RAPPORT dwar emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fid-dawl ta' l-Istatut tal-Membri

8.10.2007 - (2006/2195(REG))

Kumitat dwar l-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: Ingo Friedrich

Proċedura : 2006/2195(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0368/2007
Testi mressqa :
A6-0368/2007
Dibattiti :
Testi adottati :

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fid-dawl ta' l-Istatut tal-Membri

(2006/2195(REG))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-President tiegħu tad-29 ta' Ġunju 2006 u d-data ta' tħabbir fis-seduta plenarja tas-7 ta' Settembru 2006,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal- Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6‑0368/2007),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Jagħmilha ċara li l- emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikunu infurmati.

Test attwaliEmendi

Emenda 1

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 8

Ħlas ta' spejjeż u indennizzi

Implimetazzjoni ta' l-Istatut tal-Membri Parlamentari

Il-Bureau għandu joħloq regoli dwar il-ħlas ta' spejjeż u indennizzi lill-Membri.

Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor, ir-regolamenti dwar l-implimentazzjoni ta' l-Istatut tal-Membri Parlamentari tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau.

Emenda 2

L-Artikolu 39, paragrafu 1

1. Il-Parlament jista' jagħmel talba lill-Kummissjoni sabiex tressaq quddiemu, għall-adozzjoni ta' atti ġodda jew il-modifika ta' atti esistenti, kull proposta xierqa skond l-Artikolu 192, it-tieni paragrafu, tat-Trattat KE billi tadotta riżoluzzjoni fuq il-bażi ta' rapport li jsir mill-kumitat responsabbli. Ir-riżoluzzjoni għandha tiġi adottata mill-maġġoranza tal-Membri li jiffurmaw il-Parlament. Il-Parlament jista', fl-istess ħin, jistabbilixxi limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' din il-proposta.

1. Il-Parlament jista' jagħmel talba lill-Kummissjoni sabiex tressaq quddiemu, għall-adozzjoni ta' atti ġodda jew il-modifika ta' atti esistenti, kull proposta xierqa skond l-Artikolu 192, it-tieni paragrafu, tat-Trattat KE billi tadotta riżoluzzjoni fuq il-bażi ta' rapport li jsir mill-kumitat responsabbli, magħmula skond l-Artikolu 45. Ir-riżoluzzjoni għandha tiġi adottata mill-maġġoranza tal-Membri li jiffurmaw il-Parlament. Il-Parlament jista', fl-istess ħin, jistabbilixxi limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' din il-proposta.

Emenda 3

Artikolu 39 paragrafu 1 a (ġdid)

1a. Kull Membru jista' jressaq proposta għal Att Komunitarju fil-qafas tad-dritt ta' inizjattiva tal-Parlament skond l-Artikolu 192 tat-Trattat KE.

Emenda 4

Artikolu 39 paragrafu 1 b (ġdid)

1b. Il-proposta għandha tiġi sottomessa lill-President, li għandu jgħaddiha lill-kumitat responsabbli għall-kunsiderazzjoni. Qabel ma tiġi mgħoddija, il-proposta għandha tiġi tradotta f'dawk il-lingwi uffiċjali li ċ-chairman ta' dak il-kumitat jikkunsidra neċessarji biex kunsiderazzjoni sommarja tkun possibbli. Il-kumitat għandu jieħu deċiżjoni dwar il-proċedura ulterjuri fi żmien tliet xhur wara li tkun ġiet mgħoddija u wara li jkun instema' l-awtur tal-proposta.

 

Fejn il-kumitat jiddeċidi li jissottometti proposta lill-Parlament skond il-proċedura ta' l-Artikolu 45, l-awtur tal-proposta għandu jissemma b'ismu fit-titolu tar-rapport.

Emenda 5

L-Artikolu 39, paragrafu 2

2. Qabel jagħti bidu għall-proċedura skond l-Artikolu 45, il-kumitat responsabbli għandu jistabbilixxi, fil-każi li ġejjin, li l-ebda proposta ta' dan it-tip m'hi qed tiġi ppreparata

imħassar

a) proposta ta' dan it-tip mhix inkluża fil-Programm Leġiżlattiv Annwali; jew

 

b) il-preparazzjonijiet ta' proposta ta' dan it-tip għadhom ma bdewx jew ġew imtawla iktar milli previst; jew

 

c) il-Kummissjoni ma rrispondietx pożittivament għal talbiet preċedenti magħmula mill-kumitat responsabbli jew li kienu f'riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament bil-maġġoranza tal-voti mixħuta.

 

Emenda 6

Artikolu 45 paragrafu 1 l-aħħar sentenza (ġdida)

 

Fejn is-suġġett tar-rapport ikun proposta mressqa minn Membru skond l-Artikolu 39(1a), l-awtorizzazzjoni tista' tiġi miċħuda biss jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl- Artikolu 5 ta' l-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u l-Artikolu 192 tat-Trattat KE ma jiġux sodisfatti.

Emenda 7

Artikolu 150 paragrafu 6 subparagrafu 1

6. Emendi għandhom jitqiegħdu għall-vot biss wara li jkunu ġew stampati u mqassma fil-lingwi uffiċċjali kollha, ħlief jekk il-Parlament jiddeċiedi mod ieħor. Il-Parlament ma jistax jiddeċiedi mod ieħor jekk joġġezzjonaw mhux inqas minn erbgħin Membru.

6. Emendi għandhom jitqiegħdu għall-vot biss wara li jkunu ġew stampati u mqassma fil-lingwi uffiċċjali kollha, ħlief jekk il-Parlament jiddeċiedi mod ieħor. Il-Parlament ma jistax jiddeċiedi mod ieħor jekk joġġezzjonaw mhux inqas minn erbgħin Membru. Il-Parlament għandu jevita li jieħu deċiżjonijiet li jwasslu sabiex Membri li jużaw lingwa partikolari jkunu żvantaġġjati b'mod inaċċettabbli.

Emenda 8

Anness I artikolu 2 paragrafu 1 aa (ġdid)

aa) kull indennizz li huwa jirċievi biex jaqdi mandat f'Parlament ieħor,

Emenda 9

Anness I artikolu 4

Sakemm jiġi introdott statut għall-Membri tal-Parlament Ewropew sabiex jissostitwixxi d-diversi regoli nazzjonali, għal dak li għandu x'jaqsam ma' dikjarazzjoni ta' l-assi, il-Membri huma suġġetti għad-dmirijiet imposti fuqhom mil-liġijiet ta' l-Istat Membru li fih ikunu ġew eletti f’dak li għandu x’jaqsam mad-dikjarazzjoni tal-assi.

Għal dak li għandu x'jaqsam ma' dikjarazzjoni ta' l-assi, il-Membri huma suġġetti għad-dmirijiet imposti fuqhom mil-liġijiet ta' l-Istat Membru li fih ikunu ġew eletti f’dak li għandu x’jaqsam mad-dikjarazzjoni tal-assi

Emenda 10

Anness VII paragrafu C a (ġdid)

Ca. Kunflitti ta' interess personali

 

Bl-approvazzjoni tal-Bureau u permezz ta' deċiżjoni motivata, Membru jista' jiġi mċaħħad milli jkollu aċċess għal dokument Parlamentari jekk, wara li jkun instema' l-Membru kkonċernat, il-Bureau jasal għall-konklużjoni li l-aċċess għad-dokument jikkomprometti b'mod inaċċettabbli l-interessi istituzzjonali tal-Parlament jew ta' l-interess pubbliku u li l-aċċess għad-dokument huwa motivat minn raġunijiet privati u personali. Il-Membru jista' jagħmel appell bil-miktub, li għandu jinkludi raġunijiet kontra deċiżjoni bħal din fi żmien xahar minn meta tiġi trażmessa. Il-Parlament għandu jasal għal deċiżjoni dwar l-appell mingħajr dibattitu waqt is-seduta li ssegwi applikazzjoni ta' appell.

NOTA SPJEGATTIVA

Emenda 1 - Il-verżjoni fis-seħħ ta' l-Artikolu 8 tar-Regoli ta' Proċedura m'għadhiex konsistenti mas-sitwazzjoni legali li tkun teżisti bid-dħul fis-seħħ ta' l-Istatut għall-Membri Parlamentari. Minn dan il-mument 'il quddiem, ir-regoli dwar l-indennizzi ta' spejjeż u l-konċessjonijiet tal-Membri Parlamentari ma jibqgħux aktar ibbażati fuq id-dritt tal-Parlament ta' awtonomija amministrattiva, skond l-Artikolu 199 tat-Trattat KE, iżda minflok fuq l-Artikoli 9 sa 23, 27 u 28 ta' l-Istatut tal-Membri.

Jidher li jagħmel sens li d-deċiżjonijiet dwar l-implimentazzjoni dwar kwistjonijiet bħal dawn għandhom jibqgħu jittieħdu mill-Bureau. Bil-verżjoni ġdida proposta ta' l-Artikolu 8, il-Bureau qed jingħata kompetenza regolatorja fir-rigward. Il-kompetenza li ngħatat lill-Bureau permezz ta' l-Artikolu 22(2) biex jittieħdu deċiżjonijiet finanzjarji, organizzattivi u amministrattivi dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-Membri, għandha tinżamm, peress li tirrigwardja r-responsabilità politika għall-implimentazzjoni tar-regolamenti f'każijiet individwali.

Emendi 3 sa 6 - L-iskop ta' l-emenda proposta huwa li d-dritt individwali ta' kull deputat previst mill-Artikolu 5 ta' l-Istatut tal-Membri Parlamentari, li jressaq proposta għal att Komunitarju fil-qafas tad-dritt ta' inizjattiva tal-Parlament jiġi implimentat.

L-Istatut stess jistipula limitazzjoni regolatorja fir-rigward ta' dan id-dritt: Huwa ma jagħtix id-dritt lid-deputat li jissottoponi l-proposta leġiżlattiva għall-vot fis-seduta plenarja. Id-dritt li jitressqu proposti jingħata meta tkun iggarantita proċedura xierqa għall-proposta. F'dan ir-rigward, għandha ssir riferenza għall-proċedura regolata fl-Artikolu 39 tar-Regoli ta' Proċedura.

Jidher li jagħmel sens li proposti minn Membri Parlamentari individwali jgħaddu f'idejn kumitati responsabbli għall-kunsiderazzjoni preliminari sommarja. Biex ikun żgurat li d-dritt ta' proposta individwali ma jitnaqqarx, madankollu, għandu jkun maħsub, li l-kumitat, fi żmien perjodu stipulat għandu jiddeċiedi dwar il-proċedura ulterjuri u li qabel ma jieħu deċiżjoni li jwaqqaf il-proposta mingħajr rapport, għandu jagħti lill-awtur tal-proposta l-opportunità li jesprimi l-argumenti tiegħu waqt diskussjoni.

Id-dritt ta' Membru Parlamentari li jressaq att Komunitarju fil-lingwa uffiċjali magħżula minnu ma jistax ikun limitat meta wieħed jikkunsidra l-Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura. Madankollu, it-traduzzjoni ta' proposti bħal dawn fil-lingwi uffiċjali kollha titlob sforz eċċessiv mir-riżorsi disponibbli u tista' twassal għal abbużi mid-dritt ta' tressiq tal-proposti, bil-għan li jinkisbu traduzzjonijiet ta' ċerti partijiet minn dokument partikolari.

It-traduzzjoni ta' proposti bħal dawn għalhekk għandha tkun limitata għal numru limitat ta' lingwi uffiċjali, li bis-saħħa tagħhom tkun tista' ssir kunsiderazzjoni sommarja fil-kumitat responsabbli u li, minħabba d-differenzi fis-sitwazzjoni tal-ħidma li ssir fil-kumitati, il-lingwi għandhom jintgħażlu b'konsultazzjoni maċ-chairman rispettiv.

Meta dawn il-garanziji għad-dritt individwali li jitressqu proposti għall-atti Komunitarji jkunu stabbiliti, jidher li huwa mill-aktar xieraq li t-tfassil ta' rapport dwar proposta leġiżlattiva għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti, kif diġà huwa stipulat fir-Regoli ta' Proċedura. Din l-awtorizzazzjoni tista' biss tiġi miċħuda jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' l-Istatut tal-Membri u l-Atikolu 192 tat-Trattat KE ma jiġux sodisfatti. Dan għaliex id-dritt ta' inizjattiva, id-dritt sovran ta' kull Membru, m'għandux jiġi mminat mir-Regoli ta' Proċedura. Ma' dan il-prinċipju, madankollu, tkun kompatibbli evalwazzjoni mill-kumitat responsabbli, dwar l-adegwatezza ta' proposta leġiżlattiva mressqa minn Membru quddiem il-Parlament f'forma ta' rapport. Jekk il-kumitat responsabbli iqis li rapport huwa xieraq, u jekk il-proposta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' l-Istatut tal-Membri u l-Artikolu 192 tat-Trattat KE, ċaħda ta' l-awtorizzazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura timmina b'mod inaċċettabbli id-"dritt sovran" li jgawdi kull Membru.

Barra minn hekk, Membru li jeżerċita dan id-"dritt sovran" u jressaq proposta leġiżlattiva għandu interess leġittimu li jiżgura li ismu jibqa' marbut mal-proposta matul il-passaġġ kollu tiegħu fil-Parlament. Peress li l-kumitati jiddeċidu indipendentement min mill-membri tagħhom jew membri sostituti tagħhom jaġixxi bħala rapporteur għal proposta partikolarial, l-isem ta' l-MEP li jkun fassal ilo-proposta leġiżlattiva għandu jiġi inkorporat fit-titolu tar-rapport.

Emenda 7 - L-Artikolu 7 ta' l-Istatut tal-Membri jagħti lill-Membri d-dritt li jitolbu li d-dokumenti jiġu tradotti fil-lingwa uffiċjali rispettiva tagħhom u li d-diskorsi tagħhom jiġu interpretati simultanjamet fil-lingwi uffiċjali l-oħra kollha.

Dawn id-drittijiet statutorji huma ggarantiti mill-Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura. Fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu l-Parlament uża l-poter tiegħu biex jadotta dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni billi naqqas is-servizz ta' interpretazzjoni li jingħata fil-laqgħat tal-kumitati u d-delegazzjonijiet biex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet fil-prattika. Dawn il-limitazzjonijiet ma jpoġġux fid-dubju d-dritt fundamentali ta' kull Membru Parlamentari li juża l-lingwa tiegħu stess u għalhekk huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Istatut.

L-arranġament tranżitorju stabbilit fl-Artikolu 139 rigward id-derogi mill-prinċipju ta' multilingwiżmu sħiħ fis-sitwazzjoni ta' nuqqas inevitabbli ta' interpreti u tradutturi, ġie rivedut mill-Parlament f'Diċembru 2006 u ġie estiż għal sentejn u nofs oħra. Minħabba n-natura eċċezzjonali tagħha bl-ebda mod ma tmur kontra l-Artikolu 7 ta' l-Istatut tal-Membri. Reviżjoni oħra tkun xierqa meta tiġi akkwistata biżżejjed esperjenza, l-aktar tard fi tmiem il-leġiżlatura Parlamentari attwali.

Jidher li hemm il-ħtieġa ta' ċerti emendi għall-Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura, li jagħmilha possibbli li jittieħed vot dwar emendi li ma ġewx tradotti jekk inqas minn 40 Membru joġġezzjonaw. Għandu jiġi evitat li Membri Parlamentari li jużaw lingwa partikolari jkunu żvantaġġjati, jekk l-ebda waħda miċ-ċirkostanzi li jipprevedi l-Artikolu 139 ma jkunu jeżistu. Dan għaliex fil-Parlament numru ta' lingwi jintużaw minn inqas minn 40 Membru. Ma jkunx kompatibbli mad-dritt ta' użu tal-lingwa proprja jekk is-saħħa ta' grupp bħal dan kull darba tiġi megħluba bil-vot.

Regolazzjoni preċiża li tieħu kont ta' din il-problema tkun wisq ikkumplikata u l-applikazzjoni tagħha tirrikjedi proċedura burokratika kumplessa. Għaldaqstant, qed jiġi propost li l-Artikolu 150(6) tar-Regoli ta' Proċedura jiġi kompletat permezz ta' regola ta' natura ġenerali, li tafda fil-Parlament li fid-deċiżjonijiet tiegħu ma jpoġġi l-ebda grupp fi żvantaġġ.

Emenda 8 - Id-dritt tal-Membri Parlamentari għal salarju, kif stabbilit mill-Artikolu 9 ta' l-Istatut tal-Membri, huwa suġġett għal restrizzjoni waħda, speċifikata fl-Artikolu 11, fejn l-indennizz li jirċievi Membru għat-twettiq ta' mandat f'parlament ieħor għandu jitnaqqas mill-indennizz tiegħu bħala Membru. Bil-ħsieb li l-implimentazzjoni ta' din id-dispożizzjoni tiġi simplifikata, il-ħtieġa ta' dikjarazzjoni ta' l-interessi stabbilita fl-Anness I tar-Regoli ta' Proċedura għandha tiġi estiża biex tkopri dan il-każ partikolari, anki jekk, kif spjegat hawn isfel, mhux se jkollha impatt qawwi fil-prattika.

Meta jidħol fis-seħħ l-Istatut tal-Membri Parlamentari f'Lulju 2009, u fuq il-bażi ta' l-emendi għall-Att dwar l-elezzjoni tar-rapreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali, adottat fil-25 ta' Ġunju u fit-23 ta' Settembru 2002[1], il-possibilità ta' sħubija doppja fil-Parlament Ewropew flimkien ma' sħubija f'parlament nazzjonali ma tibqax possibbli. Din in-norma għalhekk tista' tapplika biss għal salarji fil-qadi ta' mandat fil-parlamenti reġjonali, sakemm sħubija doppja ma tkunx eskluża mil-leġiżlazzjoni nazzjonali stess ta' Stat Membru.

Huwa kompitu tal-Bureau li jikkjarifika, fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni ta' l-Istatut, preċiżament kif għandha ssir id-distinzjoni bejn mandat parlamentari u funzjonijiet politiċi oħra (membri f'kunsill lokali, kunsill distrettwali, etc.).

Emenda 9 - L-Istatut tal-Membri ma jinkludix dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-Membri li jiddikjaraw l-assi tagħhom.

Jekk obbligi bħal dawn ikunu stipulati fil-liġijiet nazzjonali (pereżempju fil-leġiżlazzjoni dwar l-elezzjonijiet nazzjonali), dawn għandhom jibqgħu applikaw.

L-emenda proposta tieħu kont ta' dan l-istat ta' fatt.

Emenda 10 - id-dispożizzjoni fl-Artikolu 5(3) tar-Regoli ta' Proċedura tikkorrispondi mad-dritt mogħti lil kull Membru bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(1) ta' l-Istatut tal-Membri li jkollu aċċess għad-dokumenti kollha fil-pussess tal-Parlament, suġġett għar-restrizzjkonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4 ta' l-istess Artikolu. Madankollu, fir-reviżjoni ta' l-Anness VII, li jistipula dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għal dokumenti kunfidenzjali, tirriżulta lakuna, peress li dan jikkonċerna biss dokumenti mgħoddija lill-Parlament minn istituzzjonijiet oħra. Għal dan it-tip ta' dokument (p.e. dokumenti sensittivi tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sikurezza) ir-regoli stabbiliti minn Sezzjoni A u B ta' l-Anness VII huma xierqa u adegwati. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għal dokumenti imfassla mill-Parlament innifsu. Dokumenti ta' dan it-tip huma koperti mir-regola ġenerali stabbilita fl-Istatut tal-Membri li jistipula li l-Membri huma intitolati li jispezzjonawhom, sakemm ma jkunux dokumenti jew kontijiet personali. Madankollu, każijiet eċċezzjonali huma immaġinabbli fejn il-Parlament ikun iġġustifikat, suġġett għal prekawzjonijiet, li jagħmel użu mill-poter mogħti lilu bl-Istatut li jistabbilixxi kundizzjonijiet li jirregolaw l-implimentazzjoni ta' dan id-dritt, billi fl-Anness VII tiġi inkorporata Sezzjoni Ca.

Jekk il-Parlament ikun jista', b'konformità mar-Regolament Nru 1049/2001, jiċħad l-aċċess pubbliku għal wieħed mid-dokumenti tiegħu stess, b'mod ġenerali dan ma jistax u m'għandux ipoġġi fid-dubju dritt ta' Membru li jkollu aċċess għad-dokumenti. Madankollu, jidher li jeħtieġu regoli li jkopru każijiet eċċezzjonali fejn, minħabba konflitt ta' interessi eżistenti, l-interessi tal-Parlament jiġġarrfu serjament jekk Membru jkun jista' jitlob li jara dokument partikolari għal raġunijiet privati u personali. Id-deċiżjoni dwar jekk il-ħsara potenzjali għall-interessi tal-Parlament tiġġustifikax ir-restrizzjoni tad-dritt ta' Membru għall-aċċess tad-dokumenti għandha titħalla f'idejn il-Bureau. Jekk il-Membru kkonċernat jisfida d-deċiżjoni tal-Bureau, il-kwistjoni għandha tiġi kkunsidrata fis-seduta plenarja fi żmien perjodu raġonevoli.

  • [1]  ĠU L 283, 21.10.2002, p. 1 ff, b'mod partikolari l-Artikolu 1(7b)

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (12.9.2007)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-tal-Parlament Ewropew fid-dawl ta' l-Istatut tal-Membri
((2006/2195(REG))

Rapporteur għal opinjoni: Francesco Enrico Speroni

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-Rapporteur tagħkom, fil-prinċipju, jaqbel mat-twaqqif milqugħ mir-Rapporteur, ta' kumitat responsabbli, bil-preċiżazzjonijiet li ġejjin.

Fir-rigward tal-modifika ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament, effettivament huwa veru li bħalissa ma jirriflettix is-sitwazzjoni ġuridika li se tinħoloq wara d-dħul fis-seħħ ta' l-Istatut tad-Deputati. Minn dak il-mument 'il quddiem, ir-rimborż ta' l-ispejjeż u l-ħlas tal-konċessjonijiet tad-Deputati se jkunu irregolati mill-Istatut u mhux aktar mir-Regolament tal-Parlament Ewropew.

Ir-Rapporteur tagħkom jaqbel mat-tbassir li l-miżuri ta' applikazzjoni ta' l-Istatut, partikularment fis-suġġetti li ssemmew hawn fuq, għandhom jitħallew f'idejn l-Uffiċċju tal-Presidenza.

Jifraħ bil-preċiżazzjoni li dan japplika "salv dispożizzjoni kuntrarja". Ir-Rapporteur tagħkom iqis bħala dmir li ssir distinzjoni bejn id-dispożizzjonijiet fejn l-Istatut, b'mod ċar, jagħmel referenza għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u dawk fejn din ir-referenza ma ssirx. Fl-ewwel każ, ninsabu quddiem riserva vera u propja tar-Regolament, ġustifikata bil-fatt li s-suġġett huwa temi partikularment delikati fejn huwa xieraq li l-miżuri ta' applikazzjoni jkunu adottati mill-maġġoranza ta' l-Assemblea (ara Artikolu 199 tat-Trattat KE), aktar milli mill-Uffiċċju tal-Presidenza biss. Fit-tieni każ, tali riserva ma tapplikax u jista' jkollha kompetenza applikattiva ta' l-Uffiċċju tal-Presidenza.

Imma jrid ikun preċiżat li r-riserva ta' regolament ma tapplikax fis-sens oppost: bid-dispożizzjonijiet ta' l-Istatut li jibqgħu bla bdil, is-suġġetti li bħalissa huma riservati mir-Regolament għall-Uffiċċju tal-Presidenza jistgħu dejjem ikunu trasferiti fil-kompetenza ta' istanzi parlamentari oħra permezz tal-modifiki xierqa tar-Regolament stess.

Ir-Rapporteur tagħkhom jissuġġerixxi li ssir modifika fl-Artikolu 4 tar-Regolament, ispirata mill-Artikolu 2, paragrafu 2 ta' l-Istatut u għandu l-għan li jipproteġi l-libertà u l-indipendenza tad-Deputati. Dan ikun segwit minn riformulazzjoni ta' l-Artikolu 8 u paragrafu ġdid 1 a li għandu jiżdied ma' l-Artikolu 39 tar-Regolament, kif ukoll modifika ta' l-Artikolu 150, paragrafu 6, inċiż 1 u l-Artikolu 2, paragrafu 1 ta' l-Anness I tar-Regolament.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill- Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test fis-seħħEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Artikolu 4, paragrafu 3 a (ġdid)

3 a. Kwalunkwe ftehim dwar ir-riżenja mill-kariga qabel jew mat-tmiem ta' mandat parlamentari jkun null u bla effett.

Emenda 2

Artikolu 8

Ħlas ta' spejjeż u allowances

Eżekuzzjoni ta' l-Istatut tal-Membri

Il-Bureau għandu joħloq regoli dwar il-ħlas ta' spejjeż u allowances lill-Membri.

Ħlief fejn l-Istatut jiddisponi mod ieħor, ir-regoli ta' eżekuzzjoni ta' l-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew joħorġu mill-Uffiċċju tal-Presidenza.

Emenda 3

L-Artikolu 39(1)

1. Il-Parlament jista' jagħmel talba lill-Kummissjoni sabiex tressaq quddiemu kull proposta xierqa skond l-Artikolu 192, it-tieni paragrafu, tat-Trattat KE billi tadotta riżoluzzjoni fuq il-bażi ta' rapport li jsir mill-kumitat responsabbli fuq l-inizjattiva tiegħu. Ir-riżoluzzjoni għandha tiġi adottata mill-maġġoranza tal-Membri li jiffurmaw il-Parlament. Il-Parlament jista', fl-istess ħin, jistabbilixxi limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' din il-proposta.

1. Il-Parlament jista' jagħmel talba lill-Kummissjoni sabiex tressaq quddiemu, għall-adozzjoni ta' atti ġodda jew il-modifika ta' atti esistenti, kull proposta xierqa skond l-Artikolu 192, it-tieni paragrafu, tat-Trattat KE billi tadotta riżoluzzjoni fuq il-bażi ta' rapport li jsir mill-kumitat responsabbli, magħmula skond l-Artikolu 45. Ir-riżoluzzjoni għandha tiġi adottata mill-maġġoranza tal-Membri li jiffurmaw il-Parlament. Il-Parlament jista', fl-istess ħin, jistabbilixxi limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' din il-proposta.

Emenda 4

Artikolu 39, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1 a. Kull deputat jista' jippreżenta proposta għal att komunitarju fuq il-bażi tad-dritt ta' inizzjattiva mogħti lill-Parlament skond l-Artikolu 192 tat-Trattat KE. Il-proposta tiġi preżentata fil-Konferenza tal-Presidenti, li tiddifferiha għall-eżami mill-Kumitat kompetenti. Il-proposta tiġi tradotta minn qabel fil-lingwi uffiċjali meqjusa mill-President tal-Kumitat kompetenti bħala neċessarji għall-iskop ta' eżami fil-qosor. Fit-tliet xhur ta' wara d-differiment, il-Kumitat kompetenti jiddeċiedi dwar it-tkomplija tal-proposta, wara li jisma' l-awturi tagħha. Hu jinforma lill-Konferenza tal-Presidenti bid-deċiżjoni tiegħu.

 

Il-Kumitat kompetenti jiddeċiedi li:

 

a) jippreżenta proposta ta' riżoluzzjoni fuq il-bażi ta' tali proposta. Ir-riżoluzzjoni tiġi approvata mill-maġġoranza tal-Membri li jiffurmaw il-Parlament; kontemporanjament jista' jiġi stipulat perjodu għat-tressiq tal-proposta; jew

 

b) tinbeda il-proċedura fl-Artikolu 45; jew

 

c) jiċħad tali proposta. Fil-każ ta' rifjut tal-proposta, trid tingħata r-raġuni.

Emenda 5

L-Artikolu 39, paragrafu 2

2. Qabel jagħti bidu għall-proċedura skond l-Artikolu 45, il-kumitat responsabbli għandu jistabbilixxi, fil-każi li ġejjin, li l-ebda proposta ta' dan it-tip m'hi qed tiġi ppreparata

imħassar

a) proposta ta' dan it-tip mhix inkluża fil-Programm Leġiżlattiv Annwali; jew

 

b) il-preparazzjonijiet ta' proposta ta' dan it-tip għadhom ma bdewx jew ġew imtawla iktar milli previst; jew

 

il-Kummissjoni ma rrispondietx pożittivament għal talbiet preċedenti magħmula mill-kumitat responsabbli jew li kienu f'riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament bil-maġġoranza tal-voti mixħuta.

 

Emenda 6

Artikolu 150, paragrafu 6, subparagrafu 1

6. Emendi għandu jitteħed vot fuqhom biss wara li jkunu ġew stampati u mqassma fil-lingwi uffiċjali kollha, Ħlief fil-każ li l-Parlament jiddeċiedi mod ieħor. Il-Parlament ma jistax jiddeċiedi mod ieħor jekk ikun hemm oġġezzjoni minn mhux inqas minn erbgħin Membru.

6. Emendi għandu jitteħed vot fuqhom biss wara li jkunu ġew stampati u mqassma fil-lingwi uffiċjali kollha, Ħlief fil-każ li l-Parlament jiddeċiedi mod ieħor. Il-Parlament ma jistax jiddeċiedi mod ieħor jekk ikun hemm oġġezzjoni minn mhux inqas minn erbgħin Membru. Salv l-Artikolu 155, paragrafu 4, il-Parlament jevita li jieħu deċiżjonijiet li jistgħu jġibu żvantaġġ inaċċettabbli għad-deputati li jużaw lingwa partikolari.

Ġustifikazzjoni

L-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu m'għandux jippreġudika il-possibilità li jkun preżentati emendi ta' kompromess b'mod eċċezzjonali, kif stabbilit mill-Artikolu 155, paragrafu 4.

Emenda 7

Anness I, Artikolu 2, paragrafu 1, ittra a a) (ġdida)

 

a a) kwalunkwe konċessjoni mogħtija lid-deputat għall-eżerċizzju ta' mandat f'parlament ieħor,

Ġustifikazzjoni

Jidher mhux xieraq li tintuża l-espressjoni "parlament ieħro", b'mod koerenti mal-formulazzjoni ta' l-Istatut tad-Deputati. Fil-miżuri ta' twaqqif ta' l-Istatut se tingħata l-interpretazzjoni eżatta ta' din l-espressjoni.

PROĊEDURA

Titolu:

Modifika tar-regolament tal-Parlament Ewropew fid-dawl ta' l-Istatut tal-Membri

Referenza

2006/2195(REG)

Kumitat responsabbli

AFCO

Opinjoni minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI
26.4.2007

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur:
  Il-ħatra

Francesco Enrico Speroni
10.4.2007

Rapporteur preċedenti

 

Diskuss fil-kummissjoni

11.9.2007

 

 

 

 

Approvazzjoni

11.9.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+ :
– :
0 :

14
7
0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marek Aleksander Czarnecki, Bert Doorn, Cristian Dumitrescu, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Hartmut Nassauer, Aloyzas Sakalas, Francesco Enrico Speroni, Daniel Strož, Rainer Wieland

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali

Janelly Fourtou, Jean-Paul Gauzès, Barbara Kudrycka, Michel Rocard, Jacques Toubon

Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Albert Deß, María Sornosa Martínez

Kummenti (informazzjoni disponibbli b’lingwa waħda biss)

...

PROĊEDURA

Titolu:

Modifika tar-regolament tal-Parlament Ewropew fid-dawl ta' l-Istatut tal-Membri

Numru tal-proċedura

2006/2195(REG)

Emenda/emendi bażi

 

 

 

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO
7.9.2006

Data tad-deċiżjoni biex jitfassal rapport

12.7.2006

Data tat-tħabbir ta' l-awtorizzazzjoni fis-seduta plenarja

7.9.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI
26.4.2007

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
   Data tad-deċiżjoni

 

 

 

 

 

Rapporteur
  Data tal-ħatra

Ingo Friedrich
12.7.2006

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Eżami fil-Kumitat

20.3.2007

26.6.2007

1.10.2007

2.10.2007

 

Data ta' l-adozzjoni

2.10.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jim Allister, Enrique Barón Crespo, Jens-Peter Bonde, Richard Corbett, Andrew Duff, Maria da Assunção Esteves, Ingo Friedrich, Bronisław Geremek, Genowefa Grabowska, Anneli Jäätteenmäki, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jo Leinen, Íñigo Méndez de Vigo, Adrian Severin, József Szájer, Riccardo Ventre, Johannes Voggenhuber, Bernard Wojciechowski, Dushana Zdravkova

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Elmar Brok, Carlos Carnero González, Klaus Hänsch, Alain Lamassoure, Stavros Lambrinidis, Gérard Onesta, Georgios Papastamkos, Bernard Poignant, György Schöpflin, Kathy Sinnott, Alexander Stubb, Mauro Zani

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Othmar Karas, Eoin Ryan, Rainer Wieland

Data tat-tressiq

8.10.2007

Kummenti (informazzjoni disponibbli b’lingwa waħda biss)