RAKKOMANDAZZJONI dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Repubblika tas-Slovenja sabiex tirratifika, fl-interess tal-Komunità Ewropea, il-Protokoll tat-12 ta' Frar 2004, li jemenda l-Konvenzjoni ta' Pariġi tat-29 ta' Lulju 1960 dwar ir-Responsabbiltà ta' Terzi Persuni fil-Qasam ta' l-Enerġija Nukleari

8.10.2007 - (9453/2007 – C6-0180/2007 – 2006/0260(AVC)) - ***

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Giuseppe Gargani

Proċedura : 2006/0260(AVC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0369/2007
Testi mressqa :
A6-0369/2007
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Repubblika tas-Slovenja sabiex tirratifika, fl-interess tal-Komunità Ewropea, il-Protokoll tat-12 ta' Frar 2004, li jemenda l-Konvenzjoni ta' Pariġi tat-29 ta' Lulju 1960 dwar ir-Responsabbiltà ta' Terzi Persuni fil-Qasam ta' l-Enerġija Nukleari

(9453/2007 – C6-0180/2007 – 2006/0260(AVC))

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (9453/2007),

–   wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skond l-Artikolu 300, paragrafo 3, secondo comma, in combinato disposto con gli articoli 61, lettera c), 67 e 300, paragrafo 2, primo comma of the EC Treaty (C6-0180/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 75(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0000/2007),

1.  jagħti l-kunsens tiegħu lill-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill ;

2.  jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tikkonċerna deċiżjoni tal-Kunsill li l-iskop tagħha huwa li l-Islovenja, l-uniku Stat ġdid firmatarju tal-Konvenzjoni ta' Pariġi ta' l-1960 dwar ir-responsabilità ċivili fil-qasam ta' l-enerġija nukleari (il-Konvenzjoni), tkun awtorizzata sabiex tirratifika il-Protokoll ta' l-2004 li jemenda din il-Konvenzjoni (il-Protokoll).

Ir-ratifika jew l-iffirmar tal-Protokoll jaqa' fil-kompetenza kemm ta' l-Istati Membri u kemm tal-Komunità. Il-Komunità għandha ġuriżdizzjoni esklużiva dwar il-possibilità li temenda l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni fil-każ li tali emenda tkun ta' interess għad-dispożizzjonijiet fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 rigward il-kompetenza fil-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fil-qasam ċivili u kummerċjali. L-Istati Membri jżommu il-ġuriżdizzjoni tagħhom fl-oqsma koperti mill-Protokoll imma li ma jirrigwardawx id-dritt Komunitarju.

B'żewġ deċiżjonijiet, 2003/8827KE tas-27 ta' Novembru 2003 u 2004/294/KE tat-8 ta' Marzu 2004, il-Kunsill awtorizza dawk l-Istati Membri li huma partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni sabiex jiffirmaw u jirratifikaw il-Protokoll jew sabiex jiffirmawh. L-Awstrija, l-Irlanda u l-Lussemburgu mhumiex parti mill-Konvenzjoni u mhux se jiffirmaw il-Protokoll.

L-Islovenja iffirmat il-Protokoll tal-Konvenzjoni fit-12 ta' Frar 2004. Mill-mument li d-Deċiżjoni 2004/294KE ġiet indirizzata biss lejn ċertu Stati Membri, fil-mument ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju, l-Islovenja ma setgħetx tkun ikkunsidrata pajjiż li lejh din id-Deċiżjoni kienet indirizzata skond l-Artikolu 53 ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003. Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Islovakkja mhumiex parti kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Pariġi imma huma parti mill-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-responsabilità ċivili għall-ħsara nukleari tal-21 ta' Mejju 1963. Ċipru u Malta mhumiex parti ta' l-ebda Konvenzjoni internazzjonali dwar ir-responsabilità ċivili fil-qasam nukleari.

Fid-dawl ta' dan, l-uniku skop tal-proposta għal deċiżjoni huwa li l-Islovenja titpoġġa fuq l-istess livell ta' l-Istati li lejhom hija indirizzata id-Deċiżjoni 2004/294/KE. Id-Danimarka mhux se tieħu sehem fl-adozzjoni tal-proposta għal deċiżjoni u mhux se tkun marbuta jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 u għalhekk qegħdin jieħdu sehem fl-adozzjoni tal-proposta għal Deċiżjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Ir-ratifika ta' l-Islovenja tal-Protokoll tat-12 ta' Frar 2004, li jemenda l-Konvenzjoni ta' Pariġi tat-29 ta' Lulju 1960 dwar ir-Responsabbiltà ta' Terzi Persuni fil-Qasam ta' l-Enerġija Nukleari

Referenzi

09453/2007 - C6-0180/2007 - COM(2006)0793 - 2006/0260(AVC)

Talba għall-kunsens tal-PE

14.6.2007

Kummissjoni kompetenti

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

21.6.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

21.6.2007

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

ITRE

17.7.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Giuseppe Gargani

25.6.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

10.9.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

4.10.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Carlo Casini, Bert Doorn, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Katalin Lévai, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Aloyzas Sakalas, Francesco Enrico Speroni, Gary Titley, Diana Wallis, Rainer Wieland, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Charlotte Cederschiöld, Kurt Lechner, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, József Szájer

Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Lily Jacobs, Genowefa Grabowska, Michael Cashman, Iles Braghetto