħid fis-suq'

Iż-żamma ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti bl-iskop ta’ bejgħ fil-Komunità, inkluża l-offertà għall-bejgħ jew kwalunkwe forma oħra ta’ trasferiment, sew jekk bla ħlas u sew jekk le, u l-bejgħ, id-distribuzzjoni, u forom oħra ta’ trasferiment infushom. Il-permess ta’ ċirkolazzjoni ħielsa ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti ġewwa t-territorju tal-Komunità għandu jitqies li jikkostitwixxi tqegħid fis-suq għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament;

(9) 'tqegħid fis-suq'

Iż-żamma ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti bl-iskop ta’ bejgħ fil-Komunità, inkluża l-offertà għall-bejgħ jew kwalunkwe forma oħra ta’ trasferiment, sew jekk bla ħlas u sew jekk le, u l-bejgħ, id-distribuzzjoni, u forom oħra ta’ trasferiment infushom. Il-permess ta’ ċirkolazzjoni ħielsa ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti ġewwa t-territorju tal-Komunità, kif ukoll l-importazzjonijiet għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu tqegħid fis-suq għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament;

Ġustifikazzjoni

Il-prodotti impurtati għandhom jikkonformaw mal-kriterji kollha ta' dan ir-Regolament.

Emenda 45

Artikolu 3, Punt 9 a (ġdid)

 

(9a) "kummerċ parallel"

 

L-importazzjoni ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti minn Stat Membru fejn il-prodott ikun ġie awtorizzat skond il-kundizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE jew ta' dan ir-Regolament bl-intenzjoni li jitqiegħed fis-suq fl-Istat Membru li jkun qiegħed jimporta, fejn il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jew prodott b'referenza identika jkun ġie awtorizzat skond il-kundizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE jew ta' dan ir-Regolament;

Ġustifikazzjoni

Tinħtieġ definizzjoni ċara u sett minimu ta' regoli Komunitarji armonizzati li jirregolaw it-tqegħid ta' PPPs fis-suq permezz tal-kummerċ parallel.

Emenda 46

Artikolu 3, Punt 9 b (ġdid)

 

(9b) "identiku"

 

Il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jitqiesu li jkunu identiċi meta:

 

ikunu ta' l-istess oriġini,

 

• ikunu ġew manifatturati mill-istess kumpanija jew minn intrapriża assoċjata jew bil-liċenzja ("identità tal-produttur"), u

 

• ikunu għall-inqas ġew manifatturati skond l-istess formolazzjoni u bl-istess ingredjent attiv, u jkollhom l-istess effett, waqt li jitqiesu b'mod xieraq u b'mod partikolari d-differenzi li jista' jkun hemm fil-kundizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-agrikultura, mas-saħħa tal-bniedem, mas-saħħa tal-pjanti u l-ambjent, u b'mod partikulari mal-kundizzjonijiet klimatiċi;

Ġustifikazzjoni

Relatata mar-regoli tal-kummerċ parallel: il-proċedura simplifikata għat-tqegħid tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fis-suq permezz tal-kummerċ parallel għandha tapplika biss meta l-prodott impurtat ikun identiku għall-prodott awtorizzat, u għalhekk qiegħda tiġi proposta din id-definizzjoni.

Emenda 47

Artikolu 3, Punt 11 a (ġdid)

 

(11a) 'importatur'

 

Persuna li timporta prodotti għall-ħarsien tal-bniedem għal skopijiet kummerċjali;

Emenda 48

Artikolu 3, Punt 13 a (ġdid)

 

(13a) 'saħħa'

 

Stat ta' benesseri fiżiku, mentali u soċjali sħiħ, u mhux biss in-nuqqas ta' mard jew ta' xi infermità;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' saħħa kif mogħtija mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għandha tkun inkluża għax hi relatata ma' l-għan u ma' dispożizzjonijiet oħra relevanti ta' dan ir-Regolament.

Emenda 49

Artikolu 3, Punt 13 b (ġdid)

 

(13b) 'gruppi vulnerabbli'

 

Persuni li jinħtieġu konsiderazzjoni speċifika meta jitqiesu l-effetti akuti u kroniċi tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fuq is-saħħa. Fost dawn hemm in-nisa tqal u li jreddgħu, l-embriji u l-feti, it-trabi u t-tfal, l-anzjani, in-nies morda u dawk li jieħdu l-mediċini, il-ħaddiema u r-residenti li jkunu esposti sewwa għall-pestiċidi għal żmien twil;

Ġustifikazzjoni

Il-gruppi vulnerabbli għandha tingħatalhom attenzjoni partikulari fil-proċedura ta' l-awtorizzazzjoni u għalhekk għandhom ikunu definiti fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

Emenda 50

Artikolu 3, Punt 14

(14) 'ġestjoni integrata ta’ pesti'

Konsiderazzjoni attenta tat-tekniki kollha disponibbli għall-kontroll ta’ l-organiżmi ta’ ħsara u l-integrazzjoni sussegwenti ta’ miżuri xierqa li jiskoraġġixxu l-iżvilupp ta’ popolazzjonijiet ta’ pesti u li jżommu l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u forom oħra ta’ intervent f’livelli li huma ġustifikati ekonomikament u li jnaqqsu jew jimminimizzaw ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Il-ġestjoni integrata ta’ l-organiżmi ta’ ħsara tenfasizza t-tkabbir ta’ uċuh tar-raba’ b’saħħithom bl-inqas taħwid possibbli ta’ l-agro-ekosistemi u tinkoraġġixxi mekkaniżmi naturali ta’ kontroll ta’ l-organiżmi ta’ ħsara;

 

(14) 'ġestjoni integrata ta’ pesti'

Konsiderazzjoni attenta tat-tekniki kollha disponibbli għall-kontroll ta’ l-organiżmi ta’ ħsara u l-integrazzjoni sussegwenti ta’ miżuri xierqa li jiskoraġġixxu l-iżvilupp ta’ popolazzjonijiet ta’ pesti u li jżommu l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u forom oħra ta’ intervent f’livelli li huma ġustifikati ekonomikament u ekoloġikament u li jnaqqsu jew jimminimizzaw ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Il-ġestjoni integrata ta’ l-organiżmi ta’ ħsara tenfasizza t-tkabbir ta’ l-uċuħ tar-raba’ b’saħħithom bl-inqas taħwid possibbli ta’ l-agro-ekosistemi billi tingħata prijorità lill-miżuri preventivi tat-tkabbir ta' l-uċuħ u lill-użu ta' varjetajiet adattati u lill-metodi mhux kimiċi ta' ħarsien tal-pjanti u ta' kontroll ta' l-uċuħ tar-raba'.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' 'ġestjoni integrata ta' pesti' (IPM) m'għandhiex tinkludi biss l-aspetti tal-ħarsien tal-pjanti, imma wkoll l-aspetti tal-kontroll marbuta ma' l-għażla tal-varjetajiet adattati, man-newba ta' l-uċuħ kif ukoll ma' l-istrateġija tan-nutrijenti, li jistgħu jnaqqsu sew il-ħtieġa tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 51

Artikolu 3, Punt 14 a (ġdid)

 

(14a) 'metodi li mhux kimiċi għall-ħarsien tal-pjanti u għall-ġestjoni tal-pesti u ta' l-uċuħ tar-raba''

 

L-użu ta' tekniki għall-kontroll u għall-ġestjoni tal-pesti li ma jkollhomx kwalitajiet kimiċi. Metodi mhux kimiċi għall-protezzjoni tal-pjanti u l-ġestjoni ta’ l-organiżmi ta’ ħsara u l-uċuħ tar-raba’ jinkludu r-rotazzjoni, il-kontroll fiżiku u mekkaniku u l-ġestjoni permezz ta’ predaturi naturali.

Ġustifikazzjoni

Għandha dejjem tingħata prijorità lil metodi ta' ġestjoni ta' organiżmi ta' ħsara mhux kimiċi bħala l-unika soluzzjoni ta' prevenzjoni u sostenibbli li tikkonforma aktar ma' l-objettivi ta' protezzjoni sostenibbli tal-ħsad, mid-dipendenza fuq kimiċi kumplessi ddisinjati biex joqtlu pjanti, insetti u forom oħra ta' ħajja, li ma jistgħux ikunu klassifikati bħala sostenibbli. Jeħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu u jinkoraġġixxu adozzjoni wiesgħa ta' alternattivi mhux kimiċi għall-protezzjoni tal-pjanti u għall-ġestjoni ta' organiżmi ta' ħsara u ta' l-uċuħ.

Emenda 52

Artikolu 3, Punt 17

(17) 'żona'

imħassar

Grupp ta’ Stati Membri, kif iddefinit fl-Anness I, li għalih huwa preżuppost li l-kondizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti u ambjentali (inklużi l-kondizzjonijiet klimatiċi) huma relattivament simili;

 

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni proposta tista' tqarraq għaliex tirreferi għal żoni fl-Anness I li relattivament m'għandhomx l-istess kundizzjonijiet ta' l-agrikultura, tas-saħħa tal-pjanti u ta' l-ambjent. Is-sistema proposta ta' żoni tmur kontra l-awtorizzazjoni nazzjonali u m'hijiex konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità u sussidjarjetà ta' l-UE għaliex tmur lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jitħaffef il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu billi tiġi emendata s-sistema ta' rikonoxximent reċiproku mingħajr il-kunċett taz-żoni.

Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet għall-kontroll ta' l-ilma jistgħu jvarjaw fit-tliet żoni proposti.

Emenda 53

Artikolu 3, Punt 18

(18) 'Prattika Tajba tal-Ħarsien tal-Pjanti'

(18) 'Prattika Tajba għall-Użu tal-Prodotti għall-Ħarsien tal-Pjanti'

Prattika li permezz tagħha it-trattamenti bil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti applikati lil wiċċ tar-raba’ partikolari, skond il-kondizzjonijiet ta’ l-użi awtorizzati tagħhom, jiġu magħżula, iddożati u ttajmjati sabiex tkun żgurata l-iprem effikaċja bl-inqas kwantità meħtieġa, wara li jitqiesu b’mod xieraq il-kondizzjonijiet lokali u l-possibbiltajiet għall-kontroll kulturali u bijoloġiku;

Prattika li permezz tagħha t-trattamenti bil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti applikati lil wiċċ tar-raba’ partikolari, skond il-kondizzjonijiet ta’ l-użi awtorizzati tagħhom, jiġu magħżula, iddożati u ttajmjati sabiex ikun żgurat li l-kwantità minima meħtieġa biss tiġi użata , wara li jitqiesu b’mod xieraq il-kondizzjonijiet lokali, il-bżonn li jiġi evitat il-ħolqien ta' resistenza u l-possibilitajiet għall-kontroll kulturali u bijoloġiku, u billi tingħata prijorità lill-metodi mhux kimiċi għall-ħarsien tal-pjanti u għall-ġestjoni tal-pesti u ta' l-uċuħ tar-raba';

Ġustifikazzjoni

'L-iprem effikaċja' huwa terminu preġudikat. Għalhekk huwa aħjar li jkun żgurat li tintuża biss il-kwantità minima. Il-Prattika Tajba tal-Ħarsien tal-Pjanti hija usa' sew mid-definizzjoni kurrenti li tinkludi l-konsiderazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-pestiċidi (ara d-definizzjoni ta' 'ġestjoni integrata ta' pesti' aktar 'il fuq). Għalhekk hu meħtieġ li tkun iċċarata d-definizzjoni biex tiġi tirreferi biss għall-Prodotti għall-Ħarsien tal-Pjanti.

L-unika soluzzjoni reali sabiex jiġu eliminati l-effetti ħżiena tal-pestiċidi fuq is-saħħa pubblika, l-annimali, il-fawna selvaġġa u l-ambjent wiesa' tkun metodu ta' preventiv u tassew sostenibbli billi jsiru prijorità metodi mhux kimiċi ta’ ħarsien tal-pjanti u l-ġestjoni ta’ l-organizmi ta’ ħsara u l-uċuħ tar-raba’.

Sabiex ikun maħsub għall-iprem ħarsien tal-pjanti filwaqt li jkunu mnaqqsa kemm jista' jkun ir-riskji kemm għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għas-saħħa ta’ l-annimali u għall-ambjent, huwa essenzjali li jiġi evitat l-bini tar-reżistenza. Jekk ikun hemm reżistenza, din tista' toħloq il-ħtieġa li jintużaw prodotti għall-ħarsien tal-pjanti b'impatt akbar fuq is-saħħa tal-bniedem kif ukoll fuq is-saħħa ta’ l-annimali u fuq l-ambjent. Għalhekk, il-prevenzjoni tal-bini tar-reżistenza għandha tkun inkluża fid-definizzjoni tal-prattika tajba tal-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 54

Artikolu 3, Punt 20 a (ġdid)

 

(20a) 'Prattika Sperimentali tajba'

 

Prattika skond id-Direttiva 2004/10/KE;

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni tal-kunċett applikat f’Kapitolu V.

Emenda 55

Artikolu 3, Punt 21

(21) 'Ħarsien tad-data'

Rapport ta’ test jew ta’ studju huwa kopert mill-ħarsien tad-data fejn il-proprjetarju tiegħu għandu d-dritt li ma jħallix li jintuża għall-benefiċċju ta’ persuna oħra.

(21) 'Ħarsien tad-data'

Rapport ta’ test jew ta’ studju, barra dawk li jinvolvu testijiet fuq l-annimali vertebrati u testijiet oħra jew studji li jistgħu jevitaw it-testijiet fuq l-annimali, huwa kopert mill-ħarsien tad-data fejn il-proprjetarju tiegħu għandu d-dritt li ma jħallix li jintuża għall-benefiċċju ta’ persuna oħra.

Ġustifikazzjoni

Hawn għandu jkun inkluż li l-proprjetarju ta' test jew studju ma jistax iżommu milli jintuża minn persuna oħra meta dan iwassal biex jiġu evitati t-testijiet fuq l-annimali.

Emenda 56

Artikolu 3, Punt 21 a (ġdid)

 

(21a) 'Stat Membru Rapporteur'

 

L-Istat Membru li jaqbel li jieħu r-responsabilità biex jevalwa s-sustanzi attivi, jew is-safeners, jew is-synergists. Dan ix-xogħol għandu jagħmlu b'mod professjonali u għandu jippubblika rapport li jevalwa l-effetti fi żmien speċifiku.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm definizzjoni ta' Membru Stat Rapporteur.

Emenda 57

Artikolu 3, Punt 21 b (ġdid)

 

(21a) 'testijiet u studji'

 

Investigazzjoni jew esperiment li l-għan tagħhom huwa li jkunu determinati l-proprjetajiet u l-aġir ta’ sustanza attiva jew ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li tkun prevista l-espożizzjoni għal sustanzi attivi u/jew il-metaboliżmi rilevanti tagħhom, li jkunu determinati livelli sikuri ta’ espożizzjoni u li jkunu stabbiliti kondizzjonijiet ta’ użu sikur għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

Ġustifikazzjoni

It-terminoloġija tar-rapporti ta’ testijiet u ta’ studji hija użata ripetutament tul dan ir-regolament. Hemm bżonn li tiddaħħal definizzjoni li tinkludi mhux biss rapporti dwar studji iżda wkoll informazzjoni oħra rilevanti għall-evalwazzjoni tar-riskju.

Emenda 58

Artikolu 3, punt (21 c) (ġdid)

(21c) ‘effett inaċċettabbli fuq l-ambjent’

 

Kull effett li jista' jaltera l-bijodiversità u l-biotopes, inter alia permezz ta' tfixkil għal ċerti speċi, li jista' jwassal finalment biex dawn isiru estinti.

Ġustifikazzjoni

Il-kelma 'inaċċettabbli' ma hija definita mkien b'mod preċiż.

Emenda 59

Artikolu 3, punt 21 D (ġdid)

 

(21b) 'Użijiet limitati''

 

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, użu sekondarju ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fi Stat Membru partikolari jfisser l-użu ta’ dak il-prodott fuq wiċċ tar-raba’ li ma jkunx ikkultivat b’mod wiesa’ f’dak l-Istat Membru jew fuq wiċċ tar-raba’ li jkun ikkultivat b’mod wiesa’ sabiex jintlaħaq bżonn limitat jew sporadiku u eċċezzjonali jew fuq żerriegħa.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tal-kunċett 'użijiet limitati' użat f’Artikolu 49.

Emenda 60

Artikolu 4, paragrafu 1

1. Sustanza attiva għandha tkun approvata skond l-Anness II, jekk jista’ jkun mistenni, fid-dawl ta’ l-għarfien xjentifiku u tekniku korrenti, li, meta jitqiesu l-kriterji għall-approvazzjoni li ġew stabbiliti fil-punti 2 u 3 ta’ dak l-Anness, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza attiva se jissodisfaw il-kondizzjonijiet provduti fil-paragrafi 2 u 3.

1. Sustanza attiva jew metabolit fil-fażi ta' użu għandhom ikunu approvati skond l-Anness II, jekk jista’ jkun ippruvat, fid-dawl ta’ l-għarfien xjentifiku u tekniku korrenti, li, meta jitqiesu l-kriterji għall-approvazzjoni li ġew stabbiliti fil-punti 2 u 3 ta’ dak l-Anness, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza attiva se jissodisfaw il-kondizzjonijiet provduti fil-paragrafi 2 u 3. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jintużaw bħala kriterju konklużiv.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji konklużivi se jintużaw biex jiġu esklużi s-sustanzi attivi u hemm ċans li l-miżuri ta' mitigazzjoni ma jkunux biżżejjed biex iħarsu s-saħħa umana u l-ambjent mill-perikli intrinsiċi ta' ċerti sustanzi. B'hekk dan ir-Regolament għandu jiġi konformi ma' l-għodod avvanzati li jevalwaw il-politika dwar sustanzi kimiċi, bħall-Konvenzjoni POPs. Barra minn hekk, il-metaboliti għandhom jitqiesu fuq l-istess bażi ta' sustanzi attivi billi n-nies huma esposti għal dawn il-metaboliti li jistgħu jkunu tossiċi ħafna.

Emenda 61

Artikolu 4, paragrafu 2, punt (a)

(a) m’għandu jkollhom l-ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, inklużi gruppi vulnerabbli, jew fuq is-saħħa ta’ l-annimali, meta jitqiesu l-effetti kumulattivi u sinerġistiċi magħrufa meta jkunu disponibbli l-metodi biex issir valutazzjoni ta’ effetti bħal dawn, jew fuq l-ilma ta’ l-art;

(a) m’għandu jkollhom l-ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, b'mod partikulari dik ta' l-utenti li jkunu f'kuntatt dirett mal-prodotti, tar-residenti u ta' min jinzerta għaddej min hemm u gruppi vulnerabbli, bħal nisa tqal u li jreddgħu, embriji u feti, trabi u tfal, jew fuq is-saħħa ta’ l-annimali, meta jitqiesu l-effetti kumulattivi u sinerġistiċi magħrufa meta l-metodu ta' evalwazzjoni jkunu disponibbli, jew fuq l-ilma ta’ taħt l-art;

Ġustifikazzjoni

Is-subgruppi varji tal-popolazzjoni f'riskju li jkunu esposti għall-pestiċidi jridu jiġu mħarsa. Dawn jinkludu l-utenti professjonali u mhumiex, residenti, min ikun għaddej, ħaddiema, gruppi vulnerabbli speċifiċi u konsumaturi, li jkunu esposti direttament jew indirettament permezz ta' l-arja, l-ikel, l-għalf, l-ilma u l-ambjent. Billi l-pestiċidi agrikoli sikwit jintużaw f'taħlitiet, l-effetti negattivi potenzjali tagħhom fuq is-saħħa, fosthom kwalunkwe effett sinerġistiku, għandhom jiġu evalwati qabel jiġu approvati.

Emenda 62

Artikolu 4, paragrafu 2, punt (c)

(c) għal residwi li għandhom importanza tossikoloġika jew ambjentali, għandu jkun hemm metodu f’użu ġenerali sabiex jitkejlu.

(c) għal residwi tas-sustanzi approvati kollha, għandu jkun hemm metodi standardizzati f’użu ġenerali sabiex jitkejlu li jkunu sensittivi biżżejjed għal kwalunkwe livell li jkun jista' jiġi identifikat b'mod tekniku u li jista' jkun preżenti fi kwalunkwe midja ambjentali u bijoloġika. Ir-residwi għandhom ikunu osservabbli permezz ta' metodi ta' ħafna fdalijiet komuni li jintużaw mil-laboratorji ta' referenza ta' l-UE.

Ġustifikazzjoni

Meta jitqiesu r-riskji u l-effetti negattivi ta' l-użu ta' pestiċidi, għandu jkun hemm metodi ta' użu ġenerali biex ikejlu r-residwi tas-sustanzi kollha awtorizzati. Dawn il-metodi jeħtieġ li jkunu sensittivi biżżejjed għal kwalunkwe livell li jista' jkun identifikat b'mod tekniku u li jista' jkun preżenti fi kwalunkwe midja ambjentali u bijoloġika. Dawn jinkludu kwalunkwe partikula, taqtir żgħir jew fwar preżenti fl-arja, residwi trasportati f'polline jew trab ta' l-uċuħ (eż. waqt il-ħsad), tifrix ta' ħamrija mniġġsa, trasport ta' pestiċidi fuq distanza twila, kif ukoll residwi fl-ilma, fl-ikel u fl-għalf, eċċ.

Din l-emenda tintroduċi żewġ dimensjonijiet f'dan l-Artikolu . L-ewwel, li għandu jkun hemm metodi disponibbli biex ikunu identifikati r-residwi tal-pestiċidi awtorizzati kollha. Dan m'huwiex il-każ bħalissa, billi t-tagħmir tal-laboratorji standard huwa kapaċi jidentifika biss numru limitat ta' residwi tas-sustanzi. It-tieni, il-metodi biex ikunu evalwati l-effetti fuq is-saħħa għandhom ikunu sensittivi biżżejjed b'rispett lejn il-livelli ta' tħassib fil-midja ambjentali u bijoloġiċi varji, sabiex ma jaqbżulhomx l-effetti li ma jkunux osservati bil-metodi fl-użu ġenerali.

Emenda 63

Artikolu 4, Paragrafu 3, Punt (b)

(b) m’għandu jkollu l-ebda effett ta’ ħsara immedjata jew ittardjata fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali, b’mod dirett jew permezz ta’ l-ilma tax-xorb, l-ikel, l-għalf jew l-arja, jew konsegwenzi fil-post tax-xogħol jew permezz ta’ effetti indiretti oħra, meta jitqiesu l-effetti kumulattivi magħrufa u sinerġistiċi magħrufa fejn ikunu disponibbli l-metodi biex issir valutazzjoni ta’ effetti bħal dawn; jew fuq l-ilma ta’ l-art;

(b) ma jkunx hemm effett ħażin immedjat jew maż-żmien fuq is-saħħa tal-bniedem, b'mod partikulari dik ta' residenti u ta' min jinzerta fit-triq u ta' gruppi vulnerabbli bħal nisa tqal u li jreddgħu, embriji u feti, trabi u tfal, jew fuq is-saħħa ta' l-annimali, b'mod dirett jew permezz ta' l-ilma tax-xorb, l-ikel, l-għalf jew l-arja, fosthom fi nħawi li huma 'l bogħod mill-użu tiegħu wara trasportazzjoni fit-tul, jew konsegwenzi fil-post tax-xogħol jew permezz ta' effetti indiretti oħra, meta jitqiesu effetti kumulattivi u sinerġistiċi fejn il-metodi ta' evalwazzjoni ta' dawn l-effetti jkunu disponibbli; jew fuq l-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art;

Ġustifikazzjoni

Is-subgruppi kollha li jinsabu f'riskju ta' espożizzjoni għall-pestiċidi għandhom jiġu mħarsa, partikolarment ir-residenti, li jistgħu jiġu esposti regolarment għall-pestiċidi minn sorsi differenti, li jinkludu espożizzjoni fit-tul għall-pestiċidi li jinġarru mir-riħ, espożizzjoni għall-emissjonijiet ta' gassijiet, li jistgħu jokkorru, ġranet, ġimgħat u anki xhur wara l-applikazzjoni, ir-riattivazzjoni, il-preċipitazzjoni, il-pestiċidi trasportati minn applikazzjonijiet fuq barra u ridistribwiti fuq ġewwa, kif ukoll trasportazzjoni fuq distanza kbira, ladarba l-pestiċidi jistgħu jivvjaġġaw fl-arja għal mili sħaħ.

L-użu tat-terminu ilma ta' taħt l-art fih innifsu jagħmilha iktar diffiċli li wieħed iqis l-effetti kumulattivi.

Kull evalwazzjoni ta' l-istat ta' l-ilma tal-wiċċ, li tidħol mal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, għandha tkopri l-idrosfera kollha kemm hi, jiġifieri l-ilma tal-wiċċ kif ukoll dak ta' taħt l-art.

Ix-xita, b'mod partikolari meta tagħmel bil-qliel, tikkawża t-tisfija ta' sustanzi varji li jkunu fil-ħamrija, fosthom il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Minħabba t-tisfija tal-wiċċ, dawn is-sustanzi jgħaddu fl-ilma tal-wiċċ u, bi proċess ta' infiltrazzjoni, fl-ilma ta' taħt l-art.

Emenda 64

Artikolu 4, Paragrafu 3, Punt (e)

(e) m’għandu jkollu l-ebda effett inaċċettabbli fuq l-ambjent, meta jitqiesu b’mod partikolari l-konsiderazzjonijiet li ġejjin:

(e) m’għandu jkollu l-ebda effett inaċċettabbli fuq l-ambjent, meta jitqiesu b’mod partikolari l-konsiderazzjonijiet li ġejjin:

(i) dak li jista’ jseħħ minnu u d-distribuzzjoni tiegħu fl-ambjent, partikolarment il-kontaminazzjoni ta’ l-ilmijiet tal-wiċċ, inklużi l-ilmijiet ta’ l-estwarji u tal-kosta, l-ilma tax-xorb, l-ilma ta’ l-art, l-arja u l-ħamrija;

 

(i) dak li jista’ jseħħ minnu u d-distribuzzjoni tiegħu fl-ambjent, partikolarment il-kontaminazzjoni ta’ l-ilmijiet tal-wiċċ, inklużi l-ilmijiet ta’ l-estwarji u tal-kosta, l-ilma tax-xorb, l-ilma ta’ taħt l-art, l-arja u l-ħamrija, waqt li jitqiesu l-postijiet imbiegħda mill-użu tiegħu wara trasport ambjentali fit-tul;

(ii) l-impatt tiegħu fuq l-ispeċijiet li mhumiex immirati;

(ii) l-impatt tiegħu fuq l-ispeċijiet li mhumiex immirati, inkluż il-mod kif iġibu ruħhom dawn l-ispeċijiet;

(iii) l-impatt tiegħu fuq il-bijodiversità.

(iii) l-impatt tiegħu fuq il-bijodiversità u l-ekosistema.

 

(iiia) l-effett distruttiv tiegħu fuq l-ispeċijiet mhedda bl-estinzjoni.

Ġustifikazzjoni

Bosta pestiċidi jħallu effetti indiretti fuq l-ekosistema, i.e. permezz ta' l-effetti fuq il-katina ta' l-ikel (il-popolazzjoni ta' l-għasafar tonqos f'agroekosistemi minħabba t-tnaqqis kbir ta' insetti tal-priża). Dawn l-effetti għandhom jitqiesu sakemm huwa possibbli.

Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-effetti ambjentali minħabba t-trasport ambjentali fit-tul tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, pereżempju fir-reġjun Artiku.

Bosta drabi l-mortalità biss hija studjata u mhux l-effetti fuq l-imġiba. Għalhekk dan għandu jkun speċifikat.

Il-ħabitats ta' l-ispeċijiet li huma mhedda bl-estinzjoni u li jidhru fil-Lista l-Ħamra jinstabu f'bosta żoni ta' l-Ewropa.

Il-pestiċidi u prodotti oħra għall-ħarsien tal-pjanti huma theddida għall-għasafar b'mod partikulari, billi dawn ipassu u jieklu f'ħafna żoni differenti fejn jista' jingħata l-bexx u trattamenti speċjali oħrajn li jkun fihom il-pestiċidi, fost sustanzi oħra. Speċijiet rari ta' annimali li jieklu minn żoni kkontaminati jistgħu jinqerdu minn wiċċ id-dinja.

Emenda 65

Artikolu 4, paragrafu 4

4. Għall-approvazzjoni ta’ sustanza attiva, il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti meta dan ġie stabbilit fir-rigward ta’ wieħed jew iktar mill-użi rappreżentattivi ta’ mill-inqas prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fih dik is-sustanza attiva.

4. Għall-approvazzjoni ta’ sustanza attiva, il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti meta dan ġie stabbilit fir-rigward ta' l-iskala sħiħa ta' l-użi rappreżentattivi ta’ mill-inqas tliet prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom din is-sustanza attiva.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jitqiesu l-kundizzjonijiet normali kollha li fihom jistgħu jintużaw il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti sabiex sustanza tkun approvata.

Emenda 66

Artikolu 4 a (ġdid)

 

L-Ittestjar fuq l-annimali

 

Sabiex ikunu evitati t-testijiet fuq l-annimali, għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, it-testijiet fuq l-annimali vertebrati għandhom isiru biss jekk ma jkun baqa' xejn aktar xi jsir. L-użu ta' testijiet mhux fuq l-annimali kif ukoll l-istrateġiji ta' l-ittestjar intelliġenti għandhom jiġu promossi, u l-ittestjar idduplikat fuq l-annimali vertebrati għandu jiġi pprojbit.

Ġustifikazzjoni

Il-promozzjoni ta' l-istrateġiji ta' l-ittestjar intelliġenti u l-iskambju obbligatorju tad-data jistgħu jnaqqsu l-għadd ta' annimali użati b'mod sinifikanti.

Emenda 67

Artikolu 6, punt (e)

(e) il-mod ta’ l-applikazzjoni;

(e) il-mod u l-kundizzjonijiet ta' l-applikazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva għanda tkopri mhux biss il-mod li fih jintużaw prodotti għall-ħarsien tal-pjanti iżda wkoll il-kundizzjonijiet li japplikaw għalihom.

L-aħħar punt f'dan l-Artikolu ma jirreferix għal 'kundizzjonijiet partikulari', iżda ma jissemmew ebda kundizzjonijiet tipiċi ta' użu.

Emenda 68

Artikolu 6, Punt (i) a (ġdid)

 

(ia) restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet għall-użu li ma jaqbilx ma' l-iskemi integrati dwar il-kontroll tal-pesti, jew li jkunu ta' ħsara għal dawn l-iskemi, bħat-trattament kimiku tal-ħamrija;

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ristrett l-użu speċifiku li ma jkunx jaqbel ma' prattiki tajba bħall-IPM.

Emenda 69

Artikolu 7, paragrafu 1, subparagrafu 1

 

1. L-Awtorità għandha tkun responsabbli biex tikkordina l-proċedura approvata.

 

B'hekk, l-Awtorità tkun qiegħda tistrieħ fuq l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri.

1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ sustanza attiva jew għal emenda għall-kondizzjonijiet ta’ approvazzjoni għandha titressaq mill-produttur tas-sustanza attiva lill-Stat Membru (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘Stat Membru rapporteur’) flimkien ma’ dossier komplet u sommarju, kif provdut fl-Artikolu 8(1) u (2), jew ittra ta’ aċċess għal dossiers bħal dawn jew ġustifikazzjoni rraġunata b’mod xjentifiku għala ma ġewx provduti ċerti partijiet minn dawk id-dossiers, fejn jintwera’ li s-sustanza attiva tissodisfa l-kriterji ta’ approvazzjoni provduti fl-Artikolu 4.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ sustanza attiva jew għal emenda għall-kondizzjonijiet ta’ approvazzjoni għandha titressaq mill-produttur tas-sustanza attiva lill-Awtorità flimkien ma’ dossier komplet u sommarju, kif provdut fl-Artikolu 8(1) u (2), jew ittra ta’ aċċess għal dossiers bħal dawn jew ġustifikazzjoni rraġunata b’mod xjentifiku għala ma ġewx provduti ċerti partijiet minn dawk id-dossiers, fejn jintwera li s-sustanza attiva tissodisfa l-kriterji ta’ approvazzjoni provduti fl-Artikolu 4. L-Awtorità għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri bl-applikazzjonijiet li tkun irċeviet.

 

Stat Membru jista' jagħżel sustanza attiva li għaliha l-Awtorità tkun irċeviet applikazzjoni għall-approvazzjoni, bil-għan li ssir l-awtorità kompetenti għall-iskopijiet ta' l-Artikoli 9 u 11 (li minn hawn 'il quddiem se jissejjaħ 'Stat Membru rapporteur').

 

Fil-każijiet meta żewġ Stati Membri jew aktar ikunu wrew li huma interessati li jsiru Stat Membru rapporteur u ma jkunux jistgħu jaqblu dwar min għandha tkun l-awtorità kompetenti, l-Istat Membru rapporteur għandu jintgħażel skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 76(3).

 

Ġustifikazzjoni

L-industrija m'għandux ikollha d-dritt li tagħżel Stat Membru rapporteur. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Awtorità, u l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu bejniethom min għandu jsir l-Istat Membru rapporteur. In-nuqqas ta' qbil għandu jkun solvut fil-komitoloġija, fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi.

Emenda 70

Artikolu 7, paragrafu 1.a (ġdid)

 

1a. Persuna fiżika jew legali stabbilita barra l-Komunità li tippreżenta applikazzjoni għandha taħtar persuna fiżika jew legali stabbilita fil-Komunità biex tilħaq, bħala l-uniku rappreżentant tagħha, l-obbligi tal-produtturi skond dan ir-Regolament.

 

 

 

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 70 ta' dan ir-Regolament jeħtieġ li konformità tal-miżuri bi qbil ma' dan ir-Regolament tkun mingħajr ħsara għar-responsabilità ċivili u kriminali ġenerali fl-Istati Membri tal-produttur. L-emenda tfittex biex tistabbilixxi kundizzjoni ugwali għal kulħadd għal produtturi kollha, anke dawk stabbiliti f'ġurisdizzjoni barra 'l Komunità.

Emenda 71

Artikolu 7, paragrafu 1 b (ġdid)

 

1b. Evalwazzjoni ta’ l-applikazzjoni tista’ ssir minn diversi Stati flimkien, li fil-qafas tas-sistema ta’ rappurtaġġ bejn ħafna Membri, jaġixxu bħala r-rapporteur.

Ġustifikazzjoni

Din il-proċedura tintuża wkoll għall-evalwazzjoni ta’ applikazzjonijiet skond id-Direttiva 91/414/KEE u għandha influwenza qawwija fuq il-kwantità u l-kwalità tar-rapport ta’ evalwazzjoni tas-sustanza attiva.

Emenda 72

Artikolu 8, paragrafu 1, punt (a)

(a) Data rigward użu rappreżentattiv wieħed jew iktar dwar wiċċ tar-raba’ li jitkabbar ħafna f’kull żona ta’ mill-inqas prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, li turi li r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 4 ġew sodisfatti; fejn id-data mressqa ma tkoprix iż-żoni kollha jew tikkonċerna wiċċ tar-raba’ li ma jitkabbarx ħafna, għandha tingħata ġustifikazzjoni għal dan il-metodu;

(a) data rigward użu rappreżentattiv tal-varjetà kollha dwar wiċċ tar-raba' li jitkabbar ħafna f'kull Stat Membru ta' mill-inqas tliet prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva inklużi l-prodotti għall-qoxra ta' barra taż-żerriegħa jekk jitbassar dan l-użu, li turi li r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 4 ġew sodisfatti; fejn id-data mressqa ma tkoprix l-Istati Membri kollha jew tikkonċerna wiċċ tar-raba’ li ma jitkabbarx ħafna, għandha tingħata ġustifikazzjoni għal dan il-metodu;

Ġustifikazzjoni

Sustanzi li jintużaw għall-qoxra ta' barra taż-żerriegħa (bħal pereżempju il-fipronil u l-imidaclopride) instab li għandhom tossiċità akuta għan-naħal, li ma ġietx prevista fl-evalwazzjoni tar-riskju. Għaldaqstant hemm bżonn li tiġi introdotta din id-dispożizzjoni fir-Regolament.

Il-qsim f'żoni mhux adegwat għall-finijiet ta' awtorizzazzjoni, peress li l-kundizzjonijiet klimatiċi, bijoloġiċi u ta' l-ilma fid-diversi pajjiżi mhumiex komparabbli fiz-żoni proposti.

Emenda 73

Artikolu 8, Paragrafu 1, Punt (b)

(b) għal kull punt tar-rekwiżiti tad-data għas-sustanza attiva li tissemma fl-Artikolu 75(1)(b), is-sommarji u r-riżultati tat-testijiet u ta’ l-istudji, l-isem tal-proprjetarju tagħhom u tal-persuna jew ta’ l-istitut li wettaq it-testijiet u l-istudji;

(b) għal kull punt tar-rekwiżiti tad-data għas-sustanza attiva li tissemma fil-Paragrafu 3, is-sommarji u r-riżultati tat-testijiet u ta’ l-istudji, l-isem tal-proprjetarju tagħhom u tal-persuna jew ta’ l-istitut li wettaq it-testijiet u l-istudji;

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni dwar ir-rekwiżiti tad-data jagħmlu parti essenzjali mill-proċedura ta' l-approvazzjoni li għandha tiġi regolata fi proċedura leġiżlattiva, u mhux permezz ta' deċiżjoni ta' komitolġija.

Emenda 74

Artikolu 8, paragrafu 1, punt (c)

għal kull punt tar-rekwiżiti tad-data għall-prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jissemma fl-Artikolu 75(1)(b), is-sommarji u r-riżultati tat-testijiet u ta’ l-istudji, l-isem tal-proprjetarju tagħhom u tal-persuna jew ta’ l-istitut li wettaq it-testijiet u l-istudji, rilevanti għall-valutazzjoni tal-kriterji li jissemmew fl-Artikolu 4 għal prodott wieħed jew iktar għall-ħarsien tal-pjanti, li huma rappreżentattivi ta’ l-użi li jissemmew fil-punt (a), meta jitqies il-fatt li l-lakuni fid-data fid-dossier, kif provdut fil-paragrafu 2, li jirriżultaw mill-medda limitata proposta ta’ użi rappreżentattivi tas-sustanza attiva, jistgħu iwasslu għal restrizzjonijiet fl-approvazzjoni;

c) għal kull punt tar-rekwiżiti tad-data għall-prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jissemma f'paragrafu 3, is-sommarji u r-riżultati tat-testijiet u ta’ l-istudji, l-isem tal-proprjetarju tagħhom u tal-persuna jew ta’ l-istitut li wettaq it-testijiet u l-istudji, rilevanti għall-evalwazzjoni tal-kriterji li jissemmew fl-Artikolu 4 għal prodott wieħed jew iktar għall-ħarsien tal-pjanti, li huma rappreżentattivi ta’ l-użi li jissemmew fil-punt (a), meta jitqies il-fatt li kwalunkwe lakuni fid-data fid-dossier, kif provdut fil-paragrafu 2, li jirriżultaw mill-medda limitata proposta ta’ użi rappreżentattivi tas-sustanza attiva, se jwasslu għal nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva;

Ġustifikazzjoni

Dossiers b'informazzjoni nieqsa jew ħażina għandhom jiġu rrifjutati.

Id-dispożizzjoni dwar ir-rekwiżiti tad-data jagħmlu parti essenzjali mill-proċedura ta' l-approvazzjoni li għandha tiġi regolata fi proċedura leġiżlattiva, u mhux permezz ta' deċiżjoni ta' komitolġija.

Emenda 75

Artikolu 8, paragrafu 1, punt (c a) (ġdid)

 

(ca) għal kull test jew studju li jinvolvi annimal vertebrat, ġustifikazzjoni tal-passi li ttieħdu sabiex jiġu evitati t-testijiet fuq l-annimali u t-testijiet ripetuti fuq l-annimali vertebrati;

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi faċilitat li l-ittestjar fuq l-annimali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament isir assolutament mill-anqas, fl-applikazzjonijiet għandha tintalab ġustifikazzjoni tal-passi meħuda sabiex jiġi evitat l-ittestjar fuq l-annimali b'mod ġenerali.

Emenda 76

Artikolu 8, paragrafu 2

2. Id-dossier komplut għandu jkun fih it-test sħiħ tar-rapporti individwali tat-testijiet u ta’ l-istudji li jikkonċernaw l-informazzjoni kollha li tissemma fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1. M’għandu jkun fih l-ebda rapport ta’ testijiet jew ta’ studji li jinvolvi l-amminstrazzjoni deliberata tas-sustanza attiva jew tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti lill-bnedmin.

2. Id-dossier komplut għandu jkun fih it-test sħiħ tar-rapporti individwali tat-testijiet u ta’ l-istudji li jikkonċernaw l-informazzjoni kollha li tissemma fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Id-data kollha disponibbli trid titressaq u tkun analizzata.

Emenda 77

Artikolu 8, paragrafu 3, subparagrafu 2

Ir-rekwiżiti tad-data li jissemmew fl-Artikolu 8(1) għandhom ikunu definiti fir-Regolamenti li ġew adottati skond il-proċedure li tissemma fl-Artikolu 76(2), fejn jinkorporaw ir-rekwiżiti għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fl-Annessi II u III għad-Direttiva 91/414/KEE bi kwalunkwe modifika meħtieġa. Rekwiżiti simili tad-data għandhom ikunu definiti għas-safeners u għas-synergists skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(3).

Ir-rekwiżiti tad-data li jissemmew fil-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti fir-Regolamenti li ġew adottati skond il-proċedure li tissemma fl-Artikolu 76(2), fejn jitrasferixxu r-rekwiżiti għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fl-Annessi II u III għad-Direttiva 91/414/KEE bi kwalunkwe modifika meħtieġa minħabba l-bidla minn direttiva għal regolament. Rekwiżiti simili tad-data għandhom ikunu definiti għas-safeners u għas-synergists skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 251 tat-Trattat.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-kliem. L-adozzjoni ta' regolament dwar ir-rekwiżiti ta' data fil-proċedura konsultattiva għandha tkun limitata għal sempliċi trasferiment ta' rekwiżiti attwali. Dan jiżgura li l-bażi meħtieġa għall-analiżi ta' sustanzi attivi tkun provduta wara t-tranżizzjoni mid-direttiva attwali għar-regolament il-ġdid. Modifiki għandhom ikunu limitati għal abbozzi ta' tibdiliet, aktar u aktar li r-rekwiżiti tad-data għandhom ikunu adottati fil-kodeċiżjoni fil-futur qrib ħafna (ara l-Emenda għall-Artikolu 75), peress li huma jirrapreżentaw element essenzjali tar-regolament.

Emenda 78

Artikolu 8, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Kull informazzjoni pubblika li ġiet riveduta minn awtoritajiet ta' l-istess importanza dwar sustanza attiva u l-metaboliti tagħha li għandhom x'jaqsmu ma' l-effetti kollaterali negattivi fuq is-saħħa u l-ambjent għandha titniżżel mill-applikant fuq id-dossier.

Ġustifikazzjoni

L-applikant irid ikollu l-obbligu li jiġbor u jagħmel sommarju ta' l-informazzjoni xjentifika disponibbli kollha dwar is-sustanza. Dan se jkun ta' benefiċċju għal effetti mhux mistennija f'naħal li m'humiex identifikati fl-analiżi ta' riskju iżda huma dokumentati b'mod wiesa' fl-informazzjoni xjentifika.

Emenda 79

Artikolu 9, paragrafu 2, subparagrafu 1

2. Fejn wieħed jew iktar mill-elementi provduti fl-Artikolu 8 huma neqsin, l-Istat Membru għandu jinforma lill-applikant, fejn jiffissa perjodu ta’ żmien biex dawn jitressqu.

2. 2. Fejn wieħed jew iktar mill-elementi provduti fl-Artikolu 8 huma neqsin, l-Istat Membru għandu jinforma lill-applikant, fejn jiffissa perjodu ta’ żmien ta' mhux aktar minn tliet xhur biex dawn jitressqu. Għandu japplika l-Artikolu 7(3).

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu ta' żmien li jrid jiżdied ma' l-elementi neqsin għandu jkun speċifikat.

L-Istati Membri li huma nnotifikati għandhom jirrispettaw l-istess livelli ta' ħarsien tad-data u kunfidenzjalità bħall-Istat Membru li hu rapporteur.

Emenda 80

Artikolu 11, paragrafu 1

1. Fi żmien tnax-il xahar mid-data tan-notifika pprovduta fl-Artikolu 9(3), l-Istat Membru rapporteur għandu jħejji u jressaq lill-Awtorità, rapport (minn hawn il-quddiem "l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni") ta' valutazzjoni dwar jekk is-sustanza attiva tistax tkun mistennija li tissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Artikolu 4.

1. L-Istat Membru rapporteur jista’ jibda bl-evalwazzjoni tar-rapporti tat-test u ta’ l- istudji dritt wara li jigu mressqa mill-applikant, anke qabel id-data tan-notifika imsemmija fl-Artikolu 9, paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu. Fi żmien tnax-il xahar mid-data tan-notifika provduta fl-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 9(3), l-Istat Membru rapporteur għandu jipprepara u jressaq quddiem l-Awtorità rapport (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni”) li jivvaluta jekk jistax jiġi mistenni li s-sustanza attiva tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 4.

Fejn l-Istat Membru jeħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandu jiffissa perjodu ta’ żmien għall-applikant biex jipprovdiha. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ tnax-il xahar għandu jiġi estiż bil-perjodu ta’ żmien addizzjonali mogħti mill-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità.

L-Istat Membru jista’ jikkonsulta lill-Awtorità.

Fejn l-Istat Membru jeħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandu jiffissa perjodu ta’ żmien raġjonevoli għall-applikant biex jipprovdiha flimkien ma' kwalunkwe klejm għal protezzjoni tad-data skond l-Artikolu 56. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ tnax-il xahar għandu jiġi estiż bil-perjodu ta’ żmien addizzjonali mogħti mill-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Bil-preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni addizzjonali, dak li jressaq il-petizzjoni jinnotifika fl-istess ħin rekwiżiti għal protezzjoni ta’ data skond Artikolu 56. Għandu japplika l-Artikolu 7(3).

L-Istat Membru jista’ jikkonsulta lill-Awtorità.

 

 

Ġustifikazzjoni

Il-bidu ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-informazzjoni disponibbli qabel mad-dossier jitlesta se jħaffef l-aċċess għal prodotti ġodda u innovattivi għas-suq. Għalhekk m’għandux jieħu iktar minn tmien xhur għall-Istat Membru rapporteur sabiex joħroġ ir-rapport ta’ reviżjoni tiegħu ladarba l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi preżenti taħt id-Direttiva 91/414/KEE tkun tlestiet.

Jeħtieġ li jkun hemm mekkaniżmu sabiex tintalab protezzjoni tad-data għal informazzjoni addizzjonali.

Emenda 81

Artikolu 12, paragrafu 1, subparagrafu 3

 

 

 

 

L-Awtorità għandha tħalli perjodu ta’ disgħin ġurnata biex jitressqu l-kummenti bil-miktub.

L-Awtorità għandha tħalli perjodu ta’ sittin ġurnata biex jitressqu l-kummenti bil-miktub.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien għal saħħet il-bniedem u għall-ambjent, huwa rakkomandat li jitnaqqas kemm jista' jkun il-perjodu ta' żmien tal-proċedura għall-approvazzjoni ta' sustanzi attivi ġodda, 'safeners', sinerġisti u ko-formulanti (mingħajr ħsara għall-kriterji ta' l-evalwazzjoni). Dan għandu jagħmilha possibbli li prodotti ġodda għall-ħarsien tal-pjanti b'impatt aktar baxx fuq is-saħħa tal-bniedem kif ukoll fuq is-saħħa ta’ l-annimali u fuq l-ambjent jidħlu fl-użu aktar malajr.

Emenda 82

Artikolu 12, paragrafu 2, subparagrafu 1

2. Fi żmien disgħin ġurnata mit-tmiem tal-perjodu provdut fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tadotta konklużjoni dwar jekk hux mistenni li s-sustanza attiva tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 4, u għandha tikkomunikaha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

2. Fi żmien disgħin ġurnata mit-tmiem tal-perjodu provdut fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tadotta konklużjoni dwar jekk hux mistenni li s-sustanza attiva tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 4, b'ġustifikazzjoni xierqa, li tinkludi referenza għal kull tip ta' kummenti pubbliċi, u għandha tikkomunikaha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-konklużjoni għandha tiġi pubblikata mill-Awtorità fi żmien ġimgħa mill-adozzjoni tagħha.

Ġustifikazzjoni

Għandha tiżdied it-trasparenza tal-proċedura

Emenda 83

Artikolu 12, paragrafu 2, subparagrafu 2

Fejn huwa xieraq, l-Awtorità għandha tindirizza fil-konklużjoni tagħha l-għażliet ta’ mitigazzjoni tar-riskju li ġew identifikati fl-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni.

Fejn l-Awtorità teħtieġ konsultazzjonijiet addizzjonali ma' l-esperti kif provdut fil-paragrafu 1, hija għandha tistabbilixxi perjodu ta' żmien biex ikunu konklużi l-konsultazzjonijiet. F’dan il-każ, il-perjodu ta’ disgħin jum għandu jiġi estiż bil-perjodu ta’ żmien addizzjonali mogħti mill-Istat Membru. Hija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Jekk ikun meħtieġ aktar ħin biex il-konsultazzjonijiet ikunu konklużi l-estensjoni tal-perjodu msemmi għandha tkun indikata b'mod ċar.

Emenda 84

Artikolu 12, paragrafu 3, subparagrafu 1

3. Fejn l-Awtorità teħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandha tiffissa perjodu ta’ żmien għall-applikant biex jipprovdiha. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ disgħin ġurnata provdut fil-paragrafu 2 għandu jiġi estiż bil-perjodu addizzjonali mogħti mill-Awtorità. L-Awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

3. Fejn l-Awtorità teħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandha tiffissa perjodu ta’ żmien għall-applikant biex jipprovdiha. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ sittin ġurnata provdut fil-paragrafu 2 għandu jiġi estiż bil-perjodu addizzjonali mogħti mill-Awtorità u saż-żmien meħtieġ għall-evalwazzjoni ta' din l-informazzjoni mill-Istat Membru rapporteur fl-abbozz tar-rapport ta' analiżi tiegħu. L-Awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

L-EFSA għandha l-irwol prinċipali fl-analiżi ta' sustanzi attivi, peress li hija se tadotta konklużjoni dwar l-approvazzjoni tagħha jew le. Huwa importanti li jkun żgurat li l-EFSA jkollha biżżejjed żmien biex twettaq analiżi serja. Bħalissa, l-EFSA għandha 10 xhur biex tadotta konklużjoni. Il-Kummissjoni tipproponi biex dan il-perjodu jitqassar għal 3 xhur. Dan jista' jseħħ b'effett negattiv fuq analiżi xierqa. Għalhekk għandu jkun hemm flessibilità biex "jitwaqqaf il-ħin" meta l-EFSA teħtieġ informazzjoni addizzjonali. Din l-informazzjoni għandha b'hekk tkun analizzata mill-Istat Membru rapporteur, peress li hija l-aktar familjari mad-dossier.

Emenda 85

Artikolu 12, paragrafu 3, subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Fejn l-Awtorità teħtieġ li torganizza konsultazzjonijiet ta' esperti, il-perjodu ta' disgħin jum provdut fil-paragrafu 2 għandu jkun estiż biż-żmien meħtieġ għal dawn il-konsultazzjonijiet. L-Awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

L-EFSA għandha l-irwol prinċipali fl-analiżi ta' sustanzi attivi, peress li hija se tadotta konklużjoni dwar l-approvazzjoni tagħha jew le. Huwa importanti li jkun żgurat li l-EFSA jkollha biżżejjed żmien biex twettaq analiżi serja. F'xi każi, l-EFSA tista' teħtieġ li tikkonsulta esperti biex tiżgura dan. Dan jista' jeħtieġ aktar żmien. Għalhekk għandu jkun hemm flessibilità biex "jitwaqqaf il-ħin" meta l-EFSA teħtieġ li torganizza l-konsultazzjoni ta' esperti.

Emenda 86

Artikolu 13, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-konklużjoni provduta fl-Artikolu 12(2) mill-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “ir-rapport ta’ reviżjoni”), lill-Kumitat li jissemma fl-Artikolu 76(1), fejn tqis l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni ta’ l-Istat Membru Rapporteur skond l-Artikolu 11 u l-konklużjoni ta’ l-Awtorità skond l-Artikolu 12.

1. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-konklużjoni provduta fl-Artikolu 12(2) mill-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “ir-rapport ta’ reviżjoni”), lill-Kumitat li jissemma fl-Artikolu 76(1), fejn tqis l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni ta’ l-Istat Membru Rapporteur skond l-Artikolu 11 u l-konklużjoni ta’ l-Awtorità skond l-Artikolu 12.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni ma teħtieġx nofs sena biex tfassal rapport fuq fajl li jkun eżaminat kollu kemm hu. Din il-proċedura teħtieġ li tkun aċċellerata.

Emenda 87

Artikolu 13, paragrafu 1, subparagrafu 2

L-applikant għandu jingħata l-possibbiltà li jressaq kummenti dwar ir-rapport ta’ reviżjoni.

L-applikant u kull min ressaq kummenti bil-miktub skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 12 (1) għandhom jingħataw l-opportunità li jressqu kummenti dwar ir-rapport ta' reviżjoni.

 

Ir-rapport ta' reviżjoni għandu jkun disponibbli għall-pubbliku u mressaq lill-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Għandha tiżdied it-trasparenza tal-proċedura.

Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien għal saħħet il-bniedem u għall-ambjent, huwa rakkomandat li jitnaqqas kemm jista' jkun il-perjodu ta' żmien tal-proċedura għall-approvazzjoni ta' sustanzi attivi ġodda, 'safeners', sinerġisti u ko-formulanti (mingħajr ħsara għall-kriterji ta' l-evalwazzjoni). Dan għandu jagħmilha possibbli li prodotti ġodda għall-ħarsien tal-pjanti b'impatt aktar baxx fuq is-saħħa tal-bniedem kif ukoll fuq is-saħħa ta’ l-annimali u fuq l-ambjent jidħlu fl-użu aktar malajr.

Emenda 88

Artikolu 13, paragrafu 2, introduzzjoni u punt (a)

2. Fuq il-bażi tar-rapport ta’ reviżjoni provdut fil-paragrafu 1, fatturi oħra li huma leġittimi għall-kwistjoni meqjusa u għall-prinċipju ta’ prekawzjoni fejn ikunu rilevanti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, għandu jiġi adottat Regolament skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(3), li jipprovdi li:

2. Fuq il-bażi tar-rapport ta’ reviżjoni provdut fil-paragrafu 1, fatturi oħra li huma leġittimi għall-kwistjoni meqjusa u għall-prinċipju ta’ prekawzjoni fejn ikunu rilevanti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, għandu jiġi adottat Regolament b'ġustifikazzjoni xierqa skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 76(3a), li jipprovdi li:

(a) sustanza attiva ġiet approvata, bla ħsara għall-kondizzjonijiet u għar-restrizzjoniiet, kif jissemma fl-Artikolu 6, fejn huwa xieraq;

(a) sustanza attiva ġiet approvata, bla ħsara għall-kondizzjonijiet u għar-restrizzjoniiet, kif jissemma fl-Artikolu 6, fejn huwa xieraq u inkluż fl-Anness IIa;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex it-test jiġi konformi mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni l-ġdida dwar il-komitoloġija. Għandha tiżdied it-trasparenza tal-proċedura. Għaldaqstant għandha tinżamm l-inklużjoni ta' sustanzi approvati fl-Anness tar-Regolament.

Emenda 89

Artikolu 13, paragrafu 3

3. Il-Kummissjoni għandha żżomm lista tas-sustanzi attivi approvati.

3. Il-Kummissjoni għandha żżomm lista aġġornata tas-sustanzi attivi approvati fl-Anness IIa u tippubblika din il-lista fuq l-Internet.

Ġustifikazzjoni

Għandha tiżdied it-trasparenza tal-proċedura. Għaldaqstant għandha tinżamm l-inklużjoni ta' sustanzi approvati fl-Anness tar-Regolament.

Emenda 90

Artikolu 14, paragrafu 2

2. It-tiġdid għandu jkun għal perjodu ta’ żmien mhux limitat.

2. L-approvazzjoni tista' tiġi mġedda darba jew ripetuta għal akar minn darba għal perjodu li ma jaqbiżx l-10 snin.

Ġustifikazzjoni

Fit-test propost it-tiġdid ta' l-awtorizzazzjoni mill-Istat Membru ssegwi it-tiġdid tas-sustanza attiva (ARTIKOLU 43 (6)). Dan jimplika wkoll li fil-prinċipju l-awtorizzazzjoni jista' ma jkollhiex limitu ta' żmien, wara l-ewwel tiġdid. Dan imur kontra l-prinċipju ta' prekawzjoni u l-prinċipju li d-deċiżjonijiet jittieħdu fid-dawl ta' l-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, kif stipulat fl-Artikolu 4(10) tat-test propost u l-prinċipju li għandu jiġi żgurat standard għoli ta' protezzjoni (premessa 21).

Emenda 91

Artikolu 15, paragrafu 1

1. L-applikazzjoni provduta fl-Artikolu 14 għandha titressaq minn produttur tas-sustanza attiva quddiem Stat Membru, flimkien ma’ kopja għall-Istati Membri l-oħra, għall-Kummissjoni u għall-Awtorità, mhux iktar tard minn tliet snin qabel l-iskadenza ta’ l-ewwel approvazzjoni.

1. L-applikazzjoni provduta fl-Artikolu 14 għandha titressaq minn produttur tas-sustanza attiva quddiem l-Istat Membru kkonċernat, flimkien ma’ kopja għall-Istati Membri l-oħra, għall-Kummissjoni u għall-Awtorità, mhux iktar tard minn tliet snin qabel l-iskadenza ta’ l-ewwel approvazzjoni.

Emenda 92

Artikolu 18, punt (b)

(b) id-data meħtieġa li għandha titressaq;

(b) id-data meħtieġa li għandha titressaq inklużi l-miżuri biex jitnaqqsu kemm jista' jkun it-testijiet fuq l-annimali, partikolarment l-użu ta' metodi fejn ma jsirux testijiet fuq l-annimali u strateġiji ta' ttestjar intelliġenti;

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li l-ittestjar fuq l-annimali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament qed isir assolutament mill-anqas, għandhom jiġu inklużi fil-programm miżuri li jiffaċilitaw dan kollu.

Emenda 93

Arikolu 19

Regolament, li ġie adottat skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76 (3), għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid u ta’ reviżjoni, li tinkludi, fejn rilevanti, l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ ħidma, kif provdut fl-Artikolu 18.

Regolament, li ġie adottat skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 76 (3), għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid u ta’ reviżjoni, li tinkludi, fejn rilevanti, l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ ħidma, kif provdut fl-Artikolu 18.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex it-test jiġi konformi mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni l-ġdida dwar il-komitoloġija.

Emenda 94

Artikolu 20, paragrafu 1, parti introduttorja

1. Għandu jiġi adottat Regolament skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(3), li jipprovdi li:

1. A. Għandu jiġi adottat Regolament b'ġustifikazzjoni xierqa skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 76(3a), li jipprovdi li:

Emenda 95

Artikolu 20, paragrafu 2

2. Fejn ir-raġunijiet biex ma tiġġeddidx approvazzjoni jippermettu, ir-Regolament li jissemma fil-paragrafu 1 għandu jipprovdi perjodu ta’ fuq ir-riħ biex jintużaw il-ħażniet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernati, li se jkunu b’tali mod li ma jfixkilx il-perjodu normali ta’ l-użu tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

2. Fejn ir-raġunijiet biex ma tiġġeddidx approvazzjoni ma jikkonċernawx il-protezzjoni tas-saħħa u l-ambjent, ir-Regolament li jissemma fil-paragrafu 1 għandu jipprovdi perjodu ta’ fuq ir-riħ biex jintużaw il-ħażniet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernati, li m'għandux ikun itwal minn sena. Wara dan il-perjodu, il-produtturi għandhom jiżguraw it-tneħħija u r-rimi b'mod sikur tal-ħażniet li jifdal.

Ġustifikazzjoni

M'għandiex tingħata aktar minn sena biex jintużaw il-ħażniet tal-protezzjoni tal-pjanti. Wara dan il-perjodu, il-produtturi għandhom jiżguraw it-tneħħija u r-rimi sikur tal-prodott tagħhom.

Emenda 96

Artikolu 20, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Fil-każ ta' projbizzjoni jew l-irtirar ta' l-approvazzjoni fuq bażijiet ta' saħħa jew ambjent, il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernat għandu jintrema b'mod immedjat.

Emenda 97

Artikolu 21, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva fi kwalunkwe ħin.

1. Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva fi kwalunkwe ħin u għandha tagħti l-attenzjoni xierqa lit-talbiet għal reviżjoni ta' l-Istati Membri, tal-Parlament Ewropew u ta' partijiet interessati oħra, bbażati fuq tagħrif xjentifiku u tekniku attwali u data ta' monitoraġġ.

Ġustifikazzjoni

Biex tiżgura trasparenza fil-proċess u taġġusta l-proposta mal-prinċipju ta' prekawzjoni. L-emenda tfittex ukoll biex tiżgura li d-deċiżjonijiet iqisu tagħrif xjentifiku u tekniku attwali, peress li huwa stipulat fl-Artikolu 4(1) tat-test propost u l-prinċipju li standard għoli ta' protezzjoni jrid ikun żgurat skond il-premessa 21.

Emenda 98

Artikolu 21, paragrafu 1, subparagrafu 2 a u 2 b (ġdid)

 

 

 

 

 

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-approvazzjoni ta' sustanza attiva fejn hemm indikazzjonijiet li jistgħu jiġu kompromessi l-kisbiet ta' l-objettivi stabbiliti skond l-Artikolu 4(1)(a)(iv)u (b)(i) u l-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 2000/60/KE.

 

L-approvazzjoni għandha tiġi reveduta għal għaxar sustanzi attivi li spiss jinsabu preżenti fuq il-livell massimu ta' residwu (MRL) fir-rapporti tal-kontrolli annwali tar-residwi tal-pestiċidi pubblikati mill-Kummissjoni. Meta fuq dik il-lista tinstab l-istess sustanza għal aktar minn darba, l-approvazzjoni għandha tiġi rtirata.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li l-Kummissjoni tista' tniedi reviżjoni ta' sustanza partikolari fi kwalunkwe ħin, għandu jkun ċar li t-talba għal reviżjoni tista' tibda minn istituzzjonijiet jew partijiet interessati oħra.

Huwa essenzjali li f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità ma' l-objettivi tad-Direttiva 2000/60/KE, ikun possibbli tiġi kkunsidrata mill-ġdid l-approvazzjoni tas-sustanza. Barra minn hekk dan il-mekkaniżmu ta' rispons dirett bejn id-Direttiva 2006/60/KE u dan ir-Regolament għandu jipprovdi wkoll inċentiv ieħor għall-produtturi biex jikkunsidraw bis-serjetà r-responsabiltajiet tagħhom f'termini ta' ġestjoni tal-prodott.

Emenda 99

Artikolu 21, paragrafu 3, subparagrafu 1

3. Fejn il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kriterji li jissemmew fl-Artikolu 4 m’għadx għadhom jiġu sodisfatti, jew li ma ġietx provduta aktar informazzjoni meħtieġa skond il-punt (f) ta’ l-Artikolu 6, għandu jiġi adottat Regolament għall-irtirar jew għall-emenda ta’ l-approvazzjoni skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(3).

 

3. Fejn il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kriterji li jissemmew fl-Artikolu 4 m’għadx għadhom jiġu sodisfatti, jew li ma ġietx provduta aktar informazzjoni meħtieġa skond il-punt (f) ta’ l-Artikolu 6, għandu jiġi adottat Regolament għall-irtirar jew għall-emenda ta’ l-approvazzjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 76(3a).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex it-test jiġi konformi mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni l-ġdida dwar il-komitoloġija.

Emenda 100

Artikolu 21, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Fejn il-Kummissjoni tikkonkludi li l-objettivi biex jitnaqqas it-tniġġis mis-sustanzi prijoritarji li ġew stabbiliti b'konformità ma' l-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 2000/60/KE ma jistgħux jintlaħqu, Regolament li jirtira jew jemenda l-approvazzjoni għandu jiġi adottat skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 76(3a) ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li f'każ ta' nuqqas ta' konformità għal sustanza ma' l-objettivi tad-Direttiva 2000/60/KE, ikun possibbli tiġi kkunsidrata mill-ġdid l-approvazzjoni tas-sustanza. Il-proċedura għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni l-ġdida dwar il-komitoloġija.

Emenda 101

Artikolu 22, paragrafu 1

1. Bħala deroga mill-Artikolu 5, sustanza attiva li tikkonforma mal-kriterji provduti fl-Artikolu 4 għandha tiġi approvata għal perjodu li ma jaqbiżx il-15-il sena, fejn jista’ jiġi mistenni li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza se joħolqu biss riskju żgħir għas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u għall-ambjent, kif provdut fl-Artikolu 46(1).

1. Bħala deroga mill-Artikolu 5, sustanza attiva li tikkonforma mal-kriterji provduti fl-Artikolu 4 għandha tiġi approvata għal perjodu li ma jaqbiżx il-15-il sena, fejn hija ma jkollhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u għall-ambjent, kif provdut fl-Artikolu 46(1).

Ġustifikazzjoni

Biex ikun iċċarat li sustanzi attivi li m'għandhomx effett negattiv fuq il-bniedem, l-annimali jew l-ambjent jistgħu jitqiesu bħala ta' riskju baxx.

Emenda 102

Artikolu 22, paragrafu 1, subparagrafu 1 a (ġdid)

 

 

 

Din id-deroga m’għandhiex tapplika għal kwalunkwe sustanza attiva klassifikata skond id-Direttiva 67/548/KEE bħala:

 

– karċinoġena,

 

– mutaġena,

 

– ta’ ħsara għar-riproduzzjoni,

 

– sensibilizzanti,

 

jew għal sustanzi illi huma kkwalifikati bħala:

 

– persistenti, b’half-life ta’ iżjed minn 60 ġurnata,

 

– li tħawwad is-sistema endokrinali fuq l-elenku ta’ l-UE rigward proprjetajiet suspetti li jħawdu s-sistema endokrinali

 

– tossika,

 

– bijoakkumulattiva u li ma tiddiżintegrax malajr.

 

Mhux aktar tard minn…* il-Kummissjoni għandha tirrevedi u jekk ikun meħtieġ tispeċifika l-kriterju għat-trattament ta’ sustanza attiva bħala sustanza b’riskju baxx, u jekk ikun hemm bżonn, tissottometti proposti.

 

___________________

* Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jiġu stabbiliti kriterji ċari u oġġettivi sabiex jiġu definiti liema sustanzi jistgħu jitqiesu li għandhom riskju żgħir. F’din il-proposta m’hemmx definizzjoni għal dan. Sabiex tiġi mħeġġa r-riċerka għal sustanzi u prodotti li jagħmlu inqas ħsara, huwa importanti li wieħed jipprovdi ċarezza u ċertezza legali lill-impriżi dwar x’wieħed jifhem eżattament b’riskju żgħir. Parti mill-kriterji elenkati hawnhekk ittieħdu mid-Direttiva dwar il-Bijoċidi 98/8/KE. Skond dawn il-kriterji minn 25 sa 30 fil-mija ta’ sustanzi attivi jitqiesu bħala b’ riskju żgħir.

Emenda 103

Artikolu 22, paragrafu 1.a (ġdid)

 

1a. Minkejja l-Artikolu 5, sustanzi attivi bbażati fuq aġenti ta' kontroll bijoloġiku li jikkonformaw mal-kriterji ta' l-Artikolu 4 għandhom jingħataw l-approvazzjoni għal perjodu li ma jaqbiżx 15-il sena fejn prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom dawn l-aġenti ta' kontroll bijoloġiku huma mistennija li jkunu ta' riskju baxx biss għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għas-saħħa ta’ l-annimali u għall-ambjent kif definit fl-Artikolu 46(1).

 

 

Ġustifikazzjoni

L-użu ta' sustanzi għall-ħarsien tal-pjanti msejjes fuq aġenti ta' kontroll bijoloġiku joffri prospetti eċċellenti għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem kif ukoll tas-saħħa ta’ l-annimali u ta' l-ambjent u għandu jkun appoġġjat b'mod sħiħ. Fir-rigward tan-natura tagħhom b'riskju baxx, dawn l-aġenti ta' kontroll bijoloġiku għandhom benefiċċji potenzjali kbar. Peress li l-ħarsien tal-pjanti bbażat fuq aġenti ta' kontroll bijoloġiku spiss ikollu qasam ta' l-applikazzjoni żgħir, huwa meħtieġ perjodu ta' approvazzjoni ta' 15-il sena għall-promozzjoni ta' riċerka u żvilupp suffiċenti għal dawn il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 104

Artikolu 23, paragrafu 1, parti introduttorja

1. Is-sustanzi bażiċi għandhom jiġu approvati skond il-paragrafi 2 sa 6. Bħala deroga mill-Artikolu 5, l-approvazzjoni għandha tkun għal perjodu ta’ żmien mhux limitat. Għall-iskopijiet ta’ dawk il-paragrafi, sustanza bażika hija sustanza attiva li

1. Is-sustanzi bażiċi għandhom jiġu approvati skond il-paragrafi 2 sa 6. Għall-iskopijiet ta’ dawn il-paragrafi, sustanza bażika hija sustanza attiva li

Ġustifikazzjoni

L-ebda awtorizzazzjonijiet illimitati m'għandhom jiġu previsti fir-Regolament għas-sustanzi bażiċi. B'mod simili għas-sustanzi attivi, dawn għandhom ikunu suġġetti għal reviżjoni regolari b'konformità ma' l-informazzjoni xjentifika u d-data l-aktar reċenti.

Emenda 105

Artikolu 23, paragrafu 2

2. Bħala deroga mill-Artikolu 5, sustanza bażika għandha tiġi approvata fejn kwalunkwe evalwazzjoni rilevanti li titwettaq skond leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, li tirregola l-użu ta’ dik is-sustanza għal skopijiet oħra li mhumiex bħala prodott għall-ħarsien tal-pjanti, turi li s-sustanza la għandha effett ta’ ħsara immedjat u lanqas ittardjat fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali u lanqas effett inaċċettabbli fuq l-ambjent.

2. Sustanza bażika għandha tiġi approvata b'konformità ma' l-Artikolu 4 u fejn kawlunkwe evalwazzjoni rilevanti li titwettaq skond leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, li tirregola l-użu ta’ dik is-sustanza għal skopijiet oħra li mhumiex bħala prodott għall-ħarsien tal-pjanti, turi li s-sustanza la għandha effett ta’ ħsara immedjat u lanqas ittardjat fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali u lanqas effett inaċċettabbli fuq l-ambjent, bil-kundizzjoni li jingħata kull punt tad-data tar-rekwiżiti għas-sustanzi attivi li jinsabu fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u jiġu applikati l-istess proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Il-proċedura ta' l-evalwazzjoni tar-riskju għandha tkun obbligatorja anke għas-sustanzi bażiċi.

Emenda 106

Artikolu 24, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. Bħala deroga mill-Artikolu 5 u mill-Artikolu 14(2), sustanza attiva li tikkonforma mal-kriterji provduti fl-Artikolu 4 għandha tiġi approvata għal perjodu li ma jaqbiżx is-seba’ snin, fejn sustanzi attivi oħra li diġà ġew approvati huma ferm inqas tossiċi għall-konsumaturi jew għall-operaturi jew li jippreżentaw ferm inqas riskji għall-ambjent. Il-valutazzjoni għandha tqis il-kriterji stabbiliti fil-punt 4 ta’ l-Anness II.

1. Bħala deroga mill-Artikolu 5 u mill-Artikolu 14(2), sustanza attiva li tikkonforma mal-kriterji provduti fl-Artikolu 4 għandha tiġi approvata darba għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin, fejn sustanzi attivi oħra li diġà ġew approvati jew metodi jew prattiki alternattivi ta' agrikoltura huma ferm inqas tossiċi għall-konsumaturi jew għall-operaturi jew li jippreżentaw ferm inqas riskji għall-ambjent. Il-valutazzjoni għandha tqis il-kriterji stabbiliti fil-punt 4 ta’ l-Anness II.

Ġustifikazzjoni

Meta wieħed iqis li l-approvazzjoni għal sustanzi oħra hija 10 snin u s-sostituzzjoni tagħhom hija b'alternattivi eżistenti fis-suq, 7 snin għall-awtorizzazzjoni tal-kandidati għas-sostituzzjoni hija ovvjament eċċessiva. Pereżempju fl-Iżvezja, programm għas-sostituzzjoni tal-pestiċidi tlesta bi skadenza ta' 5 snin biex jinstabu alternattivi. Is-sostituzzjoni ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti b'alternattivi li ma fihomx kimika għandha tkun l-ewwel prijorità.

Emenda 107

Artikolu 25, paragrafu 1.a (ġdid)

 

1a. Għall-approvazzjoni ta' safener jew synergist, il-paragrafu 1 għandu jitqies li ġie sodisfatt fejn il-konformità ma' l-Aritkolu 4 ġiet stabbilita skond l-użu rappreżentattiv ta' wieħed jew aktar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għal kull sustanza attiva li s-safener jew is-synergist għandhom magħhom.

Ġustifikazzjoni

Is-safeners u s-synergists għandhom jiġu evalwati b'relazzjoni mas-sustanzi attivi differenti li se jitħalltu magħhom.

Emenda 108

Arikolu 26

Fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi adottat Regolament skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(3) li jistabbilixxi programm ta’ ħidma għar-reviżjoni gradwali tas-synergists u tas-safeners fis-suq meta jidħol fis-seħħ dak ir-Regolament. Ir-Regolament għandu jinkludi l-istabbiliment tar-rekwiżiti tad-data, ta’ proċeduri ta’ notifika, evalwazzjoni, valutazzjoni u teħid ta’ deċiżjonijiet. Għandu jeħtieġ li l-partijiet interessati jressqu d-data kollha meħtieġa quddiem il-Kummissjoni, l-Awtorità u l-Istati Membri f’perjodu ta’ żmien speċifikat.

Fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi adottat Regolament skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 251(3) tat-Trattat li jistabbilixxi programm ta’ ħidma għar-reviżjoni gradwali tas-synergists u tas-safeners fis-suq meta jidħol fis-seħħ dak ir-Regolament. Ir-Regolament għandu jinkludi l-istabbiliment tar-rekwiżiti tad-data, bl-inklużjoni ta' miżuri li jnaqqsu kemm jista' jkun l-ittestjar fuq l-annimali, notifika, evalwazzjoni u valutazzjoni u proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet. Għandu jeħtieġ li l-partijiet interessati jressqu d-data kollha meħtieġa quddiem il-Kummissjoni, l-Awtorità u l-Istati Membri f’perjodu ta’ żmien speċifikat.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet għal reviżjoni mill-ġdid tas-synerġists u s-safeners eżistenti m'għandhomx jitħallew għal deċiżjoni komitoloġika, iżda għandhom jiġu stabbiliti bi proċedura leġiżlattiva bbażata fuq it-Trattat.

Emenda 109

Arikolu 27

Projbizzjoni

Ko-Formulanti

1. Ko-formulant għandu jiġi projbit fejn ġie stabbilit li:

1. Ko-formulant għandu jiġi approvat fejn ġie stabbilit li:

(a) ir-residwi tiegħu, b’konsegwenza għal applikazzjoni li hija konsistenti ma’ prattika tajba tal-ħarsien tal-pjanti, għandhom effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew fuq l-ilma ta’ l-art jew effett inaċċettabbli fuq l-ambjent; jew

(a) il-ko-formulant jew ir-residwi tiegħu, b’konsegwenza għal applikazzjoni li hija konsistenti ma’ kundizzjonijiet realistiċi għall-użu, m'għandhomx effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew fuq l-ilma ta’ l-art jew effett inaċċettabbli fuq l-ambjent; kif ukoll

(b) l-użu tiegħu, b’konsegwenza għal applikazzjoni li hija konsistenti ma’ prattika tajba tal-ħarsien tal-pjanti u wara li jitqiesu l-kondizzjonijiet normali u realistiċi ta’ l-użu, għandu effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali, jew effett inaċċettabbli fuq pjanti, prodotti li ġejjin mill-pjanti jew l-ambjent.

(b) l-użu tiegħu, b’konsegwenza għal applikazzjoni li hija konsistenti ma’ prattika tajba ta' prodott tal-ħarsien tal-pjanti u wara li jitqiesu l-kondizzjonijiet realistiċi ta’ l-użu, m'għandux effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali, jew effett inaċċettabbli fuq pjanti, prodotti li ġejjin mill-pjanti jew l-ambjent.

2. Il-ko-formulanti projbiti skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu inklużi fl-Anness III skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(3).

2. Il-ko-formulanti approvati skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu inklużi fl-Anness III skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 76(3a).

Ġustifikazzjoni

Il-ko-formulanti jista' jkollhom effett fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Għaldaqstant għandhom jiġu approvati u inklużi f'lista pożittiva, bħas-safeners u s-synergists (ara l-Artikolu 25), b'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni l-ġdida dwar il-komitoloġija.

Wieħed għandu jassumi li jkun hemm prassi tajba, iżda dan m'għandux jittieħed bħala fatt. Minflok, għandhom jiġu previsti kondizzjonijiet realitiċi ta' l-użu b'konformità mad-dispożizzjonijiet attwali bl-inklużjoni tal-linji gwida tat-test fid-Direttiva 91/414, fejn għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-" kondizzjonijiet prattiċi ta' l-użu" u lill- "kondizzjonijiet realistiċi ta' l-użu".

Emenda 110

Artikolu 27, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Fejn ko-formulant ikun użat fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jkun ġie awtorizzat minn din id-Direttiva, l-użu speċifiku tiegħu fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandu jitqies li jkun reġistrat bi qbil ma' l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjonijiet dwar il-Kimiċi (REACH) .

____________

1 ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.

Ġustifikazzjoni

Ko-formulanti użati fi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti m'għandhomx ikunu suġġetti għal regolament doppju skond ir-REACH.

Emenda 111

Artikolu 28, Paragrafu 2, Punt (b)

(b) it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għal skopijiet ta’ riċerka jew ta’ żvilupp skond l-Artikolu 51,

(b) l-użu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għal skopijiet ta’ riċerka jew ta’ żvilupp skond l-Artikolu 51;

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament jimmira biex jilħaq standards għoljin għal awtorizzazzjoni. Prodotti għal ħarsien tal-pjanti awtorizzati b'mod speċifiku għal skopijiet ta' riċerka u żvilupp m'għandhomx jitpoġġew fis-suq.

Emenda 112

Artikolu 28 a (ġdid)

Artikolu 28a

Importazzjoni parallela

 

1. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 28, paragrafu 1, prodott għall-ħarsien tal-pjanti fi Stat Membru jista’ jitqiegħed fis-suq u jiġi użat, mingħajr ma jkun awtorizzat hemmhekk, jekk il-persuna li tixtieq li tqiegħed fis-suq il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti tkun fil-pussess ta' ċertifikat maħruġ minn dak l-Istat Membru stess li jippermetti t-tqegħid fis-suq għall-prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

 

2. L-Istati Membri għandhom joħorġu ċertifikat għat-tqegħid fis-suq fis-sens ta' paragrafu 1 għal prodott għall-ħarsien tal-pjanti fuq talba, sakemm il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti li għandu jiġi importat minn Stat Membru ieħor diġà ġie awtorizzat fi Stat Membru ieħor u prodott ta' riferenza, li huwa ekwivalenti fil-kompożizzjoni, huwa awtorizzat fl-Istat li qiegħed jimporta (importazzjoni parallela).

 

3. Ekwivalenza fil-kompożizzjoni fis-sens ta' dan l-artikolu għandha titqies li teżisti fejn prodotti importati u prodotti ta' riferenza jkun fihom l-istess sustanzi attivi f'ammonti komparabbli b'livelli minimi ta' purezza ekwivalenti u b'ċerti impuritajiet ta' l-istess tip u livelli massimi ekwivalenti u li jkollhom tip ta' formulazzjoni li taqbel. Dwar il-konsistenza tal-bqija, differenzi huma aċċettabbli, sakemm dawn il-varjetajiet kwalitattivi jew kwantitattivi fis-sustanzi ma jkollhomx effetti fuq l-attività bioloġika, effetti fuq pjanti ttrattati jew effetti fuq il-bniedem, l-annimal jew l-ambjent. Il-kriterju u l-proċedura għall-ivverifikar ta' l-ekwivalenza tal-konsistenza jistgħu jiġu rregolati iżjed mill-qrib taħt il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 76(2).

 

4. L-applikazzjoni għall-ħruġ ta' ċertifikat għat-tqegħid fis-suq għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja:

 

- l-Istat Membru oriġinali tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li għandu jiġi importat;

 

- l-isem u l-indirizz ta' l-importatur;

 

- l-isem li bih il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandu jinbiegħ fl-Istat fejn jiġi importat;

 

- l-isem u n-numru ta' l-awtorizzazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti li għandu jiġi importat;

 

– l-isem u l-indirizz tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni fl-Istat Membru ta’ oriġini;,

 

- l-istruzzjonijiet oriġinali li bihom il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti li għandu jiġi importat jinbiegħ fl-Istat Membru ta' oriġini

 

– l-isem u l-istruzzjonijiet li bihom il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandu jinbiegħ,

 

- l-isem u n-numru ta' awtorizzazzjoni tal-prodott ta' referenza;

 

- l-isem tad-detenur ta' l-awtorizzazzjoni tal-prodott ta' riferenza.

 

5. Prodott għall-ħarsien tal-pjanti li għalih inħareġ ċertifikat għat-tqegħid fis-suq għandu jintuża bl-istess mod bħall-prodott ta' referenza.

 

6. Iċ-ċertifikat għat-tqegħid fis-suq għandu japplika għaż-żmien ta' l-awtorizzazzjoni tal-prodott ta' referenza. Jekk id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-prodott ta' referenza japplika, skond l-Artikolu 44(1), għar-revoka ta' l-awtorizzazzjoni u jekk ir-rekwiżiti skond l-Artikolu 29 ikunu sodisfatii, il-validità taċ-ċertifikat għat-tqegħid fis-suq għandha tiskadi sena wara r-revoka ta' l-awtorizzazzjoni u, l-aktar tard, meta tkun skadiet l-awtorizzazzjoni.

 

7. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 43, 45 u 53(4) u l-Kapitolu VII għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-importazzjoni parallela.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni ma fihiex regolamenti dwar l-importazzjoni parallela ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Madankollu, regolament ġuridiku fil-livell ta’ l-UE huwa meħtieġ b’urġenza, sabiex tiġi eliminata l-inċertezza legali eżistenti. Deċiżjoniijet diverġenti ġuridiċi u l-ittrattar differenti ta’ importazzjoni parallela fl-Istati Membri jagħmlu l-emenda tal-proposta għal regolament neċessarja.

Emenda 113

Artikolu 29, paragrafu 1, punt (c)

(c) il-ko-formulanti tiegħu ma kinux ipprojbiti skond l-Artikolu 27;

(c) il-ko-formulanti tiegħu ġew approvati skond l-Artikolu 27;

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni ta' l-Emenda ta' l-Artikolu 27 hawn fuq.

Emenda 114

Artikolu 29, paragrafu 1, punt (c a) (ġdid)

 

(ca) il-formulazzjoni (teknika) tiegħu hija b'mod li l-espożizzjoni ta' l-utent jew riskji oħrajn ikunu limitati kemm jista' jkun mingħajr ma jikkompromettu l-iffunzjonar tal-prodott;

Ġustifikazzjoni

Formulazzjonijiet differenti ivarjaw b'mod konsiderevoli fir-riskju - eż. trab meta mqabbel ma' formulazzjoni ta' granuli u formulazzjoni li jkun fiha solvent bijoloġiku meta mqabbel ma' emulsjonijiet solubbli ta' l-ilma. Jekk jista' jkun evitat, il-formulazzjoni fiha nnfisha m'għandhiex iżżid ir-riskju involut bl-użu ta' prodott speċifiku għal ħarsien tal-pjanti. It-test propost għandu jgħin biex ikun żgurat li l-formulazzjoni bl-inqas riskju possibbli tintuża meta prodott jitqiegħed fis-suq.

Emenda 115

Artikolu 29, paragrafu 1, punt (e a) (ġdid)

 

(ea) il-metaboliti kollha tas-sustanz(a)i attivi preżenti fil-fażi ta' l-użu ġew determinati u jikkonformaw mal-kriterji tal-prinċipji uniformi msemmija fil-paragrafu 6;

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipji Uniformi huma element ewlieni fil-proċess ta' l-awtorizzazzjoni.

Emenda 116

Artikolu 29, paragrafu 1, punt (f)

(f) ir-residwi tiegħu, li jirriżultaw minn użi awtorizzati, u li huma sinifikanti mil-lat tossikoloġiku, ekotossikoloġiku jew ambjentali, jistgħu jiġu determinati b’metodi xierqa fl-użu ġenerali;

(f) ir-residwi tiegħu, li jirriżultaw minn użi awtorizzati, jistgħu jiġu determinati b’metodi standardizzati fl-użu ġenerali fl-Istati Membri kollha, li huma sensittivi b'mod suffiċjenti fir-rigward ta' kwalunkwe livell li jista' jkun identifikat b'mod tekniku li jista' jkun preżenti fi kwalunkwe mezz ambjentali u bijoloġika; Ir-residwi jistgħu jkunu osservati bil-metodi komuni pluriresidwali kif applikati mil-laboratorji ta' referenza ta' l-UE.

Ġustifikazzjoni

Dan huwa bi qbil ma' l-emenda preċedenti ssuġġerita fl-Artikolu 4, paragrafu 2, punt c u l-ġustifikazzjoni relatata.

Il-metodi li bihom jiġu osservarti residwi ta' sustanzi attvi għandhom ikunu sensittivi biżżejjed fir-rigward tal-livell ta' kunsiderazzjoni lejn diversi mezzi ambjentali u bijoloġiċi sabiex jiġu osservati wkoll l-effetti li l-metodi ta' użu ġenerali ma josservawx faċilment.

Emenda 117

Artikolu 29, paragrafu 1, punt (h a) (ġdid)

 

(ha) l-awtorizzazzjoni tiegħu ma tostakolax il-pjanijiet nazzjonali żviluppati skond id-Direttiva 2007/XXX/KE [li tistabbilixxi qafas għal azzjoni tal-Komunità biex jinkiseb użu sostenibbli ta' pestiċidi].

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri m'għandhomx ikunu mġiegħla jaċċettaw pestiċidi li jniġġsu l-ilma ta' taħt l-art jew li jkunu ta' riskju u periklu bla bżonn għall-bnedmin, għall-annimali u għall-ambjent u li jmorru kontra l-politiki nazzjonali tagħhom dwar l-ambjent u s-saħħa. L-Istati Membri għandhom jitħallew iqisu l-kundizzjonijiet reġjonali qabel ma jawtorizzaw prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 118

Artikolu 29, paragrafu 2

2. Bħala deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, Stat Membru jista’, matul perjodu ta’ 5 snin wara li jiġi adottat il-programm ta’ ħidma li jissemma fl-Artikolu 26, jawtorizza it-tqegħid fis-suq fit-territorju tiegħu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom synergists u safeners li mhumiex approvati, iżda li huma inklużi f’dak il-programm.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Meta jitqies li spiss prodotti tal-pestiċidi ikun fihom numru ta' sustanzi differenti li jistgħu jimmodifikaw b'mod potenzjali l-azzjoni ta' ingredjent/sustanza attiva fi ħdan il-formulazzjoni, ma jistax jitqies li l-prodotti u l-formulazzjonijiet differenti kollha li fihom 'sinerġist' jew 'safener' speċifiċi li huma inklużi fil-programm ta' reviżjoni stipulat fl-Artikolu 26 ma jkollhomx effetti ta' ħsara fuq il-bniedem u l-annimali jew l-ambjent. Is-saħħa b'effett ta' ħsara potenzjali trid tkun analizzata qabel l-awtorizzazzjoni tagħhom biex ikun stabbilit li m'hemm ebda effett ta' ħsara fuq il-bniedem u fuq l-annimali.

Emenda 119

Artikolu 29, paragrafu 5

5. Fir-rigward tal-punt (e) tal-paragrafu 1, jistgħu jiġu adottati metodi armonizzati skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(3).

5. Fir-rigward tal-punt (e) tal-paragrafu 1, jistgħu jiġu adottati metodi armonizzati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 76(3a).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex it-test jiġi konformi mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni l-ġdida dwar il-komitoloġija.

Emenda 120

Artikolu 29, paragrafu 6

6. Għandhom jiġu definiti l-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fir-Regolamenti li ġew adottati skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(2), fejn jinkorporaw ir-rekwiżiti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/41/KEE bi kwalunkwe modifika meħtieġa.

6. Għandhom jiġu definiti l-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fejn jinkorporaw ir-rekwiżiti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/41/KEE bi kwalunkwe modifika meħtieġa.

Ġustifikazzjoni

Il-Prinċipji Uniformi ma jkunux stabbiliti permezz tal-proċedura tal-Komitoloġija. Fl-1996 il-Parlament Ewropew kellu jidher il-Qorti għaliex l-ewwel Prinċipji Uniformi li ġew stabbiliti mill-Kummissjoni ma kkonformawx mad-Direttiva 91/414. Il-Qorti (każ C-303/94) ikkonfermat il-pożizzjoni tal-Parlament u l-Prinċipji nbiddlu, speċjalment għall-kriterji ta' l-ilma għax-xorb. Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Prinċipji Uniformi għandu jiġi adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi proċedura leġiżlattiva adegwata, u mhux permezz ta' Komitoloġija.

Emenda 121

Artikolu 29, paragrafu 6, subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Il-prinċipji uniformi għandhom iqisu kif jixraq l-interazzjoni bejn is-sustanza attiva, is-safeners, is-sinerġists u l-ko-formulanti.

Ġustifikazzjoni

Għandha tkun ċara li fil-proċess ta’ l-awtorizzazzjoni jittieħed kont ta’ l-interazzjoni bejn sustanzi differenti. Mhux biżżejjed li tħares lejn is-sustanzi involuti b’mod separat.

Din l-emenda għandha l-għan li prinċipalment tagħti kjarifika. Dan huwa diġà msemmi b'mod indirett fl-Artikolu 25 paragrafu 2 f'rabta ma' l-Artikolu 8 paragrafu 1 a), l-Artikolu 29 paragrafu 4 u fil-prinċipji uniformi.

Emenda 122

Artikolu 30, titolu u paragrafu 1

Il-kontenut

Il-kontenut ta' l-awtorizzazzjoni

1. L-awtorizzazzjoni għandha tiddefinixxi l-uċuħ tar-raba’ fuq liema u l-iskopijiet li għalihom jista’ jintuża l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

1. 1. L-awtorizzazzjoni, li għandha tuża forma standardizzata, għandha tiddefinixxi l-uċuħ tar-raba’ li fuqhom u l-iskopijiet li għalihom jista’ jintuża l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

Ġustifikazzjoni

Il-formola ta' l-awtorizzazzjoni għandha tkun standardizzata u identika għall-Istati Membri.

Emenda 123

Artikolu 30, paragrafu 2

2. L-awtorizzazzjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti li jirrelataw mat-tqegħid fis-suq u ma’ l-użu tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jinkludu l-kondizzjonijiet għall-użu meħtieġa sabiex ikun hemm konformità mal-kondizzjonijiet u mar-rekwiżiti provduti fir-Regolament li japprova s-sustanzi attivi, is-safeners u s-synergists. L-awtorizzazzjoni għandha tinkludi klassifikazzjoni tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti għall-iskop tad-Direttiva 1999/45/KE.

2. L-awtorizzazzjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti li jirrelataw mat-tqegħid fis-suq u ma’ l-użu tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti. Dawn ir-rekwiżiti bħala minimu għandhom jinkludu:

(a) l-kondizzjonijiet għall-użu meħtieġa sabiex ikun hemm konformità mal-kondizzjonijiet u mar-rekwiżiti provduti fir-Regolament li japprova s-sustanzi attivi, is-safeners u s-synergists u r-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti stabbiliti fl-Artikolu 4(3);

 

(b) klassifikazzjoni tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti skond id-Direttiva 1999/45/KE;

 

(c) indikazzjonijiet għal użu korrett skond il-prinċipji ta' l-Immeniġġjar Integrat ta' insetti u annimali li jagħmlu l-ħsara kif definiti fl-Artikolu 3, biex jibdew japplikaw mill-2012 'il quddiem;

 

(d) l-obbligu li r-residenti jew l-ġirien kollha, li jistgħu jiġu esposti għat-tixrid ta' l-irxiex ta' l-isprej u sorsi oħra ta' espożizzjoni, jiġu informati.

Ġustifikazzjoni

Il-kondizzjonijiet għal rekwiżiti speċifiċi u restrizzjonijiet għandhom jiġu ċċarati. Li jiġu infurmati l-ġirien u r-residenti għandu jkun parti mill-ħtiġijiet obbligatorji f'paragrafu 2. Din l-emenda tqis l-awtorizzazzjoni konformi ma' dispożizzjonijiet oħra f'dan ir-Regolament. Il-Kondizzjonijiet u l-prinċipji tal-Ġestjoni Integrata ta' Pesti u li jiġu infurmati r-residenti u l-ġirien għandu jkun formulat bħala minimu.

Emenda 124

Artikolu 30, paragrafu 2, subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Dawn ir-rekwiżiti għandhom f'kull każ ikopru:

 

-l-ogħla doża għal kull ettaru f'kull applikazzjoni;

 

- il-perjodu bejn l-aħħar applikazzjoni u l-ħsad;

 

-l-għadd ta' applikazzjonijiet fis-sena;

 

 

 

 

Ġustifikazzjoni

Il-kondizzjonijiet għal rekwiżiti speċifiċi u restrizzjonijiet għandhom jiġu ċċarati. Li jiġu infurmati l-ġirien u r-residenti għandu jkun parti mill-ħtiġijiet obbligatorji f'paragrafu 2.

Emenda 125

Artikolu 30, paragrafu 3, parti introduttorja

3. Ir-rekwiżiti li jissemmew fil-paragrafu 2 jistgħu jinkludu:

3. Ir-rekwiżiti li jissemmew fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu:

Emenda 126

Artikolu 30, paragrafu 3, punt (a)

(a) restrizzjoni tal-prodott fir-rigward tad-distribuzzjoni u ta’ l-użu tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti biex tiġi mħarsa s-saħħa tad-distributuri, ta’ l-utenti u tal-ħaddiema kkonċernati;

(a) restrizzjoni tal-prodott fir-rigward tad-distribuzzjoni u ta’ l-użu tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti biex tiġi mħarsa s-saħħa tad-distributuri, ta’ l-utenti, tal-ħaddiema, tar-residenti, min ikun għaddej u l-konsumaturi kkonċernati, is-saħħa ta' l-annimali jew l-ambjent;

Ġustifikazzjoni

Is-subgruppi varji tal-popolazzjoni fir-riskju li jkunu esposti għall-pestiċidi jridu jiġu mħarsa. Dawn jinkludu l-utenti professjonali u mhumiex, residenti, min ikun għaddej, ħaddiema, gruppi vulnerabbli speċifiċi u konsumaturi, li jkunu esposti direttament jew indirettament permezz ta' l-arja, l-ikel, l-għalf, l-ilma u l-ambjent.

Emenda 127

Artikolu 30, paragrafu 3, punt (b a) (ġdid)

 

(ba) kwalunkwe restrizzjoni jew projbizzjoni ta' użu ta' pestiċida ġo jew madwar żoni użati mill-pubbliku ġenerali jew minn gruppi tal-popolazzjoni sensittivi, bħal żoni residenzjali, parkijiet, ġonna pubbliċi, grawnds għall-isports, grawnds ta' l-iskejjel, żoni għar-rikreazzjoni tat-tfal, eċċ.

Ġustifikazzjoni

Il-kundizzjonijiet statutorji għal użu fl-approvazzjoni għal pestiċidi kollha għandhom jinkludu rekwiżiti dettaljati għal kwalunkwe projbizzjoni ta' l-użu ta' pestiċida ġo jew madwar żoni użati mill-pubbliku ġenerali jew minn gruppi tal-popolazzjoni sensittivi, bħal żoni residenzjali, parkijiet, ġonna pubbliċi, stadji għall-isports, stadji ta' l-iskejjel, żoni għar-rikreazzjoni tat-tfal, eċċ.

Emenda 128

Artikolu 32, paragrafi 1 u 2

1. Persuna li tixtieq tqiegħed fis-suq prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandha tapplika għal awtorizzazzjoni, hija stess jew permezz ta’ rappreżentant, għand kull Stat Membru fejn hemm il-ħsieb li dak il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jitqiegħed fis-suq.

1. Persuna li tixtieq tqiegħed fis-suq prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandha tapplika għal awtorizzazzjoni, hija stess jew permezz ta’ rappreżentant, għand kull Stat Membru fejn hemm il-ħsieb li dak il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jitqiegħed fis-suq.

 

Persuna li tixtieq tqiegħed fis-suq prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandha tinforma lill-Kummissjoni. Din in-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni msemmija f'paragrafu 2 u d-dossier sommarju msemmi f'paragrafu 3(a).

2. L-applikazzjoni għandha tinkludi dawn li ġejjin:

2. L-applikazzjoni għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a) lista taż-żoni u ta’ l-Istati Membri fejn l-applikant għamel applikazzjoni;

(a) lista ta’ l-Istati Membri fejn l-applikant għamel applikazzjoni;

(b)proposta dwar liema Stat Membru l-applikant qed jistenna li jevalwa l-applikazzjoni fiż-żona kkonċernata;

 

(c) kopja ċċertifikata ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni li ngħatat diġà għal dak il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti fi Stat Membru.

(c) kopja ċċertifikata ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni li ngħatat diġà għal dak il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti fi Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Fit-test propost, l-Istati Membri fejn tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni biss huma infurmati dwar l-applikazzjoni. Dan huwa differenti fid-Direttiva 91/414 attwali, fejn l-applikant għandu jinforma lil kull Stat Membru billi jibgħat Dossier komplet.

.

Emenda 129

Artikolu 32, Paragrafu 3, Punt (b)

(b) għal kull sustanza attiva, safener u synergist li jinsab fil-prodott għall-ħarsien tal-pjanti, dossier komplut u dossier sommarju għal kull punt tar-rekwiżiti tad-data tas-sustanza attiva, tas-safener u tas-synergist; kif ukoll

(b) għal kull sustanza attiva, safener u synergist, ko-formulant u awżiljari li jinsab fil-prodott għall-ħarsien tal-pjanti, dossier komplut u dossier sommarju għal kull punt tar-rekwiżiti tad-data tas-sustanza attiva tas-safener u tas-synergist, ko-formulant, kif ukoll dossier sħiħ u ieħor sommarju dwar l-effett kombinat tas-sustanza(i) attivi, safener(s) u synergist(s), ko-formulant(i) u awżiljari li fih il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

Ġustifikazzjoni

Huwa ċar li s-safeners, is-synergists, il-ko-formulanti u l-awżiljari jiġu miżjuda biex jiżdied jew jiġi modifikat l-effett tas-sustanza attiva, sabiex l-effett kombinat isir differenti mill-effett miżjud tas-sustanzi individwali. Għaldaqstant, l-effett kombinat għandu jiġi evalwat ukoll.

Emenda 130

Artikolu 32, paragrafu 3, punt (c)

(c) għal kull test jew studju li jinvolvi annimali vertebrati, ġustifikazzjoni tal-passi li ttieħdu biex jiġi evitat l-ittestjar iddupplikat;

(c) għal kull test jew studju li jinvolvi annimali vertebrati, ġustifikazzjoni tal-passi li ttieħdu biex jiġi evitat l-ittestjar fuq l-annimali u l-ittestjar iddupplikat fuq annimali vertebrati;

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi faċilitat li l-ittestjar fuq l-annimali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament isir assolutament mill-anqas, fl-applikazzjonijiet għandha tintalab ġustifikazzjoni tal-passi meħuda sabiex jiġi evitat l-ittestjar fuq l-annimali b'mod ġenerali.

Emenda 131

Artikolu 32, paragrafu 5, subparagrafu 2

Meta jintalab jagħmel dan, l-applikant għandu jipprovdi lill-Istat Membru b’kampjuni tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti u bi standards analitiċi ta’ l-ingredjenti tiegħu.

Meta jintalab jagħmel dan, l-applikant għandu jipprovdi lill-Istati Membri involuti fl-analiżi b’kampjuni tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti u bi standards analitiċi ta’ l-ingredjenti tiegħu.

Emenda 132

Artikolu 32, paragrafu 5 a (ġdid)

 

5a. Fuq talba, l-applikant għandu jipprovdi lil kull Stat Membru ieħor dossier sħiħ imsemmi f'paragrafu 3(a).

Ġustifikazzjoni

Fit-test propost, l-Istati Membri fejn tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni biss huma infurmati dwar l-applikazzjoni. Dan huwa differenti fid-Direttiva 91/414 attwali, fejn l-applikant għandu jinforma lil kull Stat Membru billi jibgħat Dossier komplet.

Emenda 133

Artikolu 32, paragrafu 5 a (ġdid)

 

5a. Fl-Istati Membri kollha jiġu utilizzati formoli ta’ applikazzjoni uniformi.

Emenda 134

Arikolu 34

L-applikazzjoni għandha tiġi eżaminata mill-Istat Membru propost mill-applikant, ħlief meta Stat Membru ieħor fl-istess żona jaqbel li jeżaminaha. L-Istat Membru li se jeżamina l-applikazzjoni għandu jinforma lill-applikant.

L-applikazzjoni għandha tiġi eżaminata mill-Istat Membru fejn l-applikant iressaq l-applikazzjoni, ħlief meta Stat Membru ieħor joffri li jeżaminaha. L-Istat Membru li se jeżamina l-applikazzjoni għandu jinforma lill-applikant.

Fuq it-talba ta’ l-Istat Membru li qed jeżamina l-applikazzjoni, l-Istati Membri l-oħra fl-istess żona li quddiemhom tressqet applikazzjoni għandhom jikkoperaw biex tkun żgurata diviżjoni ġusta ta’ l-ammont ta’ xogħol.

Fuq it-talba ta’ l-Istat Membru li qed jeżamina l-applikazzjoni, l-Istati Membri l-oħra għandhom jikkoperaw biex tkun żgurata diviżjoni ġusta ta’ l-ammont ta’ xogħol.

 

L-Istati Membri l-oħrajn fiż-żona, li quddiemhom tressqet applikazzjoni, għandhom joqogħdu lura milli jipproċedu bil-fajl sakemm issir il-valutazzjoni mill-Istat Membru li qed jeżamina l-applikazzjoni.

L-Istati Membri l-oħrajn għandu jkollhom id-dritt li jibagħtu l-kummenti tagħhom lill-Istat Membru li qed jeżamina l-applikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Soluzzjoni li ma titlobx wisq ħin jew xogħol amministrattiv għandha tinforma jew tinnotifika l-Istati Membri l-oħra kollha dwar l-applikazzjoni u tagħti lil dawk l-Istati Membri l-possibiltà li jitolbu dossier komplet. Barra minn hekk l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jressqu l-kummenti tagħhom lill-Istat Membru li qed jevalwa d-dossier. Dan jikkontribwixxi għall-kwalità ta' l-evalwazzjoni u għall-uniformità ta' l-evalwazzjoni fil-pajjiżi kollha.

Emenda 135

Artikolu 34.a (ġdid)

 

Artikolu 34 a

 

Il-bażi tad-data ta' l-Awtorità

 

Meta jiġi infurmat dwar liema Stat Membru ser jeżamina l-applikazzjoni, l-applikant għandu jressaq immedjatament id-dossier komplet u ieħor sommarju msemmija fl-Artikolu 32(3)(a) u (b) lill-Awtorità u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32(3) (c).

 

Mingħajr dewmien l-Awtorità għandha tagħmel id-dossier sommarju disponibbli għall-pubbliku, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe informazzjoni li hija kunfidenzjali skond l-Artikolu 60, u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32(3)(c).

Ġustifikazzjoni

Konformi ma' l-aħħar subparafrafu ta' l-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 10. Marbuta ma' l-emendi tal-premessa 32 u l-Artikli 54(1), 57(1) u (2) U 58 (-1). Sabiex id-data tkun tista' tinqasam aħjar bejn kulħadd jeħtieġ li tkun stabbilita bażi ċentrali waħda tad-data, li tkun immaniġġjata mill-Awtorità, u li jkollha l-informazzjoni kollha dwar it-testijiet u l-istudji li kienu saru qabel għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. L-applikanti mbagħad ikunu jistgħu jikkonsultaw ma' bażi waħda tad-data qabel ma jagħmlu xi testijiet jew studji. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32(3)(c) għandha tkun ukoll disponibbli għall-pubbliku sabiex tiġi żgurata t-trasparenza rigward il-passi li ttieħdu mill-applikanti biex jevitaw l-ittestjar fuq l-annimali.

Emenda 136

Artikolu 35, paragrafu 1, subparagrafi 1 u 2

1. L-Istat Membru li qed jeżamina l-applikazzjoni għandu jagħmel valutazzjoni indipendenti, oġġettiva u trasparenti fid-dawl ta’ l-għarfien xjentifiku u tekniku korrenti.

1. 1. L-Istat Membru li qed jeżamina l-applikazzjoni għandu jagħmel valutazzjoni indipendenti, oġġettiva u trasparenti fid-dawl tal-linjigwida xjentifiċi u tekniċi aċċettati u rekwiżiti attwali fiż-żmien ta' applikazzjoni mingħajr ħsara għall-Artikolu 21.

Għandu japplika l-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, li jissemmew fl-Artikolu 29(6), biex jistabbilixxi jekk il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jissodisfax ir-rekwiżiti provduti fl-Artikolu 29, fejn intuża skond l-Artikolu 52, u fil-kondizzjonijiet normali u realistiċi kollha ta’ l-użu, u l-konsegwenzi ta’ l-użu tiegħu fil-kondizzjonijiet awtorizzati.

Għandu japplika l-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, li jissemmew fl-Artikolu 29(6), biex jistabbilixxi jekk il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jissodisfax ir-rekwiżiti provduti fl-Artikolu 29, fejn intuża skond l-Artikolu 52, u fil-kondizzjonijiet realistiċi kollha ta’ l-użu, u l-konsegwenzi ta’ l-użu tiegħu fil-kondizzjonijiet awtorizzati.

Ġustifikazzjoni

L-investiment ta' tqegħid ta' prodotti ġodda fis-suq huwa sostanzjali, b'mod speċjali għal SMEs, u sistema ta' teħid ta' deċiżjoni prevedibbli hija meħtieġa biex tagħti ċertezza lill-kumpaniji li jinvestu. Tibdil tar-regoli wara ż-żmien ta' applikazzjoni mhux xieraq u jnaqqas l-interess ta' investiment mill-kumpaniji. Il-kliem propost fit-tieni parti jiżgura ċertezza legali fil-każ ta' tilwim legali. Kundizzjonijiet realistiċi jistgħu jkunu analizzati u mkejla u jistgħu jippermettu l-qrati biex jiġġudikaw fuq il-bażi ta' fatti li jistgħu jitkejlu.

Emenda 137

Artikolu 35, paragrafu 1, subparagrafu 3

L-Istat Membru li jkun qed jeżamina l-applikazzjoni għandu jqiegħed il-valutazzjoni tiegħu għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħrajn fl-istess żona li tkun saritilhom applikazzjoni.

L-Istat Membru li jkun qed jeżamina l-applikazzjoni għandu jqiegħed il-valutazzjoni tiegħu għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħrajn.

Ġustifikazzjoni

Tinħtieġ awtorizzazzjoni li jkollha għarfien ma' l-UE kollha sabiex, finalment, jiġi stabbilit suq intern li jaħdem għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Għaldaqstant irid isir ukoll xi tibdil għat-test.

Emenda 138

Artikolu 35, paragrafu 2

2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħtu jew jirrifjutaw l-awtorizzazzjonijiet skond kif ikun il-każ fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-valutazzjoni ta’ l-Istat Membru li qed jeżamina l-applikazzjoni kif provdut fl-Artikoli 30 u 31. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernat fl-istess kondizzjonijiet, inkluża l-klassifikazzjoni għall-iskop tad-Direttiva 1999/45/KE, bħall-Istat Membru li jeżamina l-applikazzjoni.

2. Bla ħsara għall-Artikoli 30 u 31, fejn prodott għall-ħarsien tal-pjanti ġie awtorizzat fi Stat Membru, l-Istati Membri l-oħra għandhom jiddeċiedu jekk u taħt liema kondizzjonijiet jawtorizzaw il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernat fi żmien 180 ġurnata mill-wasla ta' l-applikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Wara l-Emenda 86 tar-rapporteur, id-diviżjoni f'żoni ta' awtorizzazzjoni m'hijiex xierqa għaliex il-kondizzjonijiet fiż-żoni proposti huma spiss inkomparabbli. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw biss fil-livell ta' Stat Membru imma għandhom ikunu notifikati lil Stati Membri oħra. L-Istati Membri notifikati għandhom, f'perjodu ta' żmien raġonevoli, ikunu obbligati jikkonfermaw, jirrifjutaw jew jirrestrinġu l-awtorizzazzjoni skond is-sitwazzjoni nazzjonali speċifika tagħhom.

Emenda 139

Artikolu 35, paragrafu 3

3. Bħala deroga mill-paragrafu 2 u bla ħsara għal-liġi Komunitarja, jistgħu jiġu imposti kondizzjonijiet addizzjonali fir-rigward tar-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 30(3).

 

3. Bħala deroga mill-paragrafu 2 u suġġett għal-liġi Komunitarja:

(a) L-Istati Membri jistgħu jissuġġettaw l-approvazzjoni għal kondizzjonijiet speċifiċi u għal restrizzjoni ta’ l-użu, jekk hemm evidenza xjentifika sustanzjata li minħabba kondizzjonijiet speċifiċi ta’ użu, ritmi ta’ użu, drawwiet nutrizzjonali jew ċirkustanzi oħra rilevanti l-kundizzjonijiet u r-restrizzjoni fl-awtorizzazzjoni oriġinali m’humiex suffiċjenti.

(b) jistgħu jiġu imposti kondizzjonijiet addizzjonali fir-rigward tar-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 30(3).

Ġustifikazzjoni

L-użu u l-problemi potenzjali ta’ l-użu jista’ jkun li jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri, anke dawk li huma parti mill-istess zona. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu kondizzjonijiet u restrizzjonijiet ta’ l-użu addizzjonali.

Emenda 140

Artikolu 36, paragrafu 1, subparagrafu 2

Fejn l-Istat Membru jeħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandu jiffissa perjodu ta’ żmien għall-applikant biex jipprovdiha. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ tnax-il xahar għandu jiġi estiż bil-perjodu ta’ żmien addizzjonali mogħti mill-Istat Membru.

Fejn l-Istat Membru jeħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandu jiffissa perjodu ta’ żmien għall-applikant biex jipprovdiha. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ tnax-il xahar għandu jiġi estiż bil-perjodu ta’ żmien addizzjonali mogħti mill-Istat Membru, li ma jistax ikun aktar minn erba' xhur.

Ġustifikazzjoni

L-ispeċifikazzjoni tal-perjodi ta' żmien hija meħtieġa biex jitfasslu l-proċeduri.

Emenda 141

Artikolu 37, paragrafu 4, subparagrafu 1

4. Fejn l-Istati Membri kkonċernati ma jilħqux ftehim fi żmien 90 ġurnata, l-Istat Membru li qed jeżamina l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għandu jressaq il-kwistjoni quddiem il-Kummissjoni. Għandha tiġi adottata deċiżjoni dwar jekk hemmx konformità mal-kondizzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 29(1)(b) skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(2). Il-perjodu ta’ 90 ġurnata jibda fid-data li fiha l-Istat Membru li qed jeżamina l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni informa lill-Istat Membru rapporteur li ma jaqbilx mal-konklużjoni ta’ dan ta’ l-aħħar, skond il-paragrafu 3.

4. Fejn l-Istati Membri kkonċernati ma jilħqux ftehim fi żmien 180 ġurnata, l-Istat Membru li qed jeżamina l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għandu jressaq il-kwistjoni quddiem il-Kummissjoni. Għandha tiġi adottata deċiżjoni dwar jekk hemmx konformità mal-kondizzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 29(1)(b) skond il-proċedura regolatorja li tissemma fl-Artikolu 76(3). Il-perjodu ta’ 180 ġurnata jibda fid-data li fiha l-Istat Membru li qed jeżamina l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni informa lill-Istat Membru rapporteur li ma jaqbilx mal-konklużjoni ta’ dan ta’ l-aħħar, skond il-paragrafu 3.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tkun żgurata l-aktar proċedura ta' awtorizzazzjoni mgħaġġla possibbli li tkun kompatibbli ma' livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent. Madankollu, dan ifisser li, jekk l-Istati Membri jqisu b'mod sħiħ iċ-ċirkustanzi relevanti u speċifiċi fi ħdan it-territorju tagħhom qabel ma jawtorizzaw jew le prodott awtorizzat fi Stat Membru ieħor - minflok ma japprovaw b'mod awtomatiku l-awtorizzazzjoni minn Stat Membru ieħor - 90 jum ma jkunux biżżejjed.

Emenda 142

Artikolu 37, paragrafu 5

5. Jistgħu jiġu stabbiliti regoli dettalljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(3), wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità.

5. Jistgħu jiġu stabbiliti regoli dettalljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 76(3a), wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex it-test jiġi konformi mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni l-ġdida dwar il-komitoloġija.

Emenda 143

Artikolu 38, paragrafu 1, subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Mhux aktar tard minn ...*, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta li tintroduċi format standardizzat għad-dokumentazzjoni, ipprovduta fil-punti (a), (b) u (c).

_____

* 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Għandha titfassal sistema ta' qsim tax-xogħol sabiex tħaffef il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet ta' l-Istati Membri li jawtorizzaw l-istess prodott fl-UE.

Emenda 144

Artikolu 38, paragrafu 1.a (ġdid)

1a. Mingħajr dewmien, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ l-Awtorità fajl li fih id-dokumentazzjoni pprovduta fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1. L-Awtorità għandha iżżomm reġistru li fih l-awtorizzazzjonijiet kollha fl-Istati Membri differenti jiġu rreġistrati.

Ġustifikazzjoni

Bħala korp ċentrali, l-Awtorità għandha żżomm kont ta' l-awtorizzazzjonijiet varji mogħtija għal sustanzi fl-Istati Membri differenti.

Emenda 145

Artikolu 38, paragrafu 2

2. Meta jintalbu jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra, ta’ l-Awtorità u tal-Kummissjoni fajl li fih id-dokumentazzjoni provduta fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1.

2. Sabiex ikun iffaċilitat il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet deskritt fl-Artikolu 35(2), l-Istati Membri li jkunu taw awtorizzazzjoni għandhom, mingħajr dewmien, iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra u tal-Kummissjoni fajl li fih id-dokumentazzjoni provduta fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Għandha titfassal sistema ta' qsim tax-xogħol sabiex tħaffef il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet ta' l-Istati Membri li jawtorizzaw l-istess prodott fl-UE.

Emenda 146

Artikolu 38, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Fi żmien 12-il ġimgħa mid-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti, l-Istati Membri għandhom jagħmlu għad-dispożizzjoni fuq websajt pubblika, rekord tad-deċiżjoni amministrattiva kif imsemmi f'punt (c) tal-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Għandha titfassal sistema ta' qsim tax-xogħol sabiex tħaffef il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet ta' l-Istati Membri li jawtorizzaw l-istess prodott fl-UE.

Emenda 147

Artikolu 39, paragrafu 1

1. Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni jista’ japplika għal awtorizzazzjoni għall-istess prodott għall-ħarsien tal-pjanti u għall-istess użu fi Stat Membru ieħor skond il-proċedura ta’ għarfien reċiproku, provduta f’din is-sottotaqsima, fil-każijiet li ġejjin:

1. Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni jista’ japplika għal awtorizzazzjoni għall-istess prodott għall-ħarsien tal-pjanti u għall-istess użu fi Stat Membru ieħor skond il-proċedura ta’ għarfien reċiproku, provduta f’din is-sottotaqsima.

(a) l-awtorizzazzjoni ngħatat minn Stat Membru (l-Istat Membru ta’ referenza) li jappartjeni għall-istess żona; jew

 

(b) l-awtorizzazzjoni ngħatat minn Stat Membru għall-użu fis-serer jew bħala trattament ta’ wara l-ħsad, tkun xi tkun iż-żona li jappartjeni għaliha l-Istat Membru ta’ referenza.

 

Ġustifikazzjoni

Id-diviżjoni f'zoni ta' awtorizzazzjoni m'hijiex xierqa għaliex il-kondizzjonijiet fiz-zoni proposti huma spiss inkomparabbli. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw biss fil-livell ta' Stat Membru imma għandhom ikunu notifikati lil Stati Membri oħra. L-Istati Membri notifikati għandhom, f'perjodu ta' żmien raġonevoli, ikunu obbligati jikkonfermaw, jirrifjutaw jew jirrestrinġu l-awtorizzazzjoni skond is-sitwazzjoni nazzjonali speċifika tagħhom.

L-assunzjoni tal-Kummissjoni tidher li hija li l-kondizzjonijiet klimatoloġiċi u ambjentali fis-serer kollha u fil-każijiet kollha tat-trattament ta' wara l-ħsad huma relattivament simili. Billi dan m'huwiex il-każ, din il-parti ta' l-artikolu għandha titħassar.

Emenda 148

Artikolu 40, paragrafu 1

1. L-Istat Membru li quddiemu titressaq applikazzjoni skond l-Artikolu 39 għandu jawtorizza il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernat fl-istess kondizzjonijiet, inkluża l-klassifikazzjoni għall-iskop tad-Direttiva 1999/45/KE, bħall-Istat Membru tar-referenza.

1. L-Istat Membru li quddiemu titressaq applikazzjoni skond l-Artikolu 39 għandu jeżamina bir-reqqa l-evalwazzjoni magħmula mill-Istat Membru tar-referenza fid-dawl taċ-ċirkustanzi fit-territorju tiegħu.

 

 

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku għandu jħalli spazju lill-Istati Membri biex jadattaw l-awtorizzazzjonijiet għas-sitwazzjoni speċifika tagħhom, billi jfasslu aktar kondizzjonijiet għall-użu jew, f'każijiet ġustifikati kif xieraq, billi jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni tal-prodott ikkonċernat.

Emenda 149

Artikolu 40, paragrafi 1 a u 1 b (ġodda)

 

1a. L-Istat Membru għandu jagħti l-awtorizzazzjoni skond kundizzjonijiet rilevanti għal dak l-Istat Membru jew jirrifjuta li jagħti l-awtorizzazzjoni jekk l-Artikolu 29 ma jiġix sodisfatt f'dak l-Istat Membru.

 

1b. L-awtorizzazzjoni tista' tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' miżuri oħra skond il-liġi Komunitarja, rigward il-kondizzjonijiet għad-distribuzzjoni u għall-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti intiżi biex jipproteġu s-saħħa tad-distributuri, ta' l-utenti u tal-ħaddiema kkonċernati.

Ġustifikazzjoni

B'konformità mar-rapport tar-rapporteur, il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku għandu jħalli l-ispazju għall-Istati Membri li jiddeċiedu jekk għandhiex tingħata awtorizzazzjoni fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-pajjiż. Sabiex il-leġiżlazzjoni tkun ċara kemm jista' jkun, din għandha tidher fl-Artikolu 40 li għandu x'jaqsam, u li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taħt it-titolu ta' rikonoxximent reċiproku.

Emenda 150

Artikolu 40, paragrafu 1 c (ġdid)

 

1c. L-awtorizzazzjoni tista' tkun suġġetta għal aktar rekwiżiti meta l-kondizzjonijiet agrarji, tas-saħħa tal-pjanti u ta' l-ambjent (fosthom dawk klimatiċi) fl-Istat Membru jagħmlu dawn ir-rekwiżiti neċessarji sabiex ikun hemm konformità ma' l-Artikolu 29.

 

Dawn il-kondizzjonijiet ta' użu għandhom f'kull każ ikopru:

 

- id-doża għal kull ettaru f'kull applikazzjoni;

 

- il-perjodu bejn l-aħħar applikazzjoni u l-ħsad;

 

- kemm-il applikazzjoni ssir fis-sena;

 

- preskrizzjoni tal-ħtieġa tal-bexx;

 

- il-livell ta' periklu/riskju għas-saħħa tal-bniedem (effetti kumulattivi);

 

- il-ħarsien ta' l-ilma ta' taħt l-art u tal-bijodiversità.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda ta' l-Artikolu 40, paragrafu 1 a (ġdid).

L-emenda tissostitwixxi s-'sistema ta' zoni' kif stipulata fil-proposta tal-Kummissjoni u tagħti aktar diskrezzjoni lill-Istati Membri mingħajr ma tinvolvi duplikazzjoni bla bżonn jew proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet li jieħu aktar fit-tul.

Emenda 151

Artikolu 40, paragrafu 2

2. Bħala deroga mill-paragrafu 1 u bla ħsara għal-liġi Komunitarja, jistgħu jiġu imposti kondizzjonijiet addizzjonali fir-rigward tar-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 30(3).

2. Jistgħu jiġu imposti kondizzjonijiet addizzjonali fir-rigward tar-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 30(3).

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda ta' l-Artikolu 40, paragrafu 1 a (ġdid).

Emenda 152

Artikolu 40, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Fejn Stat Membru jemmen li prodott għall-ħarsien tal-pjanti awtorizzat minn Stat Membru ieħor ma jistax jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29 jew li jikkontradixxi l-objettivi tal-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali dwar il-Pestiċidi, u bħala konsegwenza jipproponi li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda ta' l-Artikolu 40, paragrafu 1 a (ġdid).

Emenda 153

Artikolu 41, paragrafu 1, punt (c a) (ġdid)

 

(ca) fuq it-talba ta' l-Istat Membru dossier komplet kif jirrikjedi l-Artikolu 32(3).

Ġustifikazzjoni

Jekk ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandu jkollhom l-informazzjoni kollha disponibbli qabel ma jiddeċiedu dwar l-awtorizzazzjoni ta' prodott speċifiku.

Emenda 154

Artikolu 41, paragrafu 2

2. L-Istat Membru li quddiemu tressqet applikazzjoni skond l-Artikolu 39 għandu jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni fi żmien 90 ġurnata.

2. L-Istat Membru li quddiemu tkun tressqet applikazzjoni skond l-Artikolu 39 għandu jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni fi żmien 180 ġurnata.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tkun żgurata l-aktar proċedura ta' awtorizzazzjoni b'ħeffa li tkun kompatibbli ma' livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent. Madankollu, dan ifisser li, jekk l-Istati Membri jqisu b'mod sħiħ iċ-ċirkustanzi rilevanti u speċifiċi fi ħdan it-territorju tagħhom qabel ma jawtorizzaw jew le prodott awtorizzat fi Stat Membru ieħor - minflok ma japprovaw b'mod awtomatiku l-awtorizzazzjoni minn Stat Membru ieħor - 90 jum ma jkunux biżżejjed.

Emenda 155

Kapitolu III, Taqsima 1, Sottotaqsima 4, titolu

IT-TIĠDID U L-IRTIRAR

IT-TIĠDID, L-EMENDA U L-IRTIRAR

Ġustifikazzjoni

Tirrifletti aħjar il-kontenut tas-sottotaqsima.

Emenda 156

Artikolu 42, paragrafu 3, punt (a)

(a) kwalunkwe informazzjoni ġdida meħtieġa bħala riżultat ta’ l-emendi fir-rekwiżiti jew fil-kriterji tad-data;

(a) kwalunkwe informazzjoni ġdida msemmija fir-Regolament li jirrigwarda t-tiġdid ta' awtorizzazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 20, jew meħtieġa bħala riżultat ta’ l-emendi fir-rekwiżiti jew fil-kriterji tad-dejta;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika dwar id-dejta li għandha tkun protetta wara t-tiġdid ta' l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi attivi.

Emenda 157

Artikolu 42, paragrafu 3, punt (b)

(b) ġustifikazzjoni li d-data l-ġdida mressqa hija r-riżultat ta’ rekwiżiti jew ta’ kriterji tad-data li ma kinux fis-seħħ meta ngħatat l-awtorizzazzjoni tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti;

(b) ġustifikazzjoni li d-dejta l-ġdida mressqa hija r-riżultat ta’ rekwiżiti jew ta’ kriterji tad-dejta li ma kinux fis-seħħ meta ngħatat l-awtorizzazzjoni tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jew hija meħtieġa sabiex jinbidlu l-kondizzjonijiet ta' l-approvazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika dwar id-dejta li għandha tkun protetta wara t-tiġdid ta' l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi attivi.

Emenda 158

Artikolu 42, paragrafu 5

5. Il-linji ta’ gwida dwar l-organizzazzjoni tal-kontrolli ta’ konformità jistgħu jiġu stabbiliti skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(2).

5. Il-linji ta’ gwida dwar l-organizzazzjoni tal-kontrolli ta’ konformità jistgħu jiġu stabbiliti skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 76(3a).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex it-test jiġi konformi mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni l-ġdida dwar il-komitoloġija.

Emenda 159

Artikolu 43, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. L-Istati Membri għandhom jirrevedu awtorizzazzjoni fejn ikun hemm indikazzjonijiet li l-kisba ta' l-objettivi stabbiliti skond l-Artikolu 4(1)(a)(iv) u (b)(i) u l-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 2000/60/KE tista' tiġi kompromessa.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li f'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' l-objettivi tad-Direttiva 2000/60/KE għal sustanza, ikun possibbli li terġa' tiġi kkunsidrata l-awtorizzazzjoni tal-prodott. Barra minn hekk dan il-mekkaniżmu ta' rispons dirett bejn id-Direttiva 2006/60/KE u dan ir-Regolament għandu jipprovdi wkoll inċentiv ieħor għall-produtturi biex jikkunsidraw bis-serjetà r-responsabilitajiet tagħhom f'termini ta' ġestjoni tal-prodott.

Emenda 160

Artikolu 43, paragrafu 3, punt (c a) (ġdid)

 

(ca) fuq il-bażi ta' l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku, il-mod kif jintużaw u l-ammonti li jintużaw jistgħu jiġu modifikati.

Ġustifikazzjoni

Fit-test propost hemm dispożizzjoni importanti mid-Direttiva 91/414 Artikolu 4(6) li hija nieqsa. Dan l-Artikolu jsostni li l-awtorizzazzjoni m'għandhiex tiġi modifikata jekk din stabbiliet li fuq il-bażi ta' l-iżviluppi fl-għerf xjentifiku u tekniku, il-metodu ta' l-użu u ta' l-ammonti użati jista' jiġi modifikat. Dan l-obbligu jżomm il-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni aġġornati ma' l-iżviluppi xjentifiċi u huwa eżempju ta' applikazzjoni prattika tal-prinċipju ta' prekawzjoni.

Emenda 161

Artikolu 43, paragrafu 4

4. Fejn Stat Membru jirtira jew jemenda awtorizzazzjoni skond il-paragrafu 3, għandu jinforma immedjatament lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Awtorità u lill-Kummissjoni. L-Istati Membri l-oħra li huma ta’ l-istess żona għandhom jirtiraw jew jamendaw l-awtorizzazzjoni skond dan. Fejn huwa xieraq għandu japplika l-Artikolu 45.

4. Fejn Stat Membru jirtira jew jemenda awtorizzazzjoni skond il-paragrafu 3, għandu jinforma immedjatament lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Awtorità u lill-Kummissjoni.

Emenda 162

Artikolu 45, paragrafu 2

Fejn ir-raġunijiet għall-irtirar, għall-emenda jew għan-nuqqas ta’ tiġdid ta’ l-awtorizzazzjoni jippermettu, perjodi ta’ fuq ir-riħ biex jintużaw il-ħażniet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernati għandhom ikunu tali li ma jfixklux il-perjodu normali ta’ l-użu tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

Fejn ir-raġunijiet għall-irtirar, għall-emenda jew għan-nuqqas ta’ tiġdid ta’ l-awtorizzazzjoni ma jkunux relatati mal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali u ta' l-ambjent, perjodi ta’ fuq ir-riħ biex jintużaw il-ħażniet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernati għandhom jingħataw għal żmien mhux itwal minn staġun wieħed. Jekk ir-raġunijiet għall-irtirar, għall-emenda jew għan-nuqqas ta' tiġdid ta' l-awtorizzazzjoni huma relatati mal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali u ta' l-ambjent, allura m'għandux ikun hemm perjodu ta' żmien biex jintużaw il-ħażniet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernati u l-bejgħ kollu u l-użu kollu ta' dawn il-prodotti għandhom jieqfu b'effett immedjat hekk kif tittieħed id-deċiżjoni dwar in-nuqqas ta' tiġdid jew l-irtirar.

Ġustifikazzjoni

Meta r-raġunijiet għall-irtirar, għall-emenda jew għan-nuqqas ta' tiġdid ta' l-awtorizzazzjoni huma relatati mal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali u ta' l-ambjent, allura l-bejgħ u l-użu ta' dawn il-prodotti għandhom jieqfu b'effett immedjat.

Emenda 163

Artikolu 45 a (ġdid)

 

Artikolu 45a

 

Rimi u qerda ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti mhux awtorizzati

 

Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 45, il-ħażniet ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti mhux awtorizzati għandhom jintremew u jinqerdu b'mod sikur u taħt ir-responsabilità tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni preċedenti.

Ġustifikazzjoni

Ħażniet ta' pestiċidi li jkun għadda żmienhom huma ta' periklu serju għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent f'ħafna Stati Membri u f'pajjiżi terzi. Il-produtturi għandhom jaraw li dawn is-sustanzi perikolużi jintremew u jinqerdu bla ma ssir ħsara.

Emenda 164

Artikolu 45 b (ġdid)

 

Artikolu 45b

 

Importazzjonijiet

 

Materjal jew oġġetti importati li mhumiex ikel m'għandux ikun fihom fdalijiet ta' sustanzi attivi li ma kinux ġew approvati skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Sabiex titħares kemm is-saħħa tal-bniedem kif ukoll il-kompetittività ta' l-industrija Ewropea, materjal jew oġġetti importati li mhumiex ikel m'għandux ikun fihom sustanzi attivi li ma jkunux ġew approvati fl-UE.

Emenda 165

Artikolu 46, paragrafu 1, punt (a a) (ġdid)

 

(aa) is-sustanzi attivi b'riskju żgħir li jinsabu fih m'għandhomx effett negattiv fuq il-bnedmin, l-annimali jew l-ambjent;

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun iċċarat li prodotti li jkun fihom sustanzi attivi li ma jkollhomx effett negattiv fuq il-bnedmin, l-annimali jew l-ambjent biss jistgħu jitqiesu bħala sustanzi attivi b'riskju żgħir.

Emenda 166

Artikolu 46, paragrafu 3, subparagrafu 2

Il-perjodu għandu jkun ta’ 60 ġurnata fejn tkun diġà ngħatat awtorizzazzjoni għall-istess prodott għall-ħarsien tal-pjanti b’riskju żgħir minn Stat Membru ieħor li jinsab fl-istess żona.

Il-perjodu għandu jkun ta’ 60 ġurnata fejn tkun diġà ngħatat awtorizzazzjoni għall-istess prodott għall-ħarsien tal-pjanti b’riskju żgħir minn Stat Membru ieħor.

Ġustifikazzjoni

Il-qsim f'zoni mhux adattat għall-finijiet ta' awtorizzazzjoni, peress li l-kondizzjonijiet klimatiċi, bijoloġiċi u ta' l-ilma fid-diversi pajjiżi mhumiex komparabbli fiz-zoni proposti.

Emenda 167

Artikolu 46, paragrafu 3, subparagrafu 3

Fejn l-Istat Membru jeħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandu jiffissa limitu ta’ żmien għall-applikant biex jipprovdiha. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ 90 ġurnata għandu jiġi estiż bil-limitu ta’ żmien addizzjonali mogħti mill-Istat Membru.

Fejn l-Istat Membru jeħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandu jiffissa limitu ta’ żmien għall-applikant biex jipprovdiha. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ 90 ġurnata għandu jiġi estiż bil-limitu ta’ żmien addizzjonali mogħti mill-Istat Membru. Il-perjodu sħiħ m'għandux jaqbeż l-erba' xhur.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jiġu stipulati limiti ċari ta' żmien għall-miżuri kollha li jaqgħu taħt dan ir-Regolament.

Emenda 168

Artikolu 46 a (ġdid)

 

Artikolu 46a

 

It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti b’riskju żgħir għall-ħarsien tal-pjanti

 

1. Minkejja l-Artikolu 29, prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandu jiġi awtorizzat bħala prodott b’riskju żgħir jekk ikun jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

 

(a) mill-inqas waħda mis-sustanzi attivi li jkun fih tkun sustanza kif definita fl-Artikolu 22 (“Is-sustanzi attivi b’riskju żgħir”);

 

(b) is-sustanzi attivi, is-sustanzi protettivi u l-prodotti sinerġetiċi kollha b’riskju żgħir li jkun fih jiġu approvati skond il-Kapitolu II;

 

(c) fil-kuntest ta’ l-għerf xjentifiku jew tekniku jkun jippreżenta, b’mod konsiderevoli, inqas riskji għas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali jew għall-ambjent minn prodott paragunabbli għall-ħarsien tal-pjanti li jkun diġà awtorizzat;

 

(d) ikun attiv biżżejjed;

 

(e) huwa konformi ma’ l-Artikolu 29(1)(b), (c) u (e) sa (h).

 

2. L-applikanti għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott b’riskju iżgħar għall-ħarsien tal-pjanti għandu juri li jissodisfa l-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 1 u jippreżenta ma' l-applikazzjoni fajl dettaljat u ieħor fil-qosor għal kull punt tad-dettalji mitluba għas-sustanza attiva u għall-prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

 

3. L-Istat Membru għandu jiddeċiedi fi żmien 120 ġurnata dwar jekk għandux japprova applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott b’riskju iżgħar għall-ħarsien tal-pjanti.

 

Dan il-perjodu għandu jkun ta' 90 jum jekk Stat Membru mill-istess zona jkun diġà ħareġ awtorizzazzjoni għall-istess prodott b'riskju iżgħar għall-ħarsien tal-pjanti.

 

Jekk l-Istat Membru jkun jeħtieġ tagħrif addizzjonali, għandu jiffissa skadenza biex l-applikant jipprovdi t-tagħrif. F’każ bħal dan, il-perjodu ta’ 120 jum għandu jiġi estiż bil-perjodu addizzjonali mogħti mill-Istat Membru.

 

4. Sakemm ma ssirx dikjarazzjoni mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament li huma relatati ma’ l-awtorizzazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi inkuraġġit l-iżvilupp ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jagħmlu anqas ħsara, dan jintroduċi kategorija ġdida ta’ prodotti b’riskju żgħir għall-ħarsien tal-pjanti li jippreżentaw riskju iżgħar minn prodotti li jinsabu fis-suq bħalissa u li fihom għall-inqas sustanza attiva waħda b’riskju żgħir. Ikun xieraq li din il-kategorija ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti tingħata ċerti vantaġġi bħal perjodu itwal ta’ ħarsien tad-dejta u eżenzjoni mit-taxxi.

Emenda 169

Artikolu 48, paragrafu 1, parti introduttorja u punti (a) u (b)

1. L-Istati Membri m’għandhomx jawtorizzaw prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fih kandidat għas-sostituzzjoni fejn valutazzjoni komparattiva li tiżen ir-riskji u l-benefiċċji, kif stabbilit fl-Anness IV, turi li:

1. L-Istati Membri m’għandhomx jawtorizzaw għall-użu f'wiċċ tar-raba' speċifiku prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fih jew kandidat għas-sostituzzjoni jew li jkun ta' riskju akbar fejn valutazzjoni komparattiva li tiżen ir-riskji u l-benefiċċji, kif stabbilit fl-Anness IV, turi li:

(a) għall-użi li ġew speċifikati fl-applikazzjoni diġà jeżisti prodott għall-ħarsien tal-pjanti awtorizzat,

jew metodu ta’ kontroll jew ta’ prevenzjoni mhux kimiku awtorizzat, li huwa ferm inqas perikoluż għas-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew għall-ambjent;

(a) għall-użi li ġew speċifikati fl-applikazzjoni diġà hemm awtorizzazzjoni għal prodott għall-ħarsien tal-pjanti awtorizzat daqstant effettiv, jew metodu ta’ kontroll jew ta’ prevenzjoni mhux kimiku daqstant effettiv, li jkollu effikaċja ekwivalenti u li huwa ferm inqas perikoluż għas-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew għall-ambjent;

(b) il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jew il-metodu ta’ kontroll jew ta’ prevenzjoni mhux kimiku li jissemma fil-punt (a) ma jippreżentax żvantaġġi ekonomiċi jew prattiċi sinifikanti;

(b) is-sostituzzjoni skond il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jew il-metodi ta’ kontroll jew ta’ prevenzjoni mhux kimiċi li jissemmew fil-punt (a) ma tippreżentax żvantaġġi ekonomiċi jew prattiċi sinifikanti;

 

 

Ġustifikazzjoni

Is-sostituzzjoni għandha tkun is-sinsla ta' politika ta' awtorizzazzjoni moderna.

Prodotti li jkun fihom kanditat għas-sostituzzjoni m'għandhomx jiġu approvati mill-Istati Membri jekk jeżistu alternattivi aktar sikuri jew metodi disponibbli għal wiċċ tar-raba' partikolari. L-iskadenza proposta ta' ħames snin għandha tħaffef il-proċess ta' reviżjoni u tkun ta' inċentiv għall-innovazzjoni. Waqt il-proċess ta' evalwazzjoni komparattiva għandu jkun żgurat li kwalunkwe alternattiva possibbli tkun ta' l-istess effikaċja meta tittratta l-problema ta' l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara. Inkella l-bdiewa jitħallew mingħajr mezz adegwat sabiex jipproteġu l-ħsad tagħhom.

Emenda 170

Artikolu 48, paragrafu 1, punt (c)

(c) id-diversità kimika tas-sustanzi attivi hija adegwata biex tiġi mminimizzata l-okkorrenza tar-reżistenza fl-organiżmu mmirat.

(c) id-diversità kimika tas-sustanzi attivi, fejn rilevanti, jew metodi u prattiki ta' ġestjoni ta' wċuħ tar-raba' u prevenzjoni ta' organiżmi ta' ħsara huma adegwati biex tiġi mminimizzata l-okkorrenza tar-reżistenza fl-organiżmu mmirat.

Ġustifikazzjoni

Metodi ħielsa mill-kimika u prattiki ta' ġestjoni ta' wċuħ tar-raba' u prevenzjoni ta' organiżmi ta' ħsara għandhom jiġu kkunsidrati fid-dispożizzjonijiet għas-sostituzzjoni.

Emenda 171

Artikolu 48, paragrafu 1, subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Filwaqt li l-Istati Membri m'għandhom jawtorizzaw l-ebda prodott għall-ħarsien tal-pjanti meta valutazzjoni komparattiva turi l-eżistenza ta' alternattivi aktar sikuri, il-prijorità fil-valutazzjoni komparattiva u fis-sostituzzjoni għandha tingħata lill-kandidati għal sostituzzjoni.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm il-prodotti kollha jistgħu jiġu suġġetti għal sostizzjoni, l-Istati Membri għandhom riżorsi limitati u għaldaqstant il-prijorità fl-evalwazzjoni komparattiva u fis-sostituzzjoni għandha tingħata lill-kandidati għal sostituzzjoni.

Emenda 172

Artikolu 48, paragrafu 3

3. L-Istati Membri għandhom jirrepetu l-valutazzjoni komparattiva provduta fil-paragrafu 1 b’mod regolari u mhux iktar tard minn erba’ snin wara li ngħatat l-awtorizzazzjoni jew ġiet imġedda l-awtorizzazzjoni.

3. L-Istati Membri għandhom jirrepetu l-valutazzjoni komparattiva provduta fil-paragrafu 1 darba biss u mhux iktar tard minn erba’ snin wara li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni jew wara li tkun ġiet imġedda l-awtorizzazzjoni.

L-Istati Membri għandhom iżommu, jirtiraw jew jemendaw l-awtorizzazzjoni, fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni komparattiva.

L-Istati Membri għandhom iżommu, jirtiraw jew jemendaw l-awtorizzazzjoni fuq il-bażi tar-riżultati ta’ l-ewwel valutazzjoni komparattiva. Wara t-tieni valutazzjoni komparattiva l-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-kandidati għas-sostituzzjoni m'għandhomx jitħallew fis-suq b'mod indefinit iżda għandhom jitneħħew wara t-tieni evalwazzjoni komparattiva.

Emenda 173

Artikolu 48, paragrafu 4

4. Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jirtira jew jemenda awtorizzazzjoni skond il-paragrafu 3, dak l-irtirar jew dik l-emenda għandu jidħol fis-seħħ erba’ snin wara d-deċiżjoni ta’ l-Istat Membru jew fi tmiem il-perjodu ta’ approvazzjoni tal-kandidat għas-sostituzzjoni fejn dak il-perjodu jispiċċa qabel.

4. Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jirtira jew jemenda awtorizzazzjoni skond il-paragrafu 3, dak l-irtirar jew dik l-emenda għandhom jidħlu fis-seħħ sentejn wara d-deċiżjoni ta’ l-Istat Membru jew fi tmiem il-perjodu ta’ approvazzjoni tal-kandidat għas-sostituzzjoni fejn dak il-perjodu jispiċċa qabel.

Ġustifikazzjoni

L-iskadenza proposta ta' sentejn għandha tħaffef il-proċess ta' sostituzzjoni u tagħti inċentiv għal innovazzjoni.

Emenda 174

Artikolu 49, paragrafu 1

1. Għall-iskop ta’ dan l-Artikolu, użu minuri ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti fi Stat Membru partikolari jfisser l-użu ta’ dak il-prodott fuq wiċċ tar-raba’ li ma jitkabbarx ħafna f’dak l-Istat Membru jew fuq wiċċ tar-raba’ li jitkabbar ħafna biex tiġi sodisfatta ħtieġa eċċezzjonali.

1. Għall-iskop ta’ dan l-Artikolu, użu minuri ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti fi Stat Membru partikolari jfisser l-użu ta’ dak il-prodott fuq wiċċ tar-raba’ li ma jitkabbarx ħafna f’dak l-Istat Membru (mhux aktar minn 0.1 % taz-zona agrikola ta' l-Istat Membru) jew fuq wiċċ tar-raba’ li jitkabbar ħafna biex tiġi sodisfatta ħtieġa eċċezzjonali.

Ġustifikazzjoni

Wiċċ tar-raba' hu kkunsidrat ta' użu sekondarju meta l-wiċċ tar-raba' ma jkunx wieħed mill-kbar (ċereali, qamħirrum). It-tuffieħ jitkabbar fuq 300,000 ettaru fl-UE-15, li bejn wieħed u ieħor huma 0.25 % taz-zona agrikola.

Emenda 175

Artikolu 49, paragrafu 2 a (ġdid)

2α. L-Istati Membri jistgħu, bl-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, jadottaw miżuri speċifiċi biex jiffaċilitaw il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-estensjoni ta' l-awtorizzazzjoni u għall-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet relatati ma' l-użi minuri.

Ġustifikazzjoni

Is-simplifikazzjoni tal-burokrazija u l-inkuraġġiment ta' dawk ikkonċernati sabiex jużaw prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għall-użi minuri jsolvu għadd ta' problemi fejn jidħlu ċerti wċuħ tar-raba'. Ġie nnutat li d-detenturi ta' l-awtorizzazzjoni ma tantx jixtiequ li jestendu l-awtorizzazzjonijiet għall-użi minuri minħabba n-nuqqas ta' interess ekonomiku għall-industrija. Xi pajjiżi terzi japplikaw xi miżuri, bħall-protezzjoni tad-dejta għal perjodu itwal, sakemm l-awtorizzazzjoni tkun ġiet estiża għal uċuħ minuri. Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet għal inċentivi bħal dawn fl-UE sabiex ma jkunx hemm skarsezza ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għal dan it-tip ta' wiċċ tar-raba'.

Emenda 176

Artikolu 49, paragrafu 3, punt (d)

(d) id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni biex isostnu estensjoni ta’ l-użu tressqu mill-persuni jew mill-korpi li jissemmew fil-paragrafu 2.

(d) id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni biex isostnu estensjoni ta’ l-użu tressqu mill-persuni jew mill-korpi li jissemmew fil-paragrafu 2. L-istudji neċessarji sabiex jiġu ddeterminati l-livelli massimi ta' residwi jistgħu jitwettqu minn istituti xjentifiċi jew korpi uffiċjali.

Ġustifikazzjoni

L-ispiża ta' studji xjentifiċi tikkostitwixxi ostaklu serju ħafna għall-iżvilupp ta' użi minuri. L-emenda hija maħsuba sabiex toffri soluzzjonijiet li huma aktar vijabbli mil-lat ekonomiku.

Emenda 177

Artikolu 49, paragrafu 4, subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Estensjonijiet fuq il-bażi ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu identifikati separatament u għandha ssir indikazzjoni separata għal restrizzjonijiet fir-responsabilità.

Ġustifikazzjoni

Indipendentement minn kif tingħata estensjoni ta' l-awtorizzazzjoni għall-użi minuri fi Stat Membru, għandu jiġi ċċarat li din hija estensjoni skond l-Artikolu 49 sabiex id-differenza fl-istatus legali meta titqabbel ma' l-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 4 tkun viżibbli.

Emenda 178

Artikolu 49, paragrafu 4 a (ġdid)

4a. Skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 76(3) jista' jiġi adottat regolament biex jinħoloq fond Ewropew li jinkoraġġixxi l-koperazzjoni bejn l-istituti ta' riċerka fl-Istati Membri għal dik li hi riċerka fl-użu ta' l-uċuħ fil-kultivazzjoni fuq skala żgħira.

Ġustifikazzjoni

Fond għal applikazzjonijiet fuq skala żgħira, bħall-fondi li hemm f'għadd ta' Stati Membri Ewropej, għandu jiftaħ it-triq għal strateġija strutturali li tinkoraġġixxi l-aħjar prattiki u żżid l-użu tal-prodotti siewja għall-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 179

Artikolu 49, paragrafu 5

5. Meta l-Istati Membri jagħtu estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għal użu minuri, għandhom jinformaw lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni u jitolbuh ibiddel l-ittikkettjar skond dan.

5. Meta l-Istati Membri jagħtu estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għal użu minuri, għandhom jinformaw lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni, li għandu jbiddel l-ittikkettar skond dan.

Fejn id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni jirrifjuta, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti jkunu informati b’mod sħiħ u speċifikatament dwar l-istruzzjonijiet għall-użu, permezz ta’ pubblikazzjoni uffiċjali jew websajt uffiċjali.

L-ittikkettar għandu jindika li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni ma jiggarantix is-sikurezza u l-effiċjenza ta’ l-użu estiż.

 

It-tikketta għandha turi li dawn l-użi ma jkunux ġew evalwati għall-effikaċja jew għall-fitotossiċità. Bla ħsara għall-Artikolu 70, id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni m'għandux ikun responsabbli għal xi telf li jirriżulta minn użu li jkun konformi ma' l-estensjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-ittikkettar korrett huwa indispensabbli għall-użu sikur tal-PPPs. L-aħjar mod biex tgħarraf lil min jużahom huwa li jkun hemm indikazzjoni ta' l-użi minuri fuq it-tikketta u, b'mod ċar, li r-responsabilità għall-modi ta' l-użi indikati m'hijiex tal-produttur.

Id-detenturi ta' l-awtorizzazzjoni ma jistgħux jinżammu responsabbli għal effetti negattivi ta' l-estensjonijiet ta' l-użu, għalkemm id-detenturi ta' l-awtorizzazzjoni għadhom imħassba fuq dan il-punt. Din l-emenda tiċċara li huma ma jkunux responsabbli u għaldaqstant tneħħi l-ħtieġa għal reklamar alternattiv jekk huma jirrifjutaw li fuq it-tikketta jżidu l-estensjonijiet għall-użu. Tinħtieġ definizzjoni għall-iskopijiet ta' l-infurzar.

Emenda 180

Artikolu 49, paragrafu 6

6. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw b’mod regolari lista ta’ użi minuri.

 

6. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw b’mod regolari lista ta’ użi minuri. Din il-lista għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fuq il-websajts uffiċjali ta' l-Istati Membri u tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Biex jitħaffef l-iskambju ta' informazzjoni u titjieb l-informazzjoni għall-pubbliku interessat, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu l-lista disponibbli fuq websajt uffiċjali.

Emenda 181

Artikolu 50, titolu

Is-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza agrikola

Awtorizzazzjonijiet ta' emerġenza

Ġustifikazzjoni

It-titolu emendat jiċċara s-suġġett ta' dan l-artikolu u jipprovdi għal awtorizzazzjonijiet ta' emerġenza f'ċirkustanzi oħra mhux agrikoli, bħalma hija d-difiża kontra l-għargħar u l-kontroll ta' speċijiet invażivi.

Emenda 182

Artikolu 50, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. Bħala deroga mill-Artikolu 28, f’ċirkostanzi speċjali Stat Membru jista’ jawtorizza, għal perjodu li ma jaqbiżx il-120 ġurnata, it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, għal użu limitat u kkontrollat, fejn miżura bħal din tidher li hija meħtieġa minħabba periklu għas-saħħa tal-pjanti li ma jistax jiġi mrażżan permezz ta’ kwalunkwe mezz raġonevoli ieħor.

1. Bħala deroga mill-Artikolu 28, f’ċirkostanzi speċjali Stat Membru jista’ jawtorizza, għal perjodu li ma jaqbiżx it-30 ġurnata, it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, għal użu limitat u kkontrollat, fejn miżura bħal din tidher li hija meħtieġa minħabba periklu mhux mistenni jew xi emerġenza oħra fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li ma jistgħux jiġu mrażżna permezz ta’ kwalunkwe mezz raġonevoli ieħor.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 91/414 għandha l-possibilità ta' din id-deroga fl-Artikolu 8, taqsima 4, fejn hi limitata għal sitwazzjonijiet ta' periklu mhux mistenni. Jekk titneħħa "mhux mistenni", il-karattru tad-deroga jinbidel totalment. Minn strument li jintuża f'każijiet eċċezzjonali jsir strument li jintuża f'ħafna sitwazzjonijiet fil-prattika normali, għaliex "ċirkustanzi speċjali" mhix definita u wieħed jista' dejjem isib raġuni għal ċirkustanzi bħal dawn.

Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda proposta għat-titolu ta' l-Artikolu 50.

Emenda 183

Artikolu 51, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. Bħala deroga mill-Artikolu 28, esperimenti jew testijiet għal skopijiet ta’ riċerka jew ta’ żvilupp li jinvolvu r-rilaxx fl-ambjent ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti mhux awtorizzat jistgħu jitwettqu jekk l-Istat Membru li l-esperiment jew it-test għandu jitwettaq fit-territorju tiegħu ikun ivvaluta d-data disponibbli u jkun ta awtorizzazzjoni għall-iskopijiet ta’ prova. L-awtorizzazzjoni tista’ tillimita l-kwantitajiet li għandhom jintużaw u l-inħawi li għandhom ikunu trattati u tista’ timponi iktar kondizzjonijiet biex ikun ipprevenut kwalunkwe effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew kwalunkwe effett negattiv inaċċettabbli fuq l-ambjent, bħall-ħtieġa li jiġi pprevenut id-dħul fil-katina alimentari ta’ għalf u ikel li jkun fih residwi ħlief jekk ma tkunx diġà ġiet stabbilità dispożizzjoni rilevanti skond ir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

1. Bħala deroga mill-Artikolu 28, esperimenti jew testijiet għal skopijiet ta’ riċerka jew ta’ żvilupp li jinvolvu r-rilaxx fl-ambjent ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti mhux awtorizzat jistgħu jitwettqu jekk l-Istat Membru li l-esperiment jew it-test għandu jitwettaq fit-territorju tiegħu ikun ivvaluta d-data disponibbli u jkun ta awtorizzazzjoni għall-iskopijiet ta’ prova. Kwalunkwe wieħed minn dawn l-esperimenti jew testijiet irid ikun ikkontrollat b'mod strett ħafna sabiex ikun żgurat li ma jkunx hemm effett ħażin immedjat jew maż-żmien fuq is-saħħa tal-bniedem, inklużi residenti, persuni fil-qrib u gruppi vulnerabbli, bħalma huma t-trabi, it-tfal, in-nisa tqal, ix-xjuħ, persuni morda jew li qed jirċievu kura, jew fuq is-saħħa ta' l-annimali, b'mod dirett jew permezz ta' ilma tax-xorb, ikel, għalf jew arja, inkluż f'inħawi li huma 'l bogħod mill-użu tiegħu, wara trasportazzjoni fit-tul, jew konsegwenzi fil-post tax-xogħol jew permezz ta' effetti indiretti oħra, filwaqt li jitqiesu effetti kumulattivi u sinerġistiċi; jew fuq l-ilma ta’ taħt l-art. L-awtorizzazzjoni tista’ tillimita l-kwantitajiet li għandhom jintużaw u l-inħawi li għandhom ikunu trattati u tista’ timponi iktar kondizzjonijiet biex ikun ipprevenut kwalunkwe effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew kwalunkwe effett negattiv inaċċettabbli fuq l-ambjent, bħall-ħtieġa li jiġi pprevenut id-dħul fil-katina alimentari ta’ għalf u ikel li jkun fih residwi ħlief jekk ma tkunx diġà ġiet stabbilita dispożizzjoni rilevanti skond ir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm ir-riċerka u l-iżvilupp huma importanti, it-tfigħ fl-ambjent ta' prodott pestiċida li mhux awtorizzat jista' jkollu riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali jew ta' l-ambjent, li mhux konformi ma' l-objettiv ta' dan ir-Regolament li jikkonċerna l-livell għoli ta' ħarsien għas-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali u ta' l-ambjent. Għaldaqstant kull esperiment jew test bħal dan għandu jkun ikkontrollat b'mod strett ħafna sabiex ikun żgurat li ma jkunx hemm effetti immedjati jew maż-żmien fuq is-saħħa jew fuq l-ambjent.

Emenda 184

Artikolu 51, paragrafu 4

4. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari l-kwantitajiet massimi ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jistgħu jiġu rilaxxati matul l-esperimenti jew it-testijiet u d-data minima li għandha titressaq skond il-paragrafu 2, jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(3).

4. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari l-kwantitajiet massimi ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jistgħu jiġu rilaxxati matul l-esperimenti jew it-testijiet u d-data minima li għandha titressaq skond il-paragrafu 2, jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 76(3).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex it-test jiġi konformi mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni l-ġdida dwar il-komitoloġija.

Emenda 185

Arikolu 52

Il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jintużaw kif suppost.

Il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jintużaw kif suppost.

L-użu kif suppost għandu jinkludi l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti skond l-Artikolu 30 u speċifikati fuq l-ittikkettjar, u l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-prattika tajba tal-ħarsien tal-pjanti kif ukoll, kull meta jkun possibbli, il-prinċipji tal-ġestjoni integrata ta’ l-organiżmi ta’ ħsara u tal-prattika ambjentali tajba.

 

L-użu kif suppost għandu jinkludi l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti skond l-Artikolu 30 u speċifikati fuq l-ittikkettar, u l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-prattika tajba tal-ħarsien tal-pjanti kif ukoll, kull meta jkun possibbli, il-prinċipji tal-ġestjoni integrata ta’ l-organiżmi ta’ ħsara u tal-prattika ambjentali tajba.

 

Mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014 l-użu kif suppost ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għandu jkun konformi mal-prinċipji tal-kontroll integrat ta’ insetti u annimali li jagħmlu l-ħsara, inklużi l-prattika tajba tal-protezzjoni tal-pjanti u l-prattika tajba ta’ l-ambjent.

 

 

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, inklużi r-rekwiżiti minimi għal dawn il-prinċipji, jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(2).

 

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, inklużi r-rekwiżiti minimi għal dawn il-prinċipji, jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja li tissemma fl-Artikolu 76(3).

 

 

Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabilità ambjentali rigward il-prevenzjoni u r-rimedju tal-ħsara ambjentali1 ma tapplikax jekk bidwi jkollu provi ta' l-użu kif suppost ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti kif stabbilit f'dan ir-Regolament, f'leġiżlazzjoni Komunitarja oħra u fil-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru konċernat.

_______

1 ĠU L 143, 30.4.2004, p 56. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/21/KE (ĠU L 102, 11.4.2006, p.15).

Ġustifikazzjoni

"Prattika ambjentali tajba" hija parti mill-"prattika tajba għall-ħarsien tal-pjanti" u l-"prinċipji ta' l-immaniġġjar integrat ta’ l-organiżmi ta’ ħsara". Il-prinċipji ta' prattika tajba għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jiġu applikati, kull fejn hu possibbli u m'hemmx bżonn ta' skadenza għall-applikazzjoni tagħhom. Ir-responsabilità ambjentali m'għandhiex tapplika għal bdiewa li jaġixxu skond ir-regoli kollha stabbiliti rigward l-użu tal-PPP. Ma jistgħux jitqiesu bħala ħatja jew li jkunu aġixxew b'negliġenza skond l-Artikolu 3 paragrafu 1 punt b) tad-Direttiva 2004/35/KE.

Emenda 186

Artikolu 53, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għal prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandu jinnotifika immedjatament lill-Istati Membri li taw awtorizzazzjoni bi kwalunkwe informazzjoni ġdida li tikkonċerna dak il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti, jew sustanza attiva, safener jew synergist li tinsab fil-prodott għall-ħarsien tal-pjanti, li tissuġġerixxi li l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandu effetti ta’ ħsara li jistgħu jfissru li l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jew is-sustanza attiva, is-safener jew is-synergist m’għadiex konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 29 u 4 rispettivament.

1. Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għal prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandu jinnotifika immedjatament lill-Istati Membri li taw awtorizzazzjoni bi kwalunkwe informazzjoni ġdida li tikkonċerna dak il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti, jew sustanza attiva, safener jew synergist li tinsab fil-prodott għall-ħarsien tal-pjanti, li tissuġġerixxi li l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandu effetti ta’ ħsara li jistgħu jfissru li l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jew is-sustanza attiva, is-safener jew is-synergist m’għadhomx konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 29 u 4 rispettivament.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni dwar prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri konċernati kollha.

Emenda 187

Artikolu 53, paragrafu 1, subparagrafu 2

B’mod partikolari, għandhom jiġu notifikati effetti potenzjalment ta’ ħsara ta’ dak il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti, jew ta’ residwi ta’ sustanza attiva, safener jew synergist li tinsab fih, fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew fuq l-ilma ta’ l-art, jew l-effetti potenzjalment inaċċettabbli tagħhom fuq pjanti jew prodotti li ġejjin mill-pjanti jew fuq l-ambjent.

B’mod partikolari, għandhom jiġu notifikati effetti potenzjalment ta’ ħsara ta’ dak il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti, jew ta’ residwi ta’ sustanza attiva, safener jew synergist li tinsab fih, fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew fuq l-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art, jew l-effetti potenzjalment inaċċettabbli tagħhom fuq pjanti jew prodotti li ġejjin mill-pjanti jew fuq aspetti oħra ta' l-ambjent.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika. Kif inhu, it-test jirreferi biss għal ċerti partijiet biss ta' l-ambjent bijotiku (pjanti u annimali) u ta' l-ambjent abijotiku (eż. l-ilma). L-informazzjoni dwar l-effetti fuq aspetti oħra ta' l-ambjent (eż. il-ħamrija, l-istrutturi ġeoloġiċi, it-terren u l-klima) għandha titqies bħala element ieħor fl-evalwazzjoni tal-funzjonament tajjeb ta' l-ekosistemi.

Emenda 188

Artikolu 53, paragrafu 1, subparagrafu 3

Għal dan il-għan, id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għandu jżomm rekord u jirrapporta r-reazzjonijiet negattivi ssuspettati kollha fil-bnedmin li jirrelataw ma’ l-użu tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

 

Għal dan il-għan, id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għandu jżomm rekord u jirrapporta r-reazzjonijiet negattivi suspettati kollha fil-bnedmin, fl-annimali u fl-ambjent li għandhom x'jaqsmu ma’ l-użu tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni għandha tinkludi reazzjonijiet negattivi li jistgħu jseħħu fil-bnedmin, fl-annimali u fl-ambjent.

Emenda 189

Artikolu 53, paragrafu 3, subparagrafu 1

3. L-ewwel Stat Membru li jkun ta awtorizzazzjoni ġewwa kull żona għandu jevalwa l-informazzjoni li rċieva u għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra, li jappartjenu għall-istess żona, fejn jiddeċiedi li jirtira jew jemenda l-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 43.

3. L-Istat Membru li jirċievi din in-notifika għandu immedjatament jgħaddiha lill-Istati Membri l-oħra. Bla ħsara għad-dritt ta' l-Istati Membri li jadottaw miżuri protettivi temporanji, l-Istat Membru li jkun ta awtorizzazzjoni għandu jevalwa l-informazzjoni li rċieva u għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra, meta jiddeċiedi li jirtira jew jemenda l-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 43.

Ġustifikazzjoni

Sabiex l-Istati Membri jingħataw mekkaniżmu biex jaqsmu informazzjoni fuq effetti li potenzjalment jistgħu jkunu ta' ħsara.

Emenda 190

Artikolu 53, paragrafu 4

4. Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għandu jirrapporta kull sena lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li awtorizza l-prodott tiegħu għall-ħarsien tal-pjanti kwalunkwe informazzjoni disponibbli li tirrelata man-nuqqas ta’ l-effikaċja mistennija, ma’ l-iżvilupp ta’ reżistenza u ma’ kwalunkwe effett mhux mistenni fuq il-pjanti, il-prodotti li ġejjin mill-pjanti jew l-ambjent.

4. Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandu jirrapporta kull sena lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, kwalunkwe informazzjoni disponibbli li tirrelata man-nuqqas ta’ l-effikaċja mistennija, ma’ l-iżvilupp ta’ reżistenza u ma’ kwalunkwe effett mhux mistenni fuq il-pjanti, il-prodotti li ġejjin mill-pjanti jew l-ambjent.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni dwar prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri konċernati kollha.

Emenda 191

Artikolu 54, paragrafu 1, introduzzjoni

1.L-Istati Membru għandhom iżommu informazzjoni dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li ġew awtorizzati jew irtirati għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b’mod elettroniku skond dan ir-Regolament, għandha tinkludi għall-inqas:

1.L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Awtorità, li għandha tagħmel disponibbli lill-pubbliku b'mod elettroniku, informazzjoni dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li ġew awtorizzati jew irtirati skond dan ir-Regolament, li għandha tinkludi għall-inqas:

Ġustifikazzjoni

Marbuta ma' l-emendi għal Premessa 32 u l-Artikoli 34a, 57(1) u (2) u 58(-1). Sabiex id-dejta tkun tista' tinqasam aħjar bejn kulħadd jeħtieġ li tkun stabbilita bażi ċentrali waħda tad-dejta, li tkun immaniġġjata mill-Awtorità, u li jkollha l-informazzjoni kollha dwar it-testijiet u l-istudji li kienu saru qabel għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. L-applikanti mbagħad ikunu jistgħu jikkonsultaw ma' bażi waħda tad-dejta qabel ma jagħmlu xi testijiet jew studji.

Emenda 192

Artikolu 54, paragrafu 1, punt (e a) (ġdid)

 

(ea) l-Istat(i) Membru(i) fejn il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jkun awtorizzat,

 

(ea) informazzjoni dwar riskji bażiċi għall-ambjent u għas-saħħa,

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda għall-Artikolu 54, paragrafu 1, introduzzjoni.

Informazzjoni minima dwar riskji bażiċi għall-ambjent u għas-saħħa ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.

Emenda 193

Artikolu 56, paragrafu 1, subparagrafu 4

Il-perjodu tal-ħarsien tad-data huwa ta’ għaxar snin li jibda mid-data ta’ l-ewwel awtorizzazzjoni f’dak l-Istat Membru, ħlief kif provdut fil-paragrafu 2, fl-Artikolu 59 jew fl-Artikolu 77. Dan il-perjodu jitwal għal 12-il sena għall-prodotti ta’ ħarsien għall-pjanti koperti mill-Artikolu 46.

Il-perjodu tal-ħarsien tad-dejta huwa ta’ għaxar snin li jibda mid-data ta’ l-ewwel awtorizzazzjoni f’dak l-Istat Membru, ħlief kif provdut fil-paragrafu 2, fl-Artikolu 59 jew fl-Artikolu 77. Dan il-perjodu jitwal għal 15-il sena għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti koperti mill-Artikolu 46 u għal 12-il sena għal dawk koperti mill-Artikolu 46a.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi inkuraġġita r-riċerka favur sustanzi u prodotti li jagħmlu inqas ħsara, huwa importanti għall-ħarsien tad-dejta, u għaldaqstant anki għall-irkupru fuq l-investiment, li jitwessa’ l-użu ta’ prodotti b’riskju żgħir jew b’riskju iżgħar.

Emenda 194

Artikolu 56, paragrafu 1, subparagrafu 5

Studju m’għandux ikun imħares jekk kien meħtieġ biss għat-tiġdid jew għar-reviżjoni ta’ awtorizzazzjoni.

Studju preżentat għat-tiġdid jew għar-reviżjoni ta’ awtorizzazzjoni m’għandux ikun imħares ħlief jekk ikun hemm bżonn ta’ modifika tal-leġiżlazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni hija pass kbir 'il quddiem mis-sitwazzjoni attwali għal dak li hu l-ħarsien tal-vijabilità ta’ l-impriżi Ewropej iż-żgħar u ta’ daqs medju. L-emenda għandha l-għan li tikkjarifika s-sustanza tat-test.

Emenda 195

Artikolu 56, paragrafu 1, subparagrafu 5 a (ġdid)

 

Il-protezzjoni tad-dejta għandha tapplika wkoll għal terzi persuni li jippreżentaw rapporti tat-testijiet u ta' l-istudji għal skopijiet ta' użi minuri.

Ġustifikazzjoni

Id-dejta provduta fi proċeduri ta' użu minuri għandha bżonn tiġi mħarsa wkoll.

Emenda 196

Artikolu 56, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. Il-perjodu ta’ ħarsien tad-dejta għall-prodott konċernat għandu jitwal jekk l-ewwel applikant japplika għal awtorizzazzjoni għal prodotti derivati għall-ħarsien tal-pjanti għal użi limitati kif definiti fl-Artikolu 49(1). Il-perjodu ta’ ħarsien tad-dejta għandu jitwal bi tliet xhur għal kull prodott ġdid għal użu limitat. Il-perjodu ta’ ħarsien tad-dejta jista' jitwal b'massimu ta' tliet snin.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi inkuraġġit l-iżvilupp ta’ prodotti (derivati) għall-ħarsien tal-pjanti magħmula speċifikament għal uċuħ minuri, huwa importanti li l-perjodu tal-ħarsien tad-dejta jitwal, u b'hekk jikber l-irkupru fuq l-investiment.

Emenda 197

Artikolu 56, paragrafu 3, parti introduttorja

3. Il-ħarsien tad-data skond il-paragrafu 1 għandu jingħata biss fejn l-ewwel applikant ikun talab il-ħarsien tad-data meta ressaq id-dossier u pprovda lill-Istat Membru kkonċernat għal kull rapport ta’ test jew ta’ studju l-informazzjoni li ġejja:

3. Il-ħarsien tad-dejta skond il-paragrafu 1 għandu jingħata biss fejn l-ewwel applikant ikun talab il-ħarsien tad-dejta meta ressaq id-dossier jew aktar informazzjoni u pprovda lill-Istat Membru kkonċernat għal kull rapport ta’ test jew ta’ studju l-informazzjoni li ġejja:

Emenda 198

Artikolu 56, paragrafu 3, punt (a)

(a) ġustifikazzjoni li r-rapporti tat-testijiet jew ta’ l-istudji mressqa huma meħtieġa għall-ewwel awtorizzazzjoni, jew għall-emenda ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti;

 

(a) ġustifikazzjoni li r-rapporti tat-testijiet jew ta’ l-istudji mressqa huma meħtieġa għall-ewwel awtorizzazzjoni, tiġdid jew reviżjoni, jew għall-emenda ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti; jew b'riżultat ta' tibdil fil-leġiżlazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni hija pass tassew importanti 'l quddiem meta tqabbilha mal-qagħda attwali, billi għandha l-għan li tiżgura li l-intrapriżi Ewropej iż-żgħar u ta' daqs medju jibqgħu fin-negozju. L-għan ta' l-emenda hu li tikkjarifika t-test.

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 56, paragrafu 1.

Emenda 199

Artikolu 56, paragrafu 3 a (ġdid)

3a. Permezz tad-deroga mill-paragrafu 1, fejn ir-rapporti tat-testijiet u l-istudji jkunu diġà ntużaw biex tingħata awtorizzazzjoni għal prodott ieħor u l-perjodu tal-ħarsien ikun għadu ma skadiex, dawk ir-rapporti għandhom ikunu mħarsa għall-bqija tal-perjodu.

Ġustifikazzjoni

Għandha ssir referenza għall-istudji li jibqgħu fil-perjodu tal-ħarsien.

Emenda 200

Artikolu 57, paragrafi 1 u 2

1. Għal kull sustanza attiva, safener u synergist, l-Istati Membri rapporteur għandhom iżommu, u jqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ kwalunkwe parti interessata meta jintalbu jagħmlu dan, lista tar-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji meħtieġa għall-ewwel approvazzjoni, għall-emenda tal-kondizzjonijiet ta’ l-approvazzjoni jew għat-tiġdid ta’ l-approvazzjoni.

1. Għal kull sustanza attiva, safener u synergist, l-Istati Membri rapporteur għandhom jgħaddu lill-awtorità, li għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, lista tar-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji meħtieġa għall-ewwel approvazzjoni, għall-emenda tal-kondizzjonijiet ta’ l-approvazzjoni jew għat-tiġdid ta’ l-approvazzjoni u sommarju tar-riżultati tar-rapporti tat-testijiet u ta' l-istudji biex tiġi stabbilita l-effikaċja tas-sustanza u n-nuqqas ta' ħsara tagħha lill-bnedmin, lill-annimali, lill-pjanti u lill-ambjent.

2. Għal kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jawtorizzaw, l-Istati membri għandhom iżommu u jqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ kwalunkwe parti interessata meta jintalbu jagħmlu dan:

2. Għal kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jawtorizzaw, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Awtorità, li għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku:

(a) lista tar-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji meħtieġa għall-ewwel awtorizzazzjoni, għall-emenda tal-kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni jew għat-tiġdid ta’ l-awtorizzazzjoni; kif ukoll

(a) lista tar-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji meħtieġa għall-ewwel awtorizzazzjoni, għall-emenda tal-kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni jew għat-tiġdid ta’ l-awtorizzazzjoni;

(b) lista tar-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji li għalihom intalab il-ħarsien skond l-Artikolu 56 u kwalunkwe ġustifikazzjoni mressqa skond dak l-Artikolu.

(b) lista tar-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji li għalihom intalab il-ħarsien skond l-Artikolu 56 u kwalunkwe ġustifikazzjoni mressqa skond dak l-Artikolu. kif ukoll

 

(ba) sommarju tar-rapporti tat-testijiet u ta' l-istudji biex tiġi stabbilita l-effikaċja tal-prodott u n-nuqqas ta' ħsara tiegħu lill-bnedmin, lill-annimali, lill-pjanti u lill-ambjent.

Ġustifikazzjoni

Sabiex id-dejta tkun tista' tinqasam aħjar bejn kulħadd jeħtieġ li tkun stabbilita bażi ċentrali waħda tad-dejta, li tkun immaniġġjata mill-Awtorità, u li jkollha l-informazzjoni kollha dwar it-testijiet u l-istudji li kienu saru qabel għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. L-applikanti mbagħad ikunu jistgħu jikkonsultaw ma' bażi waħda tad-dejta qabel ma jagħmlu xi testijiet jew studji.

Emenda 201

Artikolu 58, paragrafu - 1 (ġdid)

 

-1. Kull persuna li jkollha l-ħsieb tfittex awtorizzazzjoni għal prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandha, qabel tagħmel testijiet jew studji, tikkonsulta mal-bażi tad-dejta msemmija fl-Artikoli 34a, 54 u 57.

Ġustifikazzjoni

Marbuta ma' l-emendi għal Premessa 32 u l-Artikoli 34a, 54(1) u 57(1) u (2). Biex jiġi żgurat qsim sħiħ tad-dejta, l-applikanti għandhom jikkonsultaw mal-bażi tad-dejta ta' l-Awtorità biex ikunu jistgħu jsibu l-informazzjoni neċessarja dwar testijiet u studji li jkunu saru qabel għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda 202

Artikolu 58, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. Kwalunkwe persuna li biħsiebha tfittex awtorizzazzjoni għal prodott għall-ħarsien tal-pjanti, qabel ma twettaq testijiet jew studji, għandha tistaqsi lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li quddiemha biħsiebha tagħmel applikazzjoni, jekk f’dak l-Istat Membru ingħatatx diġà awtorizzazzjoni għal prodott għall-ħarsien tal-pjanti li fih l-istess sutanza attiva, safener jew synergist. Mistoqsija bħal din għandha tjinkludi konsultazzjoni ta’ l-informazzjoni disponibbli skond l-Artikolu 54.

1. Kull persuna li tkun biħsiebha tfittex, iġġedded jew tirrevedi awtorizzazzjoni għal prodott għall-ħarsien tal-pjanti, qabel ma twettaq testijiet jew studji, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li quddiemha biħsiebha tagħmel l-applikazzjoni, li f’dak l-Istat Membru jew f'ieħor diġà ngħatat awtorizzazzjoni għal prodott għall-ħarsien tal-pjanti li fih l-istess sustanza attiva, safener jew synergist, waqt li tagħmel referenza għall-informazzjoni relevanti fil-bażi tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Marbuta ma' l-emendi għall-Artikoli 34a, 54(1), 57(1) u (2) u 58(-1).

Il-protezzjoni tad-dejta trid ukoll tiġi estiża għal dejta għat-tiġdid u r-reviżjoni ta' awtorizzazzjoni biex tipproteġi kumpaniji ta' daqs medju u s-setturi ta' l-industrija tal-ħarsien tal-pjanti bbażati fuq ir-riċerka.

Emenda 203

Artikolu 58, paragrafu 2

2. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru, fejn tkun sodisfatta li l-applikant prospettiv biħsiebu japplika għal awtorizzazzjoni, għandha tagħtih l-isem u l-indirizz tad-detentur jew tad-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet rilevanti preċedenti u għandha fl-istess ħin tinforma lid-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet bl-isem u l-indirizz ta’ l-applikant.

2. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru, fejn tkun sodisfatta li l-applikant prospettiv biħsiebu japplika għal awtorizzazzjoni, jew għat-tiġdid jew ir-reviżjoni tagħha, għandha tagħtih l-isem u l-indirizz tad-detentur jew tad-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet rilevanti preċedenti u għandha fl-istess ħin tinforma lid-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet bl-isem u l-indirizz ta’ l-applikant.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 58, paragrafu 1, subparagrafu 1.

Emenda 204

Artikolu 58, paragrafu 3

3. L-applikant prospettiv għall-awtorizzazzjoni u d-detentur jew id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet rilevanti għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jilħqu ftehim dwar il-qsim ta’ kwalunkwe rapport ta’ testi u studju mħares skond l-Artikolu 56 li huwa meħtieġa mill-applikant għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

3. L-applikant prospettiv għall-awtorizzazzjoni, jew għat-tiġdid jew ir-reviżjoni tagħha, u d-detentur jew id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet rilevanti għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jilħqu ftehim dwar il-qsim ta’ kwalunkwe rapport ta’ testijiet u studju mħares skond l-Artikolu 56 li huwa meħtieġ mill-applikant għall-awtorizzazzjoni, jew għat-tiġdid jew ir-reviżjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti. Ftehima bħal din tista’ tinbidel billi l-kwistjoni titressaq quddiem bord ta’ arbitraġġ u l-ordni ta’ l-arbitraġġ tiġi aċċettata. Fi sforz biex jiġi żgurat li l-ispejjeż tal-qsim tat-tagħrif jiġu determinati b’mod ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju, il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 76(3), tadotta linji gwida għall-qsim ta’ l-ispejjeż li jkunu msejsa fuq dawk il-prinċipji.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 58, paragrafu 1, subparagrafu 1. Sabiex titnaqqas kemm jista’ jkun ir-ripetizzjoni mhux meħtieġa tat-testijiet, huwa meħtieġ li jsiru mekkaniżmi għall-qsim ta’ l-arbitraġġ u ta’ l-ispejjeż li jkunu jistgħu jgħinu lill-applikanti u lid-detenturi ta' l-awtorizzazzjoni biex jaslu għal ftehim. Dawn id-dispożizzjonijiet iddaħħlu wkoll fid-Direttiva REACH.

Emenda 205

Artikolu 56, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Fil-każ li Stat Membru jqis li jista’ jinħoloq monopolju, u l-applikant prospettiv u d-detentur jew detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkollhom l-istess sustanza attiva, safener jew synergist ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim fuq il-qsim tar-rapporti u l-istudji dwar l-annimali vertebrati, l-applikant prospettiv għandu jinforma b’dan lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru. Madankollu, iż-żewġ partijiet għandhom jiftiehmu dwar liema qrati u tribunali għandhom ġurisdizzjoni għall-iskopijiet tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 59(3).

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament il-ġdid irid joħloq dispożizzjonijiet speċjali sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ monopolju fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 206

Artikolu 59, paragrafu 1

1. It-testijiet u l-istudji li jinvolvu l-annimali vertebrati m’għandhomx ikunu ripetuti għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe persuna li biħsiebha twettaq testijiet u studji li jinvolvu annimali vertebrati għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tivverifika li dawk it-testijiet u l-istudji ma twettqux jew ma nbdewx diġà.

1. It-testijiet u l-istudji li jinvolvu l-annimali vertebrati m’għandhomx ikunu ripetuti għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament. Kull persuna li tkun biħsiebha twettaq testijiet u studji li jinvolvu annimali vertebrati għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tivverifika li dawk it-testijiet u l-istudji ma jkunux twettqu jew bdew diġà, b'mod partikolari billi tikkonsulta l-bażi tad-dejta.

Emenda 207

Artikolu 59, paragrafu 2

2. L-applikant prospettiv u d-detentur jew id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet rilevanti għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw irwieħhom li jaqsmu t-testijiet u l-istudji li jinvolvu l-annimali vertebrati. L-ispejjeż tal-qsim tar-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji għandhom ikunu determinati b’mod ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju. L-applikant prospettiv huwa meħtieġ biss li jaqsam fl-ispejjeż ta’ l-informazzjoni li huwa meħtieġ iressaq sabiex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-awtorizzazzjoni.

2. L-applikant prospettiv u d-detentur jew id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet rilevanti għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw irwieħhom li jaqsmu t-testijiet u l-istudji li jinvolvu l-annimali vertebrati. L-ispejjeż tal-qsim tar-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji għandhom ikunu determinati b’mod ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju. L-applikant prospettiv huwa meħtieġ li jaqsam fl-ispejjeż li jakkumulaw matul il-proċess kollu ta' ġbir ta’ l-informazzjoni li huwa meħtieġ iressaq sabiex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-awtorizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-ispiża biex tinġabar id-dejta hija ikbar mill-ispiża netta ta' l-istudju. L-applikant prospettiv għandu jkun obbligat joħroġ sehmu għall-ispejjeż kollha tad-dejta li mbagħad ikun intitolat juża għall-iskopijiet tar-reġistrazzjoni tiegħu stess.

Emenda 208

Artikolu 59, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Sa mhux aktar tard minn ...*, il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni tad-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament li jikkonċernaw il-ħarsien tad-dejta għal testijiet u studji li jinvolvu annimali vertebrati. Il-Kummissjoni għandha tressaq din l-evalwazzjoni, u l-emendi proposti biex jillimitaw il-ħarsien tad-dejta fir-rigward ta’ l-esperimenti fuq l-annimali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

______________________

* Seba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Skond din il-proposta r-riżulati minn testijiet li jinvolvu annimali vertebrati jgawdu mill-ħarsien tad-dejta, iżda dejta bħal din trid tinqasam ma’ oħrajn. Dan il-kompromess bħalissa huwa meħtieġ għal raġunijiet prattiċi (inkella bosta prodotti ġodda ma jkunux jistgħu jitqiegħdu fis-suq) iżda jkun xieraq li jiġu evalwati meta jsir iż-żmien. Sistema inqas stretta ta' ħarsien tad-dejta xorta tnaqqas l-għadd ta' testijiet fuq annimali vertebrati.

Emenda 209

Artikolu 60, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. L-applikant għandu jingħata l-opportunità li jikkummenta qabel ma l-awtorità kompetenti tadotta deċiżjoni dwar il-kunfidenzjalità tad-dejta li torbot lill-Istati Membri kollha, lill-Awtorità u lill-Kummissjoni. Id-deċiżjoni, li trid tkun notifikata lill-applikant, għandu jkun fiha ġustifikazzjoni xierqa. L-applikant għandu jkollu d-dritt li jisfida deċiżjoni bħal din fil-qorti qabel ma tkun implimentata, bil-għan li l-evalwazzjonijiet li jkunu saru u d-deċiżjoni li tkun ittieħdet mill-awtorità kompetenti jiġu riveduti mill-qorti u ma jitħalliex li tinkixef id-dejta konċernata.

Ġustifikazzjoni

Il-kxif ta' informazzjoni sensittiva jista' jkollu impatt konsiderevoli fuq l-interessi kummerċjali. Konsegwentement, is-sid ta' informazzjoni bħal din irid jingħata l-opportunità li jikkummenta dwar deċiżjoni ta' kxif qabel ma tittieħed u li jitlob rimedju legali jekk ikun meħtieġ.

Emenda 210

Artikolu 60, paragrafu 2, punt (c a) (ġdid)

(ca) ismijiet u indirizzi ta' istituzzjonijiet u persuni involuti fit-testijiet fuq l-annimali vertebrati.

Ġustifikazzjoni

Id-dejta personali ta' l-istituzzjonijiet u tal-persuni għandhom jitqiesu bħala kunfidenzjali għax huma ta' spiss fil-mira ta' gruppi radikali favur il-ġid ta' l-annimali.

Emenda 211

Artikolu 60, paragrafu 2 a (ġdid)

2a. Fil-każ tad-dejta tat-testijiet, inklużi rapporti ta’ studji, li jkunu ġew provduti minn applikant sabiex jappoġġja deċiżjoni biex ikun awtorizzat jew emendat prodott għall-protezzjoni tal-pjanti skond dan ir-Regolament, din ikunu jistgħu jarawha l-partijiet interessati f’postijiet speċifiċi identifikati mill-Kummissjoni, mill-Awtorità jew mill-Istati Membri. Din id-dejta m’għandhiex toħroġ fil-pubbliku permezz ta' kopji jew xi mezz ieħor ta’ pubblikazzjoni (fosthom il-pubblikazzjoni elettronika).

Ġustifikazzjoni

Il-pubbliku għandu interess leġittimu fl-aċċess għall-informazzjoni, li għandu jkun garantit skond dan ir-Regolament b’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Madankollu l-kunċett li l-pubbliku ġenerali jiġi infurmat għandu jevita l-użu ħażin u l-kompetizzjoni inġusta. Il-kunċett propost tal-kamra tal-qari se joħloq bilanċ ġust hekk kif partijiet terzi interessati jkollhom aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali iżda kompetituri potenzjali ma jkunux jistgħu jużaw is-sistema ħażin biex jiksbu dejta kummerċjali sensittiva.

Emenda 212

Artikolu 62, paragrafu 1, subparagrafu 2

Dak ir-Regolament għandu jkun fih ukoll frażijiet standard għal riskji speċjali u prekawzjonijiet ta’ sikurezza li jissupplementaw il-frażijiet provduti mid-Direttiva 1999/45/KE. Għandu jinkorpora t-test ta’ l-Annessi IV u V għad-Direttiva 91/414/KEE bi kwalunkwe modifika meħtieġa.

Dak ir-Regolament għandu jkun fih ukoll frażijiet standard għal riskji speċjali u prekawzjonijiet ta’ sikurezza li jissupplimentaw il-frażijiet provduti mid-Direttiva 1999/45/KE. Għandu jittrasferixxi t-test ta' l-Annessi IV u V għad-Direttiva 91/414/KEE bi kwalunkwe modifika meħtieġa minħabba l-bidla minn direttiva għal regolament.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-kliem. L-adozzjoni ta' regolament dwar l-ittikkettar ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fil-proċedura konsultattiva għandha tkun limitata għal sempliċi trasferiment tar-rekwiżiti attwali. Dan jiżgura li tingħata l-bażi meħtieġa għall-ittikkettar wara t-tranżizzjoni mid-direttiva attwali għar-regolament il-ġdid.

Il-modifiki għandhom ikunu limitati għal tibdil fl-abbozzar, minħabba li r-rekwiżiti ta' l-ittikkettar għandhom ikunu adottati fil-kodeċiżjoni fil-futur qrib ħafna (ara l-emenda għall-Artikolu 75) billi jirrappreżentaw element essenzjali tar-regolament.

Emenda 213

Artikolu 62, paragrafu 2

2. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu kampjuni jew provi ta’ l-imballaġġ u abbozzi tat-tikketti u tal-fuljetti li għandhom jitressqu.

2. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu kampjuni jew provi ta’ l-imballaġġ u abbozzi tat-tikketti u tal-fuljetti li għandhom jitressqu għall-evalwazzjoni qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Dan iservi ta' mekkaniżmu għall-Istati Membri biex jiżguraw li jkun hemm konformità mat-talba, jekk id-detenturi ta' l-awtorizzazzjoni jsibuha bi tqila biex jikkonformaw.

Emenda 214

Artikolu 62, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Prodotti ta' l-ikel li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta' Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat b'bażi ta' ċereali u ikel għat-trabi u t-tfal żgħar1, għandhom jiġu ttikkettati "mhux adattat għat-trabi u t-tfal żgħar".

 

1 ĠU L 339, 6.12.2006, p 16.

Ġustifikazzjoni

Ikel li jkun fih residwi ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, li jkunu 'l fuq mil-limiti stabbiliti mid-Direttiva 2006/125/KE, għandu jkollu tikketta ċara b'messaġġ xieraq ta' twissija li jwassal din l-informazzjoni lill-konsumatur.

Emenda 215

Artikolu 63, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu jew jirrestrinġu r-riklamar ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti f'ċerti midja.

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li jinżammu r-restrizzjonijiet nazzjonali li jista' jkun hemm f'dan il-qasam.

Emenda 216

Artikolu 64, paragrafu 1

1. Produtturi, fornituri, distributuri u utenti professjonali ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom iżommu rekords tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jipproduċu, jaħżnu jew jużaw.

1. Produtturi, fornituri, distributuri u utenti professjonali ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom iżommu rekords tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jipproduċu, jaħżnu jew jużaw għal mill-inqas 10 snin wara tmiem il-produzzjoni jew l-użu tagħhom.

Għandhom iqiegħdu l-informazzjoni rilevanti li tinsab f’dawn ir-rekords għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti meta jintalbu jagħmlu dan. Għandhom ukoll iżommu din l-informazzjoni disponibbli għall-ġirien jew għall-industrija ta’ l-ilma tax-xorb li jitolbu aċċess għaliha.

Għandhom iqiegħdu l-informazzjoni li tinsab f’dawn ir-rekords għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti. Għandhom ukoll iżommu din l-informazzjoni disponibbli għall-ġirien u għar-residenti, għall-bejjiegħa bl-imnut jew għall-industrija ta’ l-ilma tax-xorb li jitolbu aċċess dirett għaliha. L-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fuq prodott agrikolu partikolari għandha tingħata lill-bejjiegħa bl-imnut u bl-ingrossa fil-forma ta' passaport tal-pestiċidi.

Ġustifikazzjoni

Bejjiegħa bl-imnut u bl-ingrossa talbu informazzjoni komprensiva dwar il-pestiċidi applikati għal prodott partikulari sabiex ikunu jistgħu jimplimentaw aħjar ir-rekwiżiti ta' traċċabilità u biex itejbu l-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi fl-iskemi tagħhom tal-kwalità. Fuq talba tal-konsumaturi, il-produtturi primarji għandhom ikunu obbligati jipprovdu d-dejta li jkollhom skond ir-rekwiżiti tar-regolament attwali .

Is-sistema eżistenti ma tagħmilx ħlief tfixkel, billi bħalissa l-membri tal-pubbliku m'humiex intitolati għal aċċess għall-informazzjoni dwar il-kimiċi li huma esposti għalihom, u lanqas ma huma intitolati t-tobba tagħhom jew konsulenti mediċi oħra. Madankollu din l-informazzjoni hija vitali għall-evalwazzjoni u l-kura xierqa ta' dawk kollha li jbatu minn effetti ħżiena għas-saħħa (kemm jekk ikunu akuti kif ukoll jekk kroniċi). Minħabba l-possibilità ta' effetti kroniċi fit-tul fuq is-saħħa, dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal mill-anqas 30 sena.

Emenda 217

Artikolu 64, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. Il-produtturi tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jagħmlu l-monitoraġġ ta' wara r-reġistrazzjoni. Huma għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti b'kull informazzjoni rilevanti u jżommuha disponibbli għall-partijiet interessati meta din tintalab.

Ġustifikazzjoni

The responsibility of producers of plant protection products should not end with the authorisation of their substance. To ensure protection of the environment and in particular of water resources, it is important that post-registration monitoring takes place and that this information is kept available for the competent authorities as well as relevant stakeholders (e.g. drinking water industry) who request access to it. It should not be for the downstream sectors to deal with potential negative effects of a substance on the aquatic environment.

Emenda 218

Artikolu 64, paragrafu 2

2. Id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri d-data kollha li tirrelata mal-volum tal-bejgħ tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

2. Il-produtturi tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar

 

- l-ammonti tal-produzzjoni ta' sustanza jew prodott partikolari,

 

- l-ammonti ta' sustanza jew prodott partikolari kkonsenjat lill-proċessuri jew bejjiegħa bl-ingrossa fl-UE,

 

- l-ammonti esportati ta' sustanza jew prodott partikolari.

 

Din l-informazzjoni għandha tiġi evalwata u ppubblikata mill-awtoritajiet kompetenti.

Ġustifikazzjoni

Hu meħtieġ li tkun garantita t-traċċabilità tal-fluss tal-prodott. Dan ir-rekwiżit hu importanti wkoll għal skopijiet statistiċi u għall-evalwazzjoni ta' l-użu tal-pestiċidi, b'konformità mar-rekwiżiti ta' l-Istrateġija Tematika għall-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi.

Emenda 219

Artikolu 64, paragrafu 3

3. Il-miżuri implimentattivi li jiżguraw l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(3).

3. Il-miżuri implimentattivi li jiżguraw l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 76(3a).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex it-test jiġi konformi mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni l-ġdida dwar il-komitoloġija.

Emenda 220

Artikolu 65, paragrafu 1

L-Istati membri għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali sabiex jinfurzaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Huma għandhom jiffinalizzaw u jittrażmettu lill-Kummissjoni, rapport dwar l-ambitu u r-riżultati ta’ dawn il-kontrolli fi żmien sitt xhur minn tmiem is-sena li għaliha jirreferu r-rapporti.

L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali sabiex jinfurzaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Dawn il-kontrolli għandhom jinkludu kontrolli fuq ir-razzett, biex jiġi vverifikat hemmx konformità mar-restrizzjonijiet ta' l-użu. L-Istati Membri għandhom jiffinalizzaw u jittrażmettu lill-Kummissjoni rapport dwar il-kamp ta' applikazzjoni u r-riżultati ta’ dawn il-kontrolli fi żmien sitt xhur minn tmiem is-sena li għaliha jirreferu r-rapporti.

Emenda 221

Artikolu 65, paragrafu 3

Regolament, adottat skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(3), għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-kontrolli fuq il-produzzjoni, l-imballaġġ, l-ittikkettjar, il-ħażna, it-trasport, it-tqegħid fis-suq, il-formulazzjoni u l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Dak ir-Regolament għandu jkun fih dispożizzjonijiet ekwivalenti għall-Artikoli 1 sa 13, 26, 27 (1), 27(4)(a) u (b) u 27(5) sa (12), 28, 29, 32 sa 45, 51, 53, 54, 66 u għall-Annessi I, II, III, VI u VII għar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Għandu wkoll ikun fih dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-ġbir ta’ informazzjoni u r-rappurtaġġ dwar avvelenamenti ssuspettati u għandu jagħti fid-dettall it-tagħrif li għandu jkun disponibbli fuq talba medika.

Regolament, adottat skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 251 tat-Trattat, għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-kontrolli fuq il-produzzjoni, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-ħażna, it-trasport, it-tqegħid fis-suq, il-formulazzjoni u l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Dak ir-Regolament għandu jkun fih dispożizzjonijiet ekwivalenti għall-Artikoli 1 sa 13, 26, 27 (1), 27(4)(a) u (b) u 27(5) sa (12), 28, 29, 32 sa 45, 51, 53, 54, 66 u għall-Annessi I, II, III, VI u VII għar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Għandu wkoll ikun fih dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-ġbir ta’ informazzjoni u r-rappurtaġġ dwar avvelenamenti ssuspettati u għandu jagħti bid-dettalji t-tagħrif li għandu jkun disponibbli fuq talba medika.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta' l-ittikkettar għandhom ikunu stabbiliti f'Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill.

Emenda 222

Artikolu 70 a (ġdid)

 

Artikolu 70 a

 

Fond għar-rimi sikur ta' pestiċidi li m'għadhomx jintużaw

 

Il-produtturi u d-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu għal fond li jkopri l-ispejjeż assoċjati mar-rimi u l-qerda ta' ħażniet ta' pestiċidi li m'għadhomx jintużaw fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi. Il-kontribut għall-fond għandu jitqassam b'mod ġust u trasparenti.

Ġustifikazzjoni

Ħażniet ta' pestiċidi li jkun għadda żmienhom huma ta' periklu serju għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent f'ħafna Stati Membri u f'pajjiżi terzi. Il-produtturi għandhom jintalbu jkopru l-ispejjeż marbuta mar-rimi u l-qerda bla periklu ta' dawn is-sustanzi perikolużi.

Emenda 223

Artikolu 71, paragrafu 1

1. L-Istati Membri jistgħu jirkupraw l-ispejjeż assoċjati ma’ kwalunkwe xogħol li jwettqu li jirriżulta mill-obbligi skond dan ir-Regolament, permezz ta’ tariffi jew ħlasijiet.

1. L-Istati Membri jistgħu jirkupraw l-ispejjeż assoċjati ma’ kwalunkwe xogħol li jwettqu b'rabta ma' l-approvazzjonijiet jew l-awtorizzazzjonijiet fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-obbligi, jew li jirriżulta mill-obbligi skond dan ir-Regolament, permezz ta’ tariffi jew ħlasijiet.

Ġustifikazzjoni

Kif imniżżel fl-abbozz, it-test propost jippermetti lill-Istati Membri li jirkupraw l-ispejjeż tagħhom biss għal xogħol li kien obbligu speċifiku skond ir-Regolament. Dan ma jippermettix, pereżempju, ix-xogħol tal-korapporteurs jew l-evalwazzjoni minn esperti oħra fil-qasam.

Emenda 224

Arikolu 74

Skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(2), il-Kummissjoni tista’ tadotta jew temenda dokumenti ta’ gwida tekniċi jew oħrajn għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Awtorità biex tipprepara jew tikkontribwixxi għal dokumenti ta’ gwida bħal dawn.

Skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 76(3a), il-Kummissjoni tista’ tadotta jew temenda dokumenti ta’ gwida tekniċi jew oħrajn għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Awtorità biex tipprepara jew tikkontribwixxi għal dokumenti ta’ gwida bħal dawn. L-Awtorità tista' tibda t-tħejjija jew ir-reviżjoni ta' dokumenti ta' gwida għall-evalwazzjoni tar-riskju ta' sustanzi attivi.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex it-test jiġi konformi mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni l-ġdida dwar il-komitoloġija.

L-EFSA għandha titħalla tibda hija stess it-tħejjija jew ir-reviżjoni ta' dokumenti ta' gwida marbuta ma' l-evalwazzjoni tar-riskju.

Emenda 225

Artikolu 75, paragrafu 1

1. Dawn li ġejjin għandhom jiġu adottati skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(3):

1. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 76(3).

(a) l-emendi għall-Annessi, fejn jitqies l-għarfien xjentifiku u tekniku korrenti;

Mhux aktar tard minn ...*, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti leġiżlattivi bbażati fuq l-Artikolu 251 tat-Trattat dwar:

(b) ir-Regolamenti dwar ir-rekwiżiti tad-data għal sustanzi attivi u għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, kif jissemew fl-Artikolu 8(1)(b) u (c), fejn jitqies l-għarfien xjentifiku u tekniku;

(a) ir-rekwiżiti tad-dejta għal sustanzi attivi u għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, kif jissemmew fl-Artikolu 8(1)(b) u (c), inklużi l-miżuri biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-ittestjar fuq l-annimali, b'mod partikulari l-użu tal-metodi ta' l-ittestjar li ma jużawx l-annimali u l-istrateġiji ta' l-ittestjar intelliġenti, filwaqt li jitqies l-għerf xjentifiku u tekniku;

(c) l-emendi għar-Regolament dwar il-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, kif jissemmew fl-Artikolu 29(6), fejn jitqies l-għarfien xjentifiku u tekniku;

(b) il-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, kif jissemmew fl-Artikolu 29(6), filwaqt li jitqies l-għerf xjentifiku u tekniku;

(d) l-emendi għar-Regolament li fih ir-rekwiżiti ta’ l-ittikkettjar tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti kif jissemmew fl-Artikolu 62(1);

(c) ir-rekwiżiti ta’ l-ittikkettar tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti kif jissemmew fl-Artikolu 62(1).

(e) il-miżuri meħtieġa biex ikun implimentat dan ir-Regolament.

 

 

* Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Sostituzzjoni ta' l-Emenda 127 tar-rapporteur.

Il-miżuri meħtieġa biex ikun implimentat dan ir-regolament biss jistgħu jkunu adottati bil-komitoloġija.

L-Annessi kollha fihom elementi essenzjali tar-regolament u għalhekk m'għandhomx ikunu emendati bil-komitoloġija.

Ir-rekwiżiti tad-dejta, il-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti għall-ittikkettar huma kollha elementi essenzjali għal dan ir-regolament. Filwaqt li dispożizzjonijiet eżistenti adottati fil-passat mill-Kummissjoni għandhom ikunu inklużi biex tkun żgurata l-applikabilità tar-regolament, dawn l-elementi essenzjali għandhom ikunu adottati b'kodeċiżjoni fil-futur qrib.

Emenda 226

Artikolu 75, paragrafu 2

2. Skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(2), għandu jiġi adottat Regolament, li fih il-lista tas-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Dawk is-sustanzi għandhom jitqiesu li ġew approvati skond dan ir-Regolament.

2. Skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 76(3a), għandu jiġi adottat Regolament, li jkun fih il-lista tas-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Dawk is-sustanzi għandhom jitqiesu li jkunu ġew approvati skond dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex it-test jiġi konformi mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni l-ġdida dwar il-komitoloġija.

Emenda 227

Artikolu 76, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex it-test jiġi konformi mad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni l-ġdida dwar il-komitoloġija.

Emenda 228

Artikolu 76, paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a. Il-laqgħat tal-Kumitat u tal-Gruppi ta' Ħidma tiegħu għandhom ikunu miftuħa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fuq talba tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Għandha tiżdied it-trasparenza tal-proċeduri tal-komitoloġija. Osservaturi mill-PE għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat u tal-Gruppi ta' Ħidma tiegħu.

Emenda 229

Arikolu 78

Arikolu 78

imħassar

Id-deroga għas-safeners u għas-synergists

 

Bħala deroga mill-Artikolu 28(1), Stat Membru jista’, għal perjodu ta’ ħames snin wara l-adozzjoni tal-programm li jissemma fl-Artikolu 26, jawtorizza t-tqegħid fis-suq fit-territorju tiegħu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom safeners u synergists li ma ġewx approvati, fejn ikunu inklużi f’dak il-programm.

 

Ġustifikazzjoni

Dan huwa bi qbil ma' l-emenda preċedenti ssuġġerita fl-Artikolu 29, paragrafu 2 u l-ġustifikazzjoni relatata magħha.

Emenda 230

Anness I

 

Anness imħassar

Ġustifikazzjoni

Is-sistema proposta ta' zoni tista' tqarraq għaliex tirreferi għal zoni li relattivament m'għandhomx l-istess kondizzjonijiet ta' l-agrikultura, tas-saħħa tal-pjanti u ta' l-ambjent. Is-sistema proposta ta' zoni tmur kontra l-awtorizzazzjoni nazzjonali u m'hijiex konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità u sussidjarjetà ta' l-UE għaliex tmur lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jitħaffef il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu billi tiġi emendata s-sistema ta' rikonoxximent reċiproku mingħajr il-kunċett taz-zoni.

Emenda 231

Anness II, punt 2.1

2.1 L-Artikolu 7(1) għandu jitqies bħala li kien hemm konformità miegħu biss, fejn, fuq il-bażi tad-dossier imressaq, l-awtorizzazzjoni f’mill-inqas Stat Membru wieħed hija mistennija li tkun possibbli għal mill-inqas prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li fih dik is-sustanza attiva għal mill-inqas wieħed mill-użi rappreżentattivi.

2.1 L-Artikolu 7(1) għandu jitqies bħala li kien hemm konformità miegħu biss fejn, fuq il-bażi tad-dossier imressaq, l-awtorizzazzjoni f’mill-inqas Stat Membru wieħed hija mistennija li tkun possibbli għal mill-inqas tliet prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom dik is-sustanza attiva għall-medda sħiħa ta' l-użi rappreżentattivi.

Emenda 232

Anness II, punt 3.2

Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss fejn ġie stabbilit għal firxa limitata ta’ użi rappreżentattivi li l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti, b’konsegwenza għal applikazzjoni li hija konsistenti ma’ prattika tajba tal-ħarsien tal-pjanti u wara li jitqiesu l-kondizzjonijiet realistiċi u normali ta’ l-użu, huwa effettiv b’mod suffiċjenti. Dan ir-rekwiżit għandu jkun evalwat fid-dawl tal-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jissemmew fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 35.

Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss fejn ikun ġie stabbilit għal firxa estensiva ta’ użi rappreżentattivi li l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti, b’konsegwenza għal applikazzjoni li hija konsistenti mal-prattika tajba tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti u wara li jitqiesu l-kondizzjonijiet realistiċi ta’ l-użu, huwa effettiv b’mod suffiċjenti. Dan ir-rekwiżit għandu jkun evalwat fid-dawl tal-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jissemmew fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 35.

Ġustifikazzjoni

Kull deċiżjoni trid tkun ibbażata fuq kundizzjonijiet ta' użu realistiċi.

Emenda 233

Anness II, punt 3.6

3.6.1. Fejn ikun rilevanti, għandhom jiġu stabbiliti ADI, AOEL u ARfD. Meta jiġu stabbiliti valuri bħal dawn għandu jkun żgurat marġini ta’ sikurezza suffiċjenti li jqis it-tip u s-serjetà ta’ l-effetti u l-vulnerabbiltà ta’ gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni.

3.6.1. Fejn ikun rilevanti, għandhom jiġu stabbiliti ADI, AOEL u ARfD. Meta jiġu stabbiliti valuri bħal dawn għandu jkun żgurat marġni xieraq ta’ sikurezza ta' mill-inqas 100 li jqis it-tip u s-serjetà ta’ l-effetti, l-effetti kombinati possibbli u l-vulnerabilità ta’ gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni li b'mod partikolari jinsabu f'riskju, bħall-utenti professjonisti, in-nisa fl-età li jwelldu, l-embriji, il-feti u t-tfal sa tmiem l-età tal-pubertà.

3.6.2. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss, jekk, fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ testijiet ta’ ġenotissiċità ta’ livell ogħla mwettqa skond ir-rekwiżiti tad-data għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u d-data l-oħra disponibbli, mhix ikklassifikata, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 67/548/KEE, bħala kategorija ta’ mutaġeni 1 jew 2 ħlief jekk l-espożizzjoni tal-bnedmin għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kondizzjonijiet proposti realistiċi ta’ użu ma tkunx negliġibbli.

3.6.2. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss jekk, fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ testijiet ta’ ġenotossiċità ta’ livell ogħla mwettqa skond ir-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u d-dejta l-oħra disponibbli, inkluża l-analiżi ta' l-informazzjoni xjentifika, mhix jew m'għandhiex tiġi kklassifikata, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 67/548/KEE, bħala kategorija ta’ mutaġeni 1 jew 2. Sustanzi attivi bħal dawn jistgħu jiġu approvati biss jekk l-espożizzjoni tal-bniedem għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f'kondizzjonijiet realistiċi ta' l-użu, jistgħu jiġu esklużi (p.e. bl-użu fil-bait traps).

3.6.3. Sustanza attivi għandha tiġi approvata biss, jekk, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tat-testijiet tal-karċinoġeniċità mwettqa skond ir-rekwiżiti tad-data għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u d-data l-oħra disponibbli, mhix jew m’għandhiex tiġi kklassifikata, skond id-dispożizzjonijet tad-Direttiva 67/548/KEE, bħala kategorija karġinoċena 1 jew 2 ħlief jekk l-espożizzjoni tal-bnedmin għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kondizzjonijiet proposti realistiċi ta’ użu ma tkunx negliġibbli.

3.6.3. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss, jekk, fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ testijiet ta’ karċinoġeniċità mwettqa skond ir-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u d-dejta l-oħra disponibbli, inkluża l-analiżi ta' l-informazzjoni xjentifika, mhix jew m'għandhiex tiġi kklassifikata, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 67/548/KEE, bħala kategorija karċinoġenika 1 jew 2. Sustanzi attivi bħal dawn jistgħu jiġu approvati biss jekk l-espożizzjoni tal-bniedem għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f'kondizzjonijiet realistiċi ta' l-użu, jistgħu jiġu esklużi (p.e. bl-użu fil-bait traps).

3.6.4. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss, jekk, fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ testijiet tat-tossiċità riproduttiva mwettqa skond ir-rekwiżiti tad-data għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u d-data l-oħra disponibbli, mhix jew m’għandhiex tiġi kklassifikata, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 67/548/KEE, bħala kategorija tossika għar-riproduzzjoni 1 jew 2 ħlief jekk l-espożizzjoni tal-bnedmin għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kondizzjonijiet proposti realistiċi ta’ użu ma tkunx negliġibbli.

3.6.4. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss jekk, fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ testijiet ta’ tossiċità riproduttiva mwettqa skond ir-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u d-dejta l-oħra disponibbli, inkluża l-analiżi ta' l-informazzjoni xjentifika, mhix jew m'għandhiex tiġi kklassifikata, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 67/548/KEE, bħala kategorija tossika għar-riproduzzjoni 1 jew 2. Sustanzi attivi bħal dawn jistgħu jiġu approvati biss jekk l-espożizzjoni tal-bniedem għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f'kondizzjonijiet realistiċi ta' l-użu, jistgħu jiġu esklużi (p.e. bl-użu fil-bait traps).

3.6.5. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss, jekk, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-linji ta’ gwida tat-testijiet miftiehma mill-Komunità jew internazzjonalment ma titqiesx li għandha proprjetajiet li jħawdu s-sistema endokrinali li jistgħu ikunu ta’sinifikat tossikoloġiku fil-bnedmin ħlief jekk l-espożizzjoni tal-bnedmin għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kondizzjonijiet proposti realistiċi ta’ użu, ma tkunx negliġibbli.

3.6.5. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss jekk, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-linji ta’ gwida tat-testijiet miftiehma mill-Komunità jew internazzjonalment jew dejta u informazzjoni disponibbli oħra, inkluża l-analiżi ta' l-informazzjoni xjentifika, ma titqiesx li għandha proprjetajiet li jħawdu s-sistema endokrinali u li huma suspettati li jistgħu jkunu ta’sinifikat tossikoloġiku fil-bnedmin, inkluż meta jkun hemm il-possibilità ta' espożizzjoni matul il-ħajja embrijonika/fetali u/jew matul it-tfulija, waqt li jitqiesu l-effetti kombinati possibbli. Sustanzi attivi bħal dawn jistgħu jiġu approvati biss jekk l-espożizzjoni tal-bniedem għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f'kondizzjonijiet realistiċi ta' l-użu, jistgħu jiġu esklużi (p.e. bl-użu fil-bait traps).

 

3.6.5a. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss jekk, fuq il-bażi ta' l-evalwazzjoni jew ta' dejta u informazzjoni oħra disponibbli, inkluża l-analiżi ta' l-informazzjoni xjentifika, ma tkunx ikkunsidrata li għandha proprjetajiet newrotossiċi jew immunotossiċi fuq il-bniedem, waqt li tiġi meqjusa l-espożizzjoni matul il-ħajja embrijonika/fetali u /jew matul it-tfulija flimkien ma' l-effetti kombinati possibbli. Sustanzi attivi bħal dawn jistgħu jiġu approvati biss jekk l-espożizzjoni tal-bniedem għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f'kondizzjonijiet realistiċi ta' l-użu, jistgħu jiġu esklużi (p.e. bl-użu fil-bait traps).

Ġustifikazzjoni

Skond il-prinċipju tal-prekawzjoni, il-kriterji tal-limiti għall-effetti kroniċi fuq is-saħħa għandhom ikunu stipulati fil-livell ta' l-evalwazzjoni tal-periklu u m'għandhomx ikunu relatati ma' l-evalwazzjoni ta' l-espożizzjoni. Dan għaliex m'hemmx definizzjoni għal "kondizzjonijiet proposti realistiċi". Kriterji oħra tal-limiti jeskludu wkoll partijiet mill-istrateġija ta' l-evalwazzjoni tar-riskju, per eżempju, il-kriterji tal-limiti għall-vPvB.

Pestiċidi tas-CRM li huma kklassifikati f'kategorija 3 m'għandhomx ikunu approvati qabel ma r-riżultati xjentifiċi jippruvaw li m'għandhomx potenzjal ta' effetti karċinoġeniċi, riprotossiċi jew mutaġeniċi.

Emenda 234

Anness II, punt 3.7.1, introduzzjoni u punti (a) u (b)

3.7.1. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss fejn ma titqiesx li hija pollutant organiku persistenti.

3.7.1. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss fejn hi u l-prodotti jew ir-residwi ta' trasformazzjoni tagħha ma jitqisux li huma pollutanti organiċi persistenti.

Pollutant organiku persistenti jiġi definit kif ġej:

Pollutant organiku persistenti jiġi definit kif ġej:

(a) Persistenza:

(a) Persistenza:

(i) Evidenza li d-DT50 tiegħu fl-ilma huwa ta’ iktar minn xahrejn, jew li d-DT50 tiegħu fil-ħamrija huwa ta’ iktar minn sitt xhur, jew li d- DT50 tiegħu fis-sediment huwa ta’ iktar minn sitt xhur; kif ukoll

(i) Evidenza li d-DT50 tiegħu fl-ilma huwa ta’ iktar minn xahrejn, jew li d-DT50 tiegħu fil-ħamrija huwa ta’ iktar minn sitt xhur, jew li d-DT50 tiegħu fis-sediment huwa ta’ iktar minn sitt xhur;

 

(ia) Evidenza li s-sustanza attiva hija filfatt persistenti biżżejjed biex tiġġustifika l-esklużjoni tagħha mill-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, jew biex titqies fil-kuntest tal-Konvenzjoni POPs; jew

 

 

(b) Bijoakkumulazzjoni:

(b) Bijoakkumulazzjoni:

(i) Evidenza li l-fattur ta’ bijokonċentrazzjoni tiegħu jew il-fattur ta’ bijoakkumulazzjoni tiegħu fi speċijiet akwatiċi huwa akbar minn 5,000 jew, fin-nuqqas ta’ data bħal din, li l-log Ko/w huwa ikbar minn 5;

(i) Evidenza li l-fattur ta’ bijokonċentrazzjoni tiegħu jew il-fattur ta’ bijoakkumulazzjoni tiegħu fi speċijiet akwatiċi huwa akbar minn 2,000 jew, fin-nuqqas ta’ dejta bħal din, li l-log Ko/w huwa ikbar minn 5;

(ii) Evidenza li kimika tippreżenta raġunijiet oħra għal tħassib, bħal bijoakkumulazzjoni għolja fi speċijiet oħra li mhumiex immirati, tossiċità jew ekotossiċità għolja; kif ukoll

(ii) Evidenza li kimika tippreżenta raġunijiet oħra għal tħassib, bħal bijoakkumulazzjoni għolja fi speċijiet oħra li mhumiex immirati, tossiċità jew ekotossiċità għolja; jew

 

(iia) Dejta ta' monitoraġġ fil-bijota li tindika li l-potenzjal ta' bijoakkumulazzjoni tas-sustanza attiva huwa biżżejjed biex jitqies skond il-Konvenzjoni POPs; jew

Ġustifikazzjoni

B'din l-emenda, ir-Regolament ikun konformi ma' l-Anness D tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma. It-tliet kriterji POP għandhom ikunu kriterji ta' limiti individwali. Barra minn hekk, dawn il-kriterji m'għandhomx ikunu sekondarji għal kalkoli dwar l-espożizzjoni jew dwar kundizzjonijiet u stimi oħra.

Emenda 235

Anness II, punt 3.7.2, introduzzjoni, subparagrafu 1

3.7.2. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss jekk ma titqiesx li hija sustanza persistenti, bijoakkumulanti u tossika (PBT).

3.7.2. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss jekk hi u l-prodotti jew ir-residwi ta' trasformazzjoni tagħha ma jitqisux li huma sustanzi persistenti, bijoakkumulanti u tossiċi (PBT).

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji fil-proposta tal-Kummissjoni huma meħuda mir-REACH, għalkemm in-nuqqas ta' dawn il-kriterji diġà ġiet rikonoxxuta mir-REACH, billi huma suġġetti għal reviżjoni fi żmien sena. Il-kriterji tar-REACH għal sustanzi PBT u vPvB huma tant stretti li anke sustanzi PBT magħrufa sew, bħal per eżempju dawk elenkati mill-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu, mhumiex identifikati. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma, huwa importanti li jingħata permess li tintuża evidenza ekwivalenti, u mhux biss riżultati ta' testijiet sempliċi (tick-box tests) li ġieli ma jkunux disponibbli jew lanqas ikunu applikabbli.

Emenda 236

Anness II, punt 3.7.2.1, subparagrafu 2 a (ġdid)

 

Hi tissodisfa wkoll il-kriterju tal-persistenza fejn ikun hemm evidenza li s-sustanza hija filfatt persistenti biżżejjed li tqajjem tħassib.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni ta' l-emenda għal punt 3.7.2.

Emenda 237

Anness II, punt 3.7.2.2, subparagrafu 2 a (ġdid)

 

Hi tissodisfa wkoll il-kriterju ta' bijoakkumulazzjoni fejn ikun hemm evidenza ta' bijoakkumulazzjoni għolja fi speċijiet oħra, jew id-dejta ta' monitoraġġ fil-bijota tindika li l-potenzjal tal-bijoakkumulazzjoni tal-kimika hu biżżejjed biex iqajjem tħassib.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni ta' l-emenda għal punt 3.7.2.

Emenda 238

Anness II, punt 3.7.2.3, inċiz 2

- is-sustanza hija kklassifikata bħala karċinoġenika (kategorija 1 jew 2), mutaġenika (kategorija 1 jew 2), jew tossika għar-riproduzzjoni (kategorija 1, 2, jew 3), jew

- is-sustanza hija kklassifikata bħala karċinoġenika (kategorija 1, 2 jew 3), mutaġenika (kategorija 1,2 jew 3), jew tossika għar-riproduzzjoni (kategorija 1, 2, jew 3), jew

Emenda 239

Anness II, punt 3.7.3, introduzzjoni, subparagrafu 1

3.7.3.   Sustanza attiva m’għandhiex titqies bħala konformi ma’ l-Artikolu 4 fejn tkun persistenti ħafna, bioakkumulanti ħafna (vPvB).

3.7.3.   Sustanza attiva m’għandhiex titqies bħala konformi ma’ l-Artikolu 4 fejn hi jew il-prodotti jew ir-residwi ta' trasformazzjoni tagħha jkunu persistenti ħafna, bijoakkumulanti ħafna (vPvB).

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji fil-proposta tal-Kummissjoni huma meħuda mir-REACH, għalkemm in-nuqqas ta' dawn il-kriterji diġà ġiet rikonoxxuta fi ħdan ir-REACH, billi huma suġġetti għal reviżjoni fi żmien sena. Il-kriterji tar-REACH għal sustanzi PBT u vPvB huma tant stretti li anke sustanzi PBT magħrufa sew, bħal per eżempju dawk elenkati mill-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu, mhumiex identifikati. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma, huwa importanti li jingħata permess li tintuża evidenza ekwivalenti, u mhux biss riżultati ta' testijiet sempliċi (tick-box tests) li ġieli ma jkunux disponibbli jew lanqas ikunu applikabbli.

Emenda 240

Anness II, punt 3.7.3.1.

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju ta’ persistenti ħafna fejn:

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju ta' ħafna persistenza (vP-) fejn hemm evidenza li:

- il-half-life fl-ilma baħar, fl-ilma ħelu jew fl-ilma ta’ l-estwarji hija akbar minn 60 ġurnata, jew

- il-half-life fl-ilma baħar, fl-ilma ħelu jew fl-ilma ta’ l-estwarji hija akbar minn 60 ġurnata, jew

- il-half-life fis-sediment ta’ l-ilma baħar, ta’ l-ilma ħelu jew ta’ l-ilma ta’ l-estwarji hija akbar minn 180 ġurnata, jew

- il-half-life fis-sediment ta’ l-ilma baħar, ta’ l-ilma ħelu jew ta’ l-ilma ta’ l-estwarji hija akbar minn 180 ġurnata, jew

- il-half-life fil-ħamrija hija akbar minn 180.

- il-half-life fil-ħamrija hija akbar minn 180 ġurnata.

 

Hi tissodisfa wkoll il-kriterju tal-persistenza fejn ikun hemm evidenza li s-sustanza hija filfatt persistenti ferm biżżejjed li tqajjem tħassib.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni ta' l-emenda għal punt 3.7.3.

Emenda 241

Anness II, punt 3.7.3.2., subparagrafi 1 a u 1 b (ġodda)

 

Il-valutazzjoni tal-bijoakkumulazzjoni għandha tkun ibbażata fuq dejta mkejla dwar il-bijokonċentrazzjoni fl-ispeċijiet akwatiċi. Tista’ tintuża dejta kemm minn speċijiet ta’ l-ilma ħelu kif ukoll minn speċijiet ta’ l-ilma baħar.

 

Hi tissodisfa l-kriterju veru ta' bijoakkumulazzjoni meta hemm evidenza ta' bijoakkumulazzjoni għolja fi speċijiet oħra, jew id-dejta ta' monitoraġġ fil-bijota tindika li l-potenzjal tal-bijoakkumulazzjoni tal-kimika hi biżżejjed biex tqajjem tħassib.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni ta' l-emenda għal punt 3.7.3.

Emenda 242

Anness II, punt 3.8.1

3.8.1. Sustanza attiva għandha titqies bħala li tikkonforma ma’ l-Artikolu 4 biss jekk il-valutazzjoni tar-riskju turi li r-riskji huma aċċettabbli skond il-kriterji stabbiliti fil-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jissemmew fl-Artikolu 35 f’kondizzjonijiet proposti realistiċi ta’ użu ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva. Il-valutazzjoni trid tqis is-serjetà ta’ l-effetti, l-inċertezza tad-data, u n-numru ta’ gruppi ta’ organiżmi li huwa mistenni li s-sustanza attiva taffetwa b’mod negattiv bl-użu li għalih hija maħsuba.

 

3.8.1. Sustanza attiva għandha titqies bħala li tikkonforma ma’ l-Artikolu 4 biss jekk il-valutazzjoni tar-riskju turi li r-riskji huma aċċettabbli skond il-kriterji stabbiliti fil-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jissemmew fl-Artikolu 35 f’kondizzjonijiet proposti realistiċi ta’ użu ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva. Il-valutazzjoni trid tqis is-serjetà ta’ l-effetti fuq il-bijodiversità, l-inċertezza tad-dejta, u n-numru ta’ gruppi ta’ organiżmi li huwa mistenni li s-sustanza attiva taffettwa b’mod negattiv bl-użu li għalih hija maħsuba.

Ġustifikazzjoni

Il-konservazzjoni tal-bijodiversità għal żmien fit-tul trid tkun waħda mill-objettivi bażiċi tar-Regolament.

Emenda 243

Anness II, punt 3.8.2

3.8.2. Sustanza attiva għandha titqies bħala li tikkonforma ma’ l-Artikolu 4 biss jekk, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-linji ta’ gwida tat-testijiet miftiehma mill-Komunità jew internazzjonalment, ma titqiesx li għandha proprjetajiet li jħawdu s-sistema endokrinali li jistgħu jkunu ta’ sinifikat tossikoloġiku fuq organiżmi mhux immirati ħlief jekk l-espożizzjoni ta’ l-organiżmi mhux immirati għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kondizzjonijiet ta' użu realistiċi proposti tkun negliġibbli.

3.8.2. Sustanza attiva għandha titqies bħala li tikkonforma ma’ l-Artikolu 4 biss jekk, fuq il-bażi ta' l-evalwazzjoni tal-linji ta’ gwida tat-testijiet miftiehma mill-Komunità jew internazzjonalment u ta' dejta u informazzjoni disponibbli oħra, inkluża l-analiżi ta' l-informazzjoni xjentifika, ma titqiesx li għandha proprjetajiet li jħawdu s-sistema endokrinali li aktarx ikunu ta’ sinifikat tossikoloġiku fuq organiżmi mhux immirati.

Ġustifikazzjoni

Skond il-prinċipju tal-prekawzjoni, il-kriterji tal-limiti għal effetti kroniċi fuq is-saħħa m'għandhomx ikunu relatati biss ma' l-evalwazzjoni ta' l-espożizzjoni, anke għaliex m'hemm l-ebda definizzjoni li torbot dwar "kondizzjonijiet ta' użu realistiċi proposti". Hu meħtieġ li dan il-paragrafu jkun konformi mal-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi f'relazzjoni mas-saħħa tal-bniedem meta tqis "id-dejta u l-informazzjoni l-oħra disponibbli" flimkien mar-riżultati ta' l-evalwazzjoni.

Emenda 244

Anness II, punt 3.8.2 a (ġdid)

 

3.8.2a. Sustanza attiva għandha tkun approvata biss jekk, fuq il-bażi ta' l-evalwazzjoni ta' linji gwida għat-testijiet miftiehma fil-Komunità jew internazzjonalment u d-dejta u l-informazzjoni l-oħra disponibbli, inkluża l-analiżi tad-dokumentazzjoni xjentifika, ma titqiesx bħala tossika għan-naħal u jkollha Kwozjent tal-Periklu (HQ) ta' anqas minn 50.

Ġustifikazzjoni

Xi studji wrew li n-naħal li kien espost għall-pestiċidi jitlef l-orjentament. It-tossiċità għan-naħal għandha titqies fil-proċess ta' approvazzjoni. Il-Kwozjent tal-Periklu (HQ) hu indikatur utli biex tkun ikkalkulata t-tossiċità għan-naħal u għalhekk għandu jitqies b'mod espliċitu fl-evalwazzjoni tar-riskju.

Emenda 245

Anness II, punt 3.9

Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss jekk, fejn ikun rilevanti, tista’ tiġi stabbilita definizzjoni tar-residwi għall-iskopijiet ta’ valutazzjoni tar-riskju u għall-iskopijiet ta’ infurzar.

Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss jekk tista’ tiġi stabbilita definizzjoni tar-residwi u jekk metodi analitiċi fl-użu ġenerali jistgħu jidentifikawhom għall-iskopijiet ta’ l-evalwazzjoni tar-riskju u għall-iskopijiet ta’ l-infurzar.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tintroduċi żewġ dimensjonijiet f'dan l-artikolu. L-ewwel, li għal kull pestiċida awtorizzat irid ikun hemm definizzjoni tar-residwi. It-tieni, li tagħmir tal-laboratorju standard għandu jkun kapaċi jidentifika u jkejjel ir-residwi tas-sustanzi kollha fis-suq, li mhux il-każ attwali. Tagħmir tal-laboratorju standard hu kapaċi jidentifika ftit aktar minn 100 sustanza meta hemm ħafna aktar sustanzi fis-suq li attwalment huma "inviżibbli" għall-finijiet ta' l-infurzar u l-monitoraġġ.

Emenda 246

Anness II, punt 3.9 a (ġdid)

 

3.9a. Effetti fil-katina ta' l-ikel

 

Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss jekk l-impatt tagħha fuq il-katina ta' l-ikel ta' l-organiżmi l-aktar għolja titqies bħala aċċettabbli fuq il-bażi tal- metodoloġija ta' l-evalwazzjoni tar-riskji approvata xjentifikament u, jekk tiġi approvata, l-impatt ta' l-evalwazzjoni fuq l-ekosistema jonqos permezz ta' sistema ta' mitigazzjoni u kumpens.

Ġustifikazzjoni

Ħafna pestiċidi għandhom effetti indiretti fuq l-ekosistema, per eżempju permezz ta' effetti fil-katina ta' l-ikel (it-tnaqqis fil-popolazzjoni ta' l-għasafar fl-agroekosistemi minħabba li l-insetti tal-priża naqsu sew). Dawn l-effetti jistgħu jiġu evalwati permezz tal-metodoloġija xjentifika deskritta fi: Butler SJ, Vickery JA & Norris K (2007): Farmland biodiversity and the footprint of agriculture. Science, 315, 381-384.

Emenda 247

Anness II, punt 3.9 b (ġdid)

 

3.9b. L-esklużjoni ta' sustanzi prijoritarji

Sustanzi fuq lista prijoritarja stabbilita skond trattati internazzjonali rilevanti ratifikati mill-Unjoni Ewropea, jew fuq il-lista ta' sustanzi prijoritarji għall-politika dwar l-ilma annessa mad-Direttiva 2000/60/KEE, m'għandhomx ikunu approvati.

Ġustifikazzjoni

B'din l-emenda r-Regolament ikun konformi ma' leġiżlazzjoni eżistenti u koerenti mad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma.

Emenda 248

Anness II, punt 4

Sustanza attiva għandha tiġi approvata bħala kandidat għas-sostituzzjoni skond l-Artikolu 24 fejn:

Sustanza attiva għandha tiġi definita bħala kandidat għas-sostituzzjoni skond l-Artikolu 24 fejn jintlaħqu xi waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

- l-ADI, l-ARfD jew l-AOEL tagħha huwa ferm iktar baxx minn dak tal-biċċa l-kbira tas-sustanzi attivi approvati;

- l-ADI, l-ARfD jew l-AOEL tagħha huwa iktar baxx minn dak tal-biċċa l-kbira tas-sustanzi attivi approvati, meta wieħed iqis ir-residenti, persuni fil-qrib li ma jkunux involuti f'dak li qed jiġri u l-gruppi tal-popolazzjoni l-aktar vulnerabbli;

- tissodisfa tnejn mill-kriterji biex titqies bħala sustanza PBT;

- tissodisfa wieħed mill-kriterji biex titqies bħala sustanza PBT;

 

- hi suġġetta għal tnixxija fl-ilma ta' taħt l-art;

- hemm raġunijiet għal tħassib marbutin man-natura ta’ l-effetti kritiċi li, flimkien max-xejriet ta’ użu/espożizzjoni, jammontaw għal sitwazzjonijiet ta’ użu li xorta għad jistgħu iqajmu tħassib, anki b’miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju restrittivi ħafna (bħal apparat estensiv għall-ħarsien personali jew żoni kbar ħafna biex jitnaqqas l-effett);

- hemm raġunijiet għal tħassib marbutin man-natura ta’ l-effetti kritiċi u proprjetajiet li jistgħu jwasslu għal miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju restrittivi ħafna (bħal apparat estensiv għall-ħarsien personali jew zoni kbar ħafna biex jitnaqqas l-effett);

 

- għandha karatteristiċi newrotossiċi, immunotossiċi jew li jistgħu jħarbtu s-sistema endokrinali fl-adulti jew waqt l-iżvilupp, fuq il-bażi tal-valutazzjoni u tad-dejta u l-informazzjoni l-oħra disponibbli, inkluża l-analiżi ta' l-informazzjoni xjentifika;

- fiha proporzjon sinifikanti ta’ isomeri mhux attivi.

- fiha proporzjon sinifikanti ta’ isomeri mhux attivi.

Ġustifikazzjoni

Sustanzi li jagħtu evidenza ta' proprjetajiet newrotossiċi, immunotossiċi jew li jħarbtu s-sistema endokrinali m'għandhomx jiġu approvati. Sustanzi li jista' jkollhom, għalkemm mingħajr evidenza ċara, proprjetajiet bħal dawn, partikolarment meta jkun hemm espożizzjoni matul l-iżvilupp, għandhom jiġu kkunsidrati bħala kandidati għas-sostituzzjoni. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-effetti newrotossiċi ta' l-iżvilupp.

Emenda 249

Anness II a (ġdid)

 

Anness II a

 

Lista ta' sustanzi attivi approvata għall-inklużjoni fi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti

Ġustifikazzjoni

Għandha tinżamm lista ta' l-inklużjoni ta' sustanzi approvati f'Anness tar-Regolament.

Emenda 250

Anness III, titolu

Il-lista ta’ ko-formulanti li mhumiex aċċettati għall-inklużjoni fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti

Il-lista ta’ koformulanti, safeners u synergists approvati għall-inklużjoni fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti

Ġustifikazzjoni

Il-koformulanti jista' jkollhom effett fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. Għandhom għalhekk ikunu approvati u inklużi f'lista pożittiva.

Emenda 251

Anness IV, punt 1

Valutazzjoni komparattiva għandha titwettaq mill-Istati Membri meta jkunu qegħdin jevalwaw applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fih sustanza attiva approvata bħala kandidat għas-sostituzzjoni.

Valutazzjoni komparattiva għandha titwettaq mill-Istati Membri meta jkunu qegħdin jevalwaw applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti. F'dan il-proċess, għandha tingħata prijorità lill-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom xi sustanza attiva approvata bħala kandidat għas-sostituzzjoni.

Fejn ikun qed jitqies rifjut jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti favur prodott alternattiv għall-ħarsien tal-pjanti (li minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ ‘sostituzzjoni’), l-alternattiva , fid-dawl ta’ l-għarfien xjentifiku u tekniku, tridturi riskju ferm iżgħar għas-saħħa jew għall-ambjent. Għandha titwettaq valutazzjoni tal-prodott alternattiv għall-ħarsien tal-pjanti biex jintwera jekk jistax jintuża b’effett simili fuq l-organiżmu mmirat u mingħajr żvantaġġi ekonomiċi u prattiċi sinifikanti għall-utent jew le.

Fejn ikun qed jitqies rifjut jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti favur prodott alternattiv għall-ħarsien tal-pjanti (li minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ "sostituzzjoni"), l-alternattiva, fid-dawl ta’ l-għerf xjentifiku u tekniku, trid turi riskju ferm iżgħar għas-saħħa jew għall-ambjent. Għandha titwettaq valutazzjoni tal-prodott alternattiv għall-ħarsien tal-pjanti biex jintwera jekk jistax jintuża b’effett simili fuq l-organiżmu mmirat u mingħajr żvantaġġi ekonomiċi u prattiċi sinifikanti għall-utent jew le.

Aktar kondizzjonijiet għal rifjut jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni huma:

Aktar kondizzjonijiet għal rifjut jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni huma:

(a) is-sostituzzjoni għandha tiġi applikata biss fejn id-diverstià kimika tas-sustanzi attivi hija suffiċjenti biex timminimizza l-okkorrenza ta’ reżistenza fl-organiżmu immirat;

(a) is-sostituzzjoni għandha tiġi applikata biss fejn id-diversità tas-sustanzi attivi u ta' metodi mhux kimiċi oħra ta' ħarsien ta' l-uċuħ tar-raba' u ta' prevenzjoni ta' l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara hija suffiċjenti biex timminimizza l-okkorrenza ta’ reżistenza fl-organiżmu immirat;

(b) is-sostituzzjoni għandha tiġi applikata biss għal sustanzi attivi li, fejn jintużaw fi prodotti awtorizzati għall-ħarsien tal-pjanti, jippreżentaw livell ferm ogħla ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent;

(b) is-sostituzzjoni tista' tiġi applikata mill-Istati Membri għas-sustanzi attivi kollha li, fejn jintużaw fi prodotti awtorizzati għall-ħarsien tal-pjanti, jippreżentaw livell ogħla ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent.

(c) is-sostituzzjoni għandha tiġi applikata biss wara li tkun tqieset il-possibbiltà, fejn ikun meħtieġ, li tinkiseb esperjenza mill-użu fil-prattika, fejn din ma tkunx diġà disponibbli.

 

Ġustifikazzjoni

Il-prodotti li m'għandhomx kandidat għas-sostituzzjoni jistgħu wkoll ma jiġux approvati mill-Istati Membri jekk ikun hemm alternattivi aktar sikuri fis-suq. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jmorru lil hinn mil-lista attwali ta' l-UE ta' kandidati għas-sostituzzjoni jekk ikunu jixtiequ jagħmlu dan minħabba l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent. Għandha tingħata, madankollu, prijorità lill-kandidati għas-sostituzzjoni fl-evalwazzjoni komparattiva u fis-sostituzzjoni.

Meta ssir evalwazzjoni komparattiva għandhom jitqiesu metodi u prattiċi ħielsa mill-kimika tal-ġestjoni ta' l-uċuħ tar-raba' u l-prevenzjoni ta' l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara.

Emenda 252

Anness IV, punt 2

Differenza sinifikanti fir-riskju għandha tiġi identifikata fuq bażi ta’ każ b’każ mill-awtoritajiet kompetenti. Għandhom jitqiesu l-proprjetajiet tas-sustanza attiva, u l-possibbiltà ta’ l-espożizzjoni ta’ sottogruppi differenti tal-popolazzjoni (utenti professjonali jew mhux professjonali, persuni fil-viċin li ma jkunux involuti f’dak li qed jiġri, ħaddiema, residenti, gruppi vulnerabbli speċifiċi jew konsumaturi) direttament jew indirettament permezz ta’ l-ikel, ta’ l-għalf, ta’ l-ilma jew ta’ l-ambjent. Iridu jitqiesu wkoll fatturi oħra bħal kemm huma stretti r-restrizzjonijiet imposti fuq l-użu u l-apparat preskritt għall-ħarsien personali.

Differenza sinifikanti fir-riskju, l-aktar f'riskji għas-saħħa, għandha tiġi identifikata fuq bażi ta’ każ b’każ mill-awtoritajiet kompetenti, waqt li jitqiesu l-effetti kumulattivi u sinerġistiċi magħrufa. Għandhom jitqiesu l-proprjetajiet tas-sustanza attiva, u l-possibilità ta’ l-espożizzjoni ta’ sottogruppi differenti tal-popolazzjoni (utenti professjonali jew mhux professjonali, persuni fil-viċin li ma jkunux involuti f’dak li qed jiġri, ħaddiema, residenti, gruppi vulnerabbli speċifiċi jew konsumaturi) direttament jew indirettament permezz ta’ l-ikel, l-għalf, l-ilma jew l-ambjent. Iridu jitqiesu wkoll fatturi oħra bħal kemm huma stretti r-restrizzjonijiet imposti fuq l-użu u l-apparat preskritt għall-ħarsien personali.

Għall-ambjent, fattur ta’ mill-inqas 10 bejn il-proporzjonijiet tal-Konċentrazzjoni Ambjentali Prevista (KAP) u l-Konċentrazzjoni Prevista ta’ Bla Effett (KPBE) ta’ sustanzi attivi differenti jitqies bħala differenza sinifikanti fir-riskju.

Għall-ambjent, waqt li jitqiesu l-effetti kumulattivi u sinerġistiċi magħrufa, fattur ta’ mill-inqas 3 bejn il-proporzjonijiet tal-Konċentrazzjoni Ambjentali Prevista (PEC) u l-Konċentrazzjoni Prevista ta’ Bla Effett (PNEC) ta’ sustanzi attivi differenti jitqies bħala differenza sinifikanti fir-riskju.

Ġustifikazzjoni

Iridu jitqiesu l-effetti kombinati tal-pestiċidi.

Fattur ta' 10 bejn il-PEC u l-PNEC jillimita bla ħtieġa l-għadd tas-sustanzi li huma kandidati għas-sostituzzjoni.

Emenda 253

Anness IV, punt 3, subparagrafu 2 a (ġdid)

 

L-evalwazzjoni komparattiva għandha tqis l-użi minuri awtorizzati.

  • [1]  OJ C ... / Għadha mhix ippublikata fil-ĠU

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-kuntest ġenerali

Bl-adozzjoni tas-Sitt Programm ta' Azzjoni dwar l-Ambjent, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill irrikonoxxew li l-effetti tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent għandhom ikomplu jitnaqqsu. Huma jenfasizzaw il-ħtieġa li jintużaw dawn il-prodotti b'mod li jkun aktar favorevoli għall-ambjent u jitolbu strateġija fuq żewġ livelli: l-applikazzjoni sħiħa u r-reviżjoni xierqa tal-qafas legali eżistenti u l-iżvilupp ta' strateġija tematika għall-użu sostenibbli tal-pestiċidi.

Din il-proposta tal-Kummissjoni, li hija riżultat tar-reviżjoni li qed issir bħalissa tad-Direttiva 91/414, għandha tkun ispirata mill-ġustifikazzjonijiet tas-Sitt Programm ta' Azzjoni għall-Ambjent, fil-fehma tar-rapporteur. Barra minn hekk, l-għan għandu jkun li jiġi implimentat l-għarfien attwali ta' strateġiji ta' evalwazzjoni prospettivi u retrospettivi rigward ir-riskji u l-perikli għall-bniedem u għall-ambjent, u li tinħoloq koerenza ma' politiki oħra.

L-għanijiet

B'konformità ma' l-għanijiet tas-Sitt Programm ta' Azzjoni għall-Ambjent kif ukoll ma' l-istrateġija tematika dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, ir-regolament għandu jiggarantixxi livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa umana u ta' l-ambjent. Għalhekk, fil-fehma tar-rapporteur, il-paragrafi 152(4)b u 175 tat-Trattat tal-KE għandhom jitqiesu bħala fundamentali u l-prinċipju tal-prekawzjoni għandu jitqies bħala prijorità fuq kull interess ieħor.

Il-koerenza

Ir-rapporteur hija tal-fehma li l-koerenza ma' politiki oħra għandha toħroġ b'mod aktar ċar fl-abbozz. Jeħtieġ, pereżempju, li jkun hemm garanzija li r-regolament ma jmurx kontra l-għanijiet u l-istandards tal-kwalità tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma (2000/06/KE) u tad-direttivi li joħorġu minnha. Dan l-għan jista' jintlaħaq permezz ta' kontrolli regolari. Il-prinċipji dwar il-ħarsien ta' l-annimali għandhom jiġu applikati fil-qafas ta' l-eżami tas-sustanzi attivi u tal-prodotti. Dan ifisser li, minbarra li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-esperimenti fuq il-mammiferi, għandu jkun hemm ġbir koordinat u disponibilità b'xejn ta' l-istudji xjentifiċi dwar il-metodi alternattivi ta' l-ittestjar.

Il-prinċipju tas-sostituzzjoni u l-evalwazzjoni komparattiva

Ir-rapporteur tqis li r-rispett tal-prinċipji ta' l-atti legali rilevanti huwa indispensabbli, b'mod partikulari d-direttivi dwar ir-REACH u l-bijoċidji u, bil-għan li r-riskji u l-perikli tal-pestiċidi jitnaqqsu, għandhom jiddaħħlu l-prinċipju tas-sostituzzjoni u l-evalwazzjoni komparattiva, billi r-rispett tal-miżuri tat-tnaqqis tar-riskju fl-użu prattiku tal-pestiċidi fuq it-territorju ma jistax jiġi kkontrollat biżżejjed.

Fil-prattika tas-sostituzzjoni, jeħtieġ li mhux biss jiġu sostitwiti s-sustanzi problematiċi b'sustanzi inqas problematiċi, iżda wkoll li jitqiesu metodi alternattivi li ma jużawx kimika għall-kontroll u l-prevenzjoni ta' l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara fil-qasam tal-ħarsien tal-pjanti. B'dan il-mod jiġi rispettat il-prinċipju ta' l-Istrateġija Tematika li titnaqqas id-dipendenza ta' l-agrikultura mill-użu ta' pestiċidi kimiċi u sintetiċi.

Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, għandha titħaffef ir-reġistrazzjoni ta' prodotti naturali għall-kontroll bijoloġiku bħall-mikroorganiżmi u l-prodotti virali u feromoniċi. Meta jitlestew il-proġetti ta' riċerka rilevanti, dawn is-sustanzi m'għandhomx ikunu koperti minn dan ir-regolament iżda minn regolament speċifiku.

Barra minn hekk, dan ir-regolament għandu jinkludi l-għanijiet ta' l-Istrateġija Tematika rigward l-obbligu li fil-qasam tal-biedja jiddaħħlu kif jixraq l-istandards ta' l-immaniġġjar integrat ta' l-organiżmi ta' ħsara u tal-ħarsien integrat tal-pjanti fid-definizzjonijiet u fil-miżuri ta' "prattika ta' teknika tajba" u "l-użu xieraq tal-pestiċidi". Dawn il-miżuri għandhom jibdew jiffurmaw parti obbligatorja mill-proċedura ta' l-awtorizzazzjoni mill-2012 flok fl-2014.

L-awtorizzazzjoni skond iz-zona

Ir-rapporteur hija tal-parir li, meta jitqiesu l-objettivi tar-regolament, il-ħolqien ta' zoni u l-awtorizzazzjoni marbuta maz-zona tal-prodotti pestiċidi ma jkunux ta' fejda; hija tqis li dan imur kontra l-Artikolu 5 tat-Trattat tal-KE u kontra l-kunċett tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma.

L-ewwelnett, il-qsim ta' l-Unjoni Ewropea f'zoni stabbiliti b'mod arbitrarju ma jirrispetta l-ebda kriterju ambjentali jew tal-konservazzjoni tan-natura. Dan jimplika l-introduzzjoni ta' linja tal-konfini li tifred, pereżempju, ix-xatt tal-lemin mix-xatt tax-xellug tal-Moselle u tqegħidhom f'"ġurisdizzjonijiet" differenti. L-evalwazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskju għandhom ikunu bbażati fuq zoni iżgħar u differenzjati tal-konservazzjoni tan-natura u fuq il-kundizzjonijiet ta' l-art u tal-klima. Barra minn hekk, kull Stat Membru għandu jżomm id-dritt li jagħżel li jmur lil hinn mill-istandards Komunitarji fir-rigward tal-ħarsien u li jieħu d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' prodotti maħsuba sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-ambitu tal-pjanijiet nazzjonali ta' azzjoni dwar il-pestiċidi, tal-programmi tas-saħħa jew tal-miżuri ta' natura ambjentali. Kull Stat Membru għandu jkollu wkoll il-possibilità li jiddeċiedi li jgħaqqad id-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni ma' eżami ta' l-utilità bbażat fuq kundizzjonijiet nazzjonali speċifiċi. Għalhekk ir-rapporteur tissuġġerixxi li, minflok iz-zoni arbitrarji, jinżamm il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta' reġistrazzjonijiet nazzjonali, filwaqt li l-Istati Membri jitħallew jagħmlu speċifikazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Il-gruppi vulnerabbli

Ir-rapporteur tqis li hemm il-ħtieġa assoluta li l-għanijiet ta' protezzjoni jkunu orjentati lejn l-aktar gruppi dgħajfa u sensittivi fis-soċjetà. Flimkien mat-tfal, l-embriji u l-feti, in-nisa tqal u li jreddgħu, insibu gruppi oħra vulnerabbli, pereżempju l-utenti professjonali, ir-residenti taz-zona u l-persuni dgħajfa u morda. L-istrateġiji kollha ta' l-ittestjar u tat-teħid ta' deċiżjonijiet għandhom iqisu dawn il-gruppi u jikkunsidraw l-għerf xjentifiku attwali.

L-investigazzjonijiet reċenti dwar ir-residwi misjuba l-aktar fil-frott u fil-ħaxix urew li l-valur limitu previst mid-Direttiva 2006/215 għall-ikel tat-trabi u tat-tfal iż-żgħar jinqabeż b'sa 200 darba. Il-letteratura xjentifika kixfet, b'mod li jixxokkja, il-ħsara newroloġika li ssir b'mod partikulari fl-iżvilupp tat-tfal żgħar, u li tinkludi wkoll tnaqqis fil-kwozjent ta' l-intelliġenza tagħhom. Dan it-tagħrif huwa allarmanti. Il-Komunità saħħet l-isforzi tagħha sabiex tiġġieled kontra l-obeżità u favur dieta tajba. Ikun assurd jekk jittiekel inqas frott u ħaxix frisk minħabba li jkollu kontenut għoli wisq ta' pestiċidi. Il-prattika tar-reġistrazzjoni u l-ittikkettar għandhom ikunu orjentati lejn dawn il-gruppi vulnerabbli.

L-istat attwali ta' l-għerf xjentifiku

Id-deċiżjonijiet politiċi u amministrattivi għandhom dejjem ikunu bbażati fuq l-istat attwali ta' l-għerf xjentifiku. Għalhekk hemm il-ħtieġa li jsiru kontrolli regolari tar-reġistrazzjonijiet kollha tas-sustanzi attivi. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti bażiċi għall-kontrolli u għas-sorveljanza huma deċiżivi, pereżempju li s-sustanzi attivi u l-metaboliti tagħhom ikunu jistgħu jiġu verifikati b'mod sensibbli, prattikabbli u analitiku fil-midja ambjentali kollha rilevanti jew fil-fajls tad-dejta dwar l-oqsma kollha ta' użu mitluba. L-aċċess liberu u wiesa' għall-għerf xjentifiku, dejta u rapporti għandu jkun garantit kemm jista' jkun. L-għerf miksub mill-monitoraġġ tas-sustanzi għandu jwassal għall-eżami flessibbli u skond il-każ tad-deċiżjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni, pereżempju f'każ li l-limiti massimi permessi għar-residwi fl-ikel jinqabżu kemm-il darba, jew f'każ li jiġi kontaminat l-ilma ta' taħt l-art, eċċ. Sabiex tinħoloq din il-konnessjoni mar-reġistrazzjoni, ir-rapporteur tqis li l-monitoraġġ wara r-reġistrazzjoni huwa essenzjali, billi waqt il-monitoraġġ li jsir bħalissa ġeneralment ma jiġux eżaminati s-sustanzi attivi kollha, il-metaboliti jew il-koformulanti rilevanti kollha użati.

Barra minn hekk wieħed għandu jqis li l-pestiċidi spiss jintużaw fit-taħlitiet, u jinsabu wkoll bħala residwi multipli jew f'kontaminazzjoni mħallta fi prodotti u f'midja ambjentali. Permezz tal-verifika tar-reġistrazzjoni, għandhom jitqiesu l-effetti kombinati possibbli fid-dawl ta' l-għerf attwali. Jekk ikun hemm xi dubju li qed jidhru effetti kumulattivi jew sinerġetiċi, jeħtieġ li r-riskji jiġu affrontati permezz ta' l-immaniġġjar tar-riskji bbażat fuq il-prekawzjoni, anke fejn ma hemmx għerf ċert.

Il-kriterji ta' esklużjoni

Billi ħafna eżempji mill-imgħoddi wrew li l-esponiment għas-sustanzi perikolużi ma jistax jiġi eskluż għal kollox, minkejja restrizzjonijiet stretti, il-kriterji ta' esklużjoni għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-karatteristiċi tas-sustanzi, sabiex mill-bidu nett jiġu evitati l-effetti potenzjali inaċċettabbli fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. Dan il-prinċipju għandu jiġi applikat għal sustanzi li għandhom ħajja twila jew li jistgħu jakkumulaw fl-ambjent, fil-kreaturi ħajjin jew fil-katina ta' l-ikel, li għandhom karatteristiċi karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni kif ukoll sustanzi li għandhom effetti ormonali, newrotossiċi jew immunotossiċi. Għalhekk, f'konformità mal-prinċipji prekawzjonarji għall-ħarsien tas-saħħa u ta' l-ambjent, jeħtieġ li jiġu applikati kriterji aktar stretti minn dawk li jinsabu f'din il-proposta.

It-trasparenza u l-kompetizzjoni

Ir-rapporteur tqis li huwa essenzjali li jkun hemm kemm jista' jkun trasparenza, mir-reġistrazzjoni u l-applikazzjoni sa l-użu mill-konsumatur. Għalhekk l-informazzjoni dwar is-sustanzi awtorizzati għandha tiġi ppubblikata fuq l-internet, u l-informazzjoni rilevanti għall-konsumatur (pereżempju d-dejta ekotossikoloġika) mill-proċedura tar-reġistrazzjoni, kif ukoll ir-riżultati tal-monitoraġġ tar-residwi, għandhom ukoll jiġu ppubblikati. Minbarra r-regola proposta rigward iż-żamma tar-rekords dwar l-użu tal-pestiċidi, ir-rapporteur tissuġġerixxi passaport għall-pestiċidi, li permezz tiegħu tista' tinkiseb trasparenza akbar u jista' jkun hemm garanzija li s-sustanzi jistgħu jiġu segwiti fil-katina ta' l-ikel. Dan iwassal ukoll biex tikber il-kompetizzjoni għal ikel bnin fil-kummerċ. Fi tmiem il-katina, wara kollox, il-konsumaturi għandhom dritt ikunu jafu x'pestiċidi jkunu ntużaw fil-produzzjoni ta' l-ikel li jieħdu.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI

Is-Sur Miroslav Ouzký

Chairperson

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

BRUSSELL

                       Suġġett:        Opinjoni dwar il-bażi legali tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament   Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti   (COM(2006)0388 – C6‑0245/2006 – 2006/0136(COD))[1]

Għażiż Sur Ouzký,

Permezz ta' l-ittra tat-30 ta' April 2007 inti tlabt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skond l-Artikolu 35(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sabiex jikkunsidra jekk kinitx valida u korretta l-bażi legali tal-proposta tal-Kummissjoni hawn fuq imsemmija.

Il-kumitat ikkunsidra l-kwistjoni msemmija hawn fuq fil-laqgħa tiegħu li saret fil-11 ta' Ġunju 2007.

Il-proposta għandha bażi legali dupliċi, l-Artikolu 37(2) u l-Artikolu 152(4)(b) tat-Trattat tal-KE.

Ir-Rapporteur, is-sinjura Breyer, ressqet emendi għall-proposta sabiex jitħassar l-Artikolu 37 bħala bażi legali, meta wieħed jikkunsidra li l-Artikolu 152(4)(b) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat tal-KE jikkostitwixxu bażi legali korretta għall-proposta.

B'ittra oħra tad-9 ta' Mejju 2007, int infurmajt lill-Kumitat li l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, li qiegħed jaħdem bil-proċedura ta' koperazzjoni iżjed mill-qrib mal-Kumitat għall-Ambjent, adotta opinjoni li biha qiegħed iqis li l-bażi legali korretta m'hijiex biss l-Artikolu 37(2) u l-Artikolu 152(4)(b) imma wkoll l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE.

Il-bażijiet legali li qegħdin jitqiesu:

Artikolu 37

1. Sabiex tiddetermina l-linji prinċipali ta’ politika agrikola komuni, il-Kummissjoni għandha tlaqqa’ konferenza ta' l-Istati Membri malli t-Trattat jidħol fis-seħħ, biex huma jkunu jistgħu jqabblu l-politika agrikola tagħhom u, partikolarment, biex jagħmlu prospett tar-riżorsi u bżonnijiet tagħhom.

2. Fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan it-Trattat, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u waqt li tikkonsidra x-xogħol tal-konferenza ipprovdut fil-paragrafu 1, għandha tissottometti proposti biex telabora u timplimenta l-politika agrikola komuni, inkluża s-sostituzzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet nazzjonali b’waħda mill-forom ta’ l-organizzazzjoni komuni previsti fl-Artikolu 34, Paragrafu 1, u l-implimentazzjoni tal-miżuri speċifikati f'dan it-Titolu ta' dan it-Trattat. Dawn il-proposti għandhom iqisu l-interdipendenza tal-kwistjonijiet agrikoli msemmija f'dan it-titolu.

Fuq il-proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu joħroġ regolamenti jew direttivi, jew jieħu deċiżjonijiet bla ħsara għal kull rakkomandazzjoni li huwa jista’ jagħmel.

3. Il-Kunsill, permezz ta' maġġoranza kwalifikata u skond il-paragrafu 2, jista' jissostitwixxi l-organizzazzjonijiet nazzjonali tas-suq bl-organizzazzjoni komuni stipulata fl-Artikolu 34(1) jekk:

(a) jekk l-organizzazzjoni komuni toffri lill-Istati Membri li jopponu din il-miżura u li jippossjedu huma stess organizzazzjoni nazzjonali għall-prodotti in kwistjoni, garanziji ekwivalenti dwar l-impjieg u l-livell ta’ għajxien tal-produtturi interessati, waqt li jittieħed kont xieraq tar-ritmu ta' l-adattamenti li jkunu possibbli u ta’ gradi ta’ speċjalizzazzjoni meħtieġa;

(b) jekk dik l-organizzazzjoni tkun tista’ tassigura għall-kummerċ fi ħdan il-Komunità kondizzjonijiet simili għal dawk li jipprevalu fi swieq nazzjonali.

4. Jekk organizzazzjoni komuni tiġi stabbilita għal ċerta materja prima, waqt li tkun għadha ma teżistix għal prodotti korrispondenti proċessati, il-materja prima in kwistjoni użata għall-prodotti proċessati intiżi għall-esportazzjoni f’pajjiżi mhux membri tista' tiġi importata minn barra l-Komunità.

Artikolu 95

1. B’deroga mill-Artikolu 94 u ħlief fejn provdut xort'oħra f’dan it-Trattat, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kisba ta’ l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 14. Il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, jadotta l-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern.

2. Il-Paragrafu 1 m’għandux japplika għal dispożizzjonijiet fiskali, għal dawk li għandhom x'jaqsmu mal-moviment liberu ta' persuni u lanqas għal dawk li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet u l-interessi ta' l-impjegati.

3. Il-Kummissjoni, fil-proposti tagħha kif maħsuba fil-Paragrafu 1 li jikkonċerna s-saħħa, is-sigurtà, il-ħarsien ta' l-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumatur, għandha tieħu bħala bażi protezzjoni fl-ogħla livell, waqt li tieħu kont partikolarment ta’ kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Skond is-setgħat rispettivi tagħhom, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jippruvaw jilħqu dan l-objettiv ukoll.

4. Jekk, wara l-adozzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni ta’ miżuri ta’ armonizzazzjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jżomm id-dispożizzjonijiet nazzjonali fuq il-bażi ta’ neċessitajiet maġġuri msemmija fl-Artikolu 30, jew li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien ta' l-ambjent jew ta' l-ambjent tax-xogħol, dan għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll dwar ir-raġuni għaliex għandhom jinżammu.

5. Aktar minn hekk, bla ħsara għall-Paragrafu 4, jekk, wara l-adozzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali bbażati fuq prova xjentifika ġdida li għandha x’taqsam mal-ħarsien ta' l-ambjent jew ta' l-ambjent tax-xogħol fuq il-bażi ta’ xi problema speċifika għal dak l-Istat Membru li toriġina mill-adozzjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet li jkollu l-ħsieb jintroduċi kif ukoll bil-bażi għall-introduzzjoni tagħhom.

6. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur min-notifika msemmija fil-Paragrafi 4 u 5, tapprova jew tiċħad id-dispożizzjonijiet nazzjonali invlouti, wara li tkun ivverifikat jekk humiex, jew le mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew ta’ restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u jekk joħolqux, jew le ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern.

Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-Kummissjoni f'dan il-perjodu, id-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafi 4 u 5 għandhom jitqiesu li kienu approvati.

Meta jkun ġustifikat mill-kumplessità tal-kwistjoni u fin-nuqqas ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, il-Kummissjoni tista' tinnotifika lill-Istat Membru konċernat li l-perjodu msemmi f'dan il-paragrafu jista' jiġi estiż għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn sitt xhur.

7. Meta, bis-saħħa tal-Paragrafu 6, xi Stat Membru jkun awtorizzat li jżomm jew jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw minn miżura ta’ armonizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha immedjatament teżamina jekk tipproponix adattament għal dik il-miżura.

8. Meta Stat Membru jqajjem problema speċifika dwar is-saħħa pubblika f’qasam li kien suġġett minn qabel għal miżuri ta’ armonizzazzjoni, dan għandu jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni li għandha immedjatament teżamina jekk tipproponix miżuri xierqa lill-Kunsill.

9. B'deroga mill-proċedura stipulata fl-Artikoli 226 u 227, il-Kummissjoni u kwalunkwe Stat Membru jistgħu jressqu l-kwistjoni direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jekk iqisu li Stat Membru ieħor qiegħed juża ħażin is-setgħat imsemmija f'dan l-Artikolu.

10. Il-miżuri ta’ armonizzazzjoni msemmija hawn fuq għandhom, fil-każi xierqa, jinkludu klawsola ta’ salvagwardja li tawtorizza lill-Istati Membri li jieħdu għal raġuni waħda jew aktar li m'hijiex ta' natura ekonomika msemmija fl-Artikolu 30, miżuri proviżorji soġġetti għall-proċedura tal-kontroll mill-Komunità.

Artikolu 152

1. Il-livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa umana għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-istrateġiji u l-attivitajiet kollha Komunitarji.

L-azzjoni tal-Komunità, li għandha tikkomplementa l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard u l-infermità tal-bniedem, u li jevitaw il-fonti ta' periklu għas-saħħa umana. Din l-azzjoni għandha tkopri l-ġlieda kontra l-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġġixxi riċerka fuq il-kawża tagħhom, it-tixrid tagħhom u l-prevenzjoni tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa.

Il-Komunità għandha tikkomplementa l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri fit-tnaqqis ta’ ħsara għas-saħħa li tkun marbuta mad-drogi, inkluża l-informazzjoni u l-prevenzjoni.

2. Il-Komunità għandha tinkoraġġixxi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-oqsma kollha msemmija f’dan l-Artikolu u, jekk meħtieġ, tagħti sostenn lill-azzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom, b’kuntatt mal-Kummissjoni, jikkoordinaw bejniethom il-politiċi u l-programmi tagħhom fl-oqsma msemmija fil-Paragrafu 1. Il-Kummissjoni tista', b’kuntatt mill-qrib ma' l-Istati Membri, tieħu kull inizjattiva siewja biex tinkoraġġixxi dan il-koordinament.

3. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tas-saħħa pubbliika.

4. Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandu jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta’ l-objettivi msemmija f’dan l-Artikolu, billi jadotta:

(a) miżuri li joħolqu parametri għolja ta’ kwalità u sigurtà għar-rigward ta’ organi u sustanzi ta’ oriġini umana, demm u derivati tad-demm; dawn il-miżuri m’għandhom ifixklu lil ebda Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri protettivi aktar stretti.

(b) b'deroga mill-Artikolu 37, miżuri fl-oqsma veterinarji u fitosanitarji, li jkollhom bħala l-objettiv dirett tagħhom il-ħarsien tas-saħħa pubblika;

(ċ) miżuri ta’ inċentivi mmirati biex iħarsu u jtejbu s-saħħa umana, eskluża l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri.

Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' wkoll jadotta rakkomandazzjonijiet għall-iskopijiet kif stabbiliti f’dan l-Artikolu.

5. L-azzjoni Komunitarja fl-oqsma tas-saħħa pubblika għandha tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabilitajiet ta' l-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-għoti ta’ servizzi tas-saħħa u l-kura medika. Partikolarment, il-miżuri msemmija fil-Paragrafu 4(a) m’għandhomx jaffettwaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar id-donazzjoni jew l-użu mediku ta' organi u demm.

Artikolu 175

1. Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandu jiddeċiedi liema azzjoni għandha tittieħed mill-Komunità sabiex tilħaq l-objettivi msemmija fl-Artikolu 174[2].

2. B’deroga għall-proċedura ta’ deċizjoni prevista fil-Paragrafu 1 u bla ħsara għall-Artikolu 95, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni għandu jadotta:

(a) dispożizzjonijiet essenzjalment ta’ natura fiskali;

(b) miżuri li jaffettwaw:

— l-ippjanar ta' l-art,

— l-immaniġġjar kwantitattiv tar-riżorsi ta’ l-ilma, jew dak kollu li jaffettwa, direttament jew indirettament, id-disponibilità ta’ dawn ir-riżorsi,

— l-użu ta' l-art, bl-eċċezzjoni ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart;

(c) il-miżuri li jaffettwaw b'mod sinifikanti l-għażla li jkollu Stat Membru bejn is-sorsi differenti ta' l-enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista tiegħu ta' l-enerġija.

Il-Kunsill jista’, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, jistabbilixxi dawk il-materji msemmija f’dan il-paragrafu li għalihom id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu bil-maġġoranza kwalifikata.

3. F'oqsma oħra, il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni għandu jadotta programmi ta' azzjoni ġenerali li jistabbilixxu objettivi prijoritarji li għandhom jintlaħqu.

Il-Kunsill li jaġixxi skond il-Paragrafu 1 jew il-Paragrafu 2 skond il-każ, għandu jadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi.

4. Bla ħsara għal ċerti miżuri ta’ natura Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jiffinanzjaw u jimplimentaw il-politika dwar l-ambjent.

5. Bla ħsara għall-prinċipju li min iniġġes iħallas, jekk miżura li tkun ibbażata fuq id-dispożizzjonijiet tal-Paragrafu 1 tirrikjedi spejjeż li jitqiesu sproporzjonati għall-awtoritajiet pubbliċi ta' Stat Membru, il-Kunsill għandu fl-att li bih jadotta dik il-miżura, jistabbilixxi dispożizzjonijiet approprijati fl-għamla ta’:

— derogi temporanji, u/jew

— appoġġ finanzjarju mill-Fond ta' Koeżjoni stabbilit skond l-Artikolu 161.

Il-kontenut tar-Regolament jista' jkun analizzat kif ġej:

Ir-Regolament huwa mfassal biex jieħu post id-Direttiva 91/414 wara li jiġu kkunsidrati ċerti kwistjonijiet imqajma mill-Parlament u mill-Kunsill bi tweġiba għal rapport dwar il-progress imressaq mill-Kummissjoni u għall-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi reċenti. Sabiex l-affarijiet jiġu ssimplifikati, id-Direttiva 79/117 se tiġi revokata.

Skond il-premessi, dawn li ġejjin huma r-raġunijiet li wasslu biex issir il-proposta għal regolament:

(6)       Il-produzzjoni tal-pjanti għandha sehem importanti ħafna fil-Komunità. Wieħed mill-metodi importanti kif tħares il-pjanti u l-prodotti tal-pjanti mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara, fosthom mill-ħaxix ħażin, u biex titjieb il-produzzjoni agrikola, huwa l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

(7)       Il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jista' jkollhom ukoll effetti li ma jagħmlux ġid lill-produzzjoni tal-pjanti. L-użu tagħhom jista' jġib miegħu riskji u perikli għall-bnedmin, għall-annimali u għall-ambjent, l-aktar jekk jitqiegħdu fis-suq mingħajr ma jkunu ġew ittestjati u awtorizzati uffiċjalment u jekk jintużaw ħażin. Għalhekk, għandhom jiġu adottati regoli armonizzati għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

(8)       L-iskop ta' dan ir-Regolament hu li jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien kemm għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali kif ukoll ta' l-ambjent. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħarsien ta' gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni, fosthom in-nisa tqal, it-trabi u t-tfal. Il-prinċipju prekawzjonarju għandu jiġi applikat[3] u għandu jiġi żgurat li l-industrija turi bil-provi li s-sustanzi jew il-prodotti li jinħolqu jew jitqiegħdu fis-suq ma jaffettwawx ħażin lis-saħħa tal-bniedem jew lill-ambjent.

(9)       Is-sustanzi għandhom jiġu inklużi biss fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti meta jintwera bil-provi li jippreżentaw benefiċċji ċari għall-produzzjoni tal-pjanti u meta ma jkunux mistennija li jagħmlu ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali jew li jkollhom xi influwenza mhix aċċettabbli fuq l-ambjent. Sabiex jinkiseb l-istess livell ta' ħarsien fl-Istati Membri kollha, id-deċiżjoni jekk sustanzi bħal dawn ikunux aċċettabbli jew le għandha tittieħed fil-livell Komunitarju.

(10)     Fl-interess tal-prevedibilità, ta' l-effiċjenza u tal-konsistenza, għandha tiġi stabbilita proċedura ddettaljata biex jiġi evalwat jekk sustanza attiva tistax tkun approvata. ....

(11)     Għal raġunijiet etiċi, l-evalwazzjoni ta' sustanza attiva jew ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti m'għandhiex tkun ibbażata fuq testijiet jew studji li jinvolvu l-applikazzjoni intenzjonata ta' sustanza attiva jew ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti fuq il-bnedmin biex jiġi determinat il-livell ta' dik is-sustanza li fih ma jiġux osservati effetti li jagħmlu l-ħsara fuq il-bniedem. Bl-istess mod, l-istudji tossikoloġiċi li jsiru fuq il-bnedmin m'għandhomx jintużaw biex jitnaqqas il-marġini ta' sikurezza tas-sustanzi attivi jew tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

(12)     Biex titħaffef l-approvazzjoni tas-sustanzi attivi, għandhom jiġu stabbiliti dati fissi ta' skadenza għall-fażijiet differenti ta' proċedura.

(13)     Fl-interess tas-sikurezza, iż-żmien mogħti għall-approvazzjoni ta' sustanzi attivi għandu jkun limitat. Dan iż-żmien għandu jkun proporzjonat mar-riskji inerenti li jista' jkun hemm meta jintużaw sustanzi bħal dawn. ....

(14)     Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet biex tkun tista' tiġi emendata jew irtirata l-approvazzjoni ta' sustanza attiva fil-każijiet meta l-kriterji għall-approvazzjoni ma jibqgħux jiġu sodisfatti.

(15)     L-evalwazzjoni ta' sustanza attiva tista' turi li din tkun tippreżenta riskju iżgħar minn sustanzi oħra. Sabiex tiġi ppreferita l-inklużjoni ta' sustanza bħal din fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, huwa xieraq li dawn is-sustanzi jiġu identifikati u li jsir eħfef li jitqiegħdu fis-suq prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkollhom dawn is-sustanzi.

(16)     Ċerti sustanzi li ma jintużawx ħafna bħala prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jistgħu jkunu ta' valur għall-ħarsien tal-pjanti, għalkemm l-interess ekonomiku biex jitressqu għall-approvazzjoni jista' jkun limitat. Għalhekk, dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom jiżguraw li sustanzi bħal dawn, sakemm ir-riskji tagħhom ikunu aċċettabbli, jistgħu jiġu approvati wkoll biex jintużaw għall-ħarsien tal-pjanti.

(17)     Xi sustanzi attivi jistgħu jsiru aċċettabbli biss meta jittieħdu miżuri estensivi ta' mitigazzjoni tar-riskji. Sustanzi bħal dawn għandhom jiġu identifikati fil-livell Komunitarju. L-Istati Membri għandhom sikwit jeżaminaw mill-ġdid jekk il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkollhom sustanzi attivi bħal dawn jistgħux jinbidlu ma' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkollhom sustanzi attivi li jkunu jeħtieġu anqas mitigazzjoni tar-riskji.

(18)     Minbarra s-sustanzi attivi, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jista' jkollhom safeners jew synergists li għalihom għandu jkun hemm regoli simili. Għandhom jiġu stabbiliti r-regoli tekniċi meħtieġa għar-reviżjoni ta' sustanzi bħal dawn. Sustanzi li bħalissa jinsabu fis-suq għandhom jiġu riveduti biss wara li jkunu ġew stabbiliti dawk id-dispożizzjonijiet.

(19)     Il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jista' jkollhom ukoll xi koformulanti. Huwa xieraq li tingħata lista ta' koformulanti li m'għandhomx jiġu inklużi fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

(20)     Il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkollhom sustanzi attivi jistgħu jiġu fformulati f'bosta manjieri u jistgħu jintużaw fuq varjetà ta' uċuħ, f'kundizzjonijiet agrikoli, ekoloġiċi u klimatiċi differenti. L-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għalhekk għandhom jingħataw mill-Istati Membri.

(21)     Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni għandhom jiżguraw li jkun hemm standard għoli ta' ħarsien. B'mod partikulari, meta jingħataw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, l-objettiv tal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali, kif ukoll ta' l-ambjent, għandu jiġi qabel dak tat-titjib tal-produzzjoni tal-pjanti[4]. Għalhekk, għandu jintwera bil-provi, qabel il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jitqiegħdu fis-suq, li jkunu ta' benefiċċju ċar għall-produzzjoni tal-pjanti u li ma jkunux ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem u ta' annimali jew li jkollhom xi influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent.

(22)     Fl-interess tal-prevedibilità, ta' l-effiċjenza u tal-konsistenza, il-kriterji, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jiġu armonizzati, wara li jitqiesu l-prinċipji ġenerali tal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali kif ukoll ta' l-ambjent.

(23)     Is-sustanzi attivi li jkunu fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jistgħu jsiru permezz ta' proċessi ta' manifattura differenti, li jwasslu għal differenzi fl-ispeċifikazzjonijiet. Differenzi bħal dawn jista' jkollhom implikazzjonijiet dwar is-sikurezza. Għal raġunijiet ta' effiċjenza, għandha tiġi stipulata proċedura armonizzata fil-livell Komunitarju għall-evalwazzjoni ta' dawk id-differenzi.

(24)     Biex jiġi evitat xogħol doppju, biex jonqos il-piż amministrattiv għall-industrija u għall-Istati Membri u biex jiġi żgurat li jkun hemm disponibilità iktar armonizzata tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, l-awtorizzazzjonijiet mogħtija minn Stat Membru għandhom ikunu aċċettati minn Stati Membri oħra fejn il-kundizzjonijiet ekoloġiċi u klimatiċi jaqblu. Għalhekk, l-Unjoni Ewropea għandha tinqasam f'zoni ta' awtorizzazzjoni fejn il-kundizzjonijiet jaqblu sabiex jitħaffef rikonoxximent reċiproku bħal dan.

(25)     L-interess ekonomiku biex industrija tapplika għal xi awtorizzazzjoni huwa limitat għal ċerti użi. Sabiex jiġi żgurat li ma ssirx ħsara lid-diversifikazzjoni ta' l-agrikoltura u ta' l-ortikultura min-nuqqas ta' disponibilità ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għal użi minuri.

(26)     F'każijiet eċċezzjonali, l-Istati Membri għandhom jitħallew jawtorizzaw prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, fejn ikun meħtieġ li jsir hekk minħabba xi periklu jew theddida għall-produzzjoni tal-pjanti li ma tkunx tista' tiġi kkontrollata b'mezzi oħra. Awtorizzazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu riveduti fil-livell Komunitarju.

(27)     Sabiex ikompli jseħħ it-tiġdid, għandhom jiġu stabbiliti regoli speċjali li jippermettu l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fl-esperimenti, ukoll fejn ma jkunux ġew awtorizzati.

(28)     Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jintużaw sew billi jitqiesu l-prinċipji tal-ġestjoni integrata tal-pesti. ....

(29)     Għandha tiġi stabbilita sistema ta' skambju ta' l-informazzjoni. ...

(30)     L-adjuvants jistgħu jintużaw biex iżidu l-effiċjenza tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti. M'għandhomx jitħallew jintużaw jew jitqiegħdu fis-suq meta jkollhom xi koformulant li jkun ipprojbit.

(31)     L-istudji huma investiment kbir. Dan l-investiment għandu jkun imħares sabiex tiġi stimulata r-riċerka. Għal din ir-raġuni, l-istudji ddepożitati minn xi applikant f'xi Stat Membru għandhom jiġu mħarsa biex ma jintużawx minn applikant ieħor. ...

(32)     Għandhom jiġu stabbiliti regoli biex ma jkunx hemm duplikazzjoni ta' testijiet u studji. B'mod partikulari, ir-ripetizzjoni ta' studji li jinvolvu l-vertebrati m'għandhiex titħalla ssir. F'dan il-kuntest, għandu jkun hemm obbligu biex jitħalla aċċess għall-istudji fuq il-vertebrati f'termini raġonevoli. Sabiex l-operaturi jitħallew isiru jafu xi studji jkunu saru minn ħaddieħor, l-Istati Membri għandhom iżommu lista ta' studji bħal dawn, ukoll fejn ma jkunux koperti mis-sistema ta' aċċess obbligatorju msemmija aktar 'il fuq.

(33)     Billi l-Istati Membri, l-Awtorità jew il-Kummissjoni japplikaw regoli differenti dwar l-aċċess għad-dokumenti u l-kunfidenzjalità tagħhom, huwa xieraq li jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-informazzjoni li jkun hemm fid-dokumenti fil-pussess ta' dawn l-awtoritajiet u dwar il-kunfidenzjalità tagħhom.

(34)     Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri marbuta mal-klassifikazzjoni, ma' l-imballaġġ u ma' l-ittikkettar ta' preparazzjonijiet perikolużi[5] tapplika għall-klassifikazzjoni, għall-imballaġġ u għall-ittikkettar tal-pestiċidi. Madankollu, biex ikun hemm ħarsien aħjar għal min juża l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, għall-konsumaturi tal-pjanti u tal-prodotti tal-pjanti u għall-ambjent, ikun xieraq li jkun hemm aktar regoli speċifiċi li jqisu l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.(35)  Biex jiġi żgurat li r-riklami ma jqarrqux b'min juża l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, hu xieraq li jsiru regoli dwar ir-riklamar ta' dawn il-prodotti.

(36)     Għandhom jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet dwar iż-żamma tar-rekords u l-informazzjoni fuq l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti sabiex jogħla l-livell tal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali kif ukoll ta' l-ambjent billi tiġi żgurata t-traċċabilità ta' l-espożizzjoni potenzjali, sabiex tikber l-effiċjenza tal-monitoraġġ u tal-kontroll, u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-monitoraġġ għall-kwalità ta' l-ilma.

(37)     Id-dispożizzjoniet għall-arranġamenti fuq il-kontroll u l-ispezzjonar rigward il-promozzjoni u l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni korretta, sikura u armonizzata tar-rekwiżiti preskritti f'dan ir-Regolament sabiex jinkiseb livell għoli ta' ħarsien kemm għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali kif ukoll għall-ambjent.

(38)     Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali li jsiru biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġijiet fuq l-għalf u l-ikel, is-saħħa ta' l-annimali u r-regoli dwar il-benesseri ta' l-annimali[6] jkun hemm miżuri ta' kontroll fuq l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fil-fażijiet kollha tal-produzzjoni ta' l-ikel, fosthom iż-żamma tar-rekords dwar l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Regoli simili għandhom japplikaw għall-ħażna u l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li m'humiex koperti bir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(39)     Għandu jkun żgurat li jkun hemm koordinazzjoni mill-qrib ma' leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, b'mod partikulari mar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KE[7], u l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-ħarsien tal-ħaddiema u ta' kull min għandu x'jaqsam ma' l-użu fil-magħluq u r-rilaxx intenzjonat ta' organiżmi modifikati ġenetikament.

(40)     Jinħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri biex jiġu adottati miżuri ta' emerġenza f'sitwazzjonijiet meta xi sustanza attiva approvata, xi safener, xi synergist jew xi prodott għall-ħarsien tal-pjanti jista' jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali jew għall-ambjent.

(41)     L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati.

(42)     Ir-responsabilità ċivili u kriminali ġenerali tal-manifattur fl-Istati Membri u, fejn hu applikabbli, tal-persuna responsabbli mit-tqegħid fis-suq tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jew mill-użu tiegħu għandha tibqa' tapplika.

(43)     L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jirkupraw l-ispejjeż tal-proċeduri relatati ma' l-applikazzjoni tar-Regolament mingħand min jipprova jqiegħed, jew iqiegħed, fis-suq xi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u mingħand min japplika għall-approvazzjoni ta' sustanzi attivi, safeners jew synergists.

(44)     L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet nazzjonali neċessarji.

(45)     Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stipulati r-riżorsi finanzjarji meħtieġa u l-possibilità li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba jew biex jiġu żviluppati xi noti tekniċi li jiggwidaw.

(46)     ...

(47)     ...

Jidher mill-premessi u mit-termini li jdaħħlu fis-seħħ ir-regolament propost li l-objettiv ewlieni tiegħu hu li jiżgura l-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali kif ukoll ta' l-ambjent billi jiżgura li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, li huma ta' importanza kbira għall-agrikultura, ma jitqegħdux fis-suq mingħajr ma' jiġu ttestjati u awtorizzati uffiċjalment u użati kif suppost.

Hu ċar li jinħtieġu regoli armonizzati għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, imma l-ewwel għan tar-regolament m'huwiex li jiżgura li s-suq intern jaħdem tajjeb, tant li dan ma jissemmiex la fil-preambolu u lanqas fit-termini li jdaħħluh fis-seħħ.

Il-fatt hu li d-dispożizzjonijiet ta' l-istrument propost jikkonċernaw ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, il-proċedura ta' l-approvazzjoni, it-tiġdid u r-reviżjoni ta' l-approvazzjonijiet, id-derogi, l-approvazzjoni tas-safeners u s-synergists, il-projbizzjoni ta' koformulanti inaċċettabbli, l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u għall-użu, il-proċeduri ta' l-awtorizzazzjoni u l-eżenzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku ta' l-awtorizzazzjonijiet, it-tiġdid u l-irtirar ta' l-awtorizzazzjonijiet, il-każijiet speċjali (prodotti b'riskju baxx, prodotti b'GMOs, prodotti b'kandidati għal sostituzzjoni, awtorizzazzjonijiet għal użi minuri), id-derogi għall-użu ta' emerġenza u għar-riċerka u l-iżvilupp, ir-rekwiżiti marbuta ma' l-użu u l-informazzjoni dwar l-effetti li jistgħu jkunu negattivi tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, l-adjuvants, il-protezzjoni u l-iskambju tad-dejta, l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni, l-imballaġġ, l-ittikkettar u r-riklamar, il-kontrolli, l-emerġenzi, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi u finanzjarji (inklużi d-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabilità ċivili u kriminali).

Evalwazzjoni

Il-bażi legali tiddefinixxi l-kompetenza tal-Komunità ratione materiae u tispeċifika kif għandha tkun eżerċitata dik il-kompetenza, jiġifieri l-istrument(i) leġiżlattiv(i) li jistgħu jintużaw u l-proċedura ta' teħid ta' deċiżjonijiet.

Jidher ċar mill-każistika kostanti tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-għażla tal-bażi legali mhix fid-diskrezzjoni tal-leġiżlatur Komunitarju imma għandha tiġi determinata minn fatturi oġġettivi li huma suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju[8], bħall-għan u l-kontenut tal-miżura konċernata[9]. Barra minn hekk, il-fattur deċiżiv għandu jkun l-objettiv prinċipali tal-miżura[10].

Skond il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, artikolu ġenerali ta' Trattat huwa biżżejjed bħala bażi legali anke jekk il-miżura konċernata tipprova wkoll, b'mod subordinat, tilħaq għan li huwa l-mira ta' artikolu speċifiku ta' Trattat[11].

Madankollu, meta miżura għandha bosta objettivi kontemporanji li huma marbuta indissolubilment ma' xulxin u mingħajr ma wieħed ikun anqas importanti jew indirett meta mqabbel ma' l-oħrajn, il-miżura trid tkun ibbażata fuq il-varji dispożizzjonijiet tat-Trattat rilevanti[12], sakemm dan m'huwiex impossibbli minħabba l-inkompatibilità reċiproka tal-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet stipulati mid-dispożizzjonijiet[13].

Fid-dawl ta' dan kollu, għad irid jiġi stabbilit x'inhija l-bażi legali proprja għar-regolament propost.

Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet bażi legali dupliċi, jiġifieri l-Artikolu 37(2) flimkien ma' l-Artikolu 152(4)(b).

Il-Kumitat għall-Ambjent qiegħed jipproponi li jitħassar l-Artikolu 37(2) u li jintużaw l-Artikolu 152(4)(b) u l-Artikolu 175(1) bħala bażi legali.

Min-naħa tiegħu, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur qiegħed jissuġġerixxi l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 152(4)(b) u l-Artikolu 95.

Għal dak li jikkonċerna l-Artikolu 95, skond il-każistika li tgħid li artikolu ġenerali ta' Trattat huwa biżżejjed bħala bażi legali anke jekk il-miżura konċernata tipprova wkoll, b'mod subordinat, tilħaq għan li huwa l-mira ta' artikolu speċifiku ta' Trattat[14], huwa kkunsidrat li m'hemmx il-ħtieġa li ssir referenza għal Artikolu 95. Għalkemm huwa impliċitu li d-dispożizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-ħarsien ta' l-annimali, l-ittikkettar u r-rikonoxximent reċiproku huma mfassla biex isaħħu l-funzjoni tas-suq intern, l-iskop ewlieni tar-regolament huwa li jsaħħaħ il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali kif ukoll ta' l-ambjent billi jiġi żgurat li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, li huma ta' importanza kbira għall-agrikultura, ma jitqegħdux fis-suq mingħajr ma jiġu ttestjati u awtorizzati uffiċjalment u użati kif suppost. Dan huwa ċ-ċentru tal-gravità ta' l-istrument u mhux li jiġi stabbilit jew li jaħdem is-suq intern, li m'huwiex ħlief għan impliċitu u sekondarju u indirett ħdejn l-għan ewlieni. Għal dak li jikkonċerna l-Artikolu 37(2), m'hemmx il-ħtieġa li ssir referenza għalih minħabba d-deroga espliċita li tinsab fl-Artikolu 152(4)(b) dwar miżuri fil-qasam fitosanitarju li għandhom il-ħarsien tas-saħħa pubblika bħala l-objettiv dirett tagħhom. M'hemm l-ebda dubju, minħabba l-għan u l-kontenut tar-regolament propost, li l-ħarsien tas-saħħa pubblika huwa l-objettiv dirett tal-miżura. Barra minn hekk, il-fatt li l-Artikolu 37(2) jistipula l-proċedura tal-konsultazzjoni u mhux tal-kodeċiżjoni jista' jwasslu biex jitqies li huwa inkompatibbli, sakemm il-każistika dwar l-Artikolu 133 ma tiġix interpretata bħala li tapplika wkoll għall-Artikolu 37(2)[15].

B'effett ta' dan, l-Artikolu 152(4)(b) huwa biżżejjed bħala bażi legali u m'hemmx il-ħtieġa li ssir referenza għall-Artikolu 175(1).

Għalhekk, l-Artikolu 152(4)(b) huwa kkunsidrat bħala l-bażi legali korretta.

Fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Ġunju 2007 il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għalhekk iddeċieda, unanimament[16], li jirrakkomansda li l-bażi legali korretta għall-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti huwa l-Artikolu 152(4)(b) tat-Trattat tal-KE.

Dejjem tieghek,

Giuseppe Gargani

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
  • [2]  Artikolu 174(1)
    1. Il-politika tal-Komuità dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu dawn il-miri li ġejjin:
    — is-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità ta’ l-ambjent,
    — il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem,
    — l-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali,
    — il-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali li jittrattaw problemi ambjentali kemm reġjonali kif ukoll globali.
  • [3]  L-enfasi hija pprovduta.
  • [4]  L-enfasi hija pprovduta.
  • [5]  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/8/KE (ĠU L 19, 24.1.2006, p. 12).
  • [6]               ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni korretta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.
  • [7]               ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.
  • [8]  Kawża 45/86, Il-Kummissjoni v Il-Kunsill [1987] ECR 1439, Para. 5.
  • [9]  Kawża C-300/89, Il-Kummissioni v Il-Kunsill [1991] ECR I-287, Para. 10, u Każ C-42/97, Il-Parlament Ewropew v Il-Kunsill [1999] ECR I-869, Para. 36.
  • [10]  Kawża C-377/98, L-Olanda v. Il-Parlament Ewropew u L-Kunsill [2001] ECR I-7079, Para. 27.
  • [11]  Kawża C-377/98 L-Olanda v. Il-Parlament Ewropew u L-Kunsill [2001] ECR I-7079, Para 27-28; Kawża C-491/01 British American Tobacco (Investments) and Imperial Tobacco [2002] ECR I-11453, Para 93-94.
  • [12]  Każ C-165/87 Il-Kummissioni v Il-Kunsill [1988] ECR 5545, Para. 11.
  • [13]  Ara, eż., Kawża C-300/89 Il-Kummissioni v Il-Kunsill [1991] ECR I-2867, Para. 17-21 (Kawża Titanium dioxide), Kawża C-388/01 Il-Kummissjoni v Il-Kunsill [2004] ECR I-4829, Para. 58 u kawża C-491/01 British American Tobacco [2002] ECR I-11453, Para 103-111.
  • [14]  Kawża C-377/98 L-Olanda v. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill [2001] ECR I-7079, Para. 27-28; Kawża C-491/01 British American Tobacco (Investments) and Imperial Tobacco [2002] ECR I-11453, Para. 93-94.
  • [15]  Ara s-sentenza ta’ l-10 ta’ Jannar 2006 fil-Kawża C-178/03 il-Kummissjoni v. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, Para. 59, u s-sentenza ta’ l-istess data fil-Kawża C-94/03 il-Kummissjoni v. Il-Kunsill..
  • [16]  Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Cristian Dumitrescu (Aġent Chairperson), Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (Viċi-chairperson), Manuel Medina Ortega (Rapporteur), Carlo Casini, Janelly Fourtou, Luis de Grandes Pascual, Kurt Lechner, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Hans-Peter Mayer, Michel Rocard, Aloyzas Sakalas, Gabriele Stauner, József Szájer, Jaroslav Zvěřina and Tadeusz Zwiefka.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (7.5.2007)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti
(COM(2006)0388 – – C6‑0245/2006 – 2006/0136(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Dorette Corbey

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti huma essenzjali għall-biedja u għall-produzzjoni ta’ l-ikel. Fl-istess ħin, l-użu tagħhom huwa theddida għall-ambjent u għas-saħħa pubblika. Għalhekk fl-1991 iddaħħlet leġiżlazzjoni estensiva, li wasslet għall-investigazzjoni tal-ħażniet kollha ta' tali prodotti madwar l-UE. Dan wassal biex l-għadd ta’ sustanzi fis-suq naqas sewwa: Mid-969 sustanza li ġew eżaminati mill-qrib, 77 biss qed jitħallew fis-suq bħalissa u għadha ma tteħditx deċiżjoni dwar 420 oħra. Iżda l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għadhom problema ambjentali. Is-sustanzi huma kważi mid-definizzjoni tagħhom stess perikolużi għall-ambjent ħaj u dan jista’ joħloq problemi, ngħidu aħna meta l-uċuh jiġu sprejjati.

Kull sena l-industrija titfa’ madwar ħames sustanzi attivi ġodda fis-suq. Għadd ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti huma magħmula fuq il-bażi ta’ dawn is-sustanzi. Ir-riċerka involuta hija kumplikata u tqum ħafna flus. L-ispejjeż ta’ l-industrija għal kull sustanza attiva jitilgħu għal madwar 200 miljun euro fis-sena. Fost affarijiet oħra minħabba l-ispiża għolja tar-riċerka, seħħet konċentrazzjoni sustanzjali tas-suq, kemm madwar id-dinja kif ukoll fl-Ewropa. Minħabba l-ispiża kbira ħafna tal-prodotti ġodda għall-ħarsien tal-pjanti, dawn jiġu żviluppati l-aktar għal speċi ewlenin ta’ uċuh, primarjament dawk magħrufa bħala l-Ħamsa l-Kbar: ir-ross, il-qamħ, il-qamħirrum, is-sojja u l-qoton. Prodotti għall-uċuh minuri, bħall-patata, it-tadam u l-kurrat, spiss jiġu żviluppati mis-sustanzi attivi fi prodotti għall-Ħamsa l-Kbar.

Minħabba l-qagħda attwali l-Kummissjoni qed tipproponi għadd ta’ bidliet sinifikanti:

§ L-approvazzjoni ta’ sustanzi se tkun aktar ċentralizzata u se ssir fil-livell Ewropew, b'mod li jingħata rwol ewlieni lill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel, filwaqt li l-Kummissjoni se tkun involuta aktar direttament fis-superviżjoni.

§ Fi tliet zoni ta’ l-Istati Membri (it-Tramuntana, iċ-Ċentru u n-Nofsinhar) il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti se jiġu approvati permezz ta’ rikonoxximent reċiproku – sakemm il-prodott ma jkunx fih sustanzi li jkun hemm bżonn li jiġu limitati.

§ Qed jiddaħħlu inċentivi sabiex jiġu żviluppati prodotti li jagħmlu inqas ħsara: Sustanzi b’riskju żgħir se jiksbu perjodu itwal ta’ ħarsien tad-dejta u perjodu itwal għall-approvazzjoni inizjali.

§ Hemm dispożizzjoni għall-uċuh minuri: l-Istati Membri jistgħu japprovaw prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jintuża għal wiċċ ewlieni biex jintuża għal uċuh oħra jekk dan ikun effettiv b’mod ċar.

§ Sabiex ma jittennewx testijiet fuq l-annimali, ir-riżultati tat-testijiet miksuba minn riċerka fuq annimali vertebrati għandhom jinqasmu.

§ Proċeduri iqsar għall-approvazzjoni u għall-awtorizzazzjoni: filwaqt li l-approvazzjoni bir-regoli l-antiki tieħu mill-inqas ħames snin, issa hemm dispożizzjoni għal perjodu ta’ 25 xahar.

Ir-rapporteur għal opinjoni tara l-proposta tal-Kummissjoni b’mod pożittiv. Fiha hemm titjib konsiderevoli meta paragunata mal-qagħda attwali. Iżda xorta waħda tixtieq tagħmel titjib ulterjuri:

§ L-ewwel nett, hemm il-ħtieġa li jiġu stabbiliti kriterji ċari u oġġettivi sabiex jiġi definit liema sustanzi jistgħu jistqarru li għandhom riskju żgħir. Sabiex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jagħmlu inqas ħsara, dawk il-prodotti b’sustanzi b’riskju żgħir jistgħu jitolbu għal perjodu itwal ta’ ħarsien tad-dejta u, b'hekk, għal perjodu itwal li matulu jistgħu jirkupraw l-ispejjeż. Qed tiddaħħal ukoll kategorija ġdida tar-‘riskju żgħir’.

§ It-tieni nett, jeħtieġ li jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp ta' prodotti għall-uċuh minuri. Ir-rapporteur għal opinjoni, għalhekk, qed tipproponi tliet emendi. Il-proċedura ta’ approvazzjoni tista’ titwettaq mingħajr ħlas, l-applikanti jistgħu jistennew estensjoni tal-perjodu tal-ħarsien tad-dejta, u jinħoloq fond Ewropew għall-promozzjoni għal approvazzjonijiet fuq skala żgħira.

§ It-tielet nett, li hu kontroversjali, huwa dwar l-għarfien reċiproku. Ikun xieraq li dan, b’mod naturali, jagħmel parti minn sistema li fiha s-sustanzi jiġu approvati fil-livell Ewropew. Iżda jista’ ma jkunx mixtieq li wieħed jieħu minn idejn l-Istati Membri d-deċiżjoni aħħarija dwar l-approvazzjoni għat-territorju tagħhom, minħabba li l-kondizzjonijiet naturali (il-ħamrija, l-ilma jew il-klima) jistgħu jvarjaw konsiderevolment, anki f'zona partikulari.

§ Ir-raba’ nett, ir-rapporteur għal opinjoni tixtieq tgħin aktar biex jonqos l-użu ta’ ttestjar fuq l-annimali fl-iżvilupp ta’ prodotti ġodda għall-ħarsien tal-pjanti.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur għal opinjoni qieset il-pożizzjoni ta' l-industrija – u b’mod aktar partikulari ta’ l-applikanti. Perjodi iqsar għall-approvazzjoni u għall-awtorizzazzjoni jkunu kisba kbira għall-industrija. Iżda f’xi każi l-perjodu ta’ l-approvazzjoni jista’ b’xi mod jitħaffef, u b’hekk tkompli tissaħħaħ il-pożizzjoni ta’ l-applikanti.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[1]Emendi mill-Parlament

Emenda 1

Premessa 8 a (ġdida)

 

(8a) Sabiex ma jsirux testijiet fuq l-annimali, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament it-testijiet fuq annimali vertebrati għandhom isiru biss meta jkunu fallew it-tentattivi l-oħra kollha. Ir-riżultati eżistenti minn testijiet fuq annimali vertebrati għandhom jinqasmu bejn kulħadd waqt il-proċess ta’ l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda għall-ħarsien tal-pjanti. Skond id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE ta’ l-24 ta’ Novembru 1986 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-protezzjoni ta' l-annimali użati għal għanijiet ta' esperimentazzjoni u għanijiet xjentifiċi oħra*, anki t-testi fuq l-annimali vertebrati għandhom jinbidlu, jiġu limitati jew jiġu raffinati. L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha, fejn ikun possibbli, tkun ibbażata fuq l-użu ta’ metodi xierqa ta' ttestjar alternattiv. Sa mhux aktar tard minn l-aħħar seba’ snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrevedi r-regoli dwar il-ħarsien tad-dejta ta’ riżultati minn testijiet fuq annimali vertebrati u, fejn ikun meħtieġ, tibdel dawk ir-regoli.

 

___________________

*ĠU L 358, 18.12.1986, p. 1. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2003/65/ KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 230, 16.9.2003, p. 32).

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-miżuri biex ma jsirux mill-ġdid esperimenti fuq l-annimali jsiru aktar stretti.

Emenda 2

Premessa 15a (ġdida)

 

(15a) Sabiex wieħed jinkuraġġixxi l-iżvilupp ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, għandhom jiddaħħlu inċentivi għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti b’riskju żgħir jew b’inqas riskju minn prodotti li diġà jinsabu fis-suq. Għandhom jiġu stipulati kriterji ċari u oġġettivi sabiex jiġi definit liema prodotti jistgħu jistqarru li għandhom tali profil.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta fiha inċentivi għall-użu ta’ prodotti b’riskju żgħir. Iżda d-definizzjoni ma tgħidx liema sustanzi jkun xieraq li jkunu eliġibbli. L-Artikolu 22 jagħti definizzjoni wiesgħa ħafna li x’aktarx tiġi interpretata b'għadd ta' modi differenti. Iżda n-negozju jeħtieġ ċarezza u ċertezza legali, speċjalment meta wieħed iqis l-investiment li jqum ħafna fir-riċerka li huwa involut fl-iżviluppar ta’ sustanzi ġodda.

Emenda 3

Artikolu 1

Is-suġġett

Is-suġġett u l-għan

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti f’forma kummerċjali u għat-tqegħid fis-suq, għall-użu u għall-kontroll tagħhom ġewwa l-Komunità.

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti f’forma kummerċjali u għat-tqegħid tagħhom fis-suq, għall-inkoraġġiment ta’ l-iżvilupp ta’ prodotti li jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent, u għall-użu u għall-kontroll tagħhom fil-Komunità. Dan ir-Regolament għandu wkoll l-għan li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ prodotti maħsuba għal użu limitat.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi kemm regoli għall-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi, safeners u synergists, li jkunu fi jew li jikkostitwixxu prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, kif ukoll regoli għall-adjuvants u għall-ko-formulanti.

2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi kemm regoli għall-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi, safeners u synergists, li jkunu fi jew li jikkostitwixxu prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, kif ukoll regoli għall-adjuvants u għall-ko-formulanti.

 

3. L-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa li jkun żgurat livell għoli ta’ ħarsien kemm għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għas-saħħa ta’ l-annimali u għall-ambjent.

Ġustifikazzjoni

L-inkuraġġiment ta’ l-iżvilupp ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jagħmlu inqas ħsara huwa għan importanti ħafna u jkun xieraq li jkun jagħmel parti mis-suġġett tar-regolament.

Fil-proposta preżenti, l-għan tar-Regolament jissemma’ biss fil-Premessi. L-għan għandu jkun iddikjarat fl-ewwel artikoli.

Emenda 4

Artikolu 3, punt 9 a (ġdid)

 

(9a) 'kummerċ parallel'

 

L-importazzjoni ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti minn Stat Membru fejn il-prodott ikun ġie awtorizzat bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE jew ma' dan ir-Regolament, bl-intenzjoni li jitqiegħed fis-suq ta' l-Istat Membru li qed jimporta, fejn dak il-prodott jew prodott ta' referenza identika jkun ġie awtorizzat bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE jew skond dan ir-Regolament;

Emenda 5

Artikolu 3, punt 9 b (ġdid)

 

(9b) 'identiku'

 

Il-prodotti għall-ħarsien ta' l-ambjent għandom jitqiesu identiċi meta:

 

• ikunu ta' l-istess oriġini,

 

• ikunu ġew prodotti mill-istess kumpanija jew minn intrapriża assoċjata jew b'liċenzja, u

 

• ikunu ta' l-anqas magħmula bl-istess formulazzjoni, bl-użu ta' l-istess ingredjenti attivi, u jkollhom l-istess effett b'kunsiderazzjoni xierqa, partikolarment, lejn id-differenzi li jista' jkun hemm minħabba kondizzjonijiet relatati mal-biedja, is-saħħa tal-pjanta u l-ambjent, b'mod partikolari l-kondizzjonijiet klimatiċi;

Emenda 6

Artikolu 3, punt 20 a (ġdid)

 

(20a) 'Prattika Esperimentali Tajba'

 

Prattika bi qbil mad-Direttiva 2004/10/KE.

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni tat-terminu użat f’Kapitolu V.

Emenda 7

Artikolu 3, punt 21 a (ġdid)

 

(21a) Prattika Agrikola Tajba

 

L-użi sikuri tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti awtorizzati b'mod nazzjonali, f'kondizzjonijiet attwali neċessarji għall-kontroll effettiv tal-ħlejjaq li jagħmlu l-ħsara. Hija tinkludi firxa ta' livelli ta' applikazzjonijiet ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti sa l-ogħla użu awtorizzat, applikati b'mod li jħallu residwu li jkun l-inqas ammont prattikabbli.

 

L-użi sikuri awtorizzati huma determinati fil-livell nazzjonali u jinkludu użi reġistrati jew rakkomandati b'mod nazzjonali, li jqisu kondizzjonijiet ta' saħħa pubblika u fuq il-post tax-xogħol u ta' sikurezza ambjentali.

 

Il-kondizzjonijiet attwali jinkludu kwalunkwe stadju fil-produzzjoni, fil- ħażna, fit-trasport u fid-distribuzzjoni ta’ prodotti ta' l- ikel u ta' għalf ta’ l-annimali.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' l-Organizzazzjoni għall-Ikel u l-Agrikoltura, 'prattika agrikola tajba' għandha tiġi inkluża fir-Regolament.

Emenda 8

Artikolu 3, punt 21 b (ġdid)

 

(21b) 'Użi minuri'

 

L-użu ta’ prodotti għall-ħarsien ta’ pjanti fi Stat Membru għal pjanti ta’ diffużjoni limitata jew għal pjanti b’diffużjoni akbar, meta teżisti neċessità limitata jew sporadika u straordinarja, jew għal żrieragħ.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tat-terminu ‘użi minuri’ użat f’Artikolu 49.

Emenda 9

Artikolu 4, paragrafu 1

1. Sustanza attiva għandha tkun approvata skond l-Anness II, jekk jista’ jkun mistenni, fid-dawl ta’ l-għarfien xjentifiku u tekniku korrenti, li, meta jitqiesu l-kriterji għall-approvazzjoni li ġew stabbiliti fil-punti 2 u 3 ta’ dak l-Anness, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza attiva se jissodisfaw il-kondizzjonijiet provduti fil-paragrafi 2 u 3.

1. Sustanza attiva għandha tkun approvata skond l-Anness II, jekk jista’ jkun mistenni, fid-dawl ta’ l-għarfien xjentifiku u tekniku korrenti, li, meta jitqiesu l-kriterji għall-approvazzjoni li ġew stabbiliti fil-punti 2 u 3 ta’ dak l-Anness, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza attiva se jissodisfaw il-kondizzjonijiet provduti fil-paragrafi 2 u 3. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jintużaw bħala kriterji ta' limitu.

Ġustifikazzjoni

Is-sustanzi kollha li fihom jew hemm suspett li fihom karatteristiċi karċinoġeni, mutaġeni, tossiċi għar-riproduzzjoni, li jħawdu s-sistema endokrinali, sensibilizzanti, u sustanzi li huma persistenti, bijoakkumulattivi jew tossiċi jew li b’xi mod jagħtu lok għal tħassib, m’għandhomx jiġu approvati.

Emenda 10

Artikolu 4, paragrafu 2, punt (a)

(a) m’għandu jkollhom l-ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, inklużi gruppi vulnerabbli, jew fuq is-saħħa ta’ l-annimali, meta jitqiesu l-effetti kumulattivi u sinerġistiċi magħrufa meta jkunu disponibbli l-metodi biex issir valutazzjoni ta’ effetti bħal dawn, jew fuq l-ilma ta’ l-art;

(a) m’għandu jkollhom l-ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, b'mod partikulari fuq is-saħħa ta' gruppi vulnerabbli bħal ma huma n-nisa tqal, embriji u tfal, jew fuq is-saħħa ta’ l-annimali, meta jitqiesu l-effetti kumulattivi u sinerġistiċi magħrufa, jew fuq l-ilma ta’ l-art;

Ġustifikazzjoni

Skond il-prinċipju ta' prekawzjoni, is-sustanzi m'għandux ikollhom effetti negattivi fuq saħħet il-bniedem, b'mod partikulari fuq gruppi vulnerabbli bħall-embriji, it-tfal u l-ambjent. Dan huwa konformi mar-reazzjoni tal-Parlament Ewropew (Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew P5_TA(2002)0276) għall-Komunikazzjoni ta’ qabel tal-Kummissjoni rigward ir-reviżjoni tad-Direttiva 91/414.

Emenda 11

Artikolu 7, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. L-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjoni tista’ ssir minn diversi Stati Membri flimkien skond is-sistema ta’ ko-rappurteur, li jaġixxu bħala r-rapporteur.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għall-evalwazzjonijiet skond id-Direttiva 91/414/KEE u għandha influwenza qawwija fuq il-ħeffa u l-kwalità tar-rapporti ta’ evalwazzjoni tas-sustanzi attivi.

Emenda 12

Artikolu 11, paragrafu 1

1. Fi żmien tnax-il xahar mid-data tan-notifika provduta fl-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 9(3), l-Istat Membru rapporteur għandu jipprepara u jressaq quddiem l-Awtorità rapport (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni”) li jivvaluta jekk jistax jiġi mistenni li s-sustanza attiva tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 4.

1. Fi żmien għaxar xhur mid-data tan-notifika provduta fl-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 9(3), l-Istat Membru rapporteur għandu jipprepara u jressaq quddiem l-Awtorità rapport (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni”) li jivvaluta jekk jistax jiġi mistenni li s-sustanza attiva tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 4.

Fejn l-Istat Membru jeħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandu jiffissa perjodu ta’ żmien għall-applikant biex jipprovdiha. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ tnax-il xahar għandu jiġi estiż bil-perjodu ta’ żmien addizzjonali mogħti mill-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità.

Fejn l-Istat Membru jeħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandu jiffissa perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-applikant biex jipprovdiha. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ għaxar xhur għandu jiġi estiż bil-perjodu ta’ żmien addizzjonali mogħti mill-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità, li wara tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

L-Istat Membru jista’ jikkonsulta lill-Awtorità.

L-Istat Membru jista’ jikkonsulta lill-Awtorità.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li wieħed iħaffef l-aċċess għal prodotti ġodda u innovattivi għas-suq. L-Istati Membri li huma rapporteurs jistgħu jibdew minn issa bl-evalwazzjoni tat-tagħrif disponibbli qabel id-data tan-notifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 9(3). Għaldaqstant limitu ta’ 10 xhur jidher raġonevoli u mixtieq.

Emenda 13

Artikolu 14, paragrafu 2

2. It-tiġdid għandu jkun għal perjodu ta’ żmien mhux limitat.

2. It-tiġdid għandu jkun għal perjodu ta’ żmien li ma jaqbiżx l-10 snin. L-approvazzjoni tista’ tiġġedded iżjed minn darba.

Ġustifikazzjoni

L-awtorizzazzjoni trid tkun valida għal żmien limitat wara l-ewwel tiġdid. Kieku dan imur kontra l-prinċipju ta’ prekawzjoni. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu fil-kuntest ta’ l-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, skond l-Art. 4(10).

Emenda 14

Artikolu 15, paragrafu 1

1. 1. L-applikazzjoni provduta fl-Artikolu 14 għandha titressaq minn produttur tas-sustanza attiva quddiem Stat Membru, flimkien ma’ kopja għall-Istati Membri l-oħra, għall-Kummissjoni u għall-Awtorità, mhux iktar tard minn tliet snin qabel l-iskadenza ta’ l-ewwel approvazzjoni.

1. L-applikazzjoni provduta fl-Artikolu 14 għandha titressaq minn produttur tas-sustanza attiva quddiem l-Istat Membru kkonċernat, flimkien ma’ kopja għall-Istati Membri l-oħra, għall-Kummissjoni u għall-Awtorità, mhux iktar tard minn tliet snin qabel l-iskadenza ta’ l-ewwel approvazzjoni.

Emenda 15

Artikolu 22, paragrafu 1

1. Bħala deroga mill-Artikolu 5, sustanza attiva li tikkonforma mal-kriterji provduti fl-Artikolu 4 għandha tiġi approvata għal perjodu li ma jaqbiżx il-15-il sena, fejn jista’ jiġi mistenni li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza se joħolqu biss riskju żgħir għas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u għall-ambjent, kif provdut fl-Artikolu 46(1).

1. 1. Bħala deroga mill-Artikolu 5, sustanza attiva li tikkonforma mal-kriterji provduti fl-Artikolu 4 għandha tiġi approvata għal perjodu li ma jaqbiżx il-15-il sena, fejn jista’ jiġi mistenni li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza se joħolqu biss riskju żgħir għas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u għall-ambjent.

 

Din id-deroga m’għandha tapplika għal ebda sustanza attiva klassifikata bi qbil mad-Direttiva 67/548/KEE bħala:

 

- karċinoġena,

 

- mutaġena,

 

– ta’ ħsara għar-riproduzzjoni,

 

– sensibilizzanti,

 

jew għal sustanzi li huma kwalifikati bħala:

 

– persistenti, b’nofs ħajja (half-life) ta’ iżjed minn 60 ġurnata,

 

– li tħawwad is-sistema endokrinali skond il-lista ta’ l-UE rigward proprjetajiet suspetti li jħawdu s-sistema endokrinali,

 

- tossika,

 

– bijoakkumulattiva u li ma tiddiżintegrax malajr.

 

Mhux aktar tard minn…*, il-Kummissjoni għandha tirrevedi u jekk ikun meħtieġ tispeċifika l-kriterju għat-trattament ta’ sustanza attiva bħala sustanza b’riskju baxx, u jekk ikun hemm bżonn, tressaq proposti.

 

___________________

* Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Hemm il-ħtieġa li jiġu stabbiliti kriterji ċari u oġġettivi sabiex jiġi definit liema sustanzi jistgħu jistqarru li għandhom riskju żgħir. F’din il-proposta m’hemmx definizzjoni għal dan. Sabiex tiġi mħeġġa r-riċerka favur sustanzi u prodotti li jagħmlu inqas ħsara, huwa importanti li wieħed jipprovdi ċarezza u ċertezza legali lill-impriżi dwar x’wieħed jifhem eżattament b’riskju żgħir. Il-kriterji elenkati hawnhekk ittieħdu, parti minnhom, mid-Direttiva dwar il-Bijoċidji 98/8/KE. Skond dawn il-kriterji minn 25 sa 30 fil-mija tas-sustanzi attivi jitqiesu bħala ta’ riskju żgħir.

Emenda 16

Artikolu 24, paragrafu 1

1. Bħala deroga mill-Artikolu 5 u mill-Artikolu 14(2), sustanza attiva li tikkonforma mal-kriterji provduti fl-Artikolu 4 għandha tiġi approvata għal perjodu li ma jaqbiżx is-seba’ snin, fejn sustanzi attivi oħra li diġà ġew approvati huma ferm inqas tossiċi għall-konsumaturi jew għall-operaturi jew li jippreżentaw ferm inqas riskji għall-ambjent. L-evalwazzjoni għandha tqis il-kriterji stabbiliti fil-punt 4 ta’ l-Anness II.

1. Sustanza attiva li tikkonforma mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 4 u mal-kriterji fil-punt 4 ta’ l-Anness II għandha tiġi kklassifikata u approvata bħala ‘kandidata għas-sostituzzjoni’.

Sustanza bħal din minn hawn’il quddiem se tissejjaħ ‘kandidat għas-sostituzzjoni’.

 

 

Il-perjodu ta’ validità ta’ l-approvazzjoni għandu jkun ta’ 10 snin. L-Artikolu 14(2) ma għandux japplika.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu klassifikati bħala kandidati għas-sostituzzjoni, is-sustanzi attivi jridu jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-abbozz tar-Regolament.

Emenda 17

Artikolu 32, paragrafu 5. a (ġdid)

 

5a. Il-Formoli ta' applikazzjoni għandhom ikunu standard fl-Istati Membri kollha.

 

Emenda 18

Artikolu 36, paragrafu 1, subparagrafu 2

Fejn l-Istat Membru jeħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandu jiffissa perjodu ta’ żmien għall-applikant biex jipprovdiha. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ tnax-il xahar għandu jiġi estiż bil-perjodu ta’ żmien addizzjonali mogħti mill-Istat Membru.

Fejn l-Istat Membru jeħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandu jiffissa perjodu ta’ żmien għall-applikant biex jipprovdiha. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ tnax-il xahar għandu jiġi estiż bil-perjodu ta’ żmien addizzjonali mogħti mill-Istat Membru. Dan għandu jkun ibbażat fuq iż-żmien li jkun jeħtieġ l-applikant biex jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali.

Ġustifikazzjoni

L-applikanti għandhom jingħataw biżżejjed żmien biex ifornu t-tagħrif addizzjonali.

Emenda 19

Artikolu 40, paragrafu 1

1. L-Istat Membru li quddiemu titressaq applikazzjoni skond l-Artikolu 39 għandu jawtorizza il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernat fl-istess kondizzjonijiet, inkluża l-klassifikazzjoni għall-iskop tad-Direttiva 1999/45/KE, bħall-Istat Membru tar-referenza.

1. L-Istat Membru li quddiemu titressaq applikazzjoni skond l-Artikolu 39 għandu jawtorizza l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernat bl-istess kondizzjonijiet, inkluża l-klassifikazzjoni għall-iskop tad-Direttiva 1999/45/KE, bħall-Istat Membru tar-referenza, sakemm l-Istat Membru ma jkunx f’qagħda li juri li l-użu ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti jkollu effett differenti fuq l-ambjent fit-territorju tiegħu meta mqabbel ma’ l-Istat Membru tar-riferenza.

Ġustifikazzjoni

Ikun xieraq li l-Istati Membri jkollhom l-aħħar kelma dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, minħabba li l-kondizzjonijiet naturali (il-ħamrija, l-ilma u l-klima) jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri anki f’zona partikulari. Iżda r-rikonoxximent reċiproku jista’ jiġi rrifjutat biss għal raġunijiet ambjentali.

Emenda 20

Artikolu 46 a (ġdid)

 

Artikolu 46a

 

It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti b’riskju żgħir għall-ħarsien tal-pjanti

 

1. Minkejja l-Artikolu 29, prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandu jiġi awtorizzat bħala prodott b’riskju żgħir jekk ikun jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

 

(a) mill-inqas waħda mis-sustanzi attivi li jkun fih tkun sustanza kif definita fl-Artikolu 22 (“Is-sustanzi attivi b’riskju żgħir”);

 

(b) is-sustanzi attivi, is-sustanzi protettivi u l-prodotti sinerġetiċi kollha b’riskju żgħir li jkun fih jiġu approvati skond il-Kapitolu II;

 

(c) jkun fih, fil-kuntest ta’ l-għarfien xjentifiku jew tekniku, b’mod konsiderevoli inqas riskji għas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali jew għall-ambjent minn prodott kumparabbli għall-ħarsien tal-pjanti li jkun diġà awtorizzat;

 

(d) ikun attiv biżżejjed;

 

(e) ikun jikkonforma ma’ l-Artikolu 29(1)(b), (c) u (e) sa (h) inklużi.

 

2. 2. L-applikanti għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott b’riskju żgħir għall-ħarsien tal-pjanti għandu juri li jissodisfa l-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 1 u jippreżenta ma' l-applikazzjoni fajl dettaljat u ieħor fil-qosor għal kull punt tad-dettalji mitluba għas-sustanza attiva u għall-prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

 

3. L-Istat Membru għandu jiddeċiedi fi żmien 120 ġurnata dwar jekk għandux japprova applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott b’riskju żgħir għall-ħarsien tal-pjanti.

 

Dan il-perjodu għandu jkun 90 ġurnata jekk Stat Membru mill-istess zona jkun diġà ħareġ awtorizzazzjoni għall-istess prodott b'riskju żgħir għall-ħarsien tal-pjanti.

 

Jekk l-Istat Membru jkun jeħtieġ tagħrif addizzjonali, għandu jiffissa skadenza biex l-applikant jipprovdi t-tagħrif. F’tali każ il-perjodu ta’ 120 jum għandu jiġi estiż bil-perjodu addizzjonali mogħti mill-Istat Membru.

 

4. Sakemm ma ssirx dikjarazzjoni mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament li huma relatati ma’ l-awtorizzazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jagħmlu inqas ħsara, dan jintroduċi kategorija ġdida ta’ prodotti b’riskju żgħir għall-ħarsien tal-pjanti li jippreżentaw riskju iżgħar minn prodotti li jinsabu fis-suq bħalissa u li fihom għall-inqas sustanza attiva waħda b’riskju żgħir. Ikun xieraq li din il-kategorija ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti tingħata ċerti vantaġġi bħal perjodu itwal ta’ ħarsien tad-dejta u eżenzjoni mit-taxxi.

Emenda 21

Artikolu 49, paragrafu 3, punt (d)

(d) id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni biex isostnu estensjoni ta’ l-użu tressqu mill-persuni jew mill-korpi li jissemmew fil-paragrafu 2.

(d) id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni biex isostnu estensjoni ta’ l-użu tressqu mill-persuni jew mill-korpi li jissemmew fil-paragrafu 2. L-istudji neċessarji sabiex jiġu determinati l-livelli massimi ta' residwi jistgħu jitwettqu minn istituti xjentifiċi jew korpi uffiċjali.

Ġustifikazzjoni

L-ispejjeż ta’ studji xjentifiċi jippreżentaw ostaklu importanti ħafna għall-iżvilupp ta’ l-użi minuri. L-emenda tipprova tasal għal soluzzjonijiet iktar vijabbli mil-lat ekonomikament.

Emenda 22

Artikolu 49, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Il-Kriterji għall-awtorizzazzjoni għall-użi minuri għandhom jippermettu l-estrapolazzjoni ta’ dejta meħuda minn koltivazzjonijiet oħrajn li għandhom xebħ botaniku u agronomiku sinifikanti.

Ġustifikazzjoni

Fi pjanti b’xebħ sinifikanti, kif jista’ jkun fil-każ ta’ siġra taċ-ċirasa u tal-pruna salvaġġa, id-dejta għall-awtorizzazzjoni inizjali għandha tiġi estrapolata sabiex it-tkabbir ta’ użi minuri jsiru iżjed faċli.

Emenda 23

Artikolu 49, paragrafu 6 a (ġdid)

 

6a. Sa mhux aktar tard minn...*, il-Kummissjoni għandha, tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għat-twaqqif ta' fond ta' promozzjoni Ewropew għall-użi minuri. Il-fond jista’ jiġi ffinanzjat mid-dħul mit-taxxi fuq prodotti għall-kontroll ta’ l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara. Il-Fond għandu jkun intitolat ukoll li jiffinanzja testijiet addizzjonali dwar ir-residwi għal użi minuri.

 

* Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jibqgħu disponibbli biżżejjed prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għal applikazzjoni limitata. Fond Ewropew ta’ Promozzjoni jista’ jkollu sehem importanti hawnhekk.

Emenda 24

Artikolu 49 a (ġdid)

 

Artikolu 49a

 

Importazzjoni parallela

 

1. B'deroga mill-Artikolu 28(1,) l-Istati Membri għandhom jippermettu l-importazzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti fit-territorju tagħhom permezz ta' importazzjoni parallela biss wara proċedura amministrattiva biex jiġi vverifikat li huwa l-istess bħall-prodott għall-ħarsien tal-pjanti li huwa diġà awtorizzat ("prodott ta' riferenza għall-ħarsien tal-pjanti ") Meta dan ikun il-każ, il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti importat għandu jingħata ċertifikat ta’ identifikazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru maħtur.

 

2. L-importaturi ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandhom japplikaw għal ċertifikat ta' identità, mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru maħtur, għall-prodott għall-ħarsien tal-pjanti li huma jkunu jixtiequ jimportaw qabel l-ewwel importazzjoni u l-ewwel tqegħid fis-suq.

 

3. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru maħtur għandha tiddeċiedi fi żmien 45 ġurnata jekk ir-rekwiżiti skond dan l-Artikolu ġewx sodisfatti. Jekk l-awtorità taċċerta li r-rekwiżiti ġew sodisfatti, l-importatur għandu jirċievi ċertifikat ta' identità għall-prodott ikkonċernat.

 

4. L-applikant għandu jkun eżentat milli jippreżenta r-rapporti ta' l-informazzjoni, tat-test u tar-rapporti ta' l-istudju meħtieġa għall-awtorizzazzjoni ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

 

5. L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-applikazzjoni għandhom jitolbu lill-awtorità kompetenti ta' l-oriġini:

 

(a) biex jistabbilixxu l-kompożizzjoni eżatta tal-prodott biex jivverifikaw li hi identika għall-prodott għall-ħarsien tal-pjanti awtorizzat fl-Istat Membru ta' riferenza, u

 

(b) biex jivverifikaw li l-prodott hu awtorizzat f'dak l-Istat Membru b'qbil mal-proċedura ta' awtorizzazzjoni stipulata fid-Direttiva 91/414/KEE jew f'dan ir-Regolament.

 

6. Prodotti suġġetti għall-importazzjoni parallela ma jistgħux jiġu ppakkjati mill-ġdid.

 

7. Iċ-ċertifikat ta' l-identità għandu jiskadi ma' l-awtorizzazzjoni tal-prodott ta' referenza jew ma' l-iskadenza ta' l-awtorizzazzjoni tal-prodott impurtat fl-Istat Membru li minnu jkun ġie esportat. Jekk l-awtorizzazzjoni tal-prodott ta' referenza tiġi rtirata mingħajr ma jkun hemm raġunijiet ta' saħħa jew ambjentali l-importatur jista' jkompli jbigħ il-prodott impurtat għal sena wara d-data tat-tneħħija mis-suq.

Emenda 25

Artikolu 56, paragrafu 1, subparagrafu 4

Il-perjodu tal-ħarsien tad-data huwa ta’ għaxar snin li jibda mid-data ta’ l-ewwel awtorizzazzjoni f’dak l-Istat Membru, ħlief kif provdut fil-paragrafu 2, fl-Artikolu 59 jew fl-Artikolu 77. Dan il-perjodu jitwal għal 12-il sena għall-prodotti ta’ ħarsien għall-pjanti koperti mill-Artikolu 46.

Il-perjodu tal-ħarsien tad-data huwa ta’ għaxar snin li jibda fid-data ta’ l-ewwel awtorizzazzjoni f’dak l-Istat Membru, ħlief kif provdut fil-paragrafu 2, fl-Artikolu 59 jew fl-Artikolu 77. Dak il-perjodu għandu jitwal għal 15-il sena għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti koperti mill-Artikolu 46 u għal 12-il sena għal dawk koperti mill-Artikolu 46a.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi mħeġġa r-riċerka favur sustanzi u prodotti li jagħmlu inqas ħsara, huwa importanti għall-ħarsien tad-dejta, u għaldaqstant anki għall-irkupru fuq l-investiment, li jitwessa’ l-użu ta’ prodotti b’riskju żgħir jew b’inqas riskju.

Emenda 26

Artikolu 56, paragrafu 1, subparagrafu 5

Studju m’għandux ikun imħares jekk kien meħtieġ biss għat-tiġdid jew għar-reviżjoni ta’ awtorizzazzjoni.

Studju preżentat għat-tiġdid jew għar-reviżjoni ta’ awtorizzazzjoni m’għandux ikun imħares ħlief jekk ikun hemm bżonn ta’ modifika tal-leġiżlazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tirrappreżenta avvanz importanti ħafna rigward is-sitwazzjoni li daħlet fis-seħħ sabiex tiggarantixxi l-prattiċità ta’ l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju ta’ l-Ewropa. L-emenda għandha l-għan illi tiċċara l-kontenut tat-test.

Emenda 27

Artikolu 56, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. Il-perjodu ta’ ħarsien tad-dejta għall-prodott konċernat għandu jittawwal jekk l-ewwel applikant japplika għal awtorizzazzjoni għal prodotti derivati għall-ħarsien tal-pjanti għal użi limitati kif definit fl-Artikolu 49(1). Il-perjodu ta’ ħarsien tad-dejta għandu jittawwal bi tliet xhur għal kull prodott ġdid għal użu limitat. Il-perjodu ta’ ħarsien tad-dejta jista' jittawwal b'massimu ta' tliet snin.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp ta’ prodotti (derivati) għall-ħarsien tal-pjanti magħmula speċifikament għal uċuh minuri, huwa importanti li l-ħarsien tad-dejta jittawwal, u b'hekk jikber l-irkupru fuq l-investiment.

Emenda 28

Artikolu56, paragrafu 2, punt (b a) (ġdid)

 

ba) f’każ li jinħoloq monopolju.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament il-ġdid irid joħloq dispożizzjonijiet speċjali sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ monopolju fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 29

Artikolu 56, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Fejn Stat Membru jqis li jista' jinħoloq monopolju, u l-applikant prospettiv u d-detenur jew detenuri ta' l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom l-istess sustanzi attivi, safener, jew synergist ma jistgħux jilħqu ftehima dwar l-iskambju ta' xi testijiet u studji li jinvolvu annimali vertebrati, l-applikant prospettiv għandu jinforma lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru dwar dan. Minkejja dan, iż-żewġ partijiet għandhom jiddeċiedu liema qrati jew tribunali għandhom il-ġurisdizzjoni għall-fini tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 59(3).

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament il-ġdid irid joħloq dispożizzjonijiet speċjali sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ monopolju fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 30

Artikolu 58, paragrafu 3

3. L-applikant prospettiv għall-awtorizzazzjoni u d-detentur jew id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet rilevanti għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jilħqu ftehim dwar il-qsim ta’ kwalunkwe rapport ta’ testi u studju mħares skond l-Artikolu 56 li huwa meħtieġa mill-applikant għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

3. L-applikant prospettiv għall-awtorizzazzjoni u d-detentur jew id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet rilevanti għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jilħqu ftehim dwar il-qsim ta’ kwalunkwe rapport ta’ testi u studju mħares skond l-Artikolu 56 li huwa meħtieġa mill-applikant għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti. Tali ftehima tista’ tiġi mibdula billi wieħed iressaq il-kwistjoni quddiem bord ta’ arbitraġġ u billi l-ordni ta’ arbitraġġ tiġi aċċettata. Fi sforz biex jiġi żgurat li l-ispejjeż tal-qsim tat-tagħrif jiġu determinati b’mod ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju, il-Kummissjoni, bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 76(3), tista' tadotta linji gwida għall-qsim ta’ l-ispejjeż li jkunu bbażati fuq dawk il-prinċipji.

Ġustifikazzjoni

Sabiex titnaqqas kemm jista’ jkun ir-ripetizzjoni mhux meħtieġa tat-testijiet, huwa meħtieġ li jsiru mekkaniżmi għall-qsim ta’ l-arbitraġġ u ta’ l-ispejjeż li jkun jista’ jgħin lill-applikanti u lil dawk li f’isimhom tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni biex jaslu għal ftehim. Dawn id-dispożizzjonijiet iddaħħlu wkoll fid-Direttiva REACH.

Emenda 31

Artikolu 59, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Sa ... * il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni tad-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament li jikkonċernaw il-ħarsien tad-dejta għal testijiet u studji li jinvolvu annimali vertebrati. Il-Kummissjoni għandha tressaq din l-evalwazzjoni, u kwalunkwe emendi proposti biex jillimitaw il-ħarsien tad-dejta fir-rigward ta’ l-esperimenti fuq l-annimali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

______________________

* Seba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Skond din il-proposta r-riżulati minn testijiet li jinvolvu annimali vertebrati jgawdu mill-ħarsien tad-dejta, iżda tali dejta trid tinqasam ma’ oħrajn. Dan il-kompromess bħalissa huwa meħtieġ għal raġunijiet prattiċi (inkella bosta prodotti ġodda ma jkunux jistgħu jitqiegħdu fis-suq), iżda jkun xieraq li jiġu evalwati meta jasal iż-żmien tajjeb għal dan. Sistema inqas stretta ta' ħarsien tad-dejta xorta tnaqqas l-għadd ta' testijiet fuq annimali vertebrati.

Emenda 32

Artikolu 60, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. Wara li tkun tat lil min ikun għamel it-talba opportunità biex jesprimi fehmtu, l-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni dwar il-kunfidenzjalità tat-tagħrif, li għandu jkun fiha stqarrija adegwata dwar ir-raġunijiet li fuqhom tkun bbażata. Għandha tgħarraf bid-deċiżjoni lil min ikun għamel it-talba.

Ġustifikazzjoni

Il-kxif ta’ tagħrif jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq l-interessi kummerċjali. Għaldaqstant, is-sidien tat-tagħrif għandhom jingħataw opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kxif.

Emenda 33

Artikolu 60, paragrafu 2, punt (c a) (ġdid) u (c b) (ġdid)

 

(ca) l-ismijiet u d-dettalji personali tax-xjenzati u l-assistenti tal-laboratorju responsabbli mit-twettiq ta’ testijiet u studji li fihom isir użu minn annimali vertebrati;

 

(cb) tagħrif dwar esperimenti jew testijiet attwali għal skopijiet ta’ riċerka jew żvilupp, kif definit fl-Artikolu 51.

Ġustifikazzjoni

Il-kunfidenzjalità tat-tagħrif biex jitħarsu l-interessi kummerċjali għandha titqies każ b’każ fil-kuntest ta’ l-argumenti mressqa mill-applikant konċernat. Fi kwalunkwe każ, tagħrif dwar ir-riċerka u l-iżvilupp spiss ikun sensittiv ħafna u għaldaqstant ikun xieraq li, bħala regola, jiġi trattat b’kunfidenzjalità.

Assistenti tal-laboratorju li jwettqu testijiet fuq l-annimali spiss ikunu fil-mira ta’ attakki u għaldaqstant id-dettalji tagħhom għandhom jitħarsu.

PROĊEDURA

Referenzi

(COM(2006)0388 – – C6-0245/2006 – 2006/0136(COD))

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

5.9.2006

 

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

5.9.2006

5.9.2006

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Dorette Corbey

12.9.2006

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

28.11.2006

28.2.2007

3.5.2007

 

Data ta’ l-adozzjoni

3.5.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

41

1

0

Membri preżenti għall-vot finali

Šarūnas Birutis, Renato Brunetta, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Silvia Ciornei, Pilar del Castillo Vera, Lena Ek, Nicole Fontaine, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, David Hammerstein, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Romana Jordan Cizelj, Romano Maria La Russa, Pia Elda Locatelli, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Andres Tarand, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Pilar Ayuso, Dorette Corbey, Philip Dimitrov Dimitrov, Robert Goebbels, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Eija-Riitta Korhola, Erika Mann, John Purvis, Hannes Swoboda, Silvia-Adriana Ţicău

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Zuzana Roithová

  • [1]  Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (*) (18.4.2007)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għal ħarsien ta' pjanti
(COM(2006)0388 – – C6-0245/2006 – 2006/0136(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Anja Weisgerber

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Din il-proposta għal regolament hija maħsuba biex tieħu post id-Direttiva 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u li tiġi abrogata d-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi.

L-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandu impatt fuq l-ekosistemi agrikoli u jista' jkun ta' theddida għas-saħħa ta' min jużahom, jeffettwa ħażin il-kwalità ta' l-ikel u jkollu effett negattiv fuq saħħet il-konsumatur jekk fl-ikel jinstabu residwi ta' sustanzi għall-ħarsien tal-pjanti li jagħmlu l-ħsara. Mill-banda l-oħra, prodotti għall-ħarsien tal-pjanti huma użati biex jipproteġu u jippromwovu s-saħħa ta' l-uċuħ u biex jgħinu l-bdiewa jirdoppjaw il-produzzjoni tagħhom u kif ukoll biex dawn ikabbru l-pjanti bi flessibilità akbar. Dan jiżgura li l-prodott agrikolu jista' jiġi prodott lokalment, bi prezz irħis u ta' min wieħed joqgħod fuqu; inaqqas il-bżonn ta' art neċessarja għall-produzzjoni ta' l-ikel u jagħti lill-pajjiżi Ewropej ċerta indipendenza akbar mill-importazzjoni ta' prodotti agrikoli.

Kwistjoni ewlenija tal-proposta hija li tiżdied l-armonizzazzjoni ta' l-approvazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti madwar l-UE, u b'hekk jissaħħaħ is-suq intern. Ir-rapporteur tappoġġja l-approċċ ta' introduzzjoni ta' proċedura ta' rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri ta' approvazzjonijiet ta' l-istess zona flimkien mal-proċedura ta' rikonoxximent normali, peress li jevita d-duplikazzjoni ta' sforzi fl-Istati Membri u fl-aħħar mill-aħħar iwassal sabiex prodotti innovattivi għall-ħarsien tal-pjanti, li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, ikunu aktar disponibbli f'qasir żmien. Barra minn hekk hija tipproponi li, taħt ċerti kondizzjonijiet, ir-rikonoxximent reċiproku ta' l-approvazzjonijiet bejn iż-żoni għandu jkun possibbli. Mill-banda l-oħra, għandu jiġi ggarantit li differenzi agrikoli u klimatiċi fl-Istati Membri f'zona partikolari jiġu kkunsidrati fl-għoti ta' approvazzjoni.

Fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta ta' studji li jridu jiġu sottomessi għall-approvazzjoni ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, ir-rapporteur qiegħda tipproponi regola li għandha tiżgura l-kompetittività ta' l-ekonomija ta' l-Ewropa u l-kapaċità innovattiva ta' produtturi tal-pjanti li jagħmlu riċerka, filwaqt li tagħmilha possibbli li produtturi ta' prodotti ġeneriċi jkollhom aċċess għas-suq. F'dan il-kuntest, tingħata attenzjoni lill-kondizzjonijiet speċjali fl-approvazzjoni ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u s-sustanzi attivi li jkun fihom, b'mod partikolari ż-żmien ta' skadenza awtomatiku mill-ewwel approvazzjoni sa wara għaxar snin.

Ir-rapporteur tqis neċessarji d-dispożizzjonijiet legali f'livell ta' UE fil-qasam ta' l-importazzjoni parallela ta' miżuri għall-ħarsien tal-pjanti. Teżisti inċertezza legali kbira fil-preżent minħabba s-sentenzi konfliġġenti tal-qorti u d-differenzi kbar fil-mod kif Stati Membri jittrattaw l-importazzjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill- Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-KummissjoniEmendi mill-Parlament

Emenda 1

Premessa 1

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 37(2) u 152(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 37(2) u 152(4)(b) tiegħu, kif ukoll 95(1),

Ġustifikazzjoni

L-iskop ta' dan ir-Regolament huwa li jiżgura l-moviment ħieles ta' merkanzija fil-qasam tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fis-suq komuni intern bis-saħħa ta' regoli armonizzati dwar it-tqegħid ta' prodotti bħal dawn fis-suq (ara Premessa (7) u Kapitolu III). Għal din ir-raġuni r-Regolament għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 95 (1) TKE bħala bażi legali.

Emenda 2

Artikolu 1

Is-suġġett

Is-suġġett u l-iskop

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti f’forma kummerċjali u għat-tqegħid fis-suq, għall-użu u għall-kontroll tagħhom ġewwa l-Komunità.

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti f’forma kummerċjali u għat-tqegħid fis-suq, għall-użu u għall-kontroll tagħhom ġewwa l-Komunità.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi kemm regoli għall-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi, safeners u synergists, li jkunu fi jew li jikkostitwixxu prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, kif ukoll regoli għall-adjuvants u għall-ko-formulanti.

2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi kemm regoli għall-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi, safeners u synergists, li jkunu fi jew li jikkostitwixxu prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, kif ukoll regoli għall-adjuvants u għall-ko-formulanti.

 

3. L-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa li jkun żgurat livell għoli ta’ ħarsien kemm għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għas-saħħa ta’ l-annimali u għall-ambjent.

 

4. Minbarra dan, l-iskop ta' dan ir-regolament huwa li jarmonizza r-regoli tat-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti biex jarmonizzaw id-disponibilità ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti bejn bdiewa fi Stati Membri differenti.

Emenda 3

Artikolu 3, punt 18

(18) "Prattika Tajba tal-Ħarsien tal-Pjanti"

(18) "Prattika Tajba tal-Ħarsien tal-Pjanti"

Prattika li permezz tagħha it-trattamenti bil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti applikati lil wiċċ tar-raba’ partikolari, skond il-kondizzjonijiet ta’ l-użi awtorizzati tagħhom, jiġu magħżula, iddożati u ttajmjati sabiex tkun żgurata l-iprem effikaċja bl-inqas kwantità meħtieġa, wara li jitqiesu b’mod xieraq il-kondizzjonijiet lokali u l-possibbiltajiet għall-kontroll kulturali u bijoloġiku;

Prattika li permezz tagħha t-trattamenti bil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti applikati lil wiċċ tar-raba’ partikolari, skond il-kondizzjonijiet ta’ l-użi awtorizzati tagħhom, jiġu magħżula, iddożati u ttajmjati sabiex tkun żgurata l-iprem effikaċja bl-inqas kwantità meħtieġa, filwaqt li jitqiesu b’mod xieraq il-kondizzjonijiet lokali, il-bżonn li jkun imxekkel il-bini tar-reżistenza u l-possibbiltajiet għall-kontroll kulturali u bijoloġiku;

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun maħsub għall-iprem ħarsien tal-pjanti filwaqt li jkunu mnaqqsa kemm jista' jkun ir-riskji kemm għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għas-saħħa ta’ l-annimali u għall-ambjent, huwa essenzjali li jiġi evitat l-bini tar-reżistenza. Jekk ikun hemm reżistenza, din tista' toħloq il-ħtieġa li jintużaw prodotti għall-ħarsien tal-pjanti b'impatt akbar fuq is-saħħa tal-bniedem kif ukoll fuq is-saħħa ta’ l-annimali u fuq l-ambjent. Għalhekk, il-prevenzjoni tal-bini tar-reżistenza għandha tkun inkluża fid-definizzjoni tal-prattika tajba tal-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 4

Artikolu 3, punt 19

(19) Prattika Ambjentali Tajba

imħassar

Prattika fil-ħarsien tal-pjanti li tinkludi l-immaniġġjar u l-applikazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti b’mod li l-ambjent jiġi ikkontaminat biss bl-iċken ammont prattikabbli;

 

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni ġdida hija superfluwa u fil-prattika twassal għal irritazzjoni u problemi ta' interpretazzjoni, peress li r-rekwiżit għall-użu ta' prodotti għall-ħarsien ta' pjanti b'mod li 'l-ambjent jiġi ikkontaminat biss bl-iċken ammont prattikabbli' hija diġà wieħed mill-prinċipji ewlenin ta' prattika tajba fil-ħarsien tal-pjanti. Barra minn hekk, id-definizzjoni l-ġdida hija vaga wisq.

Emenda 5

Artikolu 3, punt 22 (ġdid)

 

(22) ‘Prattika Sperimentali Tajba’

 

Prattika kif definita bid-Direttiva 2004/10/KE dwar l-armonizzazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati ma' l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' prattika xierqa fil-laboratorju u l-verifika ta' l-applikazzjonijiet tagħhom għal testijiet fuq sustanzi kimiċi;1

 

1ĠU L 50, 20.2.2004, p. 44.

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni tat-terminu użat fil-Kapitolu V.

Emenda 6

Artikolu 3, punt 23 (ġdid)

 

(23) ‘Testijiet u studji’

 

Investigazzjoni jew esperiment li l-għan tagħhom hu li jkunu determinati l-proprjetajiet u l-aġir ta’ sustanza attiva jew ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, li tkun prevista l-espożizzjoni għal sustanzi attivi u/jew il-metaboliżmi relevanti tagħhom, li jkunu determinati livelli sikuri ta’ espożizzjoni u li jkunu stabbiliti kundizzjonijiet ta’ użu sikur għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Ġustifikazzjoni

It-terminoloġija tar-rapporti ta’ testijiet u ta’ studji hija użata ripetutament tul dan ir-regolament. Hemm bżonn li tiddaħħal definizzjoni li tinkludi mhux biss rapporti ta’ studji iżda wkoll informazzjoni oħra rilevanti għal evalwazzjoni tar-riskju.

Emenda 7

Artikolu 3, punt 24 (ġdid)

 

(24) ‘Prattika Agrikola Tajba’

 

Prattika Agrikola Tajba fl-użu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (GAP) tinkludi l-użi sikuri awtorizzati b’mod nazzjonali tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti f’kundizzjonijiet attwali neċessarji għall-kontroll effettiv tal-ħlejjaq li jagħmlu l-ħsara. Hija tinkludi firxa ta’ livelli ta’ applikazzjonijiet ta’ prodotti għall-ħasien tal-pjanti sa l-ogħla użu awtorizzat, applikati b’mod li jħallu residwu li jkun l-inqas ammont prattikabbli.

 

Użi sikuri awtorizzati huma determinati fil-livell nazzjonali u jinkludu użi reġistrati jew rakkomandati b’mod nazzjonali, li jikkunsidraw aspetti ta’ saħħa pubblika u fuq il-post tax-xogħol u ta’ sikurezza ambjentali.

 

Kundizzjonijiet attwali jinkludu kwalunkwe stadju fil-produzzjoni, fil-ħażna, fit-trasport u fid-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ l-ikel u ta’ l-għalf ta’ l-annimali.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Biedja ta' 'prattika agrikola tajba' għandha tiġi inkorporata fir-Regolament.

Emenda 8

Artikolu 3, punt 25 (ġdid)

 

(25) ‘Użi sekondarji’

 

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, użu sekondarju ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fi Stat Membru partikolari jfisser l-użu ta’ dak il-prodott fuq wiċċ tar-raba’ li ma jkunx ikkultivat b’mod wiesa’ f’dak l-Istat Membru jew fuq wiċċ tar-raba’ li jkun ikkultivat b’mod wiesa’ sabiex jintlaħaq bżonn limitat jew sporadiku u eċċezzjonali jew fuq żerriegħa.

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni tal-frażi 'użi minuri' (minor uses) użata fl-Artikolu 49.

Emenda 9

Artikolu 4, paragrafu 1

1. Sustanza attiva għandha tkun approvata skond l-Anness II, jekk jista’ jkun mistenni, fid-dawl ta’ l-għarfien xjentifiku u tekniku korrenti, li, meta jitqiesu l-kriterji għall-approvazzjoni li ġew stabbiliti fil-punti 2 u 3 ta’ dak l-Anness, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza attiva se jissodisfaw il-kondizzjonijiet provduti fil-paragrafi 2 u 3.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija)

Ġustifikazzjoni

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda 10

Artikolu 4, paragrafu 2, punt (a)

(a) m’għandu jkollhom l-ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, inklużi gruppi vulnerabbli, jew fuq is-saħħa ta’ l-annimali, meta jitqiesu l-effetti kumulattivi u sinerġistiċi magħrufa meta jkunu disponibbli l-metodi biex issir valutazzjoni ta’ effetti bħal dawn, jew fuq l-ilma ta’ l-art;

(a) m’għandu jkollhom l-ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, b'mod partikulari fuq dik ta' gruppi vulnerabbli bħal nisa tqal, dawk li għadhom ma twildux, u tfal, jew fuq is-saħħa ta’ l-annimali, meta jitqiesu l-effetti kumulattivi u sinerġistiċi magħrufa meta jkunu disponibbli l-metodi biex issir valutazzjoni ta’ effetti bħal dawn, jew fuq l-ilma ta’ l-art;

Emenda 11

Artikolu 10

Artikolu 10

imħassar

L-aċċess għad-dossier sommarju

 

L-Awtorità għandha bla dewmien tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku id-dossier sommarju li jissemma fl-Artikolu 8(1), bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni li hija kunfidenzjali skond l-Artikolu 60.

 

Ġustifikazzjoni

In-natura preliminarja ta' din l-informazzjoni f'dan l-istadju bikri ma jagħmilhiex xierqa għall-iżvelar pubbliku. Huwa aktar xieraq li jiġi żvelat ir-rapport għar-reviżjoni ta' l-awtoritajiet peress li kien ġie vvaliditat uffiċjalment.

Emenda 12

Artikolu 11, paragrafu 1

1. Fi żmien tnax-il xahar mid-data tan-notifika stipulata fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(3), l-Istat Membru rapporteur għandu jipprepara u jressaq quddiem l-Awtorità rapport (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “abbozz ta’ rapport ta’ evalwazzjoni”) li jevalwa jekk jistax jiġi mistenni li s-sustanza attiva tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 4.

1. L-Istat Membru rapporteur jista’ jibda l-evalwazzjoni tar-rapporti ta’ testijiet u ta’ studji hekk kif huma jkunu mressqa mill-applikant, inkluż qabel id-data tan-notifika stipulata fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(3). Fi żmien tmien xhur mid-data tan-notifika stipulata fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(3), l-Istat Membru rapporteur għandu jipprepara u jressaq quddiem l-Awtorità rapport (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “abbozz ta’ rapport ta’ evalwazzjoni”) li jevalwa jekk jistax jiġi mistenni li s-sustanza attiva tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 4.

Fejn l-Istat Membru jeħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandu jiffissa perjodu ta’ żmien għall-applikant biex jipprovdiha. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ tnax-il xahar għandu jiġi estiż bil-perjodu ta’ żmien addizzjonali mogħti mill-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. L-Istat Membru jista’ jikkonsulta lill-Awtorità.

Fejn l-Istat Membru jeħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandu jiffissa perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-applikant biex jipprovdiha. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ tmien xhur għandu jiġi estiż bil-perjodu ta’ żmien addizzjonali mogħti mill-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Meta jipprovdi informazzjoni addizzjonali, l-applikant għandu fl-istess waqt iressaq kwalunkwe klejm għal protezzjoni tad-dejta bi qbil ma' l-Artikolu 56. L-Istat Membru jista’ jikkonsulta lill-Awtorità.

Justification

Starting the evaluation of available information before the dossier is complete will speed up access of new, innovative products to the market. Therefore it should not take more than eight months for the rapporteur Member State to issue its review report once the evaluation of the current active substances under Directive 91/414/EEC is completed.

There needs to be a mechanism for claiming data protection for additional information.

The definitions of zones and the mutual recognition within the zones is new in the area of authorisation of plant protection products and should be reviewed after five years with a view to either establish only one EU‑wide authorisation or to change the number and the definition of the different zones.

Emenda 13

Artikolu 11, paragrafu 1a (ġdid)

 

1a. L-Istat Membru rapporteur għandu jipprovdi wkoll rapport lill-Kummissjoni u lill-Awtorità li jistipula l-użi kollha li jkunu ġew evalwati u li jkunu aċċettabbli għal awtorizzazzjoni, f’konformità mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 29.

Ġustifikazzjoni

Sustanza għandha tkun approvata hekk kif l-ewwel użi sikuri jkunu ġew identifikati. Din se tagħmel prodotti ġodda u innovattivi disponibbli għall-bdiewa iktar kmieni.

Emenda 14

Artikolu 12, paragrafi 1 sa 3

1. L-Awtorità għandha tiċċirkola l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni li rċeviet mingħand l-Istat Membru rapporteur lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

1. L-Awtorità għandha tiċċirkola l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni li rċeviet mingħand l-Istat Membru rapporteur lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

Għandha tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, wara li tagħti ġimagħtejn lill-applikant biex jitlob, skond l-Artikolu 60, li ċerti partijiet mill-abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni jinżammu kunfidenzjali.

Għandha tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, wara li tagħti ġimagħtejn lill-applikant biex jitlob, skond l-Artikolu 60, li ċerti partijiet mill-abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni jinżammu kunfidenzjali.

L-Awtorità għandha tħalli perjodu ta’ disgħin ġurnata biex jitressqu l-kummenti bil-miktub.

L-Awtorità għandha tħalli perjodu ta’ sittin ġurnata biex jitressqu l-kummenti bil-miktub.

Fejn huwa xieraq, l-Awtorità għandha torganizza konsultazzjoni ma’ l-esperti, inklużi l-esperti mill-Istat Membru rapporteur.

Fejn huwa xieraq, l-Awtorità għandha torganizza konsultazzjoni ma’ l-esperti, inklużi l-esperti mill-Istat Membru rapporteur.

2. Fi żmien disgħin ġurnata mit-tmiem tal-perjodu provdut fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tadotta konklużjoni dwar jekk hux mistenni li s-sustanza attiva tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 4, u għandha tikkomunikaha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

2. Fi żmien sittin ġurnata mit-tmiem tal-perjodu provdut fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tadotta konklużjoni dwar jekk hux mistenni li s-sustanza attiva tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 4, u għandha tikkomunikaha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

Fejn huwa xieraq, l-Awtorità għandha tindirizza fil-konklużjoni tagħha l-għażliet ta’ mitigazzjoni tar-riskju li ġew identifikati fl-abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni.

Fejn huwa xieraq, l-Awtorità għandha tindirizza fil-konklużjoni tagħha l-għażliet ta’ mitigazzjoni tar-riskju li ġew identifikati fl-abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni.

3. Fejn l-Awtorità teħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandha tiffissa perjodu ta’ żmien għall-applikant biex jipprovdiha. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ disgħin ġurnata provdut fil-paragrafu 2 għandu jiġi estiż bil-perjodu addizzjonali mogħti mill-Awtorità. L-Awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

3. Fejn l-Awtorità teħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandha tiffissa perjodu ta’ żmien għall-applikant biex jipprovdiha. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ sittin ġurnata provdut fil-paragrafu 2 għandu jiġi estiż bil-perjodu addizzjonali mogħti mill-Awtorità. L-Awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

L-Awtorità tista’ ssaqsi lill-Kummissjoni biex tikkonsulta laboratorju ta’ referenza Komunitarju, magħżul skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 sabiex jiġi vverifikat jekk il-metodu analitiku propost mill-applikant għad-determinazzjoni tar-residwi huwiex sodisfaċenti u jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 29(1)(f) ta’ dan ir-Regolament. L-applikant għandu, jekk mitlub mil-laboratorju ta’ referenza Komunitarju, jipprovdi kampjuni u standards analitiċi.

L-Awtorità tista’ ssaqsi lill-Kummissjoni biex tikkonsulta laboratorju ta’ referenza Komunitarju, magħżul skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 sabiex jiġi vverifikat jekk il-metodu analitiku propost mill-applikant għad-determinazzjoni tar-residwi huwiex sodisfaċenti u jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 29(1)(f) ta’ dan ir-Regolament. L-applikant għandu, jekk mitlub mil-laboratorju ta’ referenza Komunitarju, jipprovdi kampjuni u standards analitiċi.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien għal saħħet il-bniedem u għall-ambjent, huwa rakkomandat li jitnaqqas kemm jista' jkun il-perjodu ta' żmien tal-proċedura għall-approvazzjoni ta' sustanzi attivi ġodda, 'safeners', sinerġisti u ko-formulanti (mingħajr ħsara għall-kriterji ta' l-evalwazzjoni). Dan għandu jagħmilha possibbli li prodotti ġodda għall-ħarsien tal-pjanti b'impatt aktar baxx fuq is-saħħa tal-bniedem kif ukoll fuq is-saħħa ta’ l-annimali u fuq l-ambjent jidħlu fl-użu aktar malajr.

Emenda 15

Artikolu 13, paragrafu 1

1. Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-konklużjoni provduta fl-Artikolu 12(2) mill-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “ir-rapport ta’ reviżjoni”), lill-Kumitat li jissemma fl-Artikolu 76(1), fejn tqis l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni ta’ l-Istat Membru Rapporteur skond l-Artikolu 11 u l-konklużjoni ta’ l-Awtorità skond l-Artikolu 12.

1. Fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi l-konklużjoni stipulata fl-Artikolu 12(2) mill-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “ir-rapport ta’ reviżjoni”), lill-Kumitat li jissemma fl-Artikolu 76(1), fejn tqis l-abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ l-Istat Membru Rapporteur skond l-Artikolu 11 u l-konklużjoni ta’ l-Awtorità skond l-Artikolu 12.

L-applikant għandu jingħata l-possibbiltà li jressaq kummenti dwar ir-rapport ta’ reviżjoni.

L-applikant għandu jingħata l-opportunità li jressaq kummenti dwar ir-rapport ta’ reviżjoni.

Justification

Reducing the delay to complete this stage of the evaluation should grant farmers an early access to new and innovative products.

In order to ensure a high level of protection for human health and the environment, it is advisable to reduce as far as possible the duration of the approval procedure for new active substances, safeners, synergists and co-formulants (without prejudice to the evaluation criteria). This will enable new plant protection products with a lower impact on human and animal health and the environment to be put into use more quickly.

Emenda 16

Artikolu 13 a (ġdid)

 

Artikolu 13a

 

Fi żmien tliet xhur mill-wasla tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 11(1), il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għall-awtorizzazzjoni ristretta tas-sustanza attiva, li tistipula:

 

- l-użi li jistgħu jkunu awtorizzati,

 

- il-perjodu ta’ żmien ta’ awtorizzazzjoni li ma jistax jaqbeż ħames snin.

Ġustifikazzjoni

It-tħaffif ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-użi ta’ sustanzi ġodda għandu jippermetti lill-bdiewa aċċess bikri għal prodotti ġodda u innovattivi.

Emenda 17

Artikolu 22, paragrafu 2

2. Għandhom japplikaw l-Artikolu 4(4) u l-Artikoli 6 sa 21.

2. Minkejja l-Artikolu 5, sustanzi attivi bbażati fuq aġenti ta' kontroll bijoloġiku li jikkonformaw mal-kriterji ta' l-Artikolu 4 għandhom jingħataw approvazzjoni għal perjodu li ma jaqbiżx 15-il sena fejn prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom dawn l-aġenti ta' kontroll bijoloġiku huma mistennija li jkunu ta' riskju baxx biss għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għas-saħħa ta’ l-annimali u għall-ambjent kif definit fl-Artikolu 46(1).

 

3. Għandhom japplikaw l-Artikolu 4(4) u l-Artikoli 6 sa 21.

Justification

The use of plant protection substances based on biological control agents offers excellent prospects for the protection of human and animal health and of the environment and should be fully supported. In view of their low-risk nature, such biological control agents have great potential benefits. Since plant protection based on biological control agents often has a relatively small area of application, a 15-year approval period is necessary in order to promote sufficient research and development for such plant protection products.

Emenda 18

Artikolu 24, paragrafu 1

1. Bħala deroga mill-Artikolu 5 u mill-Artikolu 14(2), sustanza attiva li tikkonforma mal-kriterji provduti fl-Artikolu 4 għandha tiġi approvata għal perjodu li ma jaqbiżx is-seba’ snin, fejn sustanzi attivi oħra li diġà ġew approvati huma ferm inqas tossiċi għall-konsumaturi jew għall-operaturi jew li jippreżentaw ferm inqas riskji għall-ambjent. L-evalwazzjoni għandha tqis il-kriterji stabbiliti fil-punt 4 ta’ l-Anness II.

1. Sustanza attiva li tkun konformi mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 4 u ma’ kriterju jew iktar fil-punt 4 ta’ l-Anness II għandha tkun approvata bħala ‘kandidat għas-sostituzzjoni’.

Sustanza bħal din minn hawn’il quddiem se tissejjaħ ‘kandidat għas-sostituzzjoni’.

 

Ġustifikazzjoni

Minħabba li s-sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni jgħaddu r-rekwiżiti kollha ta’ sikurezza speċifikati fl-Artikolu 4, m’hemm l-ebda raġuni għaliex il-perjodu ta’ approvazzjoni tagħhom ikun limitat għal perjodu ta’ 7 snin minflok 10. Like other substances, the approval can be reviewed at any time according to Article 21(1). Għalhekk m’hemmx bżonn jew siwi li tali sustanzi jkunu riveduti kull seba’ snin.

Emenda 19

Artikolu 27, paragrafu 2 a (ġdid)

2a. Fejn koformulant ikun użuat fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jkun ġie awtorizzat skond id-Direttiva 91/414/KEE jew skond dan ir-Regolament għandu jitqies li jkun reġistrat bi qbil ma' l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjonijiet dwar il-Kimiċi (REACH)1 għall-użu speċifiku fi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

 

1 ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun evitat ir-regolament doppju ta' ko-formulanti użati fi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti skond dan ir-Regolament u skond ir-REACH.

Emenda 20

Artikolu 28 a (ġdid)

Artikolu 28a

Importazzjoni parallela

 

1. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 28(1), prodott għall-ħarsien tal-pjanti jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża fi Stat Membru mingħajr ma jiġi awtorizzat jekk il-persuna li tixtieq tikkumerċjalizza l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jkollha fil-pussess tagħha ċertifikat li jawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti maħruġ minn dak l-Istat Membru.

 

2. L-Istati Membri għandhom joħorġu ċertifikat għal kummerċjalizzazzjoni fis-sens tal-paragrafu 1 għal prodott għall-ħarsien tal-pjanti fuq talba, sakemm il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti li għandu jiġi importat minn Stat Membru ieħor diġà ġie awtorizzat fi Stat Membru ieħor u prodott ta' referenza, li huwa ekwivalenti fil-kompożizzjoni, huwa awtorizzat fl-Istat li qiegħed jimporta (importazzjoni parallela).

 

3. Ekwivalenza fil-kompożizzjoni fis-sens ta' dan l-Artikolu għandha titqies li teżisti fejn prodotti importati u prodotti ta' referenza jkun fihom l-istess sustanzi attivi f'ammonti komparabbli b'livelli minimi ta' purezza ekwivalenti u b'ċerti impuritajiet ta' l-istess tip u livelli massimi ekwivalenti u li jkollhom tip ta' formulazzjoni li taqbel. Fir-rigward ta' aspetti oħra ta' kompożizzjoni, differenzi huma permissibbli sakemm dawn id-differenzi kwalitattivi jew kwantitattivi fil-koformulanti m'għandhomx impatt fuq l-effikaċja bijoloġika, fuq il-pjanti li jiġu trattati jew fuq il-bnedmin, fuq l-annimali jew fuq in-natura. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 76(2), il-kriterji u l-proċedura għall-verifika ta' l-ekwivalenza fil-kompożizzjoni jistgħu jiġu regolati f'aktar dettall.

 

4. L-applikazzjoni għall-ħruġ ta' ċertifikat għal kummerċjalizzazzjoni għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja:

 

- l-Istat Membru ta' oriġini tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti li għandu jiġi importat;

 

- l-isem u l-indirizz ta' l-importatur;

 

- l-isem li bih il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandu jkun kummerċjalizzat fl-Istat fejn jiġi importat;

 

- l-isem u n-numru ta' l-approvazzjoni fl-Istat Membru ta' oriġini tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti li għandu jiġi importat;

 

- l-isem u indirizz tal-pussessur ta' l-awtorizzazzjoni fl-Istat Membru ta' oriġini;

 

- l-istruzzjonijiet oriġinali li bihom il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti li għandu jiġi importat ikun kummerċjalizzat fl-Istat Membru ta' oriġini;

 

- l-isem u l-istruzzjonijiet li bihom il-prodott impurtat għall-ħarsien tal-pjanti għandu jkun kummerċjalizzat;

 

- l-isem u n-numru ta' awtorizzazzjoni tal-prodott ta' referenza;

 

- l-isem tal-possessur ta' l-awtorizzazzjoni tal-prodott ta' referenza.

 

5. Prodott għall-ħarsien tal-pjanti li għalih inħareġ ċertifikat għal kummerċjalizzazzjoni għandu jintuża bl-istess mod bħall-prodott ta' referenza.

 

6. Iċ-ċertifikat għal kummerċjalizzazzjoni għandu japplika għaż-żmien ta' l-awtorizzazzjoni tal-prodott ta' referenza. Jekk il-pussessur ta' l-awtorizzazzjoni tal-prodott ta' referenza japplika, skond l-Artikolu 44(1), għar-revoka ta' l-awtorizzazzjoni u jekk ir-rekwiżiti skond l-Artikolu 29 ikomplu jintlaħqu, il-validità taċ-ċertifikat għal kummerċjalizzazzjoni għandha tiskadi sena wara r-revoka ta' l-awtorizzazzjoni u, mhux aktar tard, minn meta tkun skadiet l-awtorizzazzjoni.

 

7. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 43, 45 u 53(4) u l-Kapitolu VII għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-importazzjoni parallela.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni ma fihiex regolamenti dwar l-importazzjoni parallela ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Madankollu, dispożizzjonijiet legali huma neċessarji b'urġenza fil-livell ta' UE sabiex titneħħa l-inċertezza legali li teżisti bħalissa. Sentenzi konfliġġenti tal-qorti u varjetà ta' modi kif l-Istati Membri jittrattaw l-importazzjoni parallela jfissru li l-proposta għandha tiġi supplimentata b'regoli dwar l-importazzjoni parallela.

Emenda 21

Artikolu 29, paragrafu 6

6. Għandhom jiġu definiti l-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fir-Regolamenti li ġew adottati skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(2), fejn jinkorporaw ir-rekwiżiti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/41/KEE bi kwalunkwe modifika meħtieġa.

6. Għandhom jiġu definiti l-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fejn jinkorporaw ir-rekwiżiti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/41/KEE bi kwalunkwe modifika meħtieġa.

Ġustifikazzjoni

Il-Prinċipji Uniformi ma jkunux stabbiliti permezz tal-proċedura tal-Komitoloġija. Fl-1996 il-Parlament Ewropew kellu jirrikorri għal Qorti għax l-ewwel Prinċipji Uniformi li kienu stabbiliti mill-Kummissjoni ma kkonformawx mad-Direttiva 91/414. Il-Qorti (każ C-303/94) ikkonfermat il-pożizzjoni tal-Parlament u l-Prinċipji kienu mibdula, b'mod speċjali għal kriterji ta' l-ilma tax-xorb. Ir-Regolament, li jistabilixxi l-Prinċipji Uniformi l-ġodda għandu jkun adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi proċedura leġiżlattiva adegwata, u mhux permezz tal-Komitoloġija.

Emenda 22

Artikolu 30, paragrafu 3, punt (b)

(b )l-obbligu li jiġi informat kwalunkwe ġar li jista’ jkun espost għal sprej drift qabel ma jintuża l-prodott u li talab li jiġi informat.

imħassar

Justification

This paragraph assumes that the authorisation test as such is insufficient to ensure the safe use of plant protection products and that neighbours must therefore take additional safety measures. This is clearly at odds with the strict European authorisation standards and undermines public confidence in European authorisation procedures.

In order to ensure a high level of protection for human health and the environment, it is advisable to reduce as far as possible the duration of the approval procedure for new active substances, safeners, synergists and co-formulants (without prejudice to the evaluation criteria). This will enable new plant protection products with a lower impact on human and animal health and the environment to be put into use more quickly.

Emenda 23

Artikolu 35, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. L-Istat Membru li qed jeżamina l-applikazzjoni għandu jagħmel valutazzjoni indipendenti, oġġettiva u trasparenti fid-dawl ta’ l-għarfien xjentifiku u tekniku korrenti. Għandu japplika l-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, li jissemmew fl-Artikolu 29(6), biex jistabbilixxi jekk il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 29, fejn intuża skond l-Artikolu 52, u fil-kondizzjonijiet normali u realistiċi kollha ta’ l-użu, u l-konsegwenzi ta’ l-użu tiegħu fil-kondizzjonijiet awtorizzati.

1. L-Istat Membru li qed jeżamina l-applikazzjoni għandu jagħmel evalwazzjoni indipendenti, oġġettiva u trasparenti fid-dawl ta’ l-għerf xjentifiku u tekniku u l-gwida eżistenti fil-ħin ta’ l-applikazzjoni. Għandu japplika l-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, li jissemmew fl-Artikolu 29(6), biex jistabbilixxi jekk il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 29, fejn intuża skond l-Artikolu 52, u fil-kondizzjonijiet normali u realistiċi kollha ta’ l-użu, u l-konsegwenzi ta’ l-użu tiegħu fil-kondizzjonijiet awtorizzati.

Ġustifikazzjoni

It-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti huwa investiment sinifikanti ħafna. Tali investiment jeħtieġ sistema regolatorja previdibbli. Għalhekk, bidla fir-rekwiżiti tad-dejta wara ż-żmien ta’ l-applikazzjoni mhix adattata u tiskuraġġixxi l-investiment u l-innovazzjoni.

Emenda 24

Artikolu 35, paragrafu 2

2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħtu jew jirrifjutaw l-awtorizzazzjonijiet skond kif ikun il-każ fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-valutazzjoni ta’ l-Istat Membru li qed jeżamina l-applikazzjoni kif provdut fl-Artikoli 30 u 31. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernat fl-istess kondizzjonijiet, inkluża l-klassifikazzjoni għall-iskop tad-Direttiva 1999/45/KE, bħall-Istat Membru li jeżamina l-applikazzjoni.

2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħtu jew jirrifjutaw l-awtorizzazzjonijiet skond kif ikun il-każ fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-valutazzjoni ta’ l-Istat Membru li qed jeżamina l-applikazzjoni kif provdut fl-Artikoli 30 u 31. L-Istati Membri għandhom, fejn possibbli, jawtorizzaw il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernat fl-istess kondizzjonijiet, bħall-Istat Membru li jeżamina l-applikazzjoni, sakemm kundizzjonijiet differenti ta' l-użu jeħtieġ li jitqiesu, u jitqiesu wkoll kundizzjonijiet mhux paragunabbli agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti u ambjentali.

Justification

Agricultural and climatic conditions as well as pest pressure vary across countries. Therefore, Member States should be allowed to take into account local conditions when approving products on their own territory.

In several Member States, classification and labelling are the responsibility of the approval holder. In order to achieve harmonized labelling, this should be the case at community level. The notifier should be responsible for the classification and not the Zonal Rapporteur Member State. Laying the responsibility with the Zonal Rapporteur Member State will lead to considerable delays in the process and may lead to different classification in each zone and/or each Member State.

Emenda 25

Artikolu 35, paragrafu 3

3. Bħala deroga mill-paragrafu 2 u bla ħsara għal-liġi Komunitarja, jistgħu ikunu imposti kondizzjonijiet addizzjonali fir-rigward tar-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 30(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni mhix neċessarja jekk l-Istati Membri jitħallew iqisu l-kondizzjonijiet lokali meta jawtorizzaw prodotti.

Emenda 26

Artikolu 39

1. Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni jista’ japplika għal awtorizzazzjoni għall-istess prodott għall-ħarsien tal-pjanti u għall-istess użu fi Stat Membru ieħor skond il-proċedura ta’ għarfien reċiproku, provduta f’din is-sottotaqsima, fil-każijiet li ġejjin:

Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni jew persuna msemmija minn dak id-detenur bħala rappreżentant tiegħu jista’ japplika għal awtorizzazzjoni għall-istess prodott għall-ħarsien tal-pjanti u għall-istess użu fi Stat Membru ieħor skond il-proċedura ta’ għarfien reċiproku, stipulata f’din is-sottotaqsima, fil-każijiet li ġejjin:

(a) l-awtorizzazzjoni ngħatat minn Stat Membru (l-Istat Membru ta’ referenza) li jappartjeni għall-istess zona; jew

(a) l-awtorizzazzjoni ngħatat minn Stat Membru (l-Istat Membru ta’ referenza) li jappartjeni għall-istess zona; jew

(b) l-awtorizzazzjoni ngħatat minn Stat Membru għall-użu fis-serer jew bħala trattament ta’ wara l-ħsad, tkun xi tkun iż-żona li jappartjeni għalih l-Istat Membru ta’ referenza.

(b) l-awtorizzazzjoni ngħatat minn Stat Membru għall-użu fis-serer jew bħala trattament ta’ wara l-ħsad jew bħala trattament għaż-żerriegħa, tkun xi tkun iz-zona li jappartjeni għaliha l-Istat Membru ta’ referenza.

 

u fuq bażi volontarja bejn Stati Membri f’zoni differenti li jkollhom kondizzjonijiet simili rigward l-agrikoltura, is-saħħa tal-pjanti u l-ambjent, b’mod partikolari kondizzjonijiet klimatiċi rilevanti għall-użu tal-prodott.

2. L-għarfien reċiproku m’għandux japplika għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom kandidat għas-sostituzzjoni.

 

Justification

The local authorisation holder may vary from country to country.

The current proposal is too restrictive. Mutual recognition should be allowed across zones if conditions permit.

Para 2: There is no valid reason for this restriction. Products are thoroughly evaluated and authorised under strict conditions by the Member State examining the application. Other Member States should be able to recognize its decision if they wish to do so. A very high proportion of substances will qualify as candidates for substitution. This would create two parallel approval systems and an unnecessary administrative burden for Member States.

Emenda 27

Artikolu 39, paragrafu 2

2. L-għarfien reċiproku m’għandux japplika għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom kandidat għas-sostituzzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Jekk il-proċedura ta' rikonoxximent reċiproku m'għadhiex disponibbli għal prodotti li jkun fihom kandidat għas-sostituzzjoni, il-kisba ta' wieħed minn l-għanijiet ta' l-armonizzazzjoni tkun ipperikolata.

Emenda 28

Artikolu 40, paragrafu 1

1. L-Istat Membru li quddiemu titressaq applikazzjoni skond l-Artikolu 39 għandu jawtorizza il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernat fl-istess kondizzjonijiet, inkluża l-klassifikazzjoni għall-iskop tad-Direttiva 1999/45/KE, bħall-Istat Membru tar-referenza.

1. L-Istat Membru li quddiemu titressaq applikazzjoni skond l-Artikolu 39 għandu jawtorizza il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernat fl-istess kondizzjonijiet, inkluża l-klassifikazzjoni għall-iskop tad-Direttiva 1999/45/KE, bħall-Istat Membru tar-referenza, sakemm ma jkunx hemm bżonn li jitqiesu kundizzjonijiet differenti għall-użu, filwaqt li jiġu kkunsidrati kundizzjonijiet agrikoli, tas-saħħa tal-pjanti jew ambjentali li ma jkunux komparabbli.

 

Fejn Stat Membru li quddiemu titressaq applikazzjoni skond l-Artikolu 39 jixtieq jawtorizza l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernat f'kundizzjonijiet differenti minn dawk ta' l-Istat Membru referenzjali, l-Istat Membru għandu jinforma immedjatament lill-Kummissjoni dwar il-kundizzjonijiet differenti u jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar ir-raġunijiet għad-diverġenza.

 

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-awtorizzazzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat. Fejn jidhrilha li ma hemm l-ebda raġuni għad-diverġenza għandha titlob lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jawtorizza l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti skond l-istess kundizzjonijiet ta' l-Istat Membru referenzjali.

Ġustifikazzjoni

Kundizzjonijiet agrikoli u klimatiċi kif ukoll il-pressjoni ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara jvarjaw bejn il-pajjiżi. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jitħallew jikkunsidraw il-kundizzjonijiet lokali meta jkunu qed japprovaw prodotti fit-territorju tagħhom stess.

Għandu jkun hemm protezzjoni kontra l-użu ħażin tar-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri.

Emenda 29

Artikolu 42, paragrafu 3, punti (a) u (b)

(a) kwalunkwe informazzjoni ġdida meħtieġa bħala riżultat ta’ l-emendi fir-rekwiżiti jew fil-kriterji tad-data;

(a) kwalunkwe informazzjoni ġdida msemmija fir-Regolament ta' tiġdid, kif imsemmi fl-Artikolu 20, jew meħtieġa bħala riżultat ta’ l-emendi fir-rekwiżiti jew fil-kriterji tad-dejta;

(b) ġustifikazzjoni li d-data l-ġdida mressqa hija r-riżultat ta’ rekwiżiti jew ta’ kriterji tad-data li ma kinux fis-seħħ meta ngħatat l-awtorizzazzjoni tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti;

(b) ġustifikazzjoni li d-dejta l-ġdida mressqa hija r-riżultat ta’ rekwiżiti jew ta’ kriterji tad-dejta li ma kinux fis-seħħ jew neċessarji sabiex jiġu emendati l-kundizzjonijiet ta' l-approvazzjoni meta ngħatat l-awtorizzazzjoni tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jew neċessarja biex temenda l-kundizzjonijiet ta' l-approvazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika dwar id-dejta li għandha tkun protetta wara t-tiġdid ta' l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi attivi.

Emenda 30

Artikolu 43

2. Fejn Stat Membru jkollu l-ħsieb li jirtira jew jemenda awtorizzazzjoni, għandu jinforma lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni u jagħtih il-possibbiltà li jressaq il-kummenti.

2. L-Istat Membru għandu jirtira jew jemenda l-awtorizzazzjoni, kif huwa xieraq, fejn:

L-Istat Membru jista’ jitlob lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni sabiex iressaq iktar informazzjoni.

(a) ir-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 29 mhumiex jew m’għadhomx jiġu sodisfatti;

 

(b) tkun ġiet provduta informazzjoni falza jew li tiżgwida dwar il-fatti li fuq il-bażi tagħhom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni;

 

(c) kundizzjoni inkluża fl-awtorizzazzjoni ma tkunx ġiet milħuqa mill-pussessur ta’ l-awtorizzazzjoni.

3. L-Istat Membru għandu jirtira jew jemenda l-awtorizzazzjoni, kif huwa xieraq, fejn:

3. Fejn Stat Membru huwa intenzjonat li jirtira jew jemenda awtorizzazzjoni, huwa għandu jinforma lill-pussessur ta’ l-awtorizzazzjoni u jgħaddilu l-possibbilità li jressaq kummenti.

(a) ir-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 29 mhumiex jew m’għadhomx jiġu sodisfatti;

L-Istat Membru jista’ jitlob lill-pussessur ta’ l-awtorizzazzjoni sabiex iressaq iktar informazzjoni.

(b) tkun ingħatat informazzjoni falza jew qarrieqa dwar il-fatti li fuq il-bażi

tagħhom ingħatat l-awtorizzazzjoni;

 

(c) kondizzjoni inkluża fl-awtorizzazzjoni ma ġietx sodisfatta.

 

4. Fejn Stat Membru jirtira jew jemenda awtorizzazzjoni skond il-paragrafu 3, għandu jinforma immedjatament lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Awtorità u lill-Kummissjoni. L-Istati Membri l-oħra li huma ta’ l-istess żona għandhom jirtiraw jew jamendaw l-awtorizzazzjoni skond dan. Fejn huwa xieraq għandu japplika l-Artikolu 45.

 

4. Fejn Stat Membru għadu intenzjonat, wara l-applikazzjoni tal-paragrafu 3, li jirtira jew jemenda awtorizzazzjoni skond il-paragrafu 2, għandu jinforma immedjatament lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Awtorità u lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Użu individwali ħażin għandu jkun suġġett għal miżuri korrettivi iżda m’għandux iwassal b’mod sistematiku għar-revoka ta’ l-awtorizzazzjoni kif implikat fil-paragrafu 2(c).

Ir-raġunijiet li jwasslu għall-irtirar ta’ l-awtorizzazzjoni minn Stat Membru mhux bilfors japplikaw għall-Istati Membri l-oħra kollha fiz-zona. Għalhekk, l-Istati Membri l-oħra għandhom jitħallew iżommu l-awtorizzazzjoni sakemm ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 4 jkunu ssodisfati.

Emenda 31

Artikolu 48, paragrafu 1

1. L-Istati Membri m’għandhomx jawtorizzaw prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fih kandidat għas-sostituzzjoni fejn valutazzjoni komparattiva li tiżen ir-riskji u l-benefiċċji, kif stabbilit fl-Anness IV, turi li:

1. L-Istati Membri m’għandhomx jawtorizzaw prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fih kandidat għas-sostituzzjoni fejn valutazzjoni komparattiva li tiżen ir-riskji u l-benefiċċji, kif stabbilit fl-Anness IV, turi li:

(a) għall-użi li ġew speċifikati fl-applikazzjoni diġà jeżisti prodott għall-ħarsien tal-pjanti awtorizzat,

jew metodu ta’ kontroll jew ta’ prevenzjoni mhux kimiku awtorizzat, li huwa ferm inqas perikoluż għas-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew għall-ambjent;

(a) għall-użi li ġew speċifikati fl-applikazzjoni diġà jeżisti prodott għall-ħarsien tal-pjanti awtorizzat li huwa effettiv b'mod ugwali, jew metodu ta’ kontroll jew ta’ prevenzjoni mhux kimiku, li jkollu effikaċja ekwivalenti li huwa diġà awtorizzat u huwa ferm inqas perikoluż għas-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew għall-ambjent;

(b) il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jew il-metodu ta’ kontroll jew ta’ prevenzjoni mhux kimiku li jissemma fil-punt (a) ma jippreżentax żvantaġġi ekonomiċi jew prattiċi sinifikanti;

(b) is-sostituzzjoni skond il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jew il-metodi ta’ kontroll jew ta’ prevenzjoni mhux kimiċi li jissemmew fil-punt (a) ma tippreżentax żvantaġġi ekonomiċi jew prattiċi sinifikanti;

(c) id-diversità kimika tas-sustanzi attivi hija adegwata biex tiġi mminimizzata l-

okkorrenza tar-reżistenza fl-organiżmu mmirat.

(c) id-diversità kimika tas-sustanzi attivi hija adegwata biex tiġi mminimizzata l-okkorrenza tar-reżistenza fl-organiżmu mmirat.

Ġustifikazzjoni

Waqt il-proċess ta’ evalwazzjoni komparattiva jrid ikun żgurat li alternattiva possibbli turi effikaċja ekwivalenti fit-trattament tal-problema tal-ħlejjaq li jagħmlu l-ħsara. Inkella l-bdiewa jitħallew mingħajr mezz adegwat sabiex jipproteġu l-ħsad tagħhom.

Emenda li m'għandhiex bżonn spjegazzjoni.

Emenda 32

Artikolu 49, paragrafu 4, subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Estensjonijiet fuq il-bażi ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu identifikati b'mod separat u għandha ssir referenza separata għal restrizzjonijiet fir-responsabilità.

Ġustifikazzjoni

Indipendentement minn kif tingħata estensjoni ta' l-awtorizzazzjoni għall-użi minuri fi Stat Membru, għandu jiġi ċċarat li din hija estensjoni skond l-Artikolu 49 sabiex id-differenza fl-istatus legali meta mqabbla ma' l-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 4 tkun viżibbli.

Emenda 33

Artikolu 49, paragrafu 5, subparagrafi 2 a u 2 b (ġodda)

 

Din l-informazjoni trid tiddikjara b'mod speċifiku li l-verifika ta' l-effikaċja tas-sustanza fil-qasam ta' applikazzjoni li seħħet applikazzjoni għalih u l-ħsara possibbli għall-uċuħ, bħala prinċipju, mhumiex is-suġġett tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni.

 

Barra minn hekk, din l-informazzjoni trid teżenta wkoll b'mod speċifiku lill-pussessur ta' l-awtorizzazzjoni minn kull responsabilità għal ħsara possibbli minħabba nuqqas ta' effikaċja jew ħsarat fl-uċuħ.

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjoni tar-responsabilità hija ta' importanza ewlenija sabiex il-proċedura ta' indikazzjoni ta' defiċjenza tiffunzjona. Il-produtturi għandhom jiġu eżentati mir-responsabilità b'mod esklussiv għal dawk l-oqsma li jiġu eżaminati skond din il-proċedura b'anqas reqqa milli taħt il-proċedura ta' awtorizzazzjoni normali (ara l-Artikolu 4, paragrafu 3a u 3c, li m'għandhomx jiġu meqjusa fil-każ ta' estensjoni skond l-Artikolu 49).

Emenda 34

Artikolu 49, paragrafu 6

6. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw b’mod regolari lista ta’ użi minuri.

6. L-Istati Membri għandhom iżommu lista aġġornata ta' awtorizzazzjonijiet għal użi minuri u għandhom jagħmluha disponibbli għall-pubbliku f'forma elettronika.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jevitaw id-duplikazzjoni u sabiex iħaffu l-awtorizzazzjoni ta' użi minuri, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista aġġornata ta' l-użi minuri awtorizzati f'pajjiżhom. Jekk din il-lista tkun disponibbli għall-pubbliku f'forma elettronika, il-partijiet interessati jistgħu jiksbu informazzjoni malajr dwar l-użi minuri awtorizzati fl-Istati Membri diversi. Dan jagħmilha aktar faċli li jkunu konformi mal-ħtiġiet speċjali u jiġġustifika awtorizzazzjoni għal użu minuri.

Emenda 35

Artikolu 49 a (ġdid)

 

Artikolu 49a

 

Awtorizzazzjoni nazzjonali proviżorja

 

Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 28, Stat Membru, li jipproċedi bl-iskop li jiffaċilita l-aċċess ta' l-utenti għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, jista' jawtorizza l-kummerċjalizzar ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet snin jekk, għal raġunijiet tekniċi, sa sentejn u nofs wara li tkun ġiet preżentata applikazzjoni skond l-Artikolu 7, paragrafu 1, ma tkun għadha ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar is-sustanza attiva u ma jkunx hemm indikazzjoni li s-sustanza attiva jew il-prodott tal-pjanta jista' jkun ta' ħsara.

Justification

Experience to date with Directive 91/414/EEC suggests that the Commission’s assumption that active substances can be included in the positive list of active substances within 25 months is unrealistic. So far it has taken an average of 55 months for new active substances to be included in Annex I of Directive 91/414/EEC. The provisional national authorisations which are now possible have proved their value over the last few years and allow users to have early access to innovative and more environmentally friendly plant protection products. Provisional authorisation should therefore be granted at least after the expiry of the deadline proposed by the Commission.

Emenda 36

Artikolu 52, paragrafu 1 a (ġdid)

L-użu xieraq għandu jinkludi, mill-inqas:

 

(i) konformità mar-rekwiżiti u mal-kundizzjonijiet stabbiliti bi qbil ma' l-Artikolu 30 u speċifikata fuq it-tikkettar, bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-ittikkettar ta' l-Artikoli 61 u 63 u mad-Direttiva 1999/45/KEE;

 

(ii) konformità mar-Regolament (KE) Nru 396/2005;

 

(iii) konformità mar-rekwiżiti tad-Direttivi dwar il-ħarsien tal-ħaddiema.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' użu xieraq għandha tindika l-ħtiġijiet minimi. Għandha tinkludi wkoll il-ħtieġa li tkun irrispettata l-leġiżlazzjoni komunitarja speċifika.

Emenda 37

Artikolu 56, paragrafu 1

1. Ir-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji għandhom jibbenefikaw mill-ħarsien tad-data fil-kondizzjonijiet li ġew stabbiliti f’dan l-Artikolu.

1. Ir-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji għandhom jibbenefikaw mill-ħarsien tad-data fil-kondizzjonijiet li ġew stabbiliti f’dan l-Artikolu.

Il-ħarsien japplika għar-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji li tressqu quddiem Stat Membru minn applikant għal awtorizzazzjoni skond dan ir-Regolament (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘l-ewwel applikant’), sakemm dawk ir-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji kienu

Il-ħarsien japplika għar-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji li tressqu quddiem Stat Membru minn applikant għal awtorizzazzjoni skond dan ir-Regolament (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘l-ewwel applikant’), sakemm dawk ir-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji kienu

(a) meħtieġa għall-awtorizzazzjoni jew għall-emenda ta’ awtorizzazzjoni sabiex jiġi permess l-użu fuq wiċċ tar-raba’ ieħor, u

 

meħtieġa għall-awtorizzazzjoni għall-kundizzjonijiet partikulari jew għal emenda ta’ awtorizzazzjoni sabiex jiġi permess l-użu fuq wiċċ tar-raba’ ieħor.

(b) iċċertifikati bħala li huma konformi mal-prinċipji ta’ Prattika Tajba tal-Laboratorju jew Prattika Sperimentali Tajba skond ir-rekwiżiti tad-data għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jissemmew fl-Artikolu 8(1)(c).

 

Fejn rapport ikun imħares, ma jistax jintuża, mill-Istat Membru li rċevieh, għall-benefiċċju ta’ applikanti oħrajn għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, ħlief kif provdut fil-paragrafu 2, fl-Artikolu 59 jew fl-Artikolu 77.

Fejn rapport ikun imħares, lanqas hu u lanqas sommarju tiegħu ma jistgħu jintużaw, mill-Istat Membru li rċevieh jew minn kwalunkwe Stat Membru ieħor, għall-benefiċċju ta’ applikanti oħrajn għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, ħlief kif stipulat fil-paragrafu 2, fl-Artikolu 59 jew fl-Artikolu 77.

Il-perjodu tal-ħarsien tad-data huwa ta’ għaxar snin li jibda mid-data ta’ l-ewwel awtorizzazzjoni f’dak l-Istat Membru, ħlief kif provdut fil-paragrafu 2, fl-Artikolu 59 jew fl-Artikolu 77. Dan il-perjodu jitwal għal 12-il sena għall-prodotti ta’ ħarsien għall-pjanti koperti mill-Artikolu 46.

Il-perjodu tal-ħarsien tad-data huwa ta’ għaxar snin li jibda mid-data ta’ l-ewwel awtorizzazzjoni f’dak l-Istat Membru, ħlief kif provdut fil-paragrafu 2, fl-Artikolu 59 jew fl-Artikolu 77. Dan il-perjodu jitwal għal 12-il sena għall-prodotti ta’ ħarsien għall-pjanti koperti mill-Artikolu 46.

Studju m’għandux ikun imħares jekk kien meħtieġ biss għat-tiġdid jew għar-reviżjoni ta’ awtorizzazzjoni.

Studju għandu jkun imħares għal tul ta’ ħames snin wara l-perjodu msemmi fis-subparagrafu 4 jekk kien meħtieġ biss għat-tiġdid jew għar-reviżjoni ta’ awtorizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Għal kuntrarju ta' prodotti oħrajn, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom ikunu analizzati mill-ġdid u awtorizzati mill-ġdid 10 snin wara l-ewwel awtorizzazzjoni tagħhom. Studji ġodda huma meħtieġa għall-awtorizzazzjoni mill-ġdid. Dejjem jekk din id-dejta tirrapreżenta investiment maġġuri għall-pussessuri ta' l-approvazzjoni. Jekk din id-dejta ġdida ma tkunx protetta ħafna prodotti ma jkunux appoġġjati u l-awtorizzazzjoni tiskadi. Kumpaniji ġeneriċi wkoll li ma jifilħux in-nefqa ta' dan l-investiment ma jkunux jistgħu jibqgħu fis-suq mingħajr awtorizzazzjoni. Perjodu moderat ta' protezzjoni tad-dejta għall-istudji l-ġodda huwa essenzjali biex l-awtorizzazzjoni mill-ġdid tkun rikumpensata.

Emenda 38

Artikolu 56, paragrafu 3

3. Il-ħarsien tad-data skond il-paragrafu 1 għandu jingħata biss fejn l-ewwel applikant ikun talab il-ħarsien tad-data meta ressaq id-dossier u pprovda lill-Istat Membru kkonċernat għal kull rapport ta’ test jew ta’ studju l-informazzjoni li ġejja:

3. Il-ħarsien tad-data skond il-paragrafu 1 għandu jingħata biss fejn l-ewwel applikant ikun talab il-ħarsien tad-data meta ressaq id-dossier jew aktar informazzjoni u pprovda lill-Istat Membru kkonċernat għal kull rapport ta’ test jew ta’ studju l-informazzjoni li ġejja:

(a) ġustifikazzjoni li r-rapporti tat-testijiet jew ta’ l-istudji mressqa huma meħtieġa għall-ewwel awtorizzazzjoni, jew għall-emenda ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti;

(a) ġustifikazzjoni li r-rapporti tat-testijiet jew ta’ l-istudji mressqa huma meħtieġa għall-ewwel tiġdid jew reviżjoni ta' l-awtorizzazzjoni, jew għall-emenda ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti;

(b) konferma li kwalunkwe perjodu ta’ ħarsien tad-data li ngħata għar-rapport tat-test jew ta’ l-istudju ma skadiex.

(b) konferma li kwalunkwe perjodu ta’ ħarsien tad-data li ngħata għar-rapport tat-test jew ta’ l-istudju ma skadiex.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija konsegwenza ta' l-emenza għall-Artikolu 56, paragrafu 1: Perjodu moderat ta' protezzjoni tad-dejta għal ħames snin għal studji li huma neċessarji biex awtorizzazzjoni tiġi mġedda wara għaxar snin.

Emenda 39

Artikolu 56, paragrafu 3 a (ġdid)

3a. Fi ħdan kull zona stipulata fl-Anness I, Stati Membri li jawtorizzaw prodotti għall-ħarsien tal-pjanti skond il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 35 jew b'rikonoxximent reċiproku skond l-Artikolu 40 għandhom jipproteġu dejta meħtieġa għall-awtorizzazzjoni fl-Istat Membru li janalizza, bi qbil mal-paragrafi 1, 2 u 3. Il-protezzjoni għandha tibda mid-data ta' l-awtorizzazzjoni f'kull Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni skond iz-zoni għandha tipprovdi għall-protezzjoni tad-dejta fl-Istati Membri kollha.

Emenda 40

Artikolu 56, paragrafu 3 b (ġdid)

3b. Il-perjodu ta’ protezzjoni msemmi fil-Paragrafu 1 għandu jiġi estiż f’każijiet ta’ awtorizzazzjonijiet għal użi sekondarji:

 

(a) (a) għal sena jekk l-ewwel applikant jirreġistra tliet użi sekondarji fi żmien seba’ snin wara l-ewwel awtorizzazzjoni, jew

 

 

(b) (b) għal tliet snin jekk l-ewwel applikant jirreġistra sitt użi sekondarji fi żmien seba’ snin wara l-ewwel awtorizzazzjoni, jew

 

(c) (c) għal ħames snin jekk l-ewwel applikant jirreġistra disa’ użi sekondarji jew iktar fi żmien seba’ snin wara l-ewwel awtorizzazzjoni.

 

Il-protezzjoni tad-dejta fil-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll għal partijiet terzi li jippreżentaw rapporti ta’ testijiet u ta’ studji għall-iskop ta’ awtorizzazzjonijiet għal użi sekondarji.

Ġustifikazzjoni

Inċentivi finanzjarji għandhom jinħolqu għall-applikanti fir-rigward ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li huma limitati fl-ambitu tagħhom jew li huma ta' valur finanzjarju ġenerali limitat u li għalihom ma jeżistux proċeduri ta' kontroll adegwati jew li għalihom il-prodotti awtorizzati għall-ħarsien tal-pjanti ma jipprovdux soluzzjonijiet adegwati (indikazzjoni ta' defiċjenza), sabiex l-applikanti jkunu involuti fl-indikazzjoni ta' defiċjenzi. Partikolarment fil-biedja ekoloġika u fil-koltivazzjoni tal-frott jeżistu indikazzjonijiet ta' defiċjenza li għandhom jiġu indirizzati sabiex l-eżistenza ta' l-utenti tagħhom tiġi ggarantita.

Emenda 41

Artikolu 57, paragrafu 3

3. Il-listi provduti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinkludu informazzjoni dwar jekk dawk ir-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji kinux iċċertifikati bħala konformi mal-prinċipji ta’ Prattika Tajba tal-Laboratorju jew mal-prinċipji ta’ Prattika SperimentaliTajba .

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ma hemm l-ebda raġuni valida biex il-protezzjoni tad-dejta tkun ristretta biss għad-dejta konformi mal-Prattika Tajba tal-Laboratorju (GLP) jew mal-prinċipji ta’ Prattika Sperimentali Tajba (GEP)

Per eżempju, evalwazzjonijiet tar-riskju m'humiex informazzjoni GLP jew GEP iżda jiddependu ħafna fuq għarfien ta' kwalifiki għolja u għandhom ikunu protetti.

Emenda 42

Artikolu 58, paragrafu 3

3. L-applikant prospettiv għall-awtorizzazzjoni u d-detentur jew id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet rilevanti għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jilħqu ftehim dwar il-qsim ta’ kwalunkwe rapport ta’ testi u studju mħares skond l-Artikolu 56 li huwa meħtieġa mill-applikant għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

3. L-applikant prospettiv għall-awtorizzazzjoni u d-detentur jew id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet rilevanti għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jilħqu ftehim dwar il-qsim ta’ kwalunkwe rapport ta’ testijiet u studji mħares skond l-Artikolu 56 li huwa meħtieġ mill-applikant li jkun qed ifittex, iġedded jew jirrevedi awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

 

Fejn l-applikant prospettiv u l-pussessur jew il-pussessuri ta’ l-awtorizzazzjonijiet relevanti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkollhom l-istess sustanza attiva, ‘safener’ jew ‘synergist’ ma jkunux jistgħu jilħqu ftehima dwar il-qsim tar-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji, l-applikant prospettiv għandu jinforma lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija konsegwenza ta' l-emenza għall-Artikolu 56, paragrafu 1: Perjodu moderat ta' protezzjoni tad-dejta għal ħames snin għal studji li huma neċessarji biex awtorizzazzjoni tiġi mġedda wara għaxar snin.

Emenda 43

Artikolu 60, paragrafu 1 a (ġdid)

1a. Wara li tagħti ċans lill-applikant biex jippreżenta fehemtu, l-awtorità kompetenti għandha tadotta u tgħarraf lill-applikant ikkonċernat deċiżjoni dwar il-kunfidenzjalità tad-dejta li torbot lill-Istati Membri kollha, lill-Awtorità u lill-Kummissjoni u għandha tikkonsisti dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Qabel ma tkun implimentata deċiżjoni bħal din, l-applikant għandu jkollu l-opportunità li jressaq azzjoni għand il-qorti kompetenti bil-ħsieb biex l-analiżi u d-deċiżjonijiet imwettqa mill-awtorità kompetenti jkunu riveduti u biex jevita l-kxif tad-dejta kkonċernata.

Ġustifikazzjoni

L-iżvelar ta' l-informazzjoni jista' jkollu impatt sinifikanti fuq l-interessi kummerċjali. Għalhekk, is-sidien ta' l-informazzjoni għandhom jingħataw l-opportunità sabiex jesprimu l-ħsibijiet tagħhom dwar l-iżvelar u d-dritt li jiddefenduhom legalment.

Emenda 44

Artikolu 60, paragrafu 2 a (ġdid)

2a. Għad-dejta ta’ testijiet, inklużi rapporti ta’ studji, li jkunu ġew provduti minn applikant sabiex jappoġġja deċiżjoni biex tawtorizza jew temenda prodott għall-ħarsien tal-pjanti skond dan ir-Regolament, dejta bħal din jistgħu jarawha partijiet interessati f’postijiet speċifiċi identifikati mill-Kummissjoni, mill-Awtorità jew mill-Istati Membri. Dejta bħal din m’għandhiex toħroġ fil-pubbliku billi jingħataw kopji jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor ta’ pubblikazzjoni (inkluża l-pubblikazzjoni elettronika).

Ġustifikazzjoni

Il-pubbliku għandu interess leġittimu fl-aċċess għal informazzjoni, li għandu jkun garantit taħt dan ir-Regolament f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Il-kunċett li l-pubbliku ġenerali jkun infurmat għandu jevita iżda l-użu ħażin u l-kompetizzjoni inġusta. Il-kunċett propost tal-kamra tal-qari se joħloq bilanċ ġust hekk kif partijiet terzi interessati jkollhom aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali iżda kompetituri potenzjali ma jkunux jistgħu jużaw ħażin is-sistema sabiex jiksbu dejta kummerċjali sensittiva.

Emenda 45

Artikolu 65, paragrafu 1

L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali sabiex jinfurzaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Għandhom jiffinalizzaw u jittrażmettu lill-Kummissjoni, rapport dwar l-ambitu u r-riżultati ta’ dawn il-kontrolli fi żmien sitt xhur minn tmiem is-sena li għaliha jirreferu r-rapporti.

L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali sabiex jinfurzaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Dawn il-kontrolli għandhom jinkludu kontrolli mwettqa fil-farm, biex jivverifikaw konformità ma' restrizzjonijiet ta' l-użu. L-Istati Membri għandhom jiffinalizzaw u jittrażmettu lill-Kummissjoni, rapport dwar l-ambitu u r-riżultati ta’ dawn il-kontrolli fi żmien sitt xhur minn tmiem is-sena li għaliha jirreferu r-rapporti.

Emenda 46

Artikolu 79 a (ġdid)

 

Artikolu 79a

Reviżjoni

 

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi, sa ...*, id-definizzjoni taz-zoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, filwaqt li tqis l-aħħar għarfien xjentifiku. B'mod partikulari l-Kummissjoni għandha teżamina jekk għandhomx jiġu emendati n-numru ta' zoni u l-Istati Membri li jappartjenu għaz-zona.

 

* Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni taz-zoni u tar-rikonoxximent reċiproku fiz-zoni hija ġdida fil-qasam ta' l-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u għandha tkun riveduta wara ħames snin bil-ħsieb li jew tiġi stabbilita awtorizzazzjoni waħdanija mifruxa ma' l-UE jew li jinbidlu n-numru u d-definizzjoni taz-zoni differenti.

Emenda 47

Anness II, paragrafu 3.6.2

3.6.2. 3.6.2. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss, jekk, fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ testijiet ta’ ġenotissiċità ta’ livell ogħla mwettqa skond ir-rekwiżiti tad-data għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u d-data l-oħra disponibbli, mhix ikklassifikata, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 67/548/KEE, bħala kategorija ta’ mutaġeni 1 jew 2 ħlief jekk l-espożizzjoni tal-bnedmin għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kondizzjonijiet proposti realistiċi ta’ użu ma tkunx negliġibbli.

3.6.2. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss, jekk evalwazzjoni skond il-Prinċipji Uniformi turi, fil-kundizzjonijiet ta’ użu rakkomandati, livell ta' protezzjoni aċċettabbli ta’ l-utenti, tal-ħaddiema, tal-persuni fil-qrib u tal-konsumaturi għal mill-inqas użu wieħed rappreżentattiv ta’ mill-inqas prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 48

Anness II, paragrafu 3.6.3

3.6.3. Sustanza attivi għandha tiġi approvata biss, jekk, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tat-testijiet tal-karċinoġeniċità mwettqa skond ir-rekwiżiti tad-data għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u d-data l-oħra disponibbli, mhix jew m’għandhiex tiġi kklassifikata, skond id-dispożizzjonijet tad-Direttiva 67/548/KEE, bħala kategorija karġinoċena 1 jew 2 ħlief jekk l-espożizzjoni tal-bnedmin għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kondizzjonijiet proposti realistiċi ta’ użu ma tkunx negliġibbli.

imħassar

Emenda 49

Anness II, paragrafu 3.6.4

3.6.4. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss, jekk, fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ testijiet tat-tossiċità riproduttiva mwettqa skond ir-rekwiżiti tad-data għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u d-data l-oħra disponibbli, mhix jew m’għandhiex tiġi kklassifikata, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 67/548/KEE, bħala kategorija tossika għar-riproduzzjoni 1 jew 2 ħlief jekk l-espożizzjoni tal-bnedmin għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kondizzjonijiet proposti realistiċi ta’ użu ma tkunx negliġibbli.

imħassar

Emenda 50

Anness II, paragrafu 3.6.5

3.6.5. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss, jekk, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-linji ta’ gwida tat-testijiet miftiehma mill-Komunità jew internazzjonalment ma titqiesx li għandha proprjetajiet li jħawdu s-sistema endokrinali li jistgħu ikunu ta’sinifikat tossikoloġiku fil-bnedmin ħlief jekk l-espożizzjoni tal-bnedmin għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kondizzjonijiet proposti realistiċi ta’ użu, ma tkunx negliġibbli.

imħassar

Justification (Amendments 29-32)

According to Article 4, active substances can only be approved if safe uses have been identified through risk assessments. The proposed new paragraph reflects this reality. Equivalent to Annex II Point 3.8.1.

Regulating plant protection products on the basis of the properties of their active substances without taking into account their actual uses and exposure undermines the principle of decisions based on risk assessments. It will result in phasing out many safe products/uses. These criteria should be used to identify substances as candidates for substitution not to reject substances without proper evaluation.

Emenda 51

Anness II, paragrafu 3.7.2

3.7.2. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss jekk ma titqiesx li hija sustanza persistenti, bijoakkumulanti u tossika (PBT).

imħassar

Sustanza li tissodisfa t-tliet kriterji kollha tat-taqsimiet hawn taħt hija sustanza PBT.

 

3.7.2.1. Il-persistenza

 

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju tal-persistenza fejn:

 

– il-‘half-life’ fl-ilma baħar tkun iktar minn 60 ġurnata, jew

 

– il-half-life fl-ilma ħelu jew ta’ l-estwarji hija akbar minn 40 ġurnata, jew

 

– il-‘half-life’ fis-sediment tal-baħar tkun iktar minn 180 ġurnata, jew

 

– il-half-life fis-sediment ta’ l-ilma ħelu jew ta’ l-ilma ta’ l-estwarji hija akbar minn 120 ġurnata, jew

 

– il-half-life fil-ħamrija hija akbar minn 120.

 

L-evalwazzjoni tal-persistenza fl-ambjent għandha tkun ibbażata fuq id-dejta disponibbli dwar il-‘half-life’ miġbura fil-kondizzjonijiet adattati, li għandhom ikunu deskritti mill-applikant.

 

3.7.2.2. Il-bijoakkumulazzjoni

 

An active substance fulfils the bioaccumulation criterion where the bioconcentration factor (BCF) is higher than 2000. Assessment of bioaccumulation shall be based on measured data on bioconcentration in aquatic species. Tista’ tintuża dejta kemm minn speċijiet ta’ l-ilma ħelu u kemm minn speċijiet ta’ l-ilma baħar.

 

3.7.2.3. It-tossiċità

 

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju tat-tossiċità fejn:

 

– il-konċentrazzjoni bla effett osservat fit-tul (NOEC) ta’ l-organiżmi ta’ l-ilma baħar jew ta’ l-ilma ħelu tkun inqas minn 0.01 mg/l, jew

 

– is-sustanza tkun ikklassifikata bħala karċinoġena (kategorija 1 jew 2), mutaġena (kategorija 1 jew 2), jew tossika għar-riproduzzjoni (kategorija 1, 2 jew 3), jew

 

– ikun hemm evidenza oħra ta’ tossiċità kronika, kif identifikata mill-klassifikazzjonijiet: T, R48, jew Xn, R48 skond id-Direttiva 67/548/KEE.

 

Emenda 52

Anness II, paragrafu 3.7.3

3.7.3. Sustanza attiva m’għandhiex titqies bħala konformi ma’ l-Artikolu 4 fejn tkun persistenti ħafna, bioakkumulanti ħafna (vPvB).

imħassar

Sustanza li tissodisfa ż-żewġ kriterji tat-taqsimiet hawn taħt hija sustanza vPvB.

 

3.7.3.1. Il-persistenza

 

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju bħala persistenti ħafna fejn:

 

– il-‘half-life’ fl-ilma baħar, fl-ilma ħelu jew fl-ilma ta’ l-estwarju tkun iktar minn 60 ġurnata, jew

 

– il-‘half-life’ fl-ilma baħar, fl-ilma ħelu jew fis-sediment ta’ l-ilma ta’ l-estwarju tkun iktar minn 180 ġurnata, jew

 

– il-half-life fil-ħamrija hija akbar minn 180.

 

3.7.3.2. Il-bijoakkumulazzjoni

 

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju bħala bijoakkumulanti ħafna fejn il-fattur tal-bijokonċentrazzjoni jkun ogħla minn 5000.

 

Ġustifikazzjoni (emenda 33-34)

Ir-regolazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fuq il-bażi tal-proprjetajiet tas-sustanzi attivi tagħhom mingħajr ma jitqiesu l-użi u l-espożizzjonijiet attwali tagħhom idgħajjef il-prinċipju ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq evalwazzjonijiet tar-riskju. Hija se tirriżulta fit-tneħħija gradwali ta’ ħafna prodotti/użi sikuri. Dawn il-kriterji għandhom jintużaw biex ikunu identifikati sustanzi bħala kandidati għas-sostituzzjoni mhux biex jitwarrbu sustanzi mingħajr evalwazzjoni xierqa.

Emenda 53

Anness II, paragrafu 3.8.2

3.8.2. Sustanza attiva għandha titqies bħala li tikkonforma ma’ l-Artikolu 4 biss jekk, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-linji ta’ gwida tat-testijiet miftiehma mill-Komunità jew internazzjonalment, ma titqiesx li għandha proprjetajiet li jħawdu s-sistema endokrinali li jistgħu jkunu ta’ sinifikat tossikoloġiku fuq organiżmi mhux immirati ħlief jekk l-espożizzjoni ta’ l-organiżmi mhux immirati għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kondizzjonijiet proposti realistiċi ta’ użu tkun negliġibbli.

imħassar

Ġustifikazzjoni

ĠustifikazzjoniM’hemm l-ebda bażi xjentifika sabiex l-effetti li joħolqu diżordni endokrinali jkunu ttrattati b’xi mod differenti minn effetti tossikoloġiċi oħra. Effetti tossikoloġiċi li jirriżultaw minn diżordni endokrinali diġà huma koperti minn livelli ta’ espożizzjoni massima stabbiliti bħala sikuri għal bnedmin u għall-ambjent. Id-diżordni endokrinali ma jridx ikun kriterju li ma jagħmilx distinzjoni sabiex jitwarrbu sustanzi attivi.

Emenda 54

Anness II, paragrafu 4

4. Il-kriterji għall-approvazzjoni bħala kandidat għas-sostituzzjoni.

4. Il-kriterji għall-approvazzjoni bħala kandidat għas-sostituzzjoni.

Sustanza attiva għandha tiġi approvata bħala kandidat għas-sostituzzjoni skond l-Artikolu 24 fejn:

Sustanza attiva għandha tiġi approvata bħala kandidat għas-sostituzzjoni skond l-Artikolu 24 fejn:

– l-ADI, l-ARfD jew l-AOEL tagħha huwa ferm iktar baxx minn dak tal-biċċa l-kbira tas-sustanzi attivi approvati;

– fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni ta’ testijiet ta’ ġenotossiċità ta’ livell ogħla mwettqa skond ir-rekwiżiti ta’ dejta għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u dejta u informazzjoni oħra disponibbli, hija kklassifikata, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 67/548/KEE, bħala mutaġen f’kategorija 1 jew 2 sakemm l-espożizzjoni għall-bnidem għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kundizzjonijiet proposti realistiċi ta’ użu ma tkunx negliġibbli, jew

– tissodisfa tnejn mill-kriterji biex titqies bħala sustanza PBT;

- fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni ta’ testijiet ta’ karċinoġeniċità mwettqa skond ir-rekwiżiti ta’ dejta għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u dejta u informazzjoni oħra disponibbli, hija kklassifikata jew trid tkun ikklassifikata, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 67/548/KEE, bħala karċinoġen f’kategorija 1 jew 2 sakemm l-espożizzjoni għall-bniedem għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kundizzjonijiet proposti realistiċi ta’ użu ma tkunx negliġibbli, jew

– hemm raġunijiet għal tħassib marbutin man-natura ta’ l-effetti kritiċi li, flimkien max-xejriet ta’ użu/espożizzjoni, jammontaw għal sitwazzjonijiet ta’ użu li xorta għad jistgħu iqajmu tħassib, anki b’miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju restrittivi ħafna (bħal apparat estensiv għall-ħarsien personali jew żoni kbar ħafna biex jitnaqqas l-effett);

 

- fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni ta’ testijiet ta’ tossiċità riproduttiva mwettqa skond ir-rekwiżiti ta’ dejta għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u dejta u informazzjoni oħra disponibbli, hija kklassifikata jew trid tkun ikklassifikata, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 67/548/KEE, bħala tossika għar-riproduzzjoni f’kategorija 1 jew 2 sakemm l-espożizzjoni għal bniedem għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kundizzjonijiet proposti realistiċi ta’ użu ma tkunx negliġibbli, jew

– fiha proporzjon sinifikanti ta’ isomeri mhux attivi.

- hija kkunsidrata bħala sustanza persistenti, bijoakkumulanti u tossika (PBT).

 

Sustanza li tissodisfa t-tliet kriterji kollha tat-taqsimiet hawn taħt hija sustanza PBT.

 

(a) Persistenza

 

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju tal-persistenza fejn:

 

– il-‘half-life’ fl-ilma baħar tkun iktar minn 60 ġurnata, jew

 

– il-'half-life' fl-ilma ħelu jew ta’ l-estwarji hija aktar minn 40 ġurnata, jew

 

– il-‘half-life’ fis-sediment tal-baħar tkun iktar minn 180 ġurnata, jew

 

– il-'half-life' fis-sediment ta’ l-ilma ħelu jew ta’ l-ilma ta’ l-estwarji hija akbar minn 120 ġurnata, jew

 

– il-'half-life' fil-ħamrija hija aktar minn 120 ġurnata.

 

L-analiżi tal-persistenza fl-ambjent għandha tkun ibbażata fuq id-dejta disponibbli dwar il-'half-life' li nġabret f’kundizzjonijiet xierqa, li għandha tkun deskritta mill-applikant.

 

(b) Bijoakkumulazzjoni

 

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju tal-bijoakkumulazzjoni fejn il-fattur tal-bijokonċentrazzjoni (BCF) ikun ogħla minn 2000.

 

L-evalwazzjoni tal-bijoakkumulazzjoni għandha tkun ibbażata fuq dejta mkejla tal-bijokonċentrazzjoni fi speċi akwatiċi. Tista’ tintuża dejta kemm minn speċi ta’ l-ilma ħelu u kemm minn speċi ta’ l-ilma baħar.

 

(c) Tossiċità

 

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju tat-tossiċità fejn:

 

– il-konċentrazzjoni ta' effett bla osservazzjoni f'perjodu ta' żmien fit-tul (NOEC) ta’ l-organiżmi ta’ l-ilma baħar jew ta’ l-ilma ħelu hija ta' inqas minn 0.01 mg/l, jew

 

– is-sustanza tkun ikklassifikata bħala karċinoġena (kategorija 1 jew 2), mutaġena (kategorija 1 jew 2), jew tossika għar-riproduzzjoni (kategorija 1, 2 jew 3), jew

 

– ikun hemm evidenza oħra ta’ tossiċità kronika, kif identifikata mill-klassifikazzjonijiet: T, R48 jew Xn, R48 skond id-Direttiva 67/548/KEE, jew

 

- hija persistenti ħafna, u bijoakkumulanti ħafna (vPvB).

 

Sustanza li tissodisfa ż-żewġ kriterji tat-taqsimiet hawn taħt hija sustanza vPvB.

 

(a) Persistenza

 

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju ta’ persistenti ħafna fejn:

 

– il-‘half-life’ fl-ilma baħar, fl-ilma ħelu jew fl-ilma ta’ l-estwarju tkun iktar minn 60 ġurnata, jew

 

– il-‘half-life’ fl-ilma baħar, fl-ilma ħelu jew fis-sediment ta’ l-ilma ta’ l-estwarju tkun iktar minn 180 ġurnata, jew

 

– il-'half-life' fil-ħamrija hija aktar minn 180 ġurnata.

 

(b) Bijoakkumulazzjoni

 

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju bħala bijoakkumulanti ħafna fejn il-fattur tal-bijokonċentrazzjoni jkun ogħla minn 5000.

Justification

Regulating plant protection products on the basis of the properties of their active substances without taking into account their actual uses and exposure undermines the principle of decisions based on risk assessments. It will result in phasing out many safe products/uses. These criteria should be used to identify substances as candidates for substitution not to reject substances without proper evaluation. Transferred from Annex II Points 3.6 and 3.7

The ‘candidate for substitution’ criteria currently used in the draft regulation have little or no correlation to real risks arising from the use of plant protection products.

PROĊEDURA

Referenzi

(COM(2006)0388 – – C6-0245/2006 – 2006/0136(COD))

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

5.9.2006

 

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

5.9.2006

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Anja Weisgerber

4.10.2006

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

22.11.2006

25.1.2007

21.3.2007

 

Data ta’ l-adozzjoni

12.4.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

28

4

0

Membri preżenti għall-vot finali

Georgi Bliznashki, Charlotte Cederschiöld, Rosa Díez González, Martin Dimitrov, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Pierre Jonckheer, Alexander Lambsdorff, Kurt Lechner, Toine Manders, Bill Newton Dunn, Guido Podestà, Karin Riis-Jørgensen, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Alexander Stubb, Marianne Thyssen, Jacques Toubon, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Wolfgang Bulfon, Jean-Claude Fruteau, Konstantinos Hatzidakis, Manuel Medina Ortega, Søren Bo Søndergaard, Gary Titley, Anja Weisgerber

OPINJONI tal-KUMITAT GĦALL-BIEDJA U L-IŻVILUPP RURALI(*)  (24.4.2007)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikeldwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti
(COM(2006)0388 – C6‑0245/2006 – 2006/0136(COD))Rapporteur għal opinjoni: (*) Kyösti Virrankoski(*)    Koperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-kumitati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għal regolament dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandha, essenzjalment, tieħu post id-Direttiva 91/414/KE. Huwa jipprevedi awtorizzazzjoni pan-Ewropea (jew projbizzjoni pan-Ewropea fil-każ tal-Koformulanti) tas-sustanza attiva u kontenuti oħra (Safeneri (lista pożittiva), Sinerġisti (lista pożittiva), Koformulanti (lista negattiva)) ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (PPP - plant protection products), awtorizzazzjoni nazzjonali tal-PPP’s ikkombinati ma’ rikonoxximent reċiproku aktar faċli fi ħdan zoni ġeografiċi li għadhom kif inħolqu, evalwazzjoni komparattiva tal-PPP’s li jkun fihom sustanzi li jġibu tħassib, regoli ġodda għal użi minuri, regoli ġodda għall-ħarsien u l-kunfidenzjalità tad-data kif ukoll regoli ġodda dwar id-dokumentazzjoni tal-bejgħ u ta’ l-użu.

Għalkemm il-PPP’s jista' jkollhom effetti negattivi fuq is-saħħa umana u l-ambjent, m’hemm l-ebda dubju li l-PPPs huma essenzjali biex tkun assigurata l-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità bi prezzijiet għall-but ta’ kulħadd. Jeħtieġ li jkun hemm firxa wiesgħa ta’ prodotti kimiċi għall-kontroll effettiv ta’ l-infestazzjonijiet. Il-PPP’s iwettqu sehem essenzjali f’kull strateġija Komunitarja biex ikunu żgurati s-saħħa tal-pjanti u l-użu effiċjenti ta’ riżorsi limitati bħal m’hi l-ħamrija.

Iva, l-agrikoltura teħtieġ proċedura ta' awtorizzazzjoni li

· hija prevedibbli,

· tipprovdi riżultati li tista’ torbot fuqhom,

· ma żżommx prodotti sikuri milli jidħlu fis-suq minħabba raġunijiet ta’ proċedura biss,

· twassal għal aktar armonizzazzjoni fit-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti,

· tqis il-ħtieġa li jkun hemm regoli speċifiċi għal użi minuri,

· toħloq sitwazzjoni li tkun ġusta għall-bdiewa kollha fl-Ewropa u

· b’hekk tkun qed tnaqqas prattiki li huma formalment illegali (kummerċ u użu) fl-Ewropa.

Ir-rapporteur jappoġġja l-linja ġenerali ta’ l-approċċ tal-Kummissjoni biex ikun aġevolat l-għarfien u d-disponibilità ta’ PPP’s li jkunu ttestjati, sikuri u li jirrispettaw l-ambjent f’zona partikulari, biex tkun armonizzata l-awtorizzazzjoni ta’ sustanzi mhux attivi għall-ewwel darba, biex tkun magħrufa l-ħtieġa ta’ regoli speċifiċi dwar użi minuri u biex il-proċedura ta’ l-awtorizzazzjoni ssir aktar komprensiva.

Madanakollu r-rapporteur jipproponi bidliet biex il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ssir aktar sempliċi billi jitqassru l-iskadenzi li jkunu ta’ natura purament proċedurali. Huwa jipproponi wkoll, kuntrarju għall-Kummissjoni, li jinżammu r-regoli tad-Direttiva 91/414/KE dwar l-awtorizzazzjoni proviżorja biex prodotti li huma sikuri u innovattivi jsiru disponibbli għall-bdiewa mill-aktar fis possibbli, kif ukoll biex ikunu introdotti regoli dwar l-importazzjoni parallela biex tkompli tkun armonizzata l-proċedura ta’ armonizzazzjoni. Ir-rapporteur jipproponi wkoll li jkun iffaċilitat l-għarfien interzonali tal-PPPs, filwaqt li l-Membri Stati jkunu permessi li jimponu kondizzjonijiet addizzjonali ta’ l-użu skond ritmi differenti ta’ użu, eċċ.

Il-bidliet fl-awtorizzazzjoni tal-PPP’s għall-użu minuri huma proposti bil-għan li l-Membri Stati, il-Kummissjoni u l-kumpaniji jkunu inkuraġġiti li jinvestu aktar f’dan il-qasam.

L-awtorizzazzjoni tal-PPP’s għandha tkun imsejsa fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju peress li r-riskju marbut ma’ sustanza speċifika jista’ jvarja b’mod konsiderevoli skond id-doża, miżuri ta’ mitigazzjoni u l-ambjent naturali. L-introduzzjoni ta’ kriterji ta’ limitu għal-waqfien għandha tkun eċċezzjoni. Għalhekk, ir-rapporteur jipproponi li tinbidel in-natura tal-parti l-kbira tal-kriterji ta’ limitu għall-waqfien kif propost mill-Kummissjoni u li jittieħdu bħala l-bażi għall-ikklassifikar ta' ċerti sustanzi bħala "sustanzi li jġibu tħassib” li jridu jkunu suġġetti għal evalwazzjoni komparattiva. Il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni għal sustanzi li jġibu tħassib għandu jkun l-istess bħal m’hu għal sustanzi oħra peress li l-immonitorjar speċifiku huwa obligatorju u l-awtorizzazzjoni tista’ tiġi rtirata f'kull waqt hekk kif inhi.

Jeħtieġ li jkun hawn prodotti għall-kontroll sostenibbli u effettiv ta’ l-infestazzjonijiet. Prodotti ġodda se jkunu prodotti biss jekk l-għarfien xjentifiku tal-kumpaniji involuti fir-riċerka jkun imħares b’mod adegwat.

Id-definizzjoni żejda ta’ prattika ambjentali tajba u l-iskadenza stabbilita għall-konformità mal-prinċipji instabbli ta’ l-immaniġġjar integrat ta’ l-infestazzjonijiet ġew imħassra.

Ir-rapporteur ipprova jħaffef il-piż burokratiku minn fuq il-bdiewa. Peress li numru kbir ta’ regoli ta’ implimentazzjoni jitħallew f’idejn il-komitoloġija, ir-responsabilità għat-tħaffif tal-piż amministrattiv minn fuq il-bdiewa se tibqa' prinċipalment fuq l-Istati Membri u l-Kummissjoni.
Peress li r-regoli ta’ komitoloġija li huma proposti ma jikkonformawx ma' l-aħħar ftehimiet tal-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni r-rapporteur jitlob lill-kumitat ta’ tmexxija biex jifli aktar mill-qrib dan l-aspett. Deċiżjonijiet ta’ natura leġiżlattiva m’għandhomx jitħallew għall-Kummissjoni biss.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-KummissjoniEmendi mill-Parlament

Emenda 1

Premessa 6 a (ġdida)

 

(6a) Tipi differenti ta' wċuħ tar-raba' huma sinifikanti fil-Komunità kemm għall-produzzjoni fuq skala kbira kif ukoll għal dik fuq skala żgħira. Dawn it-tipi varji ta' produzzjoni għandhom ikunu mħarsa billi jiġi permess l-użu ta' prodotti differenti għal protezzjoni tal-ħxejjex.

Emenda 2

Premessa 8

(8) L-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa li jkun żgurat livell għoli ta’ ħarsien kemm għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għas-saħħa ta’ l-annimali u għall-ambjent. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ħarsien ta’ gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni, inklużi nisa’ tqal, trabi u tfal. Għandu jkun applikat il-prinċipju tal-prekawzjoni u għandu jkun żgurat li l-industrija turi li s-sustanzi jew il-prodotti magħmula jew imqiegħda fis-suq ma jaffettwawx b’mod negattiv is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent.

(8) L-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa li jkun żgurat livell għoli ta’ ħarsien kemm għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għas-saħħa ta’ l-annimali u għall-ambjent, u fl-istess ħin biex tkun żgurata l-kompetittività ta' l-agrikultura Ewropea. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ħarsien ta’ gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni, inklużi nisa’ tqal, trabi u tfal. Għandu jkun applikat il-prinċipju tal-prekawzjoni u għandu jkun żgurat li l-industrija turi li s-sustanzi jew il-prodotti magħmula jew imqiegħda fis-suq ma jaffettwawx b’mod negattiv is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent.

Justification

Il-miżuri u d-deċiżjonijiet adottati ma jridux ikunu ta' detriment għall-kompetittività ta' l-agrikultura tal-Komunità fis-suq dinji.

Emenda 3

Premessa 9

(9) Is-sustanzi għandhom jiġu inklużi biss fi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fejn ikun intwera li dawn jippreżentaw benefiċċju ċar għall-produzzjoni tal-pjanti u mhuwiex mistenni li jkollhom kwalunkwe effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew kwalunkwe influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent. Sabiex jinkiseb l-istess livell ta’ ħarsien fl-Istati Membri kollha, id-deċiżjoni dwar l-aċċettabilità jew in-nuqqas ta’ aċċettabilità ta’ sustanzi bħal dawn għandha tittieħed fuq il-livell Komunitarju.

 

(9) Is-sustanzi għandhom jiġu inklużi biss fi prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fejn ikun intwera li dawn jippreżentaw benefiċċju ċar għall-produzzjoni tal-pjanti u li la huma u lanqas ir-residwi tagħhom ma jista' jkollhom kwalunkwe effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew kwalunkwe influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent. Sabiex jinkiseb l-istess livell ta’ ħarsien fl-Istati Membri kollha, id-deċiżjoni dwar l-aċċettabilità jew in-nuqqas ta’ aċċettabilità ta’ sustanzi bħal dawn għandha tittieħed fuq il-livell Komunitarju.

 

Justification

Xi kultant ir-residwi jkollhom effett iżjed perikoluż mis-sustanza nnifisha. L-effetti tar-residwi fuq is-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali u fuq l-ambjent iridu għalhekk jgħaddu minn riċerka.

Emenda 4

Premessa 13

(13) Fl-interessi tas-sikurezza, il-perjodu ta’ approvazzjoni għas-sustanzi attivi għandu jkun limitat fiż-żmien. Il-perjodu ta’ approvazzjoni għandu jkun proporzjonat għar-riskji inerenti possibbli fl-użu ta’ sustanzi bħal dawn. L-esperjenza miksuba mill-użu effettiv ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom is-sustanzi kkonċernati u għandu jitqies kwalunkwe żvilupp fix-xjenza u fit-teknoloġija meta tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar it-tiġdid ta’ approvazzjoni. Wara l-ewwel tiġdid, sustanzi bħal dawn għandhom ikunu riveduti aktar biss meta jkun hemm indikazzjonijiet li m’għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

 

(13) Fl-interessi tas-sikurezza, il-perjodu ta’ approvazzjoni għas-sustanzi attivi għandu jkun limitat fiż-żmien. L-esperjenza miksuba mill-użu effettiv ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom is-sustanzi kkonċernati u għandu jitqies kwalunkwe żvilupp fix-xjenza u fit-teknoloġija meta tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar it-tiġdid ta’ approvazzjoni. Wara l-ewwel tiġdid, għandu jidħol fis-seħħ programm għat-tiġdid regolari ta' dawn is-sustanzi.

Justification

Din l-emenda tiggarantixxi li kemm is-sustanzi ġodda kif ukoll dawk qodma li ġew inklużi fil-lista pożittiva mill-1991 'il quddiem (Anness 1 għad-Direttiva 91/414) jiġu eżaminati mill-ġdid b'mod regolari, u r-riskji tagħhom meqjusa.

Emenda 5

Premessa 21

(21) Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jridu jiżguraw standard għoli ta’ ħarsien. B’mod partikolari, meta jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, l-għan li jitħarsu s-saħħa tal-bniedem u dik ta’ l-annimali u li jitħares l-ambjent għandu jieħu prijorità fuq l-għan li tittejjeb il-produzzjoni tal-pjanti. Għalhekk, qabel ma l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jitqiegħdu fis-suq, għandu jintwera’ li jippreżentaw benefiċċju ċar għall-produzzjoni tal-pjanti u li m’għandhom l-ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew kwalunkwe influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent.

 

(21) Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jridu jiżguraw standard għoli ta’ ħarsien. B’mod partikolari, meta jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, l-għan li jitħarsu s-saħħa tal-bniedem u dik ta’ l-annimali u li jitħares l-ambjent għandu jieħu prijorità fuq l-għan li tittejjeb il-produzzjoni tal-pjanti. Għalhekk, qabel ma l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jitqiegħdu fis-suq, għandu jintwera li m'għandhomx effett ħażin fuq is-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali jew fuq l-ambjent u li jippreżentaw b'mod ġenwin benefiċċju ċar għall-produzzjoni tal-pjanti fiz-zona ġeografika kkonċernata.

 

Emenda 6

Premessa 22 a (ġdida)

 

(22a) Id-disponibilità ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti differenti u mhux perikolużi hija neċessarja għall-immaniġġjar ottimali ta’ l-infestazzjonijiet. Il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għandha għalhekk tkun mgħaġġla kemm jista' jkun. L-awtorizzazzjoni proviżorja għandha tinżamm u r-regoli dwar l-importazzjonijiet paralleli għandhom ikunu armonizzati.

Emenda 7

Premessa 24

(24) Biex tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni tax-xogħol, biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-industrija u għall-Istati Membri u biex tiġi żgurata disponibilità iktar armonizzata ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, l-awtorizzazzjonijiet mogħtija minn Stat Membru wieħed għandhom ikunu aċċettati mill-Istati Membri l-oħra fejn il-kondizzjonijiet ekoloġiċi u klimatiċi ikunu komparabbli. Għalhekk, l-Unjoni Ewropea għandha tiġi maqsuma f’żoni ta’ awtorizzazzjoni b’kondizzjonijiet komparabbli sabiex ikun iffaċilitat għarfien reċiproku bħal dan.

(24) Biex tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni tax-xogħol, biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-industrija u għall-Istati Membri u biex tiġi żgurata disponibilità iktar armonizzata ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, l-awtorizzazzjonijiet mogħtija minn Stat Membru wieħed għandhom ikunu aċċettati mill-Istati Membri l-oħra fejn il-kondizzjonijiet ekoloġiċi u klimatiċi ikunu komparabbli. Għalhekk, l-Unjoni Ewropea għandha tiġi maqsuma f’żoni ta’ awtorizzazzjoni b’kondizzjonijiet komparabbli sabiex jintlaħaq għarfien reċiproku ġenwin.

Justification

Awtorizzazzjoni fl-UE hija bżonnjuża sabiex fl-aħħar jiġi stabbilit suq intern li jiffunzjona għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għandha tqis ukoll il-kundizzjonijiet addizzjonali u r-restrizzjonijiet fuq l-użu (eż. restrizzjonijiet ta' distanza, il-projbizzjoni ta' l-użu għal ċertu żminijiet, eċċ.).

Emenda 8

Premessa 24 a (ġdida)

(24a) Rikonoxximent reċiproku f'zona partikolari jgħaġġel u jħaffef il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Billi forom ta' użu u kundizzjonijiet naturali jistgħu jvarjaw f'zona partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jimponu kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu. L-Istati Membri m'għandhomx ikunu obbligati li jirrikonoxxu l-irtirar ta' awtorizzazzjoni minn Stat Membru fl-istess zona jekk jistgħu juru li l-kundizzjonijiet fit-territorju tagħhom jippermettu użu sikur. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw fil-fażijiet kollha tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 9

Premessa 24 b (ġdida)

(24b) It-tqassim ta' Stati Membri f'zoni ta' awtorizzazzjoni huwa meqjus bħala l-ewwel pass lejn l-istabbiliment ta' suq intern integrat għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li bih l-awtorizzazzjoni ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti jkun validu fl-UE kollha. Il-Kummissjoni trid toħroġ b'mod regolari rapport ta' progress dwar l-istabbiliment tas-suq intern għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Hija trid tippreżenta proposti għal miżuri biex jitwaqqaf suq intern kemm jista' jkun malajr.

Justification

Awtorizzazzjoni fl-UE hija bżonnjuża sabiex fl-aħħar jiġi stabbilit suq intern li jiffunzjona għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Awtorizzazzjoni bbażata fuq zoni, li skond din, l-awtorizzazzjoni ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti fi Stat Membru f'zona partikolari tkun valida għall-Istati Membri kollha f'dik iz-zona tista' tkun l-ewwel pass lejn dan. L-għan huwa suq intern għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Dan ifisser li prodott għall-ħarsien tal-pjanti awtorizzat fi Stat Membru ta' l-UE jrid jiġi awtomatikament awtorizzat fl-UE kollha.

Emenda 10

Premessa 28

(28) Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jintużaw kif suppost b’rispett għall-prinċipji ta’ kontroll integrat ta’ insetti u annimali li jagħmlu l-ħsara. Il-Kunsill se jinkludi fir-rekwiżit ta’ kontroll statutorju msemmi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 il-prinċipji ta’ kontroll integrat ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara, inkluża prassi tajba ta’ ħarsien tal-pjanti u ta’ l-ambjent. Għandu għalhekk jiġi previst perjodu tranżizzjonali li fih l-Istati Membri jistabbilixxu l-istrutturi meħtieġa sabiex min juża prodotti għall-ħarsien tal-pjanti japplika l-prinċipji ta’ kontroll integrat ta’ insetti u annimali li jagħmlu l-ħsara.

(28) Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jintużaw kif suppost b’rispett għall-prinċipji ta’ kontroll integrat ta’ insetti u annimali li jagħmlu l-ħsara. Għandu għalhekk jiġi previst perjodu tranżizzjonali li fih l-Istati Membri jistabbilixxu l-istrutturi meħtieġa sabiex min juża prodotti għall-ħarsien tal-pjanti japplika l-prinċipji ta’ kontroll integrat ta’ insetti u annimali li jagħmlu l-ħsara.

Justification

L-introduzzjoni ta' obbligi ġodda ta' kundizzjonalità hija miċħuda.

Emenda 11

Premessa 37 a (ġdida)

(37a) L-operaturi jrid ikollhom l-istess opportunitajiet fir-rigward ta' aċċess tas-suq, b'mod partikolari sabiex impriżi ta' daqs żgħir u medju jkunu jistgħu joperaw, sabiex jiżguraw li l-bdiewa jkollhom disponibbli għalihom biżżejjed prodotti sikuri u effettivi għall-ħarsien tal-pjanti.

Justification

Għandu jkun hemm sitwazzjoni li tkun ġusta fir-rigward ta' l-aċċess għas-suq għal operaturi differenti. Din għandha trawwem l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta' prodotti ġodda, kif ukoll twassal għal titjib għal dawk eżistenti. Trid ukoll tkun tajba għall-kompetizzjoni fis-suq u twassal għal iżjed prodotti li jsiru disponibbli għall-bdiewa.

Emenda 12

Premessa 38

(38) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali, u mar-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali jipprovdi għal miżuri ta’ kontroll għall-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fl-istadji kollha tal-produzzjoni ta’ l-ikel, inkluż iż-żamma tar-rekords dwar l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Regoli simili għandhom japplikaw għall-ħażna u għall-użu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li mhumiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(38) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali, u mar-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali jipprovdi għal miżuri ta’ kontroll għall-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fl-istadji kollha tal-produzzjoni ta’ l-ikel, sakemm il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jkunu użati direttament fil-produzzjoni ta' l-ikel, inkluż iż-żamma tar-rekords dwar l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Justification

Regolament (KE) Nru 882/2004 m'għandux x'jaqsam mal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 13

Premessa 38 a (ġdida)

(38a) Il-piż burokratiku fuq il-bdiewa għandu jkun limitat kemm jista' jkun.

Emenda 14

Artikolu 1

Is-suġġett

Is-suġġett u r-raġuni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti f’forma kummerċjali u għat-tqegħid fis-suq, għall-użu u għall-kontroll tagħhom ġewwa l-Komunità.

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti f’forma kummerċjali u għat-tqegħid fis-suq, għall-użu u għall-kontroll tagħhom ġewwa l-Komunità.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi kemm regoli għall-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi, safeners u synergists, li jkunu fi jew li jikkostitwixxu prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, kif ukoll regoli għall-adjuvants u għall-ko-formulanti.

2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi kemm regoli għall-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi, safeners u synergists, li jkunu fi jew li jikkostitwixxu prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, kif ukoll regoli għall-adjuvants u għall-ko-formulanti.

 

3. L-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa li jkun żgurat livell għoli ta’ ħarsien kemm għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għas-saħħa ta’ l-annimali u għall-ambjent.

 

4. Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni sabiex jiġi żgurat li sustanzi jew prodotti mqiegħda fis-suq ma jaffettwawx b'mod ħażin lis-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent.

Justification

Fil-proposta preżenti, ir-raġuni tar-regolament hija kontemplata biss fil-premessi. Ir-raġuni għandha tiġi stipulata fl-ewwel artikoli. Il-prinċipju ta' prekawzjoni huwa stipulat biss fil-Premessi (8) u fl-Artikolu 13(2). Huwa preferibbli li jkun hemm referenza għaliha fl-ewwel artikoli tar-Regolament.

Emenda 15

Artikolu 3, punt 9 a (ġdid)

(9a) 'kummerċ parallel'

 

L-importazzjoni ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti minn Stat Membru fejn il-prodott ġie awtorizzat bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE jew dan ir-regolament, bl-intenzjoni li jitqiegħed fis-suq fl-Istat Membru li jkun qed jimporta, fejn fih il-prodott jew prodott ta' referenza identiku ġew awtorizzati bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE jew dan ir-regolament;

Justification

Hemm bżonn ta' definizzjoni ċara u sett minimu ta' regoli armonizzati tal-Komunità li jiggvernaw it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti permezz ta' kummerċ parallel.

Emenda 16

Artikolu 3, punt 9 b (ġdid)

(9b) 'identiku'

 

Il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jitqiesu identiċi fejn:

 

• ikollhom oriġini komuni,,

 

• ġew prodotti mill-istess kumpanija jew impriża assoċjata jew taħt liċenzja, u

 

• għall-inqas ġew prodotti skond l-istess formulazzjoni, bl-użu ta' l-istess ingredjent attiv, u jkollhom l-istess effett b'kunsiderazzjoni kif suppost, b'mod partikolari, għad-differenzi li jistgħu jeżistu f'kundizzjonijiet relatati ma' l-agrikultura, is-saħħa tal-pjanti u l-ambjent, b'mod partikolari kundizzjonijiet klimatiċi.

Justification

F'konnessjoni mal-kummerċ parallel, il-proċedura simplifikata għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti permezz ta' kummerċ parallel għandha tapplika biss fejn il-prodott importat huwa identiku għall-prodott awtorizzat, li minnha toħroġ id-definizzjoni t'hawn fuq.

Emenda 17

Artikolu 3, punt 10

Att amministrattiv li permezz tiegħu l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti fit-territorju tagħha;

Att amministrattiv li permezz tiegħu l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti f'zona partikolari.

Justification

Awtorizzazzjoni fl-UE hija bżonnjuża sabiex fl-aħħar jiġi stabbilit suq intern li jiffunzjona għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 18

Artikolu 3, punt 18

Prattika li permezz tagħha it-trattamenti bil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti applikati lil wiċċ tar-raba’ partikolari, skond il-kondizzjonijiet ta’ l-użi awtorizzati tagħhom, jiġu magħżula, iddożati u ttajmjati sabiex tkun żgurata l-iprem effikaċja bl-inqas kwantità meħtieġa, wara li jitqiesu b’mod xieraq il-kondizzjonijiet lokali u l-possibbiltajiet għall-kontroll kulturali u bijoloġiku;

Prattika li permezz tagħha it-trattamenti bil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti applikati lil wiċċ tar-raba’ partikolari, skond il-kondizzjonijiet ta’ l-użi awtorizzati tagħhom, jiġu magħżula, iddożati u ttajmjati sabiex tkun żgurata l-iprem effikaċja bl-inqas kwantità meħtieġa, wara li jitqiesu b’mod xieraq l-immaniġġjar tar-reżistenza, il-kondizzjonijiet lokali u l-possibilitajiet għall-kontroll kulturali u bijoloġiku;

Emenda 19

Artikolu 3, punt 19

(19). 'Prattika Ambjentali Tajba'

Prattika fil-ħarsien tal-pjanti li tinkludi l-immaniġġjar u l-applikazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti b’mod li l-ambjent jiġi ikkontaminat biss bl-iċken ammont prattikabbli;

imħassar

Justification

Id-definizzjoni ta' 'Prattika Ambjentali Tajba' m'għadhiex meħtieġa u toħloq konfużjoni mhux neċessarja. Il-protezzjoni ta' l-ambjent hija parti mill-proċedura ta' awtorizzazzjoni. Il-protezzjoni ta' l-ambjent hija wkoll parti mill-'Kontroll Integrat ta’ Organiżmi li jagħmlu l-ħsara' u 'Protezzjoni Tajba tal-Pjanti'.

Emenda 20

Artikolu 3, punt 21

Rapport ta’ test jew ta’ studju huwa kopert mill-ħarsien tad-data fejn il-proprjetarju tiegħu għandu d-dritt li ma jħallix li jintuża għall-benefiċċju ta’ persuna oħra.

Rapport ta’ test jew ta’ studju, inkluż sommarju, huwa kopert mill-ħarsien tad-data fejn il-proprjetarju tiegħu għandu d-dritt li ma jħallix li jintuża għall-benefiċċju ta’ persuna oħra.

Emenda 21

Artikolu 3, punt 21 a (ġdid)

(21a) 'L-Istat Membru Rapporteur'

 

L-Istat Membru li jaċċetta li jieħu r-responsabilità għall-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi, jew safeners, jew sinergisti. Huwa meħtieġ li jwettaq din il-ħidma b'mod professjonali u li jippubblika rapport dwar l-evalwazzjoni ta' l-impatt f'perjodu speċifikat.

Justification

Għandu jkun hemm definizzjoni ta' l-Istat Membru rapporteur.

Emenda 22

Artikolu 3, paragrafu 21 b (ġdid)

21b. 'effett mhux aċċettabbli fuq l-ambjent'

 

Kwalunkwe effett li jista' jbiddel b'mod irriversibbli l-bijodiversità u l-bijotopi, fost l-oħrajn permezz ta' tfixkil sinifikanti għal ċertu speċi li fl-aħħar jista' jwassal għall-estinzjoni tagħhom.

Justification

Il-frażi 'mhux aċċettabbli' definita b'mod preċiż ma tinsab imkien.'

Emenda 23

Artikolu 4, paragrafu 2, punt (a)

(a) m’għandu jkollhom l-ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, inklużi gruppi vulnerabbli, jew fuq is-saħħa ta’ l-annimali, meta jitqiesu l-effetti kumulattivi u sinerġistiċi magħrufa meta jkunu disponibbli l-metodi biex issir valutazzjoni ta’ effetti bħal dawn, jew fuq l-ilma ta’ l-art;

 

(a) m’għandu jkollhom l-ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari dwar is-saħħa ta' l-utenti li jkunu f'kuntatt dirett mal-prodotti u b'attenzjoni partikolari mogħtija għal gruppi vulnerabbli bħal ma huma nisa ta' età sesswalment riproduttiva, feti, u tfal sa l-età tal-pubertà, jew fuq is-saħħa ta’ l-annimali, meta jitqiesu l-effetti kumulattivi u sinerġistiċi magħrufa jew fuq l-ilma ta’ l-art;

 

Justification

Bi qbil mal-prinċipju ta' prekawzjoni, sustanzi ma jridx ikollhom xi effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari fuq dak ta' sottogruppi vulnerabbli bħal feti u tfal, jew l-ambjent, bi qbil mar-reazzjoni tal-Parlament Ewropew (ir-riżoluzzjoni tal-PE P5_TA(2002)0276, (4)) u l-Kunsill għall-ewwel Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva 91/414. Ħaddiema agrikoli u bdiewa li jkunu f'kuntatt dirett mas-sustanzi waqt li jimlew l-isprejers jew li huma esposti għas-sustanzi waqt li jkunu qed jaħdmu fl-għelieqi għandhom ukoll jitqiesu bħala grupp taħt riskju għoli.

Emenda 24

Artikolu 4, paragrafu 2, punt (c)

(c) għal residwi li għandhom importanza tossikoloġika jew ambjentali, għandu jkun hemm metodu f’użu ġenerali sabiex jitkejlu.

 

(c) għal residwi ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, għandu jkun hemm metodi f'użu ġenerali sabiex jitkejlu li jkunu sensittivi b'mod suffiċjenti fir-rigward tal-livell ta' tħassib dwar numru ta' midja ambjentali u bijoloġika.

Emenda 25

Artikolu 4, paragrafu 3, parti introduttorja

L-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, b’konsegwenza għal applikazzjoni li hija konsistenti ma’ prattika tajba tal-ħarsien tal-pjanti u meta jitqiesu l-kondizzjonijiet normali għall-użu, għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

 

L-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, b’konsegwenza għal applikazzjoni li hija konsistenti ma’ użu xieraq u meta jitqiesu l-kondizzjonijiet realistiċi għall-użu, għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

Emenda 26

Artikolu 4, paragrafu 3, punt (b)

(b) m’għandu jkollu l-ebda effett ta’ ħsara immedjata jew ittardjata fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali, b’mod dirett jew permezz ta’ l-ilma tax-xorb, l-ikel, l-għalf jew l-arja, jew konsegwenzi fil-post tax-xogħol jew permezz ta’ effetti indiretti oħra, meta jitqiesu l-effetti kumulattivi u sinerġistiċi magħrufa fejn ikunu disponibbli l-metodi biex issir valutazzjoni ta’ effetti bħal dawn; jew fuq l-ilma ta’ l-art;

(b) m’għandu jkollu l-ebda effett ta’ ħsara immedjata jew ittardjata:

 

(i) fuq is-saħħa tal-bniedem, b'attenzjoni partikolari mogħtija għal gruppi vulnerabbli bħal ma huma n-nisa ta' età sesswalment riproduttiva, feti, u tfal sa l-età tal-pubertà;

 

(ii) jew fuq is-saħħa ta' l-annimali, b'mod dirett jew permezz ta’ l-ilma tax-xorb, l-ikel, l-għalf jew l-arja, inkluż tniġġis fuq distanza twila li jaffettwa, per eżempju, r-reġjun polari, jew konsegwenzi fil-post tax-xogħol jew permezz ta’ effetti indiretti oħra, meta jitqiesu l-effetti kumulattivi u sinerġistiċi magħrufa jew fuq l-ilma ta’ l-art;

Emenda 27

Artikolu 4, paragrafu 3, punt (e), punt (ii)

(ii) l-impatt tiegħu fuq l-ispeċijiet li mhumiex immirati;

 

(ii) l-impatt tiegħu fuq l-ispeċijiet li mhumiex immirati, inkluż fuq l-imġiba ta' dawk l-ispeċi;

Justification

Wisq drabi tiġi studjata l-mortalità waħidha u mhux l-effetti fuq l-imġiba. Għalhekk din trid tiġi speċifikata.

Emenda 28

Artikolu 4, paragrafu 3, punt (e), punt (iii)

(iii) l-impatt tiegħu fuq il-bijodiversità

imħassar

Justification

Il-PPPs kollha għandhom impatt fuq il-bijodiversità. Il-bijodiversità hija kunċett wiesgħa ħafna u m'għandha l-ebda limitazzjonijiet. Kif turi d-diskussjoni fuq l-awtorizzazzjoni dwar il-GMO, m'hemm l-ebda proċedura bbażata fuq ix-xjenza biex tevalwa l-impatti fuq il-bijodiversità fis-sħuħija tagħha. It-test propost jikkorrispondi mat-test tad-Direttiva-Bijoċidi.

Emenda 29

Artikolu 8, paragrafu 2

2. Id-dossier komplut għandu jkun fih it-test sħiħ tar-rapporti individwali tat-testijiet u ta’ l-istudji li jikkonċernaw l-informazzjoni kollha li tissemma fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1. M’għandu jkun fih l-ebda rapport ta’ testijiet jew ta’ studji li jinvolvi l-amminstrazzjoni deliberata tas-sustanza attiva jew tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti lill-bnedmin.

2. Il-fajl komplut għandu jkun fih it-test sħiħ tar-rapporti individwali tat-testijiet u ta’ l-istudji li jikkonċernaw l-informazzjoni kollha li tissemma fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1.

Justification

Biex tiġi rrifjutata data tal-bnedmin ibbażata fuq ix-xjenza u aċċettata b'mod etiku li diġà hija disponibbli tmur kontra prattika xjentifika tajba u tfixkel il-kwalità tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-immaniġġjar tar-riskju.

Emenda 30

Artikolu 9, paragrafu 2, subparagrafu 1

2. Fejn wieħed jew iktar mill-elementi provduti fl-Artikolu 8 huma neqsin, l-Istat Membru għandu jinforma lill-applikant, fejn jiffissa perjodu ta’ żmien biex dawn jitressqu.

2. Fejn wieħed jew iktar mill-elementi provduti fl-Artikolu 8 huma neqsin, l-Istat Membru għandu jinforma lill-applikant, fejn jiffissa perjodu ta’ żmien ta' mhux itwal minn tliet xhur biex dawn jitressqu. Għandu japplika l-Artikolu 7(3).

Justification

Il-perjodu ta' żmien biex ikun hemm żieda ma' l-elementi nieqsa għandu jiġi speċifikat.

L-Istati Membri notifikati għandhom jirrispettaw l-istess livelli ta' ħarsien tad-data u l-kunfidenzjalità bħall-Istat Membru rapporteur.

Emenda 31

Artikolu 9, paragrafu 3, subparagrafu 1

3. Fejn id-dossiers li tressqu ma’ l-applikazzjoni ikun fihom l-elementi kollha provduti fl-Artikolu 8, l-Istat Membru rapporteur għandu jinnotifika lill-applikant, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Awtorità bl-ammissibilità ta’ l-applikazzjoni u għandu jibda l-valutazzjoni tas-sustanza attiva.

3. Fejn il-fajls li tressqu ma’ l-applikazzjoni ikun fihom l-elementi kollha provduti fl-Artikolu 8, l-Istat Membru rapporteur għandu jinnotifika lill-applikant, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Awtorità bl-ammissibilità ta’ l-applikazzjoni u għandu jibda l-valutazzjoni tas-sustanza attiva. L-Istat Membru rapporteur jista' jibda jevalwa s-sustanza attiva immedjata hekk kif jiġi rċevut il-fajl.

Justification

Biex il-proċedura tkun iżjed mgħaġġla, għandu jkun ammissibbli għall-Istat Membru rapporteur biex jibda immedjatament bl-evalwazzjoni tas-sustanza.

Emenda 32

Artikolu 11, paragrafu 1

1. Fi żmien tnax-il xahar mid-data tan-notifika provduta fl-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 9(3), l-Istat Membru rapporteur għandu jipprepara u jressaq quddiem l-Awtorità rapport (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni”) li jivvaluta jekk jistax jiġi mistenni li s-sustanza attiva tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 4.

1. Fi żmien disa' xhur mid-data tan-notifika provduta fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(3), l-Istat Membru rapporteur għandu jipprepara u jressaq quddiem l-Awtorità rapport (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni”) li jivvaluta jekk jistax jiġi mistenni li s-sustanza attiva tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 4.

Fejn l-Istat Membru jeħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandu jiffissa perjodu ta’ żmien għall-applikant biex jipprovdiha. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ tnax-il xahar għandu jiġi estiż bil-perjodu ta’ żmien addizzjonali mogħti mill-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità.

Fejn l-Istat Membru jeħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandu jiffissa perjodu ta’ żmien raġunevoli għall-applikant biex jipprovdiha. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ tnax-il xahar għandu jiġi estiż bil-perjodu ta’ żmien addizzjonali mogħti mill-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità.

L-Istat Membru jista’ jikkonsulta lill-Awtorità.

L-Istat Membru jista’ jikkonsulta lill-Awtorità.

Għandu japplika l-Artikolu 7(3).

Justification

It-tibdiliet proposti huma intenzjonati li jaċċeleraw il-proċedura u li jiżguraw ħarsien suffiċjenti tad-data.

Emenda 33

Artikolu 13, paragrafu 1 subparagrafu 1

1. Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-konklużjoni provduta fl-Artikolu 12(2) mill-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “ir-rapport ta’ reviżjoni”), lill-Kumitat li jissemma fl-Artikolu 76(1), fejn tqis l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni ta’ l-Istat Membru Rapporteur skond l-Artikolu 11 u l-konklużjoni ta’ l-Awtorità skond l-Artikolu 12.

1. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-konklużjoni provduta fl-Artikolu 12(2) mill-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “ir-rapport ta’ reviżjoni”), lill-Kumitat li jissemma fl-Artikolu 76(1), fejn tqis l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni ta’ l-Istat Membru Rapporteur skond l-Artikolu 11 u l-konklużjoni ta’ l-Awtorità skond l-Artikolu 12.

Justification

Il-Kummissjoni m'għandhiex bżonn nofs sena biex tagħmel abbozz ta' rapport dwar fajl eżaminat kollu. Il-proċedura għandha bżonn tiġi aċċelerata.

Emenda 34

Artikolu 14, paragrafu 2

2. It-tiġdid għandu jkun għal perjodu ta’ żmien mhux limitat.

2. L-approvazzjoni tista' tiġġedded darba jew iżjed minn darba għal perjodu li ma jaqbiżx 10 snin.

Justification

L-awtorizzazzjoni għandha tkun bla limitu ta' żmien wara l-ewwel tiġdid. Is-sustanza trid tkun suġġetta għal evalwazzjoni u eżaminazzjoni wara għaxar snin oħra fil-prattika, sabiex l-awtoritajiet responsabbli jkunu jistgħu jirreaġixxu għall-effetti possibbli fuq tul ta' żmien twil. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu fid-dawl ta' għarfien xjentifiku u tekniku preżenti, kif stipulat fl-Artikolu 4(10).

Emenda 35

Artikolu 24, paragrafu 1

1. Bħala deroga mill-Artikolu 5 u mill-Artikolu 14(2), sustanza attiva li tikkonforma mal-kriterji provduti fl-Artikolu 4 għandha tiġi approvata għal perjodu li ma jaqbiżx is-seba’ snin, fejn sustanzi attivi oħra li diġà ġew approvati huma ferm inqas tossiċi għall-konsumaturi jew għall-operaturi jew li jippreżentaw ferm inqas riskji għall-ambjent. Il-valutazzjoni għandha tqis il-kriterji stabbiliti fil-punt 4 ta’ l-Anness II.

 

Sustanza bħal din minn hawn’il quddiem se tissejjaħ ‘kandidat għas-sostituzzjoni’.

1. Sustanza attiva li tikkonforma mal-kriterji provduti fl-Artikolu 4 u mill-inqas wieħed mill-kriterji stipulati f'punt 4 ta' l-Anness II għandha tiġi klassifikata u approvata bħala ‘kandidat għas-sostituzzjoni’.

 

Il-perjodu ta' approvazzjoni huwa ta' 10 snin. M'għandux japplika l-Artikolu 14(2).

Justification

Il-perjodu ta' approvazzjoni għandu jkun ta' 10 snin għall-kandidati għas-sostituzzjoni. Il-kandidat għal sostituzzjoni, l-impatti tiegħu fuq is-saħħa u l-ambjent, huma eżaminati sew fil-proċedura ta' awtorizzazzjoni. L-awtorizzazzjoni għas-sustanza attiva hija riveduta b'mod regolari u l-awtorizzazzjoni tista' tiġi rtirata f'kwalunkwe ħin jekk biżgħat ġodda jew prodotti aħjar joħorġu fis-suq. Il-produtturi u l-utenti tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom bżonn bażi legali sikura.

(L-aħħar sentenza tal-paragrafu emendat hija biss valida jekk l-Em 34 ma tiġix adottata mill-Kumitat ewlieni.)

Emenda 36

Artikolu 27, paragrafu 2 a (ġdid)

2a. Fejn ko-formulant jiġi użat fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti li ġie awtorizzat skond id-Direttiva 91/414/KEE1 jew dan ir-Regolament, huwa għandu jitqies bħala rreġistrat bi qbil ma' l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/20062 għall-użu speċifiku tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

1 Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

2 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 rigward ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tal-Kimika (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Kimika, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

 

Justification

Biex tiġi evitata regolazzjoni doppja ta' ko-formulanti użati fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti skond dan ir-Regolament u r-REACH.

Emenda 37

Artikolu 28 a (ġdid)

 

Artikolu 28a

 

Awtorizzazzjoni proviżorja

1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 28(1), Stat Membru jista' jawtorizza, biex jagħmilha eħfef għall-preparazzjonijiet il-ġodda li jridu jsiru disponibbli għall-użu fl-agrikultura, fuq il-bażi ta' l-abbozz tar-rapport għall-evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 11, għal perjodu proviżorju li ma jaqbiżx tliet snin, it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkollhom sustanza attiva li tkun għadha mhux approvata, sakemm il-fajl dwar is-sustanza attiva jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Artikoli 4 u 8 u fir-rigward ta' l-użi proġettati. Fejn hu relevanti, l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi livelli massimi ta' residwu temporanji bi qbil ma' l-Artikolu 15(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

2. L-Istat Membru għandu immedjatament jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni tiegħu tal-fajl u dwar it-termini ta' l-awtorizzazzjoni proviżorja.

3. Bħala segwitu għall-evalwazzjoni tal-fajl jista' jiġi deċiż, bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 76(3), li s-sustanza attiva ma tissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4. F'każijiet bħal dawn l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjoni proviżorja tiġi rtirata.

4. Jekk, ma' l-iskadenza tal-perjodu ta' tliet snin, ma tkunx ittieħdet deċiżjoni rigward l-awtorizzazzjoni ta' sustanza attiva, tista' tintalab awtorizzazzjoni proviżorja oħra għal perjodu ta' tliet snin mill-Istat Membru rapporteur.

Għandhom japplikaw l-Artikoli 56 u 60.

Justification

Ir-rapporteur jipproponi li jżomm l-Artikolu 8 tar-Regolament KE nru 91/414 dwar l-awtorizzazzjoni proviżorja. L-esperjenza ma tiġġustifikax it-tħassir tiegħu. M'hemm l-ebda garanzija li l-awtorizzazzjoni ma tkunx itwal minn sentejn - jew 1 ½ kif propost mir-rapporteur. Il-bdiewa għandhom bżonn varjetà wiesgħa ta' prodotti biex jikkontrollaw l-infestazzjonijiet u jiġġieldu r-reżistenzi. Limitazzjoni mhux ġustifikata ta' l-għażliet tagħhom twassal għal problemi mhux mixtieqa ta' l-infestazzjonijiet jew użi illegali. Sustanza għandha tkun disponibbli hekk kif l-ewwel użu sikur ikun ġie identifikat biex tipprovdi lill-bdiewa bi prodotti ġodda u innovattivi.

Emenda 38

Artikolu 29, paragrafu 6, subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Il-prinċipji uniformi għandhom iqisu fi żmien qasir l-interazzjoni bejn is-sustanza attiva, is-safeners, is-sinerġisti u l-ko-formulanti.

Justification

Għandu jkun ċar li l-interazzjoni bejn sustanzi differenti titqies fil-proċess ta' awtorizzazzjoni. Mhuwiex biżżejjed li jitqiesu s-sustanzi involuti b'mod separat.

L-emenda hija primarjament imfissra biex tiċċara. Diġà hija msemmija b'mod indirett fl-Artikolu 25(2) f'konnessjoni ma' l-Artikolu 8(1)(a), l-Artikolu 29(4) u l-prinċipji uniformi.

Emenda 39

Artikolu 30, titolu u paragrafu 1

Il-kontenut

Il-kontenut ta' l-awtorizzazzjoni

1. L-awtorizzazzjoni għandha tiddefinixxi l-uċuħ tar-raba’ fuq liema u l-iskopijiet li għalihom jista’ jintuża l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

1. L-awtorizzazzjoni, li għandha tuża formola standardizzata, għandha tiddefinixxi l-uċuħ tar-raba’ fuq liema u l-iskopijiet li għalihom jista’ jintuża l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

Justification

Il-formola standardizzata għandha tiġi standardizzata u identika għall-Istati Membri.

Emenda 40

Artikolu 30, paragrafu 2

2. L-awtorizzazzjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti li jirrelataw mat-tqegħid fis-suq u ma’ l-użu tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jinkludu l-kondizzjonijiet għall-użu meħtieġa sabiex ikun hemm konformità mal-kondizzjonijiet u mar-rekwiżiti provduti fir-Regolament li japprova s-sustanzi attivi, is-safeners u s-synergists. L-awtorizzazzjoni għandha tinkludi klassifikazzjoni tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti għall-iskop tad-Direttiva 1999/45/KE.

2. L-awtorizzazzjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti li jirrelataw mat-tqegħid fis-suq u ma’ l-użu tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jinkludu l-kondizzjonijiet għall-użu meħtieġa sabiex ikun hemm konformità mal-kondizzjonijiet u mar-rekwiżiti provduti fir-Regolament li japprova s-sustanzi attivi, is-safeners u s-synergists.

Justification

F'ħafna Stati Membri, il-klassifikazzjoni skond id-Direttiva 1999/45/KE titħalla kemm-il darba f'id min ikollu l-approvazzjoni. Sabiex jintlaħaq ittikkettar armonizzat, dan għandu jkun il-każ fil-livell tal-Komunità. Dak li għandu jkun responsabbli għall-klassifikazzjoni huwa dak li javża u mhux l-Istat Membru rapporteur ta' zona. Li titqiegħed ir-responsabilità fuq l-Istat Membru rapporteur ta' zona twassal għal dewmien konsiderevoli fil-proċess u tista' twassal għal klassifikazzjoni differenti f'kull zona u/jew kull Stat Membru.

Emenda 41

Artikolu 30, paragrafu 3, punt (b)

(b) l-obbligu li jiġi informat kwalunkwe ġar li jista’ jkun espost għal sprej drift qabel ma jintuża l-prodott u li talab li jiġi informat.

imħassar

Justification

Il-bżonn li jiġu informati l-ġirien hija burokratika għall-aħħar għax id-drettiva dwar l-użu sostenibbli jipprevedi l-miżuri neċessarji kollha għall-prevenzjoni tar-riskji.

Emenda 42

Artikolu 32, paragrafu 1

1. Persuna li tixtieq tqiegħed fis-suq prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandha tapplika għal awtorizzazzjoni, hija stess jew permezz ta’ rappreżentant, għand kull Stat Membru fejn hemm il-ħsieb li dak il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jitqiegħed fis-suq.

1. Persuna li tixtieq tqiegħed fis-suq prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandha tapplika għal awtorizzazzjoni, hija stess jew permezz ta’ rappreżentant, għand Stat Membru ta' l-UE, li għandha tkun valida fiz-zona kollha kkonċernata.

Justification

Awtorizzazzjoni taz-zona fl-UE hija bżonnjuża sabiex fl-aħħar jiġi stabbilit suq intern li jiffunzjona għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 43

Artikolu 34

L-applikazzjoni għandha tiġi eżaminata mill-Istat Membru propost mill-applikant, ħlief meta Stat Membru ieħor fl-istess żona ma jaqbilx li jeżaminaha. L-Istat Membru li se jeżamina l-applikazzjoni għandu jinforma lill-applikant.

 

L-applikazzjoni għandha tiġi eżaminata mill-Istat Membru ta' referenza, bl-indħil ta' l-Istati Membri kollha f'zona partikolari. L-Istati Membri l-oħra kollha f'zona għandhom jinħtieġu jieħdu sehem f'dak ix-xogħol. Ix-xogħol għandu jitqassam skond proposta mill-Istat Membru li qed jeżamina.

Fuq it-talba ta’ l-Istat Membru li qed jeżamina l-applikazzjoni, l-Istati Membri l-oħra fl-istess żona li quddiemhom tressqet applikazzjoni għandhom jikkooperaw biex tkun żgurata diviżjoni ġusta ta’ l-ammont ta’ xogħol.

 

L-Istati Membri l-oħrajn fiż-żona, li quddiemhom tressqet applikazzjoni, għandhom joqogħdu lura milli jipproċedu bil-fajl sakemm issir il-valutazzjoni mill-Istat Membru li qed jeżamina l-applikazzjoni.

 

 

L-Istati Membri fiz-zona jistgħu, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jadottaw regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' paragrafu 1.

Justification

L-għan huwa li jiġu standardizzati l-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt b'ċertu livell ta' flessibilità, bil-kunsens tal-Kummissjoni.

Emenda 44

Artikolu 35, paragrafu 2

2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħtu jew jirrifjutaw l-awtorizzazzjonijiet skond kif ikun il-każ fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-valutazzjoni ta’ l-Istat Membru li qed jeżamina l-applikazzjoni kif provdut fl-Artikoli 30 u 31. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernat fl-istess kondizzjonijiet, inkluża l-klassifikazzjoni għall-iskop tad-Direttiva 1999/45/KE, bħall-Istat Membru li jeżamina l-applikazzjoni.

2. L-Istati Membri kollha f'zona għandhom jagħtu jew jirrifjutaw l-awtorizzazzjonijiet skond kif ikun il-każ fuq il-bażi tal-konklużjonijiet ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-Istat Membru li qed jeżamina l-applikazzjoni kif stipulat fl-Artikoli 30 u 31. L-Istati Membri kollha f'zona għandhom jawtorizzaw il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernat taħt l-istess kondizzjonijiet

Justification

Awtorizzazzjoni li tistandardizza.

Emenda 45

Artikolu 35, paragrafu 3

3. Bħala deroga mill-paragrafu 2 u bla ħsara għal-liġi Komunitarja, jistgħu ikunu imposti kondizzjonijiet addizzjonali fir-rigward tar-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 30(3).

 

3. Bħala deroga mill-paragrafu 2 u suġġett għal-liġi Komunitarja;

(a) L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-approvazzjoni suġġetta għal kondizzjonijiet speċifiċi u għal restrizzjoni ta’ l-użu, jekk hemm evidenza xjentifika sustanzjata li minħabba kondizzjonijiet speċifiċi ta’ użu, ritmi ta’ użu, drawwiet nutrizzjonali jew ċirkustanzi oħra rilevanti l-kundizzjonijiet u r-restrizzjoni fl-awtorizzazzjoni oriġinali m’humiex suffiċjenti.

(b) jistgħu jiġu imposti kondizzjonijiet addizzjonali fir-rigward tar-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 30(3).

Justification

L-użu u l-problemi potenzjali ta’ l-użu jista’ jkun li jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri, anke dawk li huma parti mill-istess zona. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu kondizzjonijiet u restrizzjonijiet ta’ l-użu addizzjonali.

Emenda 46

Artikolu 36, paragrafu 1, subparagrafu 2

Fejn l-Istat Membru jeħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandu jiffissa perjodu ta’ żmien għall-applikant biex jipprovdiha. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ tnax-il xahar għandu jiġi estiż bil-perjodu ta’ żmien addizzjonali mogħti mill-Istat Membru.

Fejn l-Istat Membru jeħtieġ informazzjoni addizzjonali, għandu jiffissa perjodu ta’ żmien għall-applikant biex jipprovdiha. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ tnax-il xahar għandu jiġi estiż bil-perjodu ta’ żmien addizzjonali mogħti mill-Istat Membru, li ma jistax jaqbeż erba' xhur.

Justification

Li jiġu speċifikati l-perjodi ta' żmien huwa neċessarju sabiex jiġu stipulati l-proċeduri.

Emenda 47

Artikolu 38, paragrafu 1 a (ġdid)

1a. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jagħmlu disponibbli għall-Awtorità fajl li jkollu fih id-dokumentazzjoni msemmija f'punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1. L-Awtorità għandha żżomm reġistru li fih jiġu reġistrati l-awtorizzazzjonijiet kollha fl-Istati Membri differenti.

Justification

Korp ċentrali, l-Awtorità għandha żżomm rendikont ta' l-awtorizzazzjonijiet differenti mogħtija lil sustanzi fl-Istati Membri differenti.

Emenda 48

Artikolu 38, paragrafu 2

2. Meta jintalbu jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra, ta’ l-Awtorità u tal-Kummissjoni fajl li fih id-dokumentazzjoni provduta fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1.

2. Meta jintalbu jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra u tal-Kummissjoni fajl li fih id-dokumentazzjoni provduta fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1.

Justification

(Ara l-ġustifikazzjoni ta' l-emenda għall-Artikolu 38(1)(a)(ġdid)).

Emenda 49

Artikolu 39, paragrafu 1, punt (b)

(b) l-awtorizzazzjoni ngħatat minn Stat Membru għall-użu fis-serer jew bħala trattament ta’ wara l-ħsad, tkun xi tkun iż-żona li jappartjeni għalih l-Istat Membru ta’ referenza.

 

(b) l-awtorizzazzjoni ngħatat minn Stat Membru għall-użu fis-serer jew bħala trattament ta’ wara l-ħsad jew taż-żerriegħa, tkun xi tkun iż-żona li jappartjeni għalih l-Istat Membru ta’ referenza.

Justification

L-għarfien reċiproku interzonali għandu jkun estiż għat-trattament taż-żerriegħa, biex ikun iffaċilitat il-kummerċ taż-żrieragħ. It-trattament taż-żerriegħa huwa suq żgħir u innovattiv, iddominat minn kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju. Jekk ma jkunx hekk, l-ispejjeż għolja ta’ l-awtorizzazzjoni u l-proċeduri kkumplikati kienu jwasslu biex numru ta’ tekniki ta’ trattament, li s-soltu jużaw ammonti wisq iżgħar ta' PPP's mit-trattament li jsir fir-raba', jitwarrbu mis-suq.

Emenda 50

Artikolu 39, paragrafu 2

2. L-għarfien reċiproku m’għandux japplika għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom kandidat għas-sostituzzjoni.

imħassar

Justification

Il-prodotti huma evalwati bir-reqqa u awtorizzati taħt kundizzjonijiet stretti mill-Istat Membru li jkun qed jeżamina l-applikazzjoni. Proporzjoni għoli ħafna ta’ sustanzi se jikkwalifika bħala kandidat għas-sostituzzjoni. Dan joħloq żewġ sistemi paralleli ta’ approvazzjoni u piż amministrattiv bla ħtieġa għall-Istati Membri u jdgħajjef b’mod ċar il-kunċett ta’ awtorizzazzjoni ta’ zona.

Emenda 51

Artikolu 39, paragrafu 2 a (ġdid)

2a. L-Istati Membri li jagħmlu parti minn zoni differenti jistgħu japplikaw il-proċedura ta’ għarfien reċiproku fuq bażi volontarja. F’dan il-każ il-paragrafu 1(a) m’għandux japplika.

Justification

Fuq bażi volontarja l-għarfien reċiproku għandu jkun possibbli bejn l-Istati Membri li ma jappartenux għall-istess zona. F’dan il-każ m’għandu jkun hemm l-ebda ħtieġa li l-għarfien reċiproku jkun estiż għaz-zona kollha.

Emenda 52

Artikolu 40, paragrafu 1

1. L-Istat Membru li quddiemu titressaq applikazzjoni skond l-Artikolu 39 għandu jawtorizza il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernat fl-istess kondizzjonijiet, inkluża l-klassifikazzjoni għall-iskop tad-Direttiva 1999/45/KE, bħall-Istat Membru tar-referenza.

1. Awtorizzazzjoni mogħtija skond l-Artikolu 39 għandha tkun valida fiz-zona.

Justification

L-objettiv fuq tul ta' żmien medju u twil irid ikun li jistabbilixxi awtorizzazzjoni ġenwina ta' l-UE, li jfisser awtorizzazzjoni fi Stat Membru wieħed trid tkun valida fl-Istati Membri l-oħra kollha. Dak huwa l-uniku mezz kif jista' jinħoloq suq intern li jiffunzjona għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 53

Artikolu 40, paragrafu 1 a (ġdid)

1a. L-Istat Membru li quddiemu titressaq applikazzjoni skond l-Artikolu 39 jista' jawtorizza l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti kkonċernat taħt l-istess kondizzjonijiet, fejn l-Istat Membru ta’ referenza ma jagħmilx parti mill-istess zona. F'dak il-każ l-Istat Membru għandu jevalwa jekk il-proċedura ta' awtorizzazzjoni fl-Istat Membru ta' referenza kinetx kompatibbli mal-proċedura ta' awtorizzazzjoni fl-Istat Membru miz-zona differenti. Kwalunkwe parti mill-proċedura li mhijiex kompatibbli għandha terġa' ssir.

Justification

Fuq bażi volontarja, l-Istati Membri għandhom jiġu permessi li jirrikonoxxu b'mod reċiproku awtorizzazzjoni mogħtija lil sustanza fi Stat Membru li ma jagħmilx parti mill-istess zona. F'dak il-każ, għandhom jevalwaw liema partijiet tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni jistgħu jiġu kkuppjati mill-Istat Membru ta' referenza fiz-zona l-oħra. Partijiet mill-proċedura li mhumiex koperti (biżżejjed) għandhom xorta waħda jiġu mwettqa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni.

Emenda 54

Artikolu 40, paragrafu 2

2. Bħala deroga mill-paragrafu 1 u bla ħsara għal-liġi Komunitarja, jistgħu ikunu imposti kondizzjonijiet addizzjonali fir-rigward tar-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 30(3).

 

2. Bħala deroga mill-paragrafu 1 u suġġett għal-liġi Komunitarja;

(a) L-Istati Membri jistgħu jissuġġettaw l-approvazzjoni għal kondizzjonijiet speċifiċi u għal restrizzjoni ta’ l-użu, jekk hemm evidenza xjentifika ssustanzjata li minħabba kondizzjonijiet speċifiċi ta’ użu, ritmi ta’ użu, drawwiet nutrizzjonali jew ċirkustanzi oħra rilevanti l-kundizzjonijiet u r-restrizzjoni fl-awtorizzazzjoni oriġinali m’humiex suffiċjenti,

(b) jistgħu jiġu imposti kondizzjonijiet addizzjonali fir-rigward tar-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 30(3).

Justification

Ir-ritmi ta’ l-użu kif ukoll il-prijoritajiet ambjentali jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri. Għalhekk għandu jkollhom il-possibilità li jissuġġettaw l-awtorizzazzjoni għal kundizzjonijiet u restrizzjonijiet speċifiċi ta’ l-użu. Il-perjodu ta’ l-awtorizzazzjoni madanakollu m’għandux jeċċedi d-90 jum, sabiex l-istati Membri jkunu mġiegħla jaġixxu malajr u jżommu lura milli jagħmlu restrizzjonijiet u kondizzjonijiet bla ħtieġa.

Emenda 55

Kapitolu III, Sezzjoni 1, Sottotaqsima 4, titolu

IT-TIGDID U L-IRTIRAR

IT-TIGDID, L-EMENDI U L-IRTIRAR

Justification

Riflessjoni aħjar tal-kontenut tas-sottotaqsima.

Emenda 56

Artikolu 42, paragrafu 3a (ġdid)

 

3a. Għandhom japplikaw regoli dwar il-kunfidenzjalità u l-ħarsien tad-data għall-ewwel awtorizzazzjoni.

Justification

Ir-regoli tal-ħarsien tad-dejta u l-kunfidenzjalità għandhom japplikaw ukoll għat-tiġdid u r-reviżjoni ta’ awtorizzazzjoni. Il-perjodu ta’ ħarsien huwa llimitat għal ħames snin (ara l-Artikolu 56).

Emenda 57

Artikolu 43, paragrafu 2

2. Fejn Stat Membru jkollu l-ħsieb li jirtira jew jemenda awtorizzazzjoni, għandu jinforma lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni u jagħtih il-possibbiltà li jressaq il-kummenti.

2. Fejn Stat Membru jkollu l-ħsieb li jirtira jew jemenda awtorizzazzjoni, għandu jinforma lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni u lill-Istati Membri l-oħra ta’ l-istess zona u jagħtihom il-possibilità li jressqu l-kummenti.

L-Istat Membru jista’ jitlob lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni biex iressaq iktar informazzjoni.

L-Istat Membru jista’ jitlob lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni biex iressaq iktar informazzjoni.

 

Qabel ma jirtira jew jemenda awtorizzazzjoni l-Istat Membru li jkun wettaq ir-reviżjoni għandu jħalli l-evalwazzjoni tiegħu disponibbli għall-Istati Membri l-oħra ta’ l-istess zona li jkunu awtorizzaw l-istess prodott jew fejn l-awtorizzazzjoni hija pendenti f’dak li jirrigwarda prodott bħal dan. Huwa għandu jagħtihom tul ta’ żmien raġonevoli biex iressqu l-kummenti.

Justification

Peress li l-irtirar minn Stat Membru wieħed għandu konsegwenzi ta’ influwenza kbira fiz-zona kollha kemm hi, Membri Stati oħra kkonċernati għandhom ikunu involuti fil-proċedura ta’ rtirar fuq l-istess livell bħal fil-proċedura ta’ awtorizzazzjoni.

Emenda 58

Artikolu 43, paragrafu 4

4. Fejn Stat Membru jirtira jew jemenda awtorizzazzjoni skond il-paragrafu 3, għandu jinforma immedjatament lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Awtorità u lill-Kummissjoni. L-Istati Membri l-oħra li huma ta’ l-istess żona għandhom jirtiraw jew jamendaw l-awtorizzazzjoni skond dan. Fejn huwa xieraq għandu japplika l-Artikolu 45.

4. Fejn Stat Membru jirtira jew jemenda awtorizzazzjoni skond il-paragrafu 3, għandu jinforma immedjatament lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Awtorità u lill-Kummissjoni. L-Istati Membri l-oħra li huma ta’ l-istess zona għandhom jirtiraw jew jamendaw l-awtorizzazzjoni skond dan.

Jekk l-awtorizzazzjoni tiġi rtirata f'konformità mal-paragrafu 3(a) minħabba li r-rekwiżiti ta' l-Artikolu 4(3) m'għadhomx ikunu ssodisfati Stat Membru ieħor jista’ jżomm lura milli jirtira l-awtorizzazzjoni jekk hemm evidenza xjentifika sustanzjata li minħabba kundizzjonijiet speċifiċi ta' l-użu, ritmi ta' l-użu jew ċirkustanzi relevanti oħra r-rekwiżiti ta' l-Artikolu 29 u ta' l-Artikolu 4 jkomplu jkunu ssodisfati fl-Istat Membru l-ieħor. Fejn huwa xieraq għandu japplika l-Artikolu 45 .

Għandhom japplikaw regoli dwar il-kunfidenzjalità u l-ħarsien tad-dejta għall-ewwel awtorizzazzjoni.

Justification

Irtirar ta’ awtorizzazzjoni m’għandux iwassal għal irtirar awtomatiku fiz-zona kollha kemm hi. L-Istati Membri ma ġewx ikkonsultati dwar id-deċiżjoni ta’ l-irtirar. Il-kondizzjonijiet ta’ l-użu jew in-numru ta’ prodotti disponibbli fi Stati Membri differenti ta’ l-istess zona jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli.

Ir-regoli tal-ħarsien tad-dejta u l-kunfidenzjalità għandhom japplikaw ukoll.

Emenda 59

Artikolu 48, paragrafu 1, punt (b)

il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jew il-metodu ta’ kontroll jew ta’ prevenzjoni mhux kimiku li jissemma fil-punt (a) ma jippreżentax żvantaġġi ekonomiċi jew prattiċi sinifikanti;

(b) il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jew il-metodu ta’ kontroll jew ta’ prevenzjoni mhux kimiku li jissemma fil-punt (a) għandu effetti ekwivalenti fuq l-organiżmi li għalihom huma mmirati u ma jippreżentax żvantaġġi ekonomiċi jew prattiċi sinjifikanti;

Justification

Kjarifika ta’ l-aspetti li jridu jkunu meqjusa fl-evalwazzjoni komparattiva.

Emenda 60

Artikolu 48, paragrafu 1, punt (c)

id-diversità kimika tas-sustanzi attivi hija adegwata biex tiġi mminimizzata l-okkorrenza tar-reżistenza fl-organiżmu mmirat.

 

(ċ) id-diversità tas-sustanzi attivi u l-immaniġġjar l-ieħor kollu tar-raba' u metodi u prattiki għall-prevenzjoni tal-mard serju użati jridu jkunu adegwati biex tiġi mminimizzata l-okkorrenza tar-reżistenza fl-organiżmu mmirat. L-evalwazzjoni komparattiva għandha tqis użi minuri awtorizzati.

Justification

Xi PPP’s li jistgħu jitqiesu li m’humiex sikuri meta jkunu utilizzati fuq uċuħ li huma użati b’mod mifrux jistgħu jkunu meħtieġa u sikuri, meta jkunu utilizzati għal użi minuri, is-soltu uċuħ li ma tantx huma mkabbra li jkollhom ħtiġijiet speċifiċi.

Emenda 61

Artikolu 48, paragrafu 3

3. L-Istati Membri għandhom jirrepetu l-valutazzjoni komparattiva provduta fil-paragrafu 1 b’mod regolari u mhux iktar tard minn erba’ snin wara li ngħatat l-awtorizzazzjoni jew ġiet imġedda l-awtorizzazzjoni.

L-Istat Membru rapporteur għandu jirrepeti l-evalwazzjoni komparattiva provduta fil-paragrafu 1 b’mod regolari u mhux iktar tard minn erba’ snin wara li ngħatat l-awtorizzazzjoni jew ġiet imġedda l-awtorizzazzjoni.

L-Istati Membri għandhom iżommu, jirtiraw jew jemendaw l-awtorizzazzjoni, fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni komparattiva.

Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni komparattiva, l-Istat Membru rapporteur għandu jibqa' jżomm, jirtira jew jemenda l-awtorizzazzjoni.

Justification

L-Istat Membru li fih tkun saret proċedura ta' awtorizzazzjoni għandu wkoll jibqa' responsabbli għall-awtorizzazzjoni.

Emenda 62

Artikolu 48, paragrafu 4

4. Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jirtira jew jemenda awtorizzazzjoni skond il-paragrafu 3, dak l-irtirar jew dik l-emenda għandu jidħol fis-seħħ erba’ snin wara d-deċiżjoni ta’ l-Istat Membru jew fi tmiem il-perjodu ta’ approvazzjoni tal-kandidat għas-sostituzzjoni fejn dak il-perjodu jispiċċa qabel.

4. Fejn l-Istat Membru rapporteur jiddeċiedi li jirtira jew jemenda awtorizzazzjoni skond il-paragrafu 3, dak l-irtirar jew dik l-emenda għandu jidħol fis-seħħ erba’ snin wara d-deċiżjoni ta’ l-Istat Membru jew fi tmiem il-perjodu ta’ approvazzjoni tal-kandidat għas-sostituzzjoni fejn dak il-perjodu jispiċċa qabel.

Justification

L-Istat Membru li fih tkun saret proċedura ta' awtorizzazzjoni għandu wkoll jibqa' responsabbli għall-awtorizzazzjoni.

Emenda 63

Artikolu 49, paragrafu 1

1. Għall-iskop ta’ dan l-Artikolu, użu minuri ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti fi Stat Membru partikolari jfisser l-użu ta’ dak il-prodott fuq wiċċ tar-raba’ li ma jitkabbarx ħafna f’dak l-Istat Membru jew fuq wiċċ tar-raba’ li jitkabbar ħafna biex tiġi sodisfatta ħtieġa eċċezzjonali.

 

1. Għall-iskop ta’ dan l-Artikolu, użu minuri ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti fi Stat Membru partikolari jfisser l-użu ta’ dak il-prodott fuq wiċċ tar-raba’ li t-tkabbir tiegħu mhux mifrux ħafna f’dak l-Istat Membru jew fuq wiċċ tar-raba’ li tkabbir tiegħu huwa mifrux ħafna biex tiġi ssodisfata ħtieġa speċifika u limitata, jew bħala interess ekonomiku llimitat għat-trattament għad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni, inkluż it-trattament taż-żerriegħa.

Justification

Kjarifika tad-definizzjoni ta' użi minuri.

Emenda 64

Artikolu 49, paragrafu 2

2. Id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni, il-korpi uffiċjali jew xjentifiċi involuti f’attivitajiet agrikoli jew l-organizzazzjonijiet agrikoli professjonali u l-utenti professjonali jistgħu jitolbu biex l-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jkun diġà ġie awtorizzat fl-Istat Membru kkonċernat tiġi estiża għal użi minuri li għadhom mhumiex koperti minn dik l-awtorizzazzjoni.

 

2. Id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni, il-korpi uffiċjali jew xjentifiċi involuti f’attivitajiet agrikoli jew li kienu ddikjarati speċifikament mill-Istat Membru bħala responsabbli, l-organizzazzjonijiet agrikoli professjonali u l-utenti professjonali jistgħu jitolbu biex l-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti li jkun diġà ġie awtorizzat fl-Istat Membru kkonċernat tiġi estiża għal użi minuri li għadhom mhumiex koperti minn dik l-awtorizzazzjoni.

Justification

Kjarifika.

Emenda 65

Artikolu 49, paragrafu 2 a (ġdid)

2α. L-Istati Membri jistgħu, wara awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, jadottaw miżuri speċifiċi biex jiffaċilitaw il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet biex jestendu l-awtorizzazzjoni għall-applikazzjonijiet u l-preżentazzjoni tagħhom relatati ma' użi minuri.

Justification

Is-simplifikazzjoni tal-burokrazija u t-tħeġġiġ ta' dawk ikkonċernati biex jintużaw prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għal użi minuri jsolvu ħafna problemi fir-rigward ta' ċertu raba'. Ġie osservat li d-detenturi ta' l-awtorizzazzjoni mhumiex ħerqana li jestendu l-awtorizzazzjonijiet għal użi minuri minħabba n-nuqqas ta' interess ekonomiku għall-industrija. Miżuri huma applikati f'xi pajjiżi terzi, bħal ma huwa l-ħarsien ta' data għal perjodu itwal, sakemm l-awtorizzazzjoni tkun ġiet estiża għal raba' minuri. Għandha ssir dispożizzjoni għal inċentivi simili fl-UE sabiex jiġi evitat nuqqas ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għal dan it-tip ta' raba'.

Emenda 66

Artikolu 49, paragrafu 3, punt (c)

(c)    l-estensjoni hija fl-interess pubbliku;

 

(c) l-estensjoni hija fl-interess pubbliku, inkluż f’dak li jirrigwarda l-immaniġġjar tar-reżistenza u l-ħtieġa li jkunu pprovduti prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkunu affidabbli u sikuri għall-bdiewa, li kienu suġġetti għall-eżaminazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tat-terminu 'interess pubbliku’.

Emenda 67

Artikolu 49, paragrafu 3, punt (d)

id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni biex isostnu estensjoni ta’ l-użu tressqu mill-persuni jew mill-korpi li jissemmew fil-paragrafu 2.

id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni biex isostnu estensjoni ta’ l-użu tressqu mill-persuni jew mill-korpi li jissemmew fil-paragrafu 2. Għandu jkun possibbli għall-istituzzjonijiet xjentifiċi jew il-korpi uffiċjali li jagħmlu l-istudju meħtieġ biex ifasslu limiti massimi tar-residwi.

Justification

L-ispejjeż involuti fl-istudji xjentifiċi jikkostitwixxu ostaklu maġġuri għall-iżvilupp fir-rigward ta' l-użi minuri. L-għan ta' din l-emenda hija li tissuġġerixxi approċċi li huma ekonomikament iżjed vijabbli.

Emenda 68

Artikolu 49, paragrafu 3 a (ġdid)

3a. L-awtorizzazzjoni għall-użi minuri għandhom ikunu bbażati, fost l-oħrajn, fuq l-estrapolazzjoni ta' data miksuba għal raba' ieħor li miegħu hemm similaritajiet botaniċi u agronomiċi sinifikanti.

Justification

Għal raba' li bejnu hemm ħafna similaritajiet maġġuri, bħal per eżempju bejn is-siġar taċ-ċirasa u l-pruna salvaġġa, data inizjali miksuba għall-awtorizzazzjoni għandha tiġi estrapolata biex isir eħfef li l-awtorizzazzjonijiet għal użi minuri jiġu estiżi.

Emenda 69

Artikolu 49, paragrafu 4 a (ġdid)

4a. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex isolvu kwalunkwe kwistjoni legali u ekonomika sa [id-data tad-dħul fis-seħħ+ 18-il xahar] l-aktar tard, inkluża distribuzzjoni ġusta u ekwa ta' l-ispejjeż, tar-responsabilitajiet u ta' l-obbligi bejn id-detentur oriġinali ta' l-awtorizzazzjoni u l-awtoritajiet pubbliċi.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu fond iffinanzjat mill-partijiet ikkonċernati u/jew fondi pubbliċi biex jisponsorjaw ir-riċerka dwar użi minuri u/jew biex ikopru l-ispejjeż għall-estensjoni ta' l-awtorizzazzjoni oriġinali. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u dan ir-Regolament.

L-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw u jikkordinaw ix-xogħol xjentifiku tagħhom fir-rigward ta' l-użi minuri.

Justification

Hemm bżonn li l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għal użi minuri tiġi ffaċilitata. L-utenti għandhom ħabta jużaw prodotti mhux awtorizzati u mhux eżaminati biex jiġġieldu l-infestazzjonijiet, filwaqt li għall-produtturi, l-użi minuri huma ekonomikament ta' interess żgħir. Huwa importanti li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaħdmu sew flimkien, speċjalment dwar ir-riċerka għal użi minuri.

Emenda 70

Artikolu 49, paragrafu 4 b (ġdid)

4b. Bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 76(3), regolament jista' jiġi adottat biex joħloq fond Ewropew ħalli jħeġġeġ koperazzjoni bejn istituzzjonijiet tar-riċerka fl-Istati Membri fir-rigward ta' riċerka dwar l-użu ta' raba' f'kultivazzjoni fuq skala żgħira.

Justification

Fond għal applikazzjonijiet fuq skala żgħira, simili għall-fondi li jeżistu f'numru ta' Stati Membri Ewropej, għandu juri t-triq lejn approċċ strutturali biex iħeġġeġ l-aħjar prattika u jżid l-użu tal-prodott it-tajjeb għall-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 71

Artikolu 49, paragrafu 4 c (ġdid)

4c. Bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 76(3), regolament għandu jiġi adottat li jipprovdi għal titwil sa ħames snin tal-perjodu għall-protezzjoni tad-data bi qbil ma' l-Artikolu 56(2), skond in-numru ta' estensjonijiet għal użi minuri mogħtija.

Justification

Inċentiva għall-produtturi biex tappoġġja użi minuri hija estensjoni possibbli tal-perjodi għall-protezzjoni tad-data.

Emenda 72

Artikolu 49, paragrafu 5

5. Meta l-Istati Membri jagħtu estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għal użu minuri, għandhom jinformaw lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni u jitolbuh ibiddel l-ittikkettjar skond dan.

5. Meta l-Istati Membri jagħtu estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għal użu minuri, għandhom jinformaw lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni, li għandu jbiddel l-ittikkettjar skond dan.

Fejn id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni jirrifjuta, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti jkunu informati b’mod sħiħ u speċifikatament dwar l-istruzzjonijiet għall-użu, permezz ta’ pubblikazzjoni uffiċjali jew websajt uffiċjali.

L-ittikkettjar għandu jindika li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni ma jiggarantixxix is-sikurezza u l-effiċjenza ta’ l-użu estiż.

Justification

L-ittikkettjar korrett huwa l-aqwa ħaġa għall-użu sikur tal-PPP’s L-aħjar mod kif tinforma l-utent huwa billi tindika l-użi minuri fuq it-tikketta u billi tindika b’mod ċar li l-obbligazzjoni għar-ritmi ta’ l-użu indikati ma taqax fuq il-produttur.

Emenda 73

Artikolu 49, paragrafu 6

6. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw b’mod regolari lista ta’ użi minuri.

.

6. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw b’mod regolari lista ta’ użi minuri. Din il-lista għandha tkun disponibbli għall-pubbliku permezz ta' websajts uffiċjali ta' l-Istat Membru u tal-Kummissjoni.

Justification

Biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni u jtejbu l-informazzjoni għall-pubbliku interessat, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu l-lista disponibbli fuq websajt uffiċjali.

Emenda 74

Artikolu 49 a (ġdid)

 

Artikolu 49a

Importazzjonijiet paralleli

 

1. Bħala deroga mill-Artikolu 28(1) l-Istati Membri għandhom jippermettu l-importazzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti fit-territorju tagħhom permezz ta' kummerċ parallel biss wara proċedura amministrattiva biex jiġi vverifikat li huwa l-istess bħall-prodott għall-ħarsien tal-pjanti li huwa diġà awtorizzat ("prodott li jipproteġi l-pjanti ta' referenza") Fejn dan huwa l-każ, il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti impurtat għandu jingħata ċertifikat ta' identità mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru maħtur.

 

2. L-importatur ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandu japplika għal ċertifikat ta' identità, mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru maħtur, għall-prodott għall-ħarsien tal-pjanti li huwa jixtieq jimporta qabel l-ewwel importazzjoni u l-ewwel tqegħid fis-suq.

 

3. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru maħtur għandha tiddeċiedi fi żmien 45 jum jekk ir-rekwiżiti skond dan il-paragrafu ġewx sodisfatti. Jekk l-awtorità taċċerta li r-rekwiżiti skond dan il-paragrafu ġew sodisfatti, l-importatur għandu jirċievi ċertifikat ta' identità għall-prodott imsemmi.

 

4. L-applikant għandu jkun eżentat milli jippreżenta r-rapporti ta' l-informazzjoni, tat-testijiet u ta' l-istudji meħtieġa għal awtorizzazzjoni ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

 

5. L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-applikazzjoni għandhom jitolbu lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' l-oriġini:

 

(a) biex jistabbilixxu l-kompożizzjoni eżatta tal-prodott biex jivverifikaw li hi identika għall-prodott għall-ħarsien tal-pjanti awtorizzat fl-Istat Membru ta' referenza, u

 

(b) biex jivverifikaw li l-prodott hu awtorizzat f'dak l-Istat Membru b'konformità mal-proċedura ta' awtorizzazzjoni mniżzla f'dan ir-Regolament jew fid-Direttiva 91/414/KEE.

 

6. Prodotti suġġetti għall-importazzjoni parallela ma jistgħux jiġu ppakkjati mill-ġdid.

 

7. Iċ-ċertifikat ta' l-identità għandu jiskadi ma' l-awtorizzazzjoni tal-prodott ta' referenza jew ma' l-iskadenza ta' l-awtorizzazzjoni tal-prodott impurtat fl-Istat Membru li minnu jkun ġie esportat. Jekk l-awtorizzazzjoni tal-prodott ta' referenza jiġi rtirat mingħajr ma jkun hemm raġunijiet oħra apparti dawk ta' saħħa jew ambjentali, l-importatur jista' jkompli jbigħ il-prodott impurtat għal sena wara d-data tat-tneħħija mis-suq.

Justification

Ir-rapporteur jagħmel sew li jkun favur l-istabbiliment fil-livell Komunitarju ta' regoli ċari u stretti li jiggvernaw kummerċ parallel bil-għan li jintlaħqu livelli għolja ta' armonizzazzjoni, ta' sikurezza u ta' monitoraġġ. Madankollu, bil-għan li jiġi ggarantit li l-prodott importat ikun identiku għall-prodott ta' referenza, l-ippakkettjar mill-ġdid m'għandux jiġi permess. Barra minn hekk, huwa xogħol l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li qed jirċievi, u mhux xogħol l-applikant, li jitwettqu l-ħidmiet amministrattivi kollha biex jiġi ċċekkjat jekk il-prodott huwiex identiku u jekk ikunx għadda minn awtorizzazzjoni minn qabel fil-pajjiż li qed jesporta.

Emenda 75

Artikolu 50, paragrafu 4 a (ġdid)

4a. Paragrafi 1 sa 3 u l-Artikolu 49 għandhom ukoll japplikaw għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li huma meħtieġa għal użi minuri jekk m'hemmx mod ieħor biex jiġi żgurat il-ħarsien tal-pjanti b'mod li jkun ekonomikament b'saħħtu. Bħala deroga mill-paragrafu 1, il-perjodu ta' awtorizzazzjoni m'għandux jaqbeż tliet snin.

Justification

Jaf ikun hemm bżonn li tingħata awtorizzazzjoni għal perjodu ta' żmien limitat lil prodott għal użi minuri, anke jekk is-sustanza attiva ma tkunx għadha ġiet awtorizzata jew fejn il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti ġie awtorizzat fi Stat Membru ieħor imma l-produttur ma juri l-ebda interess biex ipoġġi il-prodotti tiegħu fis-suq fl-Istati Membri kkonċernati. Tidher li hija l-aħjar soluzzjoni għax l-għażla tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għal użi minuri hija limitata ħafna u l-ammonti użati u r-riskji huma komparattivament żgħar. Il-prodott għandu jintuża biss b'mod ikkontrollat.

Emenda 76

Artikolu 51, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. Bħala deroga mill-Artikolu 28, esperimenti jew testijiet għal skopijiet ta’ riċerka jew ta’ żvilupp li jinvolvu r-rilaxx fl-ambjent ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti mhux awtorizzat jistgħu jitwettqu jekk l-Istat Membru li l-esperiment jew it-test għandu jitwettaq fit-territorju tiegħu ikun ivvaluta d-data disponibbli u jkun ta awtorizzazzjoni għall-iskopijiet ta’ prova. L-awtorizzazzjoni tista’ tillimita l-kwantitajiet li għandhom jintużaw u l-inħawi li għandhom ikunu trattati u tista’ timponi iktar kondizzjonijiet biex ikun ipprevenut kwalunkwe effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew kwalunkwe effett negattiv inaċċettabbli fuq l-ambjent, bħall-ħtieġa li jiġi pprevenut id-dħul fil-katina alimentari ta’ għalf u ikel li jkun fih residwi ħlief jekk ma tkunx diġà ġiet stabbilità dispożizzjoni rilevanti skond ir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

1. Bħala deroga mill-Artikolu 28, esperimenti jew testijiet għal skopijiet ta’ riċerka jew ta’ żvilupp li jinvolvu r-rilaxx fl-ambjent ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti mhux awtorizzat jistgħu jitwettqu jekk l-Istat Membru li l-esperiment jew it-test għandu jitwettaq fit-territorju tiegħu jkun ivvaluta d-data disponibbli u jkun ta liċenzja għall-iskopijiet ta’ prova. Il-liċenzja tista’ tillimita l-kwantitajiet li għandhom jintużaw u l-inħawi li għandhom ikunu trattati u tista’ timponi iktar kondizzjonijiet biex ikun ipprevenut kwalunkwe effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew kwalunkwe effett negattiv inaċċettabbli fuq l-ambjent, bħall-ħtieġa li jiġi pprevenut id-dħul fil-katina alimentari ta’ għalf u ikel li jkun fih residwi ħlief jekk ma tkunx diġà ġiet stabbilità dispożizzjoni rilevanti skond ir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

Justification

Għal esperimenti u testijiet, mhuwiex neċessarju li tingħata awtorizzazzjoni imma sempliċiment liċenzja.

Emenda 77

Artikolu 52

Il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jintużaw kif suppost.

Il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jintużaw kif suppost.

L-użu kif suppost għandu jinkludi l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti skond l-Artikolu 30 u speċifikati fuq l-ittikkettjar, u l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-prattika tajba tal-ħarsien tal-pjanti kif ukoll, kull meta jkun possibbli, il-prinċipji tal-ġestjoni integrata ta’ l-organiżmi ta’ ħsara u tal-prattika ambjentali tajba.

 

L-użu kif suppost għandu jinkludi l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti skond l-Artikolu 30 u speċifikati fuq l-ittikkettjar, u l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-prattika tajba tal-ħarsien tal-pjanti kif ukoll, kull meta jkun possibbli, il-prinċipji tal-ġestjoni integrata ta’ l-organiżmi ta’ ħsara.

 

Mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014 l-użu kif suppost ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għandu jkun konformi mal-prinċipji tal-kontroll integrat ta’ insetti u annimali li jagħmlu l-ħsara, inklużi l-prattika tajba tal-protezzjoni tal-pjanti u l-prattika tajba ta’ l-ambjent.

 

 

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, inklużi r-rekwiżiti minimi għal dawn il-prinċipji, jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(2).

 

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, inklużi r-rekwiżiti minimi għal dawn il-prinċipji, jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 76(3).

 

 

Id-Direttiva 2004/35/KE m'għandhiex tapplika jekk bidwi jagħti provi li l-użu propju ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti huwa stipulat f'dan ir-regolament, leġiżlazzjoni Komunitarja oħra u l-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat.

Justification

'Prattika ambjentali tajba' hija parti minn ''prattika tajba għall-ħarsien tal-pjanti' u l-'prinċipji ta' kontroll integrat ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara'. Il-prinċipji ta' prattika tajba għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jiġu applikati, kull fejn hu possibbli li l-iskadenza għall-applikazzjoni tagħhom ma tkunx bżonnjuża. Ir-responsabilità ambjentali m'għandhiex tapplika għall-bdiewa li jaġixxu skond ir-regoli kollha fis-seħħ rigward l-użu tal-PPPs. Ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li kellhom tort jew li aġixxew b'mod negliġenti skond l-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2004/35/KE.

Emenda 78

Artikolu 53, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għal prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandu jinnotifika immedjatament lill-Istati Membri li taw awtorizzazzjoni bi kwalunkwe informazzjoni ġdida li tikkonċerna dak il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti, jew sustanza attiva, safener jew synergist li tinsab fil-prodott għall-ħarsien tal-pjanti, li tissuġġerixxi li l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandu effetti ta’ ħsara li jistgħu jfissru li l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jew is-sustanza attiva, is-safener jew is-synergist m’għadiex konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 29 u 4 rispettivament.

1. Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni għal prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandu jinnotifika immedjatament lill-Istati Membri bi kwalunkwe informazzjoni ġdida li tikkonċerna dak il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti, jew sustanza attiva, safener jew synergist li tinsab fil-prodott għall-ħarsien tal-pjanti, li tissuġġerixxi li l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandu effetti ta’ ħsara li jistgħu jfissru li l-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jew is-sustanza attiva, is-safener jew is-sinerġist m’għadhiex konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 29 u 4 rispettivament.

Justification

L-informazzjoni dwar prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandu jkun disponibbli għall-Istati Membri kollha kkonċernati.

Emenda 79

Artikolu 53, paragrafu 1, subparagrafu 3

Għal dan il-għan, id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għandu jżomm rekord u jirrapporta r-reazzjonijiet negattivi ssuspettati kollha fil-bnedmin li jirrelataw ma’ l-użu tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

Għal dan il-għan, id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għandu jżomm rekord u jirrapporta r-reazzjonijiet negattivi ssuspettati kollha fil-bnedmin, fl-annimali u fl-ambjent li jirrelataw ma’ l-użu tal-prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

Justification

L-informazzjoni għandha tinkludi r-reazzjonijiet negattivi ssuspettati fil-bnedmin, fl-annimali u fl-ambjent. L-aħħar paragrafu huwa mħassar għax hemm leġiżlazzjoni differenti f'pajjiżi terzi li tagħmilha diffiċli biex l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jiġu kkomparati fl-UE.

Emenda 80

Artikolu 53, paragrafu 1, subparagrafu 4

L-obbligu tan-notifika għandu jinkludi informazzjoni rilevanti dwar deċiżjonijiet jew valutazzjonijiet minn korpi pubbliċi li jawtorizzaw il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jew is-sustanzi attivi f’pajjiżi terzi.

imħassar

Justification

L-informazzjoni għandha tinkludi r-reazzjonijiet negattivi ssuspettati fil-bnedmin, fl-annimali u fl-ambjent. L-aħħar paragrafu huwa mħassar għax hemm leġiżlazzjoni differenti f'pajjiżi terzi li tagħmilha diffiċli biex l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jiġu kkomparati fl-UE.

Emenda 81

Artikolu 53, paragrafu 4

4. Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għandu jirrapporta kull sena lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li awtorizza l-prodott tiegħu għall-ħarsien tal-pjanti kwalunkwe informazzjoni disponibbli li tirrelata man-nuqqas ta’ l-effikaċja mistennija, ma’ l-iżvilupp ta’ reżistenza u ma’ kwalunkwe effett mhux mistenni fuq il-pjanti, il-prodotti li ġejjin mill-pjanti jew l-ambjent.

4. Id-detentur ta’ awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għandu jirrapporta kull sena lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kwalunkwe informazzjoni disponibbli li tirrelata man-nuqqas ta’ l-effikaċja mistennija, ma’ l-iżvilupp ta’ reżistenza u ma’ kwalunkwe effett mhux mistenni fuq il-pjanti, il-prodotti li ġejjin mill-pjanti jew l-ambjent.

Justification

L-informazzjoni dwar prodott għall-ħarsien tal-pjanti għandu jkun disponibbli għall-Istati Membri kollha kkonċernati.

Emenda 82

Artikolu 56, paragrafu 1, subparagrafu 2, parti introduttorja

Il-ħarsien japplika għar-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji li tressqu quddiem Stat Membru minn applikant għal awtorizzazzjoni skond dan ir-Regolament (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘l-ewwel applikant’), sakemm dawk ir-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji kienu

Il-ħarsien japplika għar-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji, inklużi sommarji ta' dawk ir-rapporti tat-testijiet u ta' l-istudji, li tressqu quddiem Stat Membru minn applikant għal awtorizzazzjoni skond dan ir-Regolament (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘l-ewwel applikant’), sakemm dawk ir-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji kienu

Justification

Il-protezzjoni tad-data għandha wkoll tingħata għal informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet fi proċeduri ta' tiġdid u reviżjoni. Il-protezzjoni tad-data għandha tkopri d-data relevanti kollha, mhux biss dik iġġenerata skond il-GLP jew il-GEP.

Emenda 83

Artikolu 56, paragrafu 1, subparagrafu 2, punt (a)

(a) meħtieġa għall-awtorizzazzjoni jew għall-emenda ta’ awtorizzazzjoni sabiex jiġi permess l-użu fuq wiċċ tar-raba’ ieħor, u

(a) meħtieġa għall-awtorizzazzjoni jew għall-emenda tal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni.

Justification

Għandha ssir dispożizzjoni għal ċirkustanzi li fihom il-qasam ta' l-applikazzjoni hija differenti, bħal estensjoni ta' użu mill-ħxejjex ta' l-għelieqi sa dawk tas-serra, li titlob għall-preżentazzjoni ta' data addizzjonali.

Emenda 84

Artikolu 56, paragrafu 1, subparagrafu 2, punt (b)

(b) iċċertifikati bħala li huma konformi mal-prinċipji ta’ Prattika Tajba tal-Laboratorju jew Prattika Sperimentali Tajba skond ir-rekwiżiti tad-data għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jissemmew fl-Artikolu 8(1)(c).

imħassar

Justification

Ara ġustifikazzjoni għall-Artikolu 56, paragrafu 1, subparagrafu 2, introduzzjoni

Emenda 85

Artikolu 56, paragrafu 1, subparagrafu 3

Fejn rapport ikun imħares, ma jistax jintuża, mill-Istat Membru li rċevieh, għall-benefiċċju ta’ applikanti oħrajn għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, ħlief kif provdut fil-paragrafu 2, fl-Artikolu 59 jew fl-Artikolu 77.

Fejn rapport, inkluż sommarju tiegħu, ikun imħares, ma jistax jintuża, minn kwalunkwe Stat Membru li rċevieh, għall-benefiċċju ta’ applikanti oħrajn għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, ħlief kif provdut fil-paragrafu 2, fl-Artikolu 59 jew fl-Artikolu 77.

Justification

Ara ġustifikazzjoni għall-Artikolu 56, paragrafu 1, subparagrafu 2, introduzzjoni

Emenda 86

Artikolu 56, paragrafu 1, subparagrafu 5

Studju m’għandux ikun imħares jekk kien meħtieġ biss għat-tiġdid jew għar-reviżjoni ta’ awtorizzazzjoni.

Studju, inkluż sommarju tiegħu, għandu wkoll ikun imħares jekk kien meħtieġ biss għat-tiġdid jew għar-reviżjoni ta’ awtorizzazzjoni. Il-perjodu għall-protezzjoni tad-data għandu jkun ta' ħames snin. L-ewwel sar-raba' subparagrafu għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Justification

Ara ġustifikazzjoni għall-Artikolu 56, paragrafu 1, subparagrafu 2, introduzzjoni

Emenda 87

Artikolu 56, paragrafu 1, subparagrafu 5 a (ġdid)

 

Il-protezzjoni tad-data għandha tapplika wkoll għal terzi persuni li jippreżentaw rapporti tat-testijiet u ta' l-istudji għal raġunijiet ta' użi minuri. Il-perjodi tal-protezzjoni tad-data jistgħu jiġu estiżi skond l-Artikolu 49(4c).

Justification

Data provduta fi proċeduri ta' użu minuri għandha bżonn titħares ukoll.

Emenda 88

Artikolu 56, paragrafu 3, parti introduttorja

3. Il-ħarsien tad-data skond il-paragrafu 1 għandu jingħata biss fejn l-ewwel applikant ikun talab il-ħarsien tad-data meta ressaq id-dossier u pprovda lill-Istat Membru kkonċernat għal kull rapport ta’ test jew ta’ studju l-informazzjoni li ġejja:

3. Il-ħarsien tad-data skond il-paragrafu 1 għandu jingħata biss fejn l-ewwel applikant ikun talab il-ħarsien tad-dejta meta ressaq il-fajl jew meta ppreżenta informazzjoni addizzjonali, per eżempju, fuq is-safeners u s-sinerġisti, u pprovda lill-Istat Membru kkonċernat għal kull rapport ta’ test jew ta’ studju l-informazzjoni li ġejja:

Justification

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 56 paragrafu 1.

Emenda 89

Artikolu 56, paragrafu 3, punt (a)

(a) ġustifikazzjoni li r-rapporti tat-testijiet jew ta’ l-istudji mressqa huma meħtieġa għall-ewwel awtorizzazzjoni, jew għall-emenda ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti;

 

(a) ġustifikazzjoni li r-rapporti tat-testijiet jew ta’ l-istudji mressqa huma meħtieġa għall-ewwel awtorizzazzjoni, tiġdid jew reviżjoni, jew għall-emenda ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti; jew bħala riżultat għat-tibdiliet fil-leġiżlazzjoni;

Justification

Il-proposta tal-Kummissjoni hija pass importanti ħafna 'l quddiem meta mqabbla mas-sitwazzjoni preżenti, għax hija tfittex li tiżgura li impriżi żgħar u ta' daqs medju fl-Ewropa jistgħu jibqgħu joperaw. L-għan ta' l-emenda huwa li tiċċara t-test.

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 56 paragrafu 1.

Emenda 90

Artikolu 56, paragrafu 3 a (ġdid)

3a. Bħala deroga mill-paragrafu 1, fejn rapporti tat-testijiet u ta' l-istudji diġà ġew użati biex jagħtu awtorizzazzjoni għal prodott ieħor u l-perjodu ta' protezzjoni għadu ma skadiex, dawk ir-rapporti għandhom jiġu protetti għall-perjodu li jkun baqa'.

Justification

Għandha ssir referenza għall-istudji li jkomplu jaqgħu taħt il-perjodu ta' ħarsien.

Emenda 91

Artikolu 58, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. Kwalunkwe persuna li biħsiebha tfittex awtorizzazzjoni għal prodott għall-ħarsien tal-pjanti, qabel ma twettaq testijiet jew studji, għandha tistaqsi lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li quddiemha biħsiebha tagħmel applikazzjoni, jekk f’dak l-Istat Membru ingħatatx diġà awtorizzazzjoni għal prodott għall-ħarsien tal-pjanti li fih l-istess sutanza attiva, safener jew synergist. Mistoqsija bħal din għandha tjinkludi konsultazzjoni ta’ l-informazzjoni disponibbli skond l-Artikolu 54.

1. Kwalunkwe persuna li biħsiebha tfittex, iġġedded jew tirrevedi awtorizzazzjoni għal prodott għall-ħarsien tal-pjanti, qabel ma twettaq testijiet jew studji, għandha tistaqsi lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li quddiemha biħsiebha tagħmel applikazzjoni, jekk f’dak l-Istat Membru ingħatatx diġà awtorizzazzjoni għal prodott għall-ħarsien tal-pjanti li fih l-istess sustanza attiva, safener jew sinerġisti. Mistoqsija bħal din għandha tinkludi konsultazzjoni ta’ l-informazzjoni disponibbli skond l-Artikolu 54.

Ġustifikazzjoni

Il-ħarsien tad-data għandu jiġi estiż ukoll għal data għat-tiġdid u r-reviżjoni ta' awtorizzazzjoni biex jiġu mħarsa kumpaniji ta' daqs medju u s-setturi bbażati fuq ir-riċerka ta' l-industrija għall-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 92

Artikolu 58, paragrafu 1, subparagrafu 2

L-applikant prospettiv għandu jressaq id-data kollha rigward l-identità u l-impuritajiet tas-sustanza attiva li qed jipproponi l-użu tagħha. Il-mistoqsija għandha tkun appoġġat minn evidenza li l-applikant prospettiv biħsiebu japplika għal awtorizzazzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

M'huwiex xieraq li applikazzjoni tiġi kkunsidrata qabel ma tkun ġiet ippreżentata b'mod uffiċjali. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 54 hija suffiċjenti.

Emenda 93

Artikolu 58, paragrafu 2

2. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru, fejn tkun sodisfatta li l-applikant prospettiv biħsiebu japplika għal awtorizzazzjoni, għandha tagħtih l-isem u l-indirizz tad-detentur jew tad-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet rilevanti preċedenti u għandha fl-istess ħin tinforma lid-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet bl-isem u l-indirizz ta’ l-applikant.

2. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru, fejn tkun sodisfatta li l-applikant prospettiv biħsiebu japplika għal awtorizzazzjoni, jew għat-tiġdid jew ir-reviżjoni tagħha, għandha tagħtih l-isem u l-indirizz tad-detentur jew tad-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet rilevanti preċedenti u għandha fl-istess ħin tinforma lid-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet bl-isem u l-indirizz ta’ l-applikant.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 58 paragrafu 1 subparagrafu 1.

Emenda 94

Artikolu 58, paragrafu 3

3. L-applikant prospettiv għall-awtorizzazzjoni u d-detentur jew id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet rilevanti għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jilħqu ftehim dwar il-qsim ta’ kwalunkwe rapport ta’ testi u studju mħares skond l-Artikolu 56 li huwa meħtieġa mill-applikant għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

3. L-applikant prospettiv għall-awtorizzazzjoni, jew it-tiġdid jew ir-reviżjoni tagħha, u d-detentur jew id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet rilevanti għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jilħqu ftehim dwar il-qsim ta’ kwalunkwe rapport ta’ test u studju mħares skond l-Artikolu 56 li huwa meħtieġ mill-applikant għall-awtorizzazzjoni, jew għat-tiġdid jew għar-reviżjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 58 paragrafu 1 subparagrafu 1.

Emenda 95

Artikolu 58, paragrafu 3 a (ġdid)

3a. Meta l-Istat Membru jqis li jista' jinħoloq monopolju, jekk l-applikant prospettiv jew id-dententur jew id-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet rilevanti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom l-istess sustanzi attivi, safener jew synerġisti ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-qsim ta' testijiet u studji li jinvolvu annimali vertebrati, l-applikant prospettiv għandu jinforma lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru. Madankollu, iż-żewġ partijiet għandhom jifthiemu dwar liema qrati għandhom ġuriżdizzjoni għall-iskop tat-tieni subparagrafu.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament il-ġdid għandu jkun fih dispożizzjonijiet speċifiċi għall-prevenzjoni ta' ħolqien ta' monopolji fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 96

Artikolu 59, paragrafu 2

2. L-applikant prospettiv u d-detentur jew id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet rilevanti għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw irwieħhom li jaqsmu t-testijiet u l-istudji li jinvolvu l-annimali vertebrati. L-ispejjeż tal-qsim tar-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji għandhom ikunu determinati b’mod ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju. L-applikant prospettiv huwa meħtieġ biss li jaqsam fl-ispejjeż ta’ l-informazzjoni li huwa meħtieġ iressaq sabiex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-awtorizzazzjoni.

2. L-applikant prospettiv u d-detentur jew id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet rilevanti għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw irwieħhom li jaqsmu t-testijiet u l-istudji li jinvolvu l-annimali vertebrati. L-ispejjeż tal-qsim tar-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji għandhom ikunu determinati b’mod ġust, trasparenti u mhux diskriminatorju. L-applikant prospettiv huwa meħtieġ li jaqsam l-ispejjeż kollha tal-produzzjoni ta’ l-informazzjoni maqsuma. Għandu jiġi adottat regolament skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 76(3) dwar l-ispejjeż li għandhom jitqiesu.

Ġustifikazzjoni

Jekk il-bażi biex jiġu kkalkulati l-ispejjeż maqsuma skond din id-dispożizzjoni tkun limitata wisq, dawk il-kumpaniji li jinvestu bil-qawwi fir-riċerka u t-testijiet ikollhom żvantaġġ, u dan ikun ta' ħsara għall-kumpaniji l-aktar innovattivi f'dan il-qasam. Il-kumpaniji li jkunu jridu jużaw data ta' kumpaniji oħra għandhom ta' l-inqas jipprovaw li jkunu għamli offerta finanzjarja sostanzjali qabel ma jkunu jistgħu jużaw id-data konċernata.

Emenda 97

Artikolu 59, paragrafu 3, subparagrafu 1

3. Fejn l-applikant prospettiv u d-detentur jew id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet rilevanti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom l-istess sustanza attiva, safener jew synergist ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-qsim tar-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji li jinvolvu annimali vertebrati, l-applikant prospettiv għandu jinforma lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru. Madankollu, iż-żewġ partijiet għandhom jifthiemu dwar liema qrati għandhom ġuriżdizzjoni għall-iskop tat-tieni sottoparagrafu.

3. Fejn l-applikant prospettiv u d-detentur jew id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet rilevanti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom l-istess sustanza attiva, safener jew sinerġisti ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar il-qsim tar-rapporti tat-testijiet u ta’ l-istudji li jinvolvu annimali vertebrati, għandha tiġi applikata l-proċedura stipulata fl-Artikolu 58(3) u (3a).

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-qsim tar-riżultati tat-testijiet u studji li jinvolvu l-annimali, is-sistema stabbilita għan-negozjar u kumpens ġust hija l-istess bħal dik stipulata fir-regoli ġenerali biex tiġi evitata r-repetizzjoni ta' testijiet. Is-sistema tipprovdi wkoll soluzzjoni f'dawk il-każijiet fejn il-partijiet ma jaslux għal ftehim.

Emenda 98

Artikolu 60, paragrafu 2, parti introduttorja

2. Fir-rigward ta’ l-interessi kummerċjali li jissemmew fil-paragrafu 1, l-elementi li ġejjin biss għandhom jitqiesu kunfidenzjali:

2. Fir-rigward ta’ l-interessi kummerċjali li jissemmew fil-paragrafu 1, l-elementi li ġejjin għandhom dejjem jitqiesu kunfidenzjali:

Ġustifikazzjoni

M'għandux jiġi eskluż li data rilevanti oħra barra dik imsemmija fil-punti a) - c) jitqiesu kunfidenzjali.

Emenda 99

Artikolu 60, paragrafu 2, punt (c a) (ġdid)

(ca) Ismijiet u indirizzi ta' istituzzjonijiet u persuni involuti fit-testijiet fuq l-annimali vertebrati.

Ġustifikazzjoni

Id-data personali ta' l-istituzzjonijiet u ta' persuni għandhom jitqiesu bħala kunfidenzjali għax huma ta' spiss fil-mira ta' gruppi radikali favur il-ġid ta' l-annimali.

Emenda 100

Artikolu 60, paragrafu 2 a (ġdid)

2a. Id-data tat-testijiet, inklużi r-rapporti ta' l-istudji li ġew provduti minn applikant biex jappoġġja deċiżjoni sabiex jiġi awtorizzat jew emendat prodott għall-ħarsien tal-pjanti skond dan ir-regolament tista' ssir aċċessibbli għal partijiet interessanti f'postijiet speċifiċi identifikati mill-Kummissjoni, l-Awtorità jew l-Istati Membri. Tali data m’għandhiex toħroġ fil-pubbliku billi jingħataw kopji jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor ta’ pubblikazzjoni (inkluża l-pubblikazzjoni elettronika).

Ġustifikazzjoni

Il-pubbliku għandu interess leġittimu fl-aċċess għal informazzjoni, li għandu jkun garantit taħt dan ir-Regolament f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Il-kunċett li l-pubbliku ġenerali jkun infurmat għandu jevita iżda l-użu ħażin u l-kompetizzjoni inġusta. Il-kunċett propost tal-kamra tal-qari se joħloq bilanċ ġust hekk kif partijiet terzi interessati jkollhom aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali iżda kompetituri potenzjali ma jkunux jistgħu jużaw ħażin is-sistema biex jiksbu data kummerċjali sensittiva.

Emenda 101

Artikolu 63, paragrafu 2 a (ġdid)

2a. L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu jew jillimitaw ir-riklamar ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti f'ċerti midja.

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li tinżammu kwalunkwe restrizzjoni nazzjonali li tista' teżisti f'dan il-qasam.

Emenda 102

Artikolu 64, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. Produtturi, fornituri, distributuri u utenti professjonali ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom iżommu rekords tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jipproduċu, jaħżnu jew jużaw.

1. Produtturi, fornituri, distributuri u utenti professjonali ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom iżommu rekords tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jipproduċu, jaħżnu jew jużaw. L-obbligu li jinżammu rekords impost fuq l-utenti professjonali m'għandux jirrikjedi aktar minn dak impost mir-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Ġustifikazzjoni

Il-piż burokratiku għaż-żamma tar-rekords m'għndux jaqbeż il-piż tar-Regolament (KE) Nru. 852/2004.

Emenda 103

Artikolu 64, paragrafu 1, subparagrafu 2

Għandhom iqiegħdu l-informazzjoni rilevanti li tinsab f’dawn ir-rekords għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti meta jintalbu jagħmlu dan. Għandhom ukoll iżommu din l-informazzjoni disponibbli għall-ġirien jew għall-industrija ta’ l-ilma tax-xorb li jitolbu aċċess għaliha.

Għandhom iqiegħdu l-informazzjoni rilevanti li tinsab f’dawn ir-rekords għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti meta jintalbu jagħmlu dan.

Ġustifikazzjoni

Huwa biżżejjed li tinżamm informazzjoni dwar il-ħarsien tal-pjanti għall-awtorità. Kwalunkwe obbligu lilhinn mill-obbligu attwali biex jinżammu r-rekords jikkontradixxi l-isforzi biex titnaqqas il-burokrazija żejda u biex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi.

Emenda 104

Artikolu 73, paragrafu 1, punt (i a) (ġdid)

(ia) Ir-rendiment ta' esperimenti fuq uċuħ tar-raba' minuri.

Ġustifikazzjoni

Ġie nnutat li d-detenturi ta' awtorizzazzjoni mhumiex ħerqana li jestendu l-awtorizzazzjonijiet għal użu minuri minħabba l-ispejjeż għoljin. Hemm bżonn ta' inċentivi biex jiġi evitat nuqqas ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għal dawn it-tipi ta' uċuħ tar-raba'.

Emenda 105

Artikolu 74 a (ġdid)

 

Artikolu 74a

Fi żmien tliet snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 80, l-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jagħti rendikont ta' l-esperjenza miksuba fir-rigward tar-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni fi ħdan zona, u lilhinn minn konfini ta' zoni, u dwar il-punt sa fejn, fuq il-bażi ta' dik l-esperjenza, awtorizzazzjoni ibbażata fuq iz-zona tista' tiġi sostitwita b'sistema ta' awtorizzazzjoni Ewropea. Jekk ikun neċessarja, ir-rapport tagħha għandu jiġi akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi xierqa.

Ġustifikazzjoni

L-awtorizzazzjoni armonizzata ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti hija meqjusa bħala l-objettiv ta' dan ir-regolament. Rapport regolari tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament jikkontribwixxi lejn dan l-objettiv.

Emenda 106

Artikolu 74 b (ġdid)

 

Artikolu 74b

Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-effettività u l-konformità mas-suq intern ta' dan ir-regolament u fi żmien tliet snin wara l-pubblikazzjoni tiegħu, u kull ħames snin wara, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma', jekk ikun hemm bżonn, proposti għal emendi xierqa. Għandu jitqies b'mod partikulari sa liema punt ikun ġie stabbilit is-suq intern għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-konformità ta' dan ir-regolament mal-prinċipji tas-suq intern u, jekk ikun hemm xi nuqqas ta' kompatibilità mas-suq intern, il-kummissjoni għandha tippreżenta proposti għal emendi sabiex tintlaħaq konformità mas-suq intern.

Emenda 107

Artikolu 77, paragrafu 2, inċiż 3

Għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tat-tiġdid ta’ l-inklużjoni jew it-tiġdid ta’ l-approvazzjoni, għal sustanzi attivi li l-inklużjoni tagħhom fl-Anness I għad-Direttiva tiskadi mhux iktar tard minn sentejn wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika biss għad-data meħtieġa għat-tiġdid ta’ l-approvazzjoni u li kienet iċċertifikata bħala konformi mal-prinċipji tal-Prattika Tajba tal-Laboratorju mhux iktar tard minn sentejn wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”

Għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tat-tiġdid ta’ l-inklużjoni jew it-tiġdid ta’ l-approvazzjoni, għal sustanzi attivi li l-inklużjoni tagħhom fl-Anness I għad-Direttiva tiskadi mhux iktar tard minn sentejn wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Il-kunfidenzjalità u l-ħarsien tad-data għandhom jiġu applikati għad-data rilevanti kollha, u mhux biss għal dawk konformi mal-GLP.

Emenda 108

Artikolu 77, paragrafu 3

3. Fejn l-Artikolu 13 tad-Direttiva japplika permezz tal-paragrafu 1 jew tal-paragrafu 2, għandu jkun soġġett għal kwalunkwe regola speċjali li tikkonċerna d-Direttiva li ġiet stabbilita fl-Att ta’ l-Adeżjoni li permezz tiegħu l-Istat Membru issieħeb mal-Komunità.

3. Fil-każijiet koperti mill-paragrafu 1 u 2 hawn fuq, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 58 għandhom japplikaw. Fejn l-Artikolu 13 tad-Direttiva japplika permezz tal-paragrafu 1 jew tal-paragrafu 2, għandu jkun soġġett għal kwalunkwe regola speċjali li tikkonċerna d-Direttiva li ġiet stabbilita fl-Att ta’ l-Adeżjoni li permezz tiegħu l-Istat Membru issieħeb mal-Komunità.

Ġustifikazzjoni

M'għandux ikun hemm spazju għal dubji dwar l-applikazzjoni effettiva tas-sistema tan-negozjar obbligatorju u kumens ġust stabbilita f'dan ir-Regolament fir-rigward ta' sustanzi attivi u prodotti fformulati 'eżistenti' - jiġifieri dawk li diġà kienu fis-suq fis-26 ta' Lulju 1993 u li huma koperti mill-miżuri tranżitorji. It-twaqqif ta' l-SMEs milli jiksbu aċċess - dejjem għal negozjar u kumpens finanzjarju - għal data li tkun vitali biex l-awtorizzazzjonijiet relatati ma' prodotti formulati li jkun fihom 'sustanzi attivi eżistenti' ikollu konsegwenzi serji ħafna f'dak li għandu x'jaqsam mas-sopravivenza tagħhom, u jaffettwa l-agrikoltura għax joħloq lakuni fl-industrija tal-ħarsien tal-pjanti minħabba t-tneħħija ta' sustanzi u prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li huma vitali għall-ġlieda kontra kontra l-mard li jitfaċċa f'uċuħ tar-raba' ewlenin.

Emenda 109

Anness I

Anness imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan it-tip ta' tqassim ta' zoni m'huwiex xieraq minħabba li z-zoni definiti m'humiex omoġeni biżżejjed.

Emenda 110

Anness II, punt 3.6.1

3.6.1. Fejn ikun rilevanti, għandhom jiġu stabbiliti ADI, AOEL u ARfD. Meta jiġu stabbiliti valuri bħal dawn għandu jkun żgurat marġini ta’ sikurezza suffiċjenti li jqis it-tip u s-serjetà ta’ l-effetti u l-vulnerabbiltà ta’ gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni.

 

3.6.1. Fejn ikun rilevanti, għandhom jiġu stabbiliti ADI, AOEL u ARfD. Meta jiġu stabbiliti valuri bħal dawn għandu jkun żgurat marġini ta’ sikurezza xieraq li jqis it-tip u s-serjetà ta’ l-effetti u l-vulnerabbiltà ta’ gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni, bħal nisa ta' età riproduttiva, embrijoni, feti u tfal sa l-aħħar tal-pubertà.

Emenda 111

Anness II 3.6.2 - 3.6.5

3.6.2. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss, jekk, fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ testijiet ta’ ġenotissiċità ta’ livell ogħla mwettqa skond ir-rekwiżiti tad-data għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u d-data l-oħra disponibbli, mhix ikklassifikata, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 67/548/KEE, bħala kategorija ta’ mutaġeni 1 jew 2 ħlief jekk l-espożizzjoni tal-bnedmin għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kondizzjonijiet proposti realistiċi ta’ użu ma tkunx negliġibbli.

 

3.6.3. Sustanza attivi għandha tiġi approvata biss, jekk, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tat-testijiet tal-karċinoġeniċità mwettqa skond ir-rekwiżiti tad-data għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u d-data l-oħra disponibbli, mhix jew m’għandhiex tiġi kklassifikata, skond id-dispożizzjonijet tad-Direttiva 67/548/KEE, bħala kategorija karġinoċena 1 jew 2 ħlief jekk l-espożizzjoni tal-bnedmin għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kondizzjonijiet proposti realistiċi ta’ użu ma tkunx negliġibbli.

 

3.6.4. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss, jekk, fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ testijiet tat-tossiċità riproduttiva mwettqa skond ir-rekwiżiti tad-data għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u d-data l-oħra disponibbli, mhix jew m’għandhiex tiġi kklassifikata, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 67/548/KEE, bħala kategorija tossika għar-riproduzzjoni 1 jew 2 ħlief jekk l-espożizzjoni tal-bnedmin għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kondizzjonijiet proposti realistiċi ta’ użu ma tkunx negliġibbli.

 

3.6.5. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss, jekk, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-linji ta’ gwida tat-testijiet miftiehma mill-Komunità jew internazzjonalment ma titqiesx li għandha proprjetajiet li jħawdu s-sistema endokrinali li jistgħu ikunu ta’sinifikat tossikoloġiku fil-bnedmin ħlief jekk l-espożizzjoni tal-bnedmin għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kondizzjonijiet proposti realistiċi ta’ użu, ma tkunx negliġibbli.

3.6.2. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss, jekk evalwazzjoni mwettqa skond il-Prinċipji Uniformi turi, fil-kondizzjonijiet ta’ użu rakkomandati, protezzjoni aċċettabbli ta’ l-utenti, tal-ħaddiema, tal-persuni fil-qrib u tal-konsumaturi għal mill-inqas użu wieħed rappreżentattiv ta’ mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti.

Ġustifikazzjoni

Kriterji ta’ limitu jillimitaw b'mod konsiderevoli l-għażla ta' prodotti awtorizzati. Proċedura ta' awtorizzazzjoni li ma tqisx l-użi u l-espożizzjonijiet attwali ddgħajjef il-prinċipju tad-deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evalwazzjonijiet tar-riskju. Hija se twassal għat-tneħħija gradwali ta’ ħafna prodotti/użi sikuri. Dawn il-kriterji għandhom jintużaw biex jiġu identifikati s-sustanzi kandidati għal tibdil u mhux biex jaqtgħu barra sustanzi mingħajr evalwazzjoni proprja.

Emenda 112

Anness II, punt 3.7.1, subparagrafu 2, punt (c), punt (ii)

Data ta’ monitoraġġ li turi li t-trasport ambjentali fuq firxa twila tas-sustanza attiva, bil-potenzjal għat-trasferiment għal ambjent riċeventi, jista’ jkun li seħħ permezz ta’ l-arja, ta’ l-ilma jew ta’ speċijiet migratorji; jew

Data ta’ monitoraġġ li turi li t-trasport ambjentali fuq firxa twila tas-sustanza attiva, bil-potenzjal għat-trasferiment għal ambjent riċeventi, jista’ jkun li seħħ permezz ta’ l-arja jew ta’ l-ilma;

Ġustifikazzjoni

Ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni xjentifika għal referenza għal speċijiet migratorji.

Emenda 113

Anness II 3.7.2 - 3.7.3

3.7.2. Sustanza attiva għandha tiġi approvata biss jekk ma titqiesx li hija sustanza persistenti, bijoakkumulanti u tossika (PBT).

 

Sustanza li tissodisfa t-tliet kriterji tas-sezzjoni ta' hawn taħt hija

sustanza PBT.

 

3.7.2.1. Il-persistenza

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju tal-persistenza fejn:

il-half-life fl-ilma baħar hija ta’ akbar minn 60 ġurnata, jew

il-half-life fl-ilma ħelu jew ta’ l-estwarji hija akbar minn 40 ġurnata, jew

il-half-life fis-sediment tal-baħar hija akbar minn 180 ġurnata, jew

il-half-life fis-sediment ta’ l-ilma ħelu jew ta’ l-ilma ta’ l-estwarji hija akbar minn 120 ġurnata, jew

il-half-life fil-ħamrija hija akbar minn 120 ġurnata.

Il-valutazzjoni tal-persistenza fl-ambjent għandha tkun ibbażata fuq id-data disponibbli dwar il-half-life li nġabret f’kondizzjonijiet xierqa, li għandhom ikunu deskritti mill-applikant.

 

3.7.2.2. Il-bijoakkumulazzjoni

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju ta' bijoakkumulazzjoni meta l-fattur ta' bijokonċentrazzjoni (BCF) ikun ogħla minn 2000. L-evalwazzjoni ta' bijoakkumulazzjoni għandha tkun ibbażata fuq data mkejla dwar bijokonċentrazzjoni fi speċijiet akkwatiċi. Tista’ tintuża data kemm minn speċijiet ta’ l-ilma ħelu kif ukoll minn speċijiet ta’ l-ilma baħar.

 

3.7.2.3. It-tossiċità

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju tat-tossiċità fejn:

il-konċentrazzjoni ta’ bla effett osservat għal żmien twil (NOEC) għall-organiżmi marini jew ta’ l-ilma ħelu hija inqas minn 0.01 mg/l, jew

is-sustanza hija kklassifikata bħala karċinoġenika (kategorija 1 jew 2), mutaġenika (kategorija 1 jew 2), jew tossika għar-riproduzzjoni (kategorija 1, 2, jew 3), jew

hemm evidenza oħra ta’ tossiċità kronika, kif ġiet identifikata mill-klassifikazzjonijiet: T, R48 jew Xn, R48 skond id-Direttiva 67/548/KEE.

 

3.7.3. Sustanza attiva m’għandhiex titqies bħala konformi ma’ l-Artikolu 4 fejn tkun persistenti ħafna, bioakkumulanti ħafna (vPvB).

Sustanza li tissodisfa ż-żewġ kriterji tat-taqsimiet t’aktar ’l isfel hija sustanza vPvB.

 

3.7.3.1. Il-persistenza

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju ta’ persistenti ħafna fejn:

il-half-life fl-ilma baħar, fl-ilma ħelu jew fl-ilma ta’ l-estwarji hija akbar minn 60 ġurnata, jew

il-half-life fis-sediment ta’ l-ilma baħar, ta’ l-ilma ħelu jew ta’ l-ilma ta’ l-estwarji hija akbar minn 180 ġurnata, jew

il-half-life fil-ħamrija hija akbar minn 180.

 

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-awtorizzazzjoni għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjonijiet ta' riskju. Ir-riskji proprja għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u kif ukoll għal kwalunkwe prodott ieħor huma bbażati fuq l-użu proprja u kif ukoll fuq id-doża u fatturi oħra. Il-kriterji proposti ma jirriflettux ir-riskji reali għall-ambjent. Dan se jwassal għat-tneħħija gradwali ta’ ħafna prodotti/użi sikuri. Dawn il-kriterji għandhom jintużaw biex jiġu identifikati s-sustanzi kandidati għal tibdil u mhux biex jaqtgħu barra sustanzi mingħajr evalwazzjoni proprja.

Emenda 114

Anness II 3.8.2

Sustanza attiva għandha titqies bħala li tikkonforma ma’ l-Artikolu 4 biss jekk il-valutazzjoni tar-riskju turi li r-riskji huma aċċettabbli skond il-kriterji stabbiliti fil-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jissemmew fl-Artikolu 35 f’kondizzjonijiet proposti realistiċi ta’ użu ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ma hemm l-ebda bażi xjentifika biex l-effetti tad-diżordni endokrinali jiġu trattati b'mod differenti minn effetti tossikoloġiċi oħra. L-effetti tossiċi attribwibbli għal diżordni endokrinali diġà huma koperti minn livelli ta ' espożizzjoni massimi li ġew stabbiliti li huma sikuri għall-bnedmien u għall-ambjent. Id-diżordni endokrinali m'għandiex tkun kriterju mingħajr diskriminazzjoni għar-rifjut ta' sustanzi attivi.

Emenda 115

Anness II 4

Sustanza attiva għandha tiġi approvata bħala kandidat għas-sostituzzjoni skond

l-Artikolu 24 fejn:

– l-ADI, l-ARfD jew l-AOEL tagħha huwa ferm iktar baxx minn dak tal-biċċa l-kbira tas-sustanzi attivi approvati;

- tissodisfa tnejn mill-kriterji biex titqies bħala sustanza PBT;

 

Sustanza attiva għandha tiġi kklassifikata u approvata bħala kandidat għas-sostituzzjoni skond l-Artikolu 24 fejn:

 

- hemm raġunijiet għal tħassib marbutin man-natura ta’ l-effetti kritiċi li, flimkien max-xejriet ta’ użu/espożizzjoni, jammontaw għal sitwazzjonijiet ta’ użu li xorta għad jistgħu iqajmu tħassib, anki b’miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju restrittivi ħafna (bħal apparat estensiv għall-ħarsien personali jew żoni kbar ħafna biex jitnaqqas l-effett);

- hemm raġunijiet għal tħassib marbutin man-natura ta’ l-effetti kritiċi li, flimkien max-xejriet ta’ użu/espożizzjoni, jammontaw għal sitwazzjonijiet ta’ użu li xorta għad jistgħu iqajmu tħassib, anki b’miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju restrittivi ħafna (bħal apparat estensiv għall-ħarsien personali jew żoni kbar ħafna biex jitnaqqas l-effett);

- fiha proporzjon sinifikanti ta’ isomeri mhux attivi.

 

- fuq il-bażi ta' evalwazzjoni ta' testijiet ta’ ġenotossiċità ta’ livell ogħla mwettqa skond ir-rekwiżiti ta’ data għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u data u informazzjoni oħra disponibbli, hija kklassifikata skond id-Direttiva 67/548/KEE, bħala mutaġen f’kategoriji 1 jew 2 sakemm l-espożizzjoni tal-bnedmin għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kundizzjonijiet ta’ użu realistiċi proposti, ma tkunx negliġibbli.

 

- fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni ta’ testijiet ta’ karċinoġeniċità mwettqa skond ir-rekwiżiti ta’ data għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u data u informazzjoni oħra disponibbli, hija kklassifikata jew trid tkun ikklassifikata, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 67/548/KEE, bħala karċinoġen f’kategorija 1 jew 2 sakemm l-espożizzjoni tal-bnedmin għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kundizzjonijiet ta’ użu realistiċi proposti, ma tkunx negliġibbli.

 

- fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni ta’ testijiet ta’ tossiċità riproduttiva mwettqa skond ir-rekwiżiti ta’ data għas-sustanzi attivi u għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u data u informazzjoni oħra disponibbli, hija kklassifikata jew trid tkun ikklassifikata, skond id-Direttiva 67/548/KEE, bħala tossiku għar-riproduzzjoni f'kategorija 1 jew 2 sakemm l-espożizzjoni tal-bnedmin għal dik is-sustanza attiva fi prodott għall-ħarsien tal-pjanti, f’kundizzjonijiet ta’ użu realistiċi proposti, ma tkunx negliġibbli.

 

- hija kkunsidrata bħala sustanza persistenti, bijoakkumulanti u tossika (PBT).

Sustanza li tissodisfa t-tliet kriterji kollha t’aktar ’l isfel hija sustanza PBT.

Il-persistenza

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju tal-persistenza fejn:

- il-half-life fl-ilma baħar hija ta’ akbar minn 60 ġurnata, jew

- il-half-life fl-ilma ħelu jew ta’ l-estwarji hija akbar minn 40 ġurnata,

jew

- il-half-life fis-sediment tal-baħar hija akbar minn 180 ġurnata, jew

- il-half-life fis-sediment ta’ l-ilma ħelu jew ta’ l-ilma ta’ l-estwarji hija akbar minn 120 ġurnata, jew

- il-half-life fil-ħamrija hija akbar minn 120 ġurnata.

Il-valutazzjoni tal-persistenza fl-ambjent għandha tkun ibbażata fuq id-data disponibbli dwar il-half-life li nġabret f’kondizzjonijiet xierqa, li għandhom ikunu deskritti mill-applikant.

Il-bijoakkumulazzjoni

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju tal-bijoakkumulazzjoni fejn il-fattur tal-bijokonċentrazzjoni (BCF) huwa għola minn 2000.

Il-valutazzjoni tal-bijoakkumulazzjoni għandha tkun ibbażata fuq data mkejla dwar il-bijokonċentrazzjoni fl-ispeċijiet akwatiċi. Tista’ tintuża data kemm minn speċijiet ta’ l-ilma ħelu kif ukoll minn speċijiet ta’ l-ilma baħar.

It-tossiċità

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju tat-tossiċità fejn:

- il-konċentrazzjoni ta’ bla effett osservat għal żmien twil (NOEC) għall-organiżmi marini jew ta’ l-ilma ħelu hija inqas minn 0.01 mg/l, jew

- is-sustanza hija kklassifikata bħala karċinoġenika (kategorija 1 jew 2), mutaġenika (kategorija 1 jew 2), jew tossika għar-riproduzzjoni (kategorija 1, 2, jew 3), jew

hemm evidenza oħra ta’ tossiċità kronika, kif ġiet identifikata mill-klassifikazzjonijiet: T, R48 jew Xn, R48 skond id-Direttiva 67/548/KEE.

 

- tkun persistenti ħafna u bijoakkumulanti ħafna (vPvB).

Sustanza li tissodisfa ż-żewġ kriterji ta' hawn taħt hija sustanza vPvB.

Il-persistenza

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju ta’ persistenti ħafna fejn:

- il-half-life fl-ilma baħar, fl-ilma ħelu jew fl-ilma ta’ l-estwarji hija akbar minn 60 ġurnata, jew

- il-half-life fis-sediment ta’ l-ilma baħar, ta’ l-ilma ħelu jew ta’ l-ilma ta’ l-estwarji hija akbar minn 180 ġurnata, jew

- il-half-life fil-ħamrija hija akbar minn 180 ġurnata.

Il-bijoakkumulazzjoni

Sustanza attiva tissodisfa l-kriterju ta’ bijoakkumulattiva ħafna fejn il-fattur tal-bijokonċentrazzjoni ikun akbar minn 5,000.

 

 

Ġustifikazzjoni

Ir-regolamentazzjoni ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fuq il-bażi tal-karatteristiċi tas-sustanzi attivi tagħhom mingħajr ma jitqies l-użu u l-espożizzjoni attwali tagħhom iddgħajjef il-prinċipju ta' deċiżjonijiet ibbażati fuq evalwazzjoni tar-riskju. Dan se jwassal għat-tneħħija gradwali ta’ ħafna prodotti/użi sikuri. Dawn il-kriterji għandhom jintużaw biex jiġu identifikati s-sustanzi kandidati għal tibdil u mhux biex jaqtgħu barra sustanzi mingħajr evalwazzjoni proprja. It-test ġie trasferit mill-Anness II Punti 3.6 u 3.7

Il-Kriterju ta' 'kandidat għas-sostituzzjoni' li huwa użat attwalment fl-abbozz ta' regolament għandu ftit li xejn riskji reali li jirriżultaw mill-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Emenda 116

Anness IV, punt 3, subparagrafu 1

Żvantaġġ prattiku jew ekonomiku sinifikanti għall-utent huwa definit bħala ħsara kbira kwantifikabbli fil-prattiki tax-xogħol jew fl-attività kummerċjali li twassal għal inabbiltà li jinżamm kontroll suffiċjenti fuq l-organiżmu mmirat. Ħsara kbira bħaldin tista’ tkun, pereżempju, fejn ma tkun disponibbli jew ekonomikament probabbli l-ebda faċilità teknika għall-użu tas-sustanza(i) alternattiva(i).

Żvantaġġ prattiku jew ekonomiku sinifikanti għall-utent huwa definit bħala ħsara kbira kwantifikabbli fil-prattiki tax-xogħol jew fl-attività kummerċjali li twassal għal inabbiltà li jinżamm kontroll suffiċjenti fuq l-organiżmu mmirat jew għal ħsara lill-kompetittività ta' l-attività agrikola. Ħsara kbira bħaldin tista’ tkun, pereżempju, fejn ma tkun disponibbli jew ekonomikament probabbli l-ebda faċilità teknika għall-użu tas-sustanza(i) alternattiva(i).

Ġustifikazzjoni

Il-kompetittività ta' l-agrikoltura tal-Komunità trid tiġi mħarsa.

Emenda 117

Artikolu IV 3, subparagrafu 2 a (ġdid)

 

L-evalwazzjoni komparattiva għandha tqis l-utenti minuri awtorizzati.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda ta' l-Artikolu 48, paragrafu 1, punt (c).

PROĊEDURA

Titolu

It-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti

Referenzi

COM(2006)0388 - C6-0245/2006 - 2006/0136(COD)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

5.9.2006

 

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

5.9.2006

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Kyösti Virrankoski

11.9.2006

 

 

Eżami fil-kumitat

19.12.2006

26.2.2007

12.4.2007

 

Data ta' l-adozzjoni

12.4.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Vincenzo Aita, Peter Baco, Sergio Berlato, Thijs Berman, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Giuseppe Castiglione, Dumitru Gheorghe Mircea Coşea, Albert Deß, Gintaras Didžiokas, Michl Ebner, Carmen Fraga Estévez, Duarte Freitas, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, Neil Parish, Radu Podgorean, Agnes Schierhuber, Willem Schuth, Czesław Adam Siekierski, Alyn Smith, Marc Tarabella, Jeffrey Titford, Witold Tomczak, Donato Tommaso Veraldi, Janusz Wojciechowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Bernadette Bourzai, Hynek Fajmon, Christa Klaß, Wiesław Stefan Kuc, Astrid Lulling, Kyösti Virrankoski

PROĊEDURA

Titolu

It-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti

Referenzi

COM(2006)0388 - C6-0245/2006 - 2006/0136(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.7.2006

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.9.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

5.9.2006

IMCO

5.9.2006

AGRI

5.9.2006

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.12.2006

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Hiltrud Breyer

3.10.2006

 

 

Bażi legali kkontestata

       Data ta’ l-opinjoni tal-JURI

JURI

11.6.2007

 

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

30.1.2007

26.2.2007

8.5.2007

26.6.2007

Data ta’ l-adozzjoni

12.9.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

43

12

3

Membri preżenti għall-vot finali

Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Liam Aylward, Pilar Ayuso, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Dorette Corbey, Chris Davies, Mojca Drčar Murko, Jill Evans, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Caroline Jackson, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Peter Liese, Jules Maaten, Marios Matsakis, Linda McAvan, Alexandru-Ioan Morţun, Riitta Myller, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Guido Sacconi, Daciana Octavia Sârbu, Karin Scheele, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Anders Wijkman, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Erna Hennicot-Schoepges, Esther Herranz García, Kartika Tamara Liotard, Caroline Lucas, Jiří Maštálka, Miroslav Mikolášik, Justas Vincas Paleckis, Alojz Peterle, Andres Tarand, Lambert van Nistelrooij

Data tat-tressiq

5.10.2007