RAPPORT dwar il-proposta ta' Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi fi kwistjonijiet kriminali li jimponu pieni ta' ħabs jew miżuri li jinvolvu t-tiċħid tal-libertà bil-għan li dawn is-sentenzi jkunu infurzati fl-Unjoni Ewropea

5.10.2007 - (9688/2007 – C6-0209/2007 – 2005/0805(CNS)) - *

(Konsultazzjoni mġedda)
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Ioannis Varvitsiotis

Proċedura : 2005/0805(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0362/2007
Testi mressqa :
A6-0362/2007
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta ta' Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi fi kwistjonijiet kriminali li jimponu pieni ta' ħabs jew miżuri li jinvolvu t-tiċħid tal-libertà bil-għan li dawn is-sentenzi jkunu infurzati fl-Unjoni Ewropea

(9688/2007 – C6-0209/2007 – 2005/0805(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (9688/2007)[1],

–   wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, u r-Renju ta' l-Iżvezja (7307/2005)[2],

–   - wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-14 ta' Ġunju 2006[3],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 31(1)(a) u 34(2)(b) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat ta' l-UE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0209/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93, 51 u 55(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0362/2007),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;

2.  Jitlob lill-Kunsill sabiex b'konsegwenza, jemenda t-test;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsulta lill-Parlament mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KunsillEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 2 a (ġdida)

 

(2a) Id-drittijiet proċedurali fil-proċessi kriminali huma element kruċjali li jiżguraw fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri fil-koperazzjoni ġudizzjarja, u minkejja l-isforzi tal-Presidenza Ġermaniża, s'issa għadu ma ntlaħaqx ftehim wara t-tressiq ta' abbozz ta' Deċiżjoni Qafas mill-Kummissjoni u approvat mill-Parlament;

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kunsill Ewropew, imlaqqa' f'Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, endorsja l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, li għandu jsir il-bażi tal-koperazzjoni ġudizzjali kemm fil-materji ċivili u kemm kriminali ġewwa l-Unjoni.

Skond il-konklużjonijiet ta' Tampere, fid-29 ta' Novembru 2000 il-Kunsill adotta programm ta' miżuri biex jimplimenta l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet f'kwistjonijiet kriminali, u fih talab għal evalwazzjoni tal-ħtieġa ta' mekkaniżmi moderni għar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi finali li jinvolvu t-tiċħid tal-libertà u għal applikazzjoni estiża tal-prinċipju tat-trasferiment ta' persuni kundannati biex jinkludi persuni residenti fi Stat Membri.

Il-Programm The Hague dwar it-tisħiħ tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea jitlob li l-Istati Membri biex ilestu l-programm ta' miżuri, b'mod partikulari fil-qasam ta' l-infurzar ta' sentenzi karċerarji finali.

Ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, li huma karatterizzati minn kunfidenza speċjali reċiproka fis-sistemi legali ta' l-Istati Membri l-oħrajn, jippermettu li l-Istat eżekutur jirrikonoxxi d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet ta' l-Istat emittenti. Minkejja l-ħtieġa li l-persuna kundannata tingħata salvagwardji xierqa, l-involviment tagħha fil-proċeduri m'għandux jibqa' dominanti minħabba l-ħtieġa tal-kunsens tagħha fil-każi kollha għat-tressiq ta' sentenza lil Stat Membru ieħor sabiex jirrikonoxxi u jinfurza l-piena imposta.

Din id-Deċiżjoni ta' Qafas għandha tkun implimentata u applikata b'mod li jippermetti r-rispett lejn il-prinċipju ġenerali ta' l-ugwaljanza, il-ġustizzja u r-raġonevolezza.

Id-Deċiżjoni ta' Qafas għandha wkoll, mutatis mutandis, tapplika għall-infurzar tas-sentenzi fil-każi skond l-Artikoli 4(6) u 5(3) tad-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2002/584/JHA tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-Mandat ta' Arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri. Din l-inter alia tfisser, li mingħajr ħsara għad-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2002/584/JHA, l-Istat Membru eżekutur jista' jivverifika l-eżistenza ta' kriterji għar-rifjut kif hu stipulat fl-Artiklu 9, inkluż l-iċċekkjar ta' kriminalità doppja sakemm l-Istat eżekutur ikun għamel dikjarazzjoni skond l-Artiklu 7(4), bħala kundizzjoni biex jiġi rikonoxxut u nfurzat il-ġudizzju bil-ħsieb li jikkunsidra jekk iċedix il-persuna jew jinfurzax is-sentenza f'każi li jkunu konformi ma' l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni ta' Qafas.

Din id-Deċiżjoni ta' Qafas tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat u riflessi fil-Karta ta' Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, partikularment il-Kapitolu VI tiegħu. Xejn f’din id-Deċiżjoni ta' Qafas m'għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi r-rifjut ta’ l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni fejn ikun hemm raġunijiet oġġettivi sabiex wieħed jemmen li l-piena ġiet imposta bil-għan li tikkastiga persuna minħabba s-sess, ir-razza, ir-reliġjon, l-oriġini etnika, in-nazzjonalità, il-lingwa, l-opinjonijiet politiċi jew l-orjentament sesswali tagħha, jew li l-pożizzjoni ta’ dik il-persuna tista’ tiġi preġudikata għal kwalunkwe minn dawn ir-raġunijiet.

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas għandhom jiġu applikati b'mod konformi mal-liġi applikabbli tal-KE, inklużi b'mod partikulari d-Direttiva 2004/38/KE, id-Direttiva 2003/109/KE u d-Direttiva 2003/86/KE.

Il-punti mqajma mill-Parlament Ewropew, li kien diġà kkonsultat dwar dan il-fajl fis-17 ta' Mejju 2006, fil-biċċa l-kbira tagħhom kienu ttieħdu inkonsiderazzjoni u għalhekk ir-rapporteur jirrakkomanda li din il-proposta għal Deċiżjoni tiġi approvata kif emendata mill-Kunsill.

PROĊEDURA

Titolu

L-ordni ta’ infurzar Ewropea u t-trasferiment ta' persuni kundannati

Referenzi

07307/2005 - C6-0139/2005 - 2005/0805(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

18.5.2005

Kumitat responsabbli

Data mħabbra fis-seduta plenarja

LIBE

12.7.2007

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Ioannis Varvitsiotis

4.7.2005

 

 

Eżami fil-kumitat

10.9.2007

3.10.2007

 

 

Data ta' l-adozzjoni

3.10.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Philip Bradbourn, Michael Cashman, Jean-Marie Cavada, Carlos Coelho, Fausto Correia, Esther De Lange, Panayiotis Demetriou, Bárbara Dührkop Dührkop, Kinga Gál, Roland Gewalt, Jeanine Hennis-Plasschaert, Lívia Járóka, Magda Kósáné Kovács, Barbara Kudrycka, Henrik Lax, Kartika Tamara Liotard, Sarah Ludford, Viktória Mohácsi, Martine Roure, Søren Bo Søndergaard, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Ioannis Varvitsiotis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Edit Bauer, Maria da Assunção Esteves, Ona Juknevičienė, Jean Lambert, Antonio Masip Hidalgo, Siiri Oviir, Eva-Britt Svensson