RAKKOMANDAZZJONI GHAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)

12.10.2007 - (9388/2/2007 – C6‑0261/2007 – 2005/0211(COD)) - ***II

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Marie-Noëlle Lienemann

Proċedura : 2005/0211(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0389/2007
Testi mressqa :
A6-0389/2007
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)

(9388/2/2007 – C6‑0261/2007 – 2005/0211(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (9388/2/2007 – C6-0261/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0505)[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0389/2007),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni Komuni tal-KunsillEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 2

(2) Huwa evidenti li l-pressjonijiet fuq riżorsi naturali marini u d-domanda għal servizzi ekoloġiċi marini huma ta' spiss għoljin wisq u li l-Komunità teħtieġ li tnaqqas l-impatt tagħha fuq l-ilmijiet marini.

(2) Huwa evidenti li l-pressjonijiet fuq riżorsi naturali marini u d-domanda għal servizzi ekoloġiċi marini, bħall-assorbiment ta' l-iskart, huma għoljin wisq u li l-Komunità teħtieġ li tnaqqas l-impatt tagħha fuq l-ilmijiet marini fit-territorju tagħha u lil hinn minnu.

Emenda 2

Premessa 3

(3) L-ambjent marin huwa wirt prezzjuż li għandu jiġi protett, ippreservat u, fejn prattikabbli, restawrat bl-għan aħħari li tkun ippreservata l-bijodiversità u mantenuti oċeani u ibħra diversi u dinamiċi li jkunu nodfa, sani u produttivi. F'dak ir-rigward huwa meħtieġ li din id-Direttiva tipprovdi s-sinsla ambjentali tal-Politika Marina futura għall-Unjoni Ewropea.

(3) L-ambjent marin huwa wirt prezzjuż li għandu jiġi protett, ippreservat u restawrat bil-għan aħħari li tkun ippreservata l-bijodiversità u mantenuti oċeani u ibħra diversi u dinamiċi li jkunu nodfa, f’saħħithom u produttivi. F'dak ir-rigward huwa meħtieġ li din id-Direttiva tipprovdi s-sinsla ambjentali tal-Politika Marina futura għall-Unjoni Ewropea u, interalia, għandha tippromwovi l-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet ambjentali fl-oqsma ta' politika relevanti kollha.

Emenda 3

Premessa 10

(10) Kull Stat Membru għandu għalhekk jiżviluppa Strateġija Marina għall-ilmijiet marini tiegħu li, filwaqt li tkun speċifika għall-ilmijiet tiegħu, tkun tirrifletti l-perspettiva ġenerali tar-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin partikolari. L-Istrateġiji Marittimi għandhom jirriżultaw fl-eżekuzzjoni ta’ programmi ta’ miżuri mfassla biex jilħqu jew iżommu status ambjentali tajjeb. Madankollu, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa jieħdu passi speċjali fejn m'hemm l-ebda riskju sinifikanti għall-ambjent marin, jew fejn l-ispejjeż ikunu sproporzjonati b'kont meħud tar-riskji għall-ambjent marin, sakemm tkun ġustifikata adegwatament kull deċiżjoni sabiex ma titteħidx azzjoni.

(10) Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri li għandhom sehem minn Reġjun tal-Baħar għandhom jiżguraw li titfassal Strateġija tal-Baħar komuni għal kull reġjun jew subreġjun għall-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom. Kull Stat Membru għandu jiżviluppa Strateġija Marina għall-ilmijiet Ewropej tiegħu li, filwaqt li tkun speċifika għall-ilmijiet tiegħu, tkun tirrifletti l-perspettiva ġenerali tar-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin partikolari. L-Istrateġiji Marini għandhom jirriżultaw fl-eżekuzzjoni ta’ programmi ta’ miżuri mfassla sabiex jilħqu stat ambjentali tajjeb. Madankollu, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa jieħdu passi speċjali fejn m'hemm l-ebda riskju sinifikanti għall-ambjent marin, jew fejn l-ispejjeż ikunu sproporzjonati b'kont meħud tar-riskji għall-ambjent marin, sakemm tkun ġustifikata adegwatament kull deċiżjoni sabiex ma titteħidx azzjoni.

(PE l-ewwel qari emenda 9)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tenfasizza li l-Istati Membri għandhom jipprovaw ifasslu trateġija tal-baħar waħda u unika għall-kull reġjun jew subreġjun.

Emenda 4

Premessa 19

(19) L-assigurazzjoni ta' l-integrazzjoni ta' objettivi ta' konservazzjoni, ta' miżuri ta' ġestjoni u ta' attivitajiet ta' monitoraġġ u ta' valutazzjoni stabbiliti għal żoni marini protetti li l-Istati Membri jistgħu jixtiequ jindikaw bħala parti minn programmi ta' miżuri hija kruċjali sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva.

(19) L-assigurazzjoni ta' l-integrazzjoni ta' objettivi ta' konservazzjoni, ta' miżuri ta' ġestjoni u ta' attivitajiet ta' monitoraġġ u ta' valutazzjoni stabbiliti għal żoni marini protetti fi Strateġiji Marini hija kruċjali sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva.

Emenda 5

Premessa 19 a (ġdida)

 

(19a) Għandha jitqiesu wkoll il-bijodiversità u l-potenzjal għal riċerka tal-baħar assoċjati ma' ambjenti ta'baħar fond lil hinn mir-reġjuni l-iktar 'il barrau għandu jingħata appoġġ, taħt programmi speċifiċi, għat-tfassil ta' studji xjentifiċi bil-għan li ssir karatterizzazzjoni aħjar ta' l-ekosistemi ta' baħar fond.

Ġustifikazzjoni

Emenda 13 ta’ l-ewwel qari tal-PE.

Emenda 6

Premessa 21

(21) Bħala l-ewwel pass fil-preparazzjoni ta’ programmi ta’ miżuri, l-Istati Membri li jokkupaw Reġjun jew Sub-Reġjun Marin għandhom jagħmlu analiżi tal-karatteristiċi ta', u tal-pressjonijiet u impatti fuq, l-ilmijiet marini tagħhom, b’mod li jidentifikaw il-pressjonijiet u l-impatti predominanti fuq dawk l-ilmijiet, u analiżi ekonomika u soċjali ta' l-użu tagħhom u ta' l-ispiża tad-degradazzjoni ta’ l-ambjent marin. Huma jistgħu jużaw valutazzjonijiet li diġà saru fil-kuntest ta' Konvenzjonijiet dwar Ibħra Reġjonali bħala bażi għall-analiżi tagħhom.

(21) Bħala l-ewwel pass fil-preparazzjoni ta’ programmi ta’ miżuri, l-Istati Membri li jokkupaw Reġjun jew Sub-Reġjun Marin għandhom jagħmlu analiżi tal-karatteristiċi u l-funzjonijiet ta', u tal-pressjonijiet u impatti fuq, l-ilmijiet marini tagħhom, b’mod li jidentifikaw il-pressjonijiet u l-impatti predominanti fuq dawk l-ilmijiet, u analiżi ekonomika u soċjali ta' l-użu tagħhom u ta' l-ispiża tad-degradazzjoni ta’ l-ambjent marin. Huma jistgħu jużaw valutazzjonijiet li diġà saru fil-kuntest ta' Konvenzjonijiet dwar Ibħra Reġjonali bħala bażi għall-analiżi tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Emenda 15 ta’ l-ewwel qari tal-PE.

Emenda 7

Premessa 22

(22) Fuq il-bażi ta’ tali analiżi, l-Istati Membri għandhom imbagħad jiddeterminaw għall-ilmijiet Ewropej sett ta’ karatteristiċi li jikkostitwixxu status ambjentali tajjeb. Għal dawn l-għanijiet, huwa kunsiljabbli li ssir dispożizzjoni għall-iżvilupp ta' kriterji u standards metodoloġiċi sabiex tkun żgurata l-konsistenza u sabiex ikun jista' jsir tqabbil bejn ir-Reġjuni jew Sub-Reġjuni Marini sal-punt li fih ikun qed jintlaħaq status ambjentali tajjeb.

(22) Fuq il-bażi ta’ tali analiżi, l-Istati Membri għandhom imbagħad jiddeterminaw għall-ilmijiet Ewropej sett ta’ karatteristiċi li jikkostitwixxu status ambjentali tajjeb. Għal dawn l-għanijiet, huwa kunsiljabbli li ssir dispożizzjoni għall-iżvilupp ta' kriterji u standards metodoloġiċi sabiex tkun żgurata l-konsistenza u sabiex ikun jista' jsir tqabbil bejn ir-Reġjuni jew Sub-Reġjuni Marini sal-punt li fih ikun qed jintlaħaq status ambjentali tajjeb. Dawn għandhom jiġu żviluppati bl-involviment tal-partijiet interessati kollha.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi garantita t-trasparenza.

Emenda 8

Premessa 25

(25) Huwa kunsiljabbli li l-Istati Membri jieħdu l-passi msemmija hawn fuq, fid-dawl tal-preċiżjoni meħtieġa fl-attenzjoni li tingħata. Sabiex tkun żgurata l-koeżjoni ta’ l-azzjoni fil-Komunità kollha u fir-rigward ta’ l-impenji fil-livell globali, huwa essenzjali li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-passi meħudin, sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta l-koerenza ta' l-azzjoni mal-firxa tar-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat u tavża kif meħtieġ lill-Istati Membri.

(25) Huwa kunsiljabbli li l-Istati Membri jieħdu l-passi msemmija hawn fuq, fid-dawl tal-preċiżjoni meħtieġa fl-attenzjoni li tingħata. Sabiex tkun żgurata l-koeżjoni ta’ l-azzjoni fil-Komunità kollha u fir-rigward ta’ l-impenji fil-livell globali, huwa essenzjali li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-passi meħudin, sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta l-koerenza ta' l-azzjoni mal-firxa tar-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat u tapprova azzjoni ta' dan it-tip kif meħtieġ.

Emenda 9

Premessa 29

(29) Madankollu, huwa meħtieġ li l-flessibilità introdotta għall-każijiet speċjali tkun soġġetta għal kontroll f’livell Komunitarju. Rigward l-ewwel każ speċjali, huwa għalhekk kunsiljabbli li, matul il-valutazzjoni, tingħata l-attenzjoni dovuta lill-effikaċja ta’ kwalunkwe miżura ad hoc meħuda. Barra dan, f’każijiet fejn l-Istat Membru jirreferi għal azzjoni meħuda għal raġunijiet ta’ importanza massima fl-interess pubbliku, il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe modifika jew alterazzjoni li ssir lill-ambjent marittimu bħala konsegwenza ma jeskludux jew jikkompromettux b’mod permanenti l-kisba ta’ status ambjentali tajjeb fir-Reġjun Marittimu konċernat. Il-Kummissjoni għandha tagħti parir lill-Istati Membri kif meħtieġ jekk hija tqis li l-miżuri previsti mhumiex suffiċjenti jew adattati sabiex jiżguraw koerenza ta' azzjoni mal-firxa tar-Reġjun jew Sub-Reġjun konċernat.

(29) Madankollu, huwa meħtieġ li l-flessibilità introdotta għall-każijiet speċjali tkun soġġetta għal kontroll f’livell Komunitarju. Rigward l-ewwel każ speċjali, huwa għalhekk xieraq li, matul il-valutazzjoni li trid issir mill-Kummissjoni qabel tapprova l-programm ta’ miżuri, tingħata l-attenzjoni dovuta lill-effikaċja ta’ kwalunkwe miżura ad hoc meħuda. Barra dan, f’każijiet fejn l-Istat Membru jirreferi għal azzjoni meħuda għal raġunijiet ta’ interess pubbliku, il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe modifika jew alterazzjoni li ssir lill-ambjent marittimu bħala konsegwenza ma jeskludux jew jikkompromettux b’mod permanenti l-kisba ta’ status ambjentali tajjeb fir-Reġjun Marittimu konċernat.

Emenda 10

Premessa 34

(34) Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ewwel rapport ta’ valutazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva sa sentejn minn meta tirċievi l-programmi kollha ta’ miżuri u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn l-2021. Għandhom jiġu ppubblikati rapporti sussegwenti tal-Kummissjoni kull sitt snin minn dakinhar 'il quddiem.

(34) Huwa xieraq li l-Kummissjoni tippreżenta l-ewwel rapport ta’ valutazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva sa sentejn minn meta tirċievi l-programmi kollha ta’ miżuri u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn l-2017. Għandhom jiġu ppubblikati rapporti sussegwenti tal-Kummissjoni kull sitt snin minn dakinhar 'il quddiem.

(PE l-ewwel qari emenda 20)

Emenda 11

Premessa 36

(36) Miżuri li jirregolaw l-immaniġġjar tas-sajd jistgħu jittieħdu biss fil-kuntest tal-Politika Komuni tas-Sajd, kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-esplojtazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd, ibbażata fuq pariri xjentifiċi, u għalhekk m’humiex indirizzati minn din id-Direttiva. L-Artikoli 30 u 31 tat-Trattat EURATOM jirregolaw l-iskarigi u l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-użu ta’ materjal radjuattiv u għalhekk din id-Direttiva ma għandhiex tindirizzahom.

(36) Miżuri li jirregolaw l-immaniġġjar tas-sajd jistgħu jittieħdu, fost oħrajn, fil-kuntest tal-Politika Komuni tas-Sajd, kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-esplojtazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd, ibbażata fuq pariri xjentifiċi, u huma wkoll indirizzati minn din id-Direttiva. It-Trattat EURATOM jirregola l-iskarigi u l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-użu ta’ materjal radjuattiv u għalhekk din id-Direttiva ma tindirizzahomx.

Ġustifikazzjoni

Tressiq mill-ġdid ta' l-emenda 21 l-ewwel qari.

Ir-riferenza għall-Artikoli 30 u 31 biss tat-Trattat EURATOM biex tiġġustifika l-fatt li l-iskarigi u l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-użu ta' materjal radjuattiv" jiġu esklużi mill-ambitu tad-direttiva ma tistipulax l-aktar bażi legali xierqa.

Emenda 12

Premessa 37

(37) Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tikkunsidra l-impatti ambjentali tas-sajd u l-objettivi ta' din id-Direttiva.

(37) Il-Politika Komuni tas-Sajd, inkluż fir-riforma futura, għandha tikkunsidra l-impatti ambjentali tas-sajd u l-objettivi ta' din id-Direttiva.

Emenda 13

Premessa 39

(39) Ladarba l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marin, il-prevenzjoni tad-deterjorament tiegħu u fejn applikabbli r-restawr ta' dak l-ambjent f'żoni fejn ġie milqut ħażin, ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tad-Direttiva, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawn l-objettivi.

(39) Ladarba l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marin, il-prevenzjoni tad-deterjorament tiegħu u r-restawr ta' dak l-ambjent f'żoni fejn ġie milqut ħażin, ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tad-Direttiva, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawn l-objettivi.

Emenda 14

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għall-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marin, il-prevenzjoni tad-deterjorament tiegħu u fejn applikabbli r-restawr ta' dak l-ambjent f'żoni fejn ġie milqut ħażin.

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas li fih l-Istati Membri għandhom jiksbu stat ambjentali tajjeb fl-ambjent marittimu sa mhux aktar tard mis-sena 2017 u jieħdu miżuri li:

Għal dak il-fini, għandhom jiġu żviluppati u implimentati Strateġiji Marini bl-għan li jinkiseb jew jinżamm status ambjentali tajjeb fl-ambjent marin sa mhux aktar tard mis-sena 2021.

(a) jħarsu u jippreservaw l-ambjent tal-baħar jew li jippermettu r-rijabilitazzjoni tiegħu, jew li, fejn ikun prattiku, jiġu stabbiliti mill-ġdid il-funzjonijiet, il-proċessi u l-istruttura tal-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar;

 

b) jevitaw u jeliminaw progressivament it-tniġġis ta' l-ambjent tal-baħar biex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda impatt sinifikanti fuq il-bijodiversità tal-baħar, fuq l-ekosistemi tal-baħar, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-użu leġittimu tal-baħar;

 

(c) jillimitaw l-attivitajiet fl-ambjent tal-baħar għal livelli li jkunu sostenibbli u li ma jikkompromettux la l-użu jew l-attivitajiet tal-ġenerazzjoni tal-ġejjieni, u lanqas il-kapaċità ta' l-ekosistemi tal-baħar li jirreaġixxu għall-bidliet ikkawżati min-natura jew mill-bniedem.

2. L-Istrateġiji Marini għandhom japplikaw approċċ ibbażat fuq il-konsiderazzjoni ta' l-ekosistema għall-ġestjoni ta' l-attivitajiet tal-bniedem filwaqt li jippermettu l-użu sostenibbli ta' prodotti u servizzi marini.

 

3. Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għall-koerenza bejn, u jkollha l-għan li tiżgura l-integrazzjoni ta' interessi ambjentali fil-linji politiċi, fi ftehim u f'miżuri leġislattivi differenti li jkollhom impatt fuq l-ambjent marin.

 

(PE l-ewwel qari emenda 85)

Emenda 15

Artikolu 2, paragrafu 1

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ilmijiet marini kollha kif definiti fl-Artikolu 3(1).

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ilmijiet marini kollha kif definiti fl-Artikolu 3(1), u għandha tqis il-ħtieġa li tiġi żgurata l-kwalità ta' l-ambjent tal-baħar ta' l-Istati msieħba u ta' dawk applikanti.

Ġustifikazzjoni

L-effetti negattivi fuq l-ambjent tal-baħar ma jirrispettawx il-fruntieri jew il-liġijiet internazzjonali. Għalhekk jeħtieġ li jkun hemm koperazzjoni mill-qrib bejn l-istati kollha involuti.

Emenda 16

Artikolu 3, punt 1

1) 'ilmijiet marini' tfisser ilmijiet, il-qiegħ tal-baħar u s-subsoil tan-naħa tal-baħar tal-linja bażi minn fejn il-medda ta' l-ilmijiet territorjali hija mkejla li testendi sat-tarf nett taż-żona fejn Stat Membru ikollu u/jew jeżerċita drittijiet ta' ġurisdizzjoni, skond l-UNCLOS, bl-eċċezzjoni ta' ilmijiet li jmissu mat-territorji u territorji msemmija fl-Anness II mat-Trattat u mad-Dipartimenti u Kollettivitajiet Esteri Franċiżi. L-ilmijiet marini fuq in-naħa tal-baħar tal-linja bażi li għalihom tapplika d-Direttiva 2000/60/KE huma inklużi biss safejn huma konċernati elementi rilevanti għall-protezzjoni ta' l-ambjent marin li mhumiex fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE;

1) "ilmijiet marini" tfisser

 

(a) ilmijiet, il-qiegħ tal-baħar u s-subsoil tan-naħa tal-baħar tal-linja bażi minn fejn il-medda ta' l-ilmijiet territorjali hija mkejla li testendi sat-tarf nett taż-żona fejn Stat Membru ikollu u/jew jeżerċita drittijiet ta' ġurisdizzjoni, skond l-UNCLOS, bl-eċċezzjoni ta' ilmijiet li jmissu mal-pajjiżi u territorji msemmija fl-Anness II mat-Trattat u mad-Dipartimenti u Kollettivitajiet Esteri Franċiżi. u

 

(b) l-ilmijiet kollha tal-marea fl-Istati Membri jewli jmissu magħhom, li jinsabu fuq in-naħa ta' l-art tal-linja bażi li minnha titkejjel id-distanza ta' l-ilmijiet territorjali, u kwalunkwe art jew qiegħ tal-baħar miksi b'mod kontinwu jew mhux kontinwu minn dawn l-ilmijiet;

 

L-ilmijiet ta' max-xatt hekk kif definiti mid-Direttiva 2000/60/KE fuq in-naħa ta' l-art tal-linja bażi huma wkoll inklużi safejn aspetti partikulari ta' l-istatus ambjentali ta' l-ambjent tal-baħar m'humiex diġà indirizzati permezz ta' din id-Direttiva;

Emenda 17

Artikolu 3, punt 4

4) “status ambjentali” jfisser l-istat ġenerali ta’ l-ambjent fl-ilmijiet marittimi, filwaqt li jitqiesu l-istruttura, l-funzjoni u l-proċessi ta’ l-ekosistemi marittimi kostitwenti flimkien mal-fatturi naturali fisjografiċi, ġeografiċi u klimatiċi, kif ukoll il-kundizzjonijiet fiżiċi u kimiċi inklużi dawk li jirriżultaw minn attivitajiet tal-bniedem fiż-żona konċernata.

4) “status ambjentali” jfisser l-istat ġenerali ta’ l-ambjent fl-ilmijiet tal-baħar, filwaqt li jitqiesu l-istruttura, il-funzjoni u l-proċessi ta’ l-ekosistemi tal-baħar kostitwenti flimkien mal-fatturi naturali akustiċi, bijoloġiċi, fisjografiċi, ġeografiċi, ġeoloġiċi u klimatiċi, kif ukoll il-kundizzjonijiet fiżiċi u kimiċi inklużi dawk li jirriżultaw minn attivitajiet tal-bniedem fiż-żona konċernata, irrispettivament minn jekk dawn l-attivitajiet iseħħux fl-ilmijiet tal-baħar konċernati jew barra minnhom;

Emenda 18

Artikolu 3, punt 5

5) 'status ambjentali tajjeb' tfisser l-istatus ambjentali ta' ilmijiet marini fejn dawn jikkostitwixxu oċeani u ilmijiet ekoloġikament diversi u dinamiċi li jkunu nodfa, b'saħħithom u produttivi fil-kondizzjonijiet intrinsiċi tagħhom, u fejn l-użu ta' l-ambjent marin huwa f'livell li jkun sostenibbli, u li b'hekk jissalvagwardja l-potenzjal għall-użi u attivitajiet minn ġenerazzjonijiet attwali u futuri, jiġifieri:

5) "status ambjentali tajjeb" tfisser l-istatus ambjentali ta' ilmijiet marini fejn dawn jikkostitwixxu oċeani u ibħra ekoloġikament diversi u dinamiċi li jkunu nodfa, b'saħħithom u produttivi fil-kondizzjonijiet intrinsiċi tagħhom, u fejn l-użu ta' l-ambjent marin huwa f'livell li jkun sostenibbli, u li b'hekk jissalvagwardja l-potenzjal għall-użi u l-attivitajiet tal-ġenerazzjonijiet attwali u futuri, jiġifieri:

(a) l-istruttura, il-funzjonijiet u l-proċessi ta' l-ekosistemi marini, flimkien mal-fatturi assoċjati fisjografiċi, ġeografiċi u klimatiċi, jippermettu dawk l-ekosistemi sabiex jiffunzjonaw bis-sħiħ u sabiex iżommu r-reżiljenza tagħhom. L-ispeċijiet u l-habitats marini jkunu protetti, it-tnaqqis tal-bijodiversità kkaġunat mill-bniedem ikun impedit u komponenti bijoloġiċi differenti jiffunzjonaw f'armonija;

(a) l-istruttura, il-funzjonijiet u l-proċessi ta' l-ekosistemi marini kostitwenti, flimkien mal-fatturi assoċjati fisjografiċi, ġeografiċi, ġeoloġiċi u klimatiċi, jippermettu dawk l-ekosistemi sabiex jiffunzjonaw bil-mod naturali ta' kif normalment imantnu lilhom infushom u sabiex iżommu r-reżiljenza naturali tagħhom kontra bidliet ambjentali usa'. L-ispeċijiet u l-habitats marini jkunu protetti, id-deterjorazzjoni tagħhom tiġi evitata u, fejn hu possibbli, l-istruttura, il-funzjonijiet u l-proċessi jiġu restawrati. It-tnaqqis tal-bijodiversità kkaġunat mill-bniedem ikun evitat u l-komponenti bijoloġiċi differenti jiffunzjonaw f'armonija;

(b) il-proprjetajiet idro-morfoloġiċi, fiżiċi u kimiċi, ta' l-ekosistemi, inklużi dawk il-proprjetajiet li jirriżultaw minn attivitajiet tal-bniedem fiż-żona konċernata, jappoġġaw l-ekosistemi kif deskritt hawn fuq. L-inputs antropoġeniċi ta' sustanzi u enerġija fl-ambjent marin ma jikkaġunawx effetti ta' tniġġis.

(b) il-proprjetajiet idro-morfoloġiċi, fiżiċi u kimiċi, ta' l-ekosistemi, inklużi dawk il-proprjetajiet li jirriżultaw minn attivitajiet tal-bniedem fiż-żona konċernata, jappoġġjaw l-ekosistemi kif deskritt hawn fuq. L-inputs antropoġeniċi ta' sustanzi u enerġija, inkluż l-istorbju, fl-ambjent marin jitnaqqsu b'mod konsistenti sabiex jiġi żgurat li l-impatt fuq il-bijodiversità jew fuq l-ekosistemi tal-baħar, jew ir-riskji għalihom, għas-saħħa tal-bniedem jew għall-użu leġittimu tal-baħar jiġu limitati u li dawn l-inputs ma jikkawżawx tniġġis;

 

(ba) l-attivitajiet kollha tal-bniedem fis-settur ikkonċernat u 'l barra minnu jkunu mmaniġġjati b'mod li l-pressjoni kollettiva tagħhom fuq l-ekosistemi tal-baħar tkun kompatibbli ma' status ambjentali tajjeb. L-attivitajiet tal-bniedem fl-ambjent tal-baħar ma' jaqbżux livelli li huma sostenibbli fuq skala ġeografika xierqa għal skopijiet ta' evalwazzjoni. Jinżamm il-potenzjal ta' l-użu u ta' l-attivitajiet tal-ġenerazzjonijiet futuri fl-ambjent tal-baħar; u

 

 

(bb) il-kundizzjonijiet kollha li hemm fl-Anness I ikunu ssodisfati;

 

L-istatus ambjentali tajjeb għandu jiġi determinat fil-livell tar-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin kif imsemmi fl-Artikolu 4, abbażi tad-deskritturi kwalitattivi ġeneriċi fl-Anness I. Għandha tiġi applikata ġestjoni li tadatta abbażi ta' l-approċċ favur l-ekosistema sabiex isir progress lejn status ambjentali tajjeb;

L-istatus ambjentali tajjeb għandu jiġi determinat fil-livell tar-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin kif imsemmi fl-Artikolu 4. Għandha tiġi applikata ġestjoni li tadatta abbażi ta' l-approċċ favur l-ekosistema bil-għan li jinkiseb status ambjentali tajjeb;

Ġustifikazzjoni

Il-verżjoni l-ġdida ta' l-emenda tibqa' eqreb sew tat-test tal-Kunsill, filwaqt li ddaħħal kull ma huwa meħtieġ biex jitjieb il-lingwaġġ.

Emenda 19

Artikolu 3, punt 6

6) 'kriterji" tfisser karatteristiċi tekniċi distintivi li huma marbutin mill-qrib ma' deskritturi kwalitattivi ġeneriċi;

6) "kriterji" tirreferi għall-kundizzjonijiet elenkati fl-Anness I u tfisser karatteristiċi tekniċi distintivi li huma marbutin mill-qrib ma' deskritturi kwalitattivi ġeneriċi.

Emenda 20

Artikolu 3, punt 8

8) 'tniġġis' tfisser introduzzjoni diretta jew indiretta, kaġun ta’ attività umana, ta’ sustanzi jew enerġija, li jinkludi storbju taħt il-baħar ikkawżat mill-bniedem, fl-ambjent marittimu li jirriżulta jew x’aktarx jirriżulta f’effetti detrimentali bħal m’huma l-ħsara lir- riżorsi ħajja u l-ħajja tal-baħar, perikli għas-saħħa tal-bniedem, tfixkil ta’ attivitajiet marittimi, inklużi s-sajd, it-turiżmu u r-rekreazzjoni u użu leġittimu ieħor tal-baħar, ħsara fil-kwalità ta’ l-użu ta’ l-ilma baħar u tnaqqis ta’ amenitajiet.

(8) "tniġġis" tfisser l-introduzzjoni diretta jew indiretta fl-ambjent marin, kaġun ta’ attività tal-bniedem, ta’ sustanzi, enerġija jew storbju li tirriżulta jew tista' tirriżulta f’effetti detrimentali bħal ħsara lill-bijodiversità tal-baħar u l-ekosistemi marini, perikli għas-saħħa tal-bniedem, tfixkil ta’ attivitajiet marini, inklużi s-sajd, it-turiżmu u r-rekreazzjoni u użu leġittimu ieħor tal-baħar, ħsara fil-kwalità ta’ l-użu ta’ l-ilma baħar u tnaqqis ta’ amenitajiet jew, b'mod ġenerali, ħsara lill-użu sostennibbli ta' prodotti jew servizzi marini;

Ġustifikazzjoni

PE l-ewwel qari emenda 27.

Emenda 21

Artikolu 4, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. 2 a. Għal kull reġjun marittimu l-Istati Membri kkonċernati għandhom jaraw li jkollhom status ekoloġiku tajjeb fl-ilmijiet marittimi Ewropej ta' dak ir-reġjun sa mhux aktar tard mill-2017, permezz tat- tnedija u l-implimentazzjoni ta' strateġija marittima għal dak ir-reġjun, skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva.

(PE l-ewwel qari emenda 31)

Emenda 22

Artikolu 5, paragrafu 1

1. Kull Stat Membru għandu, fir-rigward ta' kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat, jiżviluppa Strateġija Marina għall-ilmijiet marini tiegħu skond il-pjan ta' azzjoni stabbilit fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2.

1. L-Istati Membri għandu jkollhom stat ambjentali tajjeb bis-saħħa tat-twaqqif u ta' l-implimentazzjoni ta' strateġiji tal-baħar.

.

Emenda 23

Artikolu 5, paragrafu 2, il-parti introduttorja

2. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw sabiex jiżguraw li, f'kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin, il-miżuri li jkunu meħtieġa sabiex jinkisbu l-objettivi ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari l-elementi differenti ta' l-Istrateġiji Marini msemmijin fil-punti (a) u (b), ikunu kkoordinati, kif ġej:

2. L-Istati Membri li bejniethom jaqsmu reġjun tal-baħar għandhom jieħdu ħsieb li titfassal strateġija waħda konġunta għall-baħar għal kull reġjun jew sub-reġjun għall-ilmijiet li, fi ħdan dan ir-reġjun, jinsabu fit-territorju jew fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Kull Stat Membru għandu, fir-rigward ta’ kull Reġjun Marittimu konċernat, jiżviluppa Strateġija Marittima għall-ilmijiet marittimi Ewropej tiegħu f’konformità mal-pjan ta’ azzjoni li ġej:

Emenda 24

Artikolu 5, paragrafu 2, punt (a)

a) preparazzjoni:

a) preparazzjoni:

i) valutazzjoni inizjali, li għandha titlesta sa..., ta’ l-istatus ambjentali attwali ta’ l-ilmijiet konċernati u ta' l-impatt ambjentali ta’ l-attivitajiet tal-bniedem fuq dan, skond l-Artikolu 8;

i) valutazzjoni inizjali, li għandha titlesta sa..., ta’ l-istatus ambjentali attwali ta’ l-ilmijiet konċernati u ta' l-impatt ambjentali ta’ l-attivitajiet tal-bniedem fuq dan, skond l-Artikolu 8;

ii) determinazzjoni, li għandha tiġi stabbilita sa ..., ta’ status ambjentali tajjeb għall-ilmijiet konċernati, skond l-Artikolu 9(1);

ii) determinazzjoni, li għandha tiġi stabbilita sa ..., ta’ status ambjentali tajjeb għall-ilmijiet konċernati, skond l-Artikolu 9(1);

iii) l-istabbiliment, sa..., ta’ serje ta’ miri ambjentali u ta' indikaturi assoċjati, skond l-Artikolu 10(1);

iii) l-istabbiliment, sa..., ta’ serje ta’ miri ambjentali u ta' indikaturi assoċjati, skond l-Artikolu 10(1);

(iv) l-istabbiliment u l-implimentazzjoni, sa ... ħlief fejn ikun diversament speċifikat fil-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti, ta’ programm ta’ monitoraġġ għall-valutazzjoni kontinwa u għall-aġġornamenti regolari tal-miri, skond l-Artikolu 11(1);

(iv) l-istabbiliment u l-implimentazzjoni, sa ... ħlief fejn ikun diversament speċifikat fil-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti, ta’ programm ta’ monitoraġġ għall-valutazzjoni kontinwa u għall-aġġornamenti regolari tal-miri, skond l-Artikolu 11(1);

____________

* erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva.

____________

* sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva.

* 5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

* 3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

* 6 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

 

(PE l-ewwel qari emenda 34)

Emenda 25

Artikolu 5, paragrafu 2, punt b)

b) programmi ta’ miżuri:

b) programmi ta’ miżuri:

i) l-iżvilupp, sa mhux aktar tard mill-2012, ta’ programm ta’ miżuri maħsub biex jilħaq status ambjentali tajjeb, skond l-Artikolu 13(1), (2) u (3);

i) l-iżvilupp, sa mhux aktar tard mill-2012, ta’ programm ta’ miżuri maħsub biex jilħaq status ambjentali tajjeb, skond l-Artikolu 13(1), (2) u (3);

ii) il-bidu ta' l-operazzjoni tal-programm previst fil-punt (i), sa mhux aktar tard mill-2014, skond l-Artikolu 13(7).

ii) il-bidu ta' l-operazzjoni tal-programm previst fil-punt (i), sa mhux aktar tard mill-2014, skond l-Artikolu 13(7).

(PE l-ewwel qari emenda 35)

Emenda 26

Artikolu 5, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu mekkaniżmi adegwati li jippermettu t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2 rigward l-artikolu 8, 9, 10, 11 u 13, b'konformità ma' l-Artikolu 6 u bil-għan li tinkiseb strateġija waħda komuni għall-baħar għal kull reġjun u relazzjoni waħda konġunta dwar l-aspetti msemmija f'dawn l-artikoli.

 

Għal kull reġjun tal-baħar, l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti għandu jikkomunika r-rapport li jinħareġ fi żmien tliet xhur lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri konċernati.

(PE l-ewwel qari emenda 37)

Emenda 27

Artikolu 5, paragrafu 2 b (ġdid)

 

2b. Id-dispożizzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 m'għandhomx iwaqqfu kwalunkwe Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri protettivi aktar stretti.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt tagħhom li jintroduċu miżuri protettivi aktar stretti.

Emenda 28

Artikolu 5, paragrafu 3, il-parti introduttorja

3. L-Istati Membri li għandhom fruntieri fuq l-istess Reġjun jew Sub-Reġjun Marin koperti minn din id-Direttiva huma esortati, fejn l-istatus tal-baħar ikun tant kritiku li jkun jeħtieġ azzjoni urġenti, li jfittxu li jaqblu dwar pjan ta' azzjoni skond il-paragrafu 1, li jinkludi bidu iżjed bikri għall-operazzjoni ta' programmi ta' miżuri. F'dawn il-każijiet:

3. L-Istati Membri li għandhom fruntieri fuq l-istess Reġjun jew Sub-Reġjun Marin koperti minn din id-Direttiva huma esortati, fejn l-istatus tal-baħar ikun tant kritiku li jkun jeħtieġ azzjoni urġenti, li jfasslu pjan ta' azzjoni skond il-paragrafu 1, li jinkludi bidu iżjed bikri għall-operazzjoni ta' programmi ta' miżuri. F'dawn il-każijiet:

Ġustifikazzjoni

Il-kliem fl-Artikolu 5(3) tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill ma jpoġġi l-ebda obbligu fuq l-Istati Membri. Sabiex tinkiseb integrazzjoni ġenwina bejn l-oqsma differenti b'konformità mal-Green Paper 'Lejn Politika Marittima futura għall-Unjoni', jeħtieġ li dan jitfassal b'mod li jorbot ferm aktar.

Emenda 29

Artikolu 5 paragrafu 3 subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Ir-reġjun marittimu tal-Baħar Baltiku jista' jkun zona pilota sabiex tiġi implimentata l-istrateġija marittima. Il-Pjan ta' Azzjoni li se jsir għall-Baħar Baltiku mill-Konvenzjoni ta' Helsinki (HELCOM) jista' jkun riżors utli sabiex il-Baħar Baltiku jintuża bħala zona pilota għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija marina.

 

Sa mhux aktar tard mill-2010, l-Istati Membri tar-reġjun għandhom jiżviluppaw programm komuni ta' miżuri għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku b'konformità ma' l-Artikolu 13, sabiex jinkiseb status ambjentali tajjeb fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku.

Ġustifikazzjoni

Huwa fatt magħruf sew li l-istat ambjentali tal-Baħar Baltiku huwa urġenti ħafna. Tmienja mid-disa' stati madwar il-Baħar Baltiku huma Stati Membri ta' l-UE. Għalhekk ir-Reġjun tal-Baħar Baltiku jista' jkun zona pilota għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija marina.

Emenda 30

Artikolu 5, paragrafu 4

4. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw l-elementi kollha ta' l-istrateġiji marini msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, iżda meta jagħmlu dan huma m'għandhomx ikunu meħtieġa jieħdu passi speċifiċi fejn ma jkun hemm l-ebda riskju sinifikanti għall-ambjent marin, jew fejn l-ispejjeż ikunu sproporzjonati b'kont meħud tar-riskji għall-ambjent marin.

4. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw l-elementi kollha ta' l-istrateġiji marini msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2.

Fejn, għal xi waħda minn dawn ir-raġunijiet, Stat Membru ma jagħmel ebda pass, hu għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bil-ġustifikazzjoni meħtieġa sabiex jissostanzja d-deċiżjoni tiegħu.

 

Ġustifikazzjoni

It-test il-ġdid tal-Kunsill huwa żejjed. L-artikolu dwar programmi ta' miżuri jistipula li ssir analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla man-nefqa, u li jiġi żgurat li l-miżuri huma effettivi fir-rigward ta' l-infiq.

Emenda 31

Artikolu 6, paragrafu 2, subparagrafu 1

2. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, Stati Membri għandhom, f’kull Reġjun jew Sotto-Reġjun Marittimu, jagħmlu kull sforz biex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi li għandhom sovranità jew ġurisdizzjoni fuq ilmijiet fl-istess Reġjun jew Sotto-Reġjun.

2. 2. Bil-għan li titwaqqaf u tiġi mplimentata strateġija għall-ambjent tal-baħar, l-Istati Membri għandhom, f’kull reġjun jew sub-reġjun marin, jagħmlu kull sforz, bl-użu tal-fora internazzjonali rilevanti, inklużi mekkaniżmi u strutturi ta' Konvenzjonijiet dwar Ibħra Reġjonali, sabiex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi li jkollhom sovranità jew ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fl-istess reġjun jew sub-reġjun tal-baħar.

 

a) il-pajjiżi terzi li għandhom sovranità jew ġurisdizzjoni fuq iz-zoni marittimi li jiffurmaw parti mir-reġjun tal-baħar konċernat;

 

b) il-pajjiżi terzi li għandhom vapuri joperaw fir-reġjun tal-baħar konċernat; u u

 

c) il-pajjiżi terzi li m'għandhomx kosta mal-baħar iżda li fit-territorju tagħhom għandhom sorsi puntwali jew diffużi ta' tniġġis li jinfirex lejn ir-reġjun tal-baħar konċernat permezz tax-xmajjar jew ta' l-atmosfera.

(PE l-ewwel qari emenda 42)

Ġustifikazzjoni

L-attivitajiet tal-pajjiżi li m'għandhomx kosta u tal-pajjiżi li joperaw vapuri fl-ilmijiet ta' Stat Membru jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq l-istat ambjentali ta' dawn l-ilmijiet minħabba t-tniġġis li jiġi mill-art jew mill-vapuri. Id-direttiva tistipula li l-Istati Membri għandhom, "fejn dan huwa possibbli u opportun", jużaw l-istrutturi istituzzjonali eżistenti biex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom.

Emenda 32

Artikolu 8, paragrafu 1, parti introduttorja u punti (a) u (b)

1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu valutazzjoni inizjali ta' l-ilmijiet marini tagħhom, b'kont meħud ta' data eżistenti fejn disponibbli u li tkopri li ġej:

1. Għal kull reġjun tal-baħar, l-Istati Membri għandhom jagħmlu valutazzjoni inizjali ta' l-ilmijiet marini tagħhom, b'kont meħud ta' data eżistenti fejn disponibbli u li tkopri li ġej:

analiżi tal-karatteristiċi essenzjali u ta' l-istatus ambjentali attwali ta’ dawk l-ilmijiet, ibbażata fuq il-listi indikattivi ta’ elementi stabbiliti fit-Tabella 1 ta’ l-Anness III, u li tkopri l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi, it-tipi ta’ habitats, il-karatteristiċi bijoloġiċi u l-idromorfoloġija;

analiżi tal-karatteristiċi essenzjali, il-funzjonijiet u l-istatus ambjentali attwali ta’ dawk l-ilmijiet, ibbażata fuq il-listi indikattivi ta’ elementi stabbiliti fit-Tabella 1 ta’ l-Anness II, u li tkopri l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi, it-tipi ta’ habitats, il-karatteristiċi bijoloġiċi u l-idromorfoloġija;

analiżi tal-pressjonijiet u l-impatti predominanti, inkluża l-attività tal-bniedem, fuq il-karatteristiċi u l-istatus ambjentali ta’ dawk l-ilmijiet ibbażata fuq il-lista mhux eżawrjenti ta’ l-elementi stabbilita fit-Tabella 2 ta’ l-Anness II, u li tkopri t-taħlita kwalitattiva u kwantitattiva tal-pressjonijiet varji, kif ukoll ix-xejriet li jintlemħu;

(b) analiżi tal-pressjonijiet u l-impatti predominanti, inkluża l-attività tal-bniedem, fuq l-istatus ambjentali ta’ dawk l-ilmijiet li:

 

 

(i) tkun ibbażata fuq il-lista mhux eżawrjenti ta’ l-elementi stabbilita fit-Tabella 2 ta’ l-Anness II, u li tkopri t-taħlita kwalitattiva u kwantitattiva tal-pressjonijiet varji, kif ukoll ix-xejriet li jintlemħu;

 

(ii) tkopri l-effetti kumulattivi u sinerġetiċi, u

 

tqies l-evalwazzjonijiet rilevanti li ġew imfassla skond il-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti;

Ġustifikazzjoni

Tissupplimenta l-kriterji għall-evalwazzjoni ta' l-Istati Membri ta' l-istatus ta' l-ilmijiet marini tagħhom.

Emenda 33

Article 8, paragraph 2

2. L-analiżi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu kont ta' l-elementi li jirrigwardaw ilmijiet kostali, transizzjonali u territorjali koperti mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2000/60/KE. Huma għandhom ukoll jieħdu kont ta', jew jużaw bħala l-bażi tagħhom, valutazzjonijiet rilevanti oħra bħal dawk imwettqa b'mod konġunt fil-kuntest tal-Konvenzjonijiet dwar Ibħra Reġjonali sabiex jipproduċu valutazzjoni komprensiva ta’ l-istatus ta’ l-ambjent marin.

2. L-analiżi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu kont ta' l-elementi li jirrigwardaw ilmijiet kostali, transizzjonali u territorjali koperti mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2000/60/KE kif ukoll dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi, id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm u d-Direttiva proposta dwar l-istandards tal-kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika dwar l-ilma. Huma għandhom ukoll jieħdu kont ta', jew jużaw bħala l-bażi tagħhom, valutazzjonijiet rilevanti oħra bħal dawk imwettqa b'mod konġunt fil-kuntest tal-Konvenzjonijiet dwar Ibħra Reġjonali sabiex jipproduċu valutazzjoni komprensiva ta’ l-istatus ta’ l-ambjent marin.

_______

ĠU L 1, 5.7.1985, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

2 OJ L 64, 4.3.2006, p. 37.

(COM(2006)0373)

Ġustifikazzjoni

L-evalwazzjoni ta’ l-elementi deskritta fl-Anness III biex ikun determinat status ambjentali tajjeb u l-analiżijiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jibnu fuq u jikkomplementaw leġiżlazzjoni eżistenti u dik li se ssir sabiex ikun evitat xogħol doppju.

Emenda 34

Artikolu 8, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. 2 a. Għal kull reġjun tal-baħar, l-Istati Membri għandhom iħejju l-evalwazzjoni stipulata f'paragrafu 1 u jagħmlu sforz biex permezz tal-koordinazzjoni skond l-Artikolu 5 u 6 jiżguraw li:

 

a) il-metodi ta' evalwazzjoni tagħhom ikunu koerenti ma' dawk ta' l-Istati Membri li jinsabu fl-istess regjun tal-baħar;

 

b) jiġu kkunsidrati l-impatt u l-karatterictiċi transkonfinali; u u

 

c) jiġu kkunsidrati l-fehmiet ta' l-Istati Membri li jinsabu fl-istess regjun tal-baħar.

(PE l-ewwel qari emenda 51)

Emenda 35

Artikolu 8, paragrafu 2 b (ġdid)

 

2b. Dejta u informazzjoni li jirriżultaw mill-evalwazzjoni inizjali għandhom ikunu disponibbli għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, kif ukoll għall-organizzazzjonijiet u l-konvenzjonijiet reġjonali rilevanti marittimi u tas-sajd, mhux iktar tard minn tliet xhur wara li tkun tlestiet dik l-evalwazzjoni, għall-użu f’evalwazzjonijiet marittimi pan-Ewropej, b’mod partikulari r-reviżjoni ta’ l-istatus ta’ l-ambjent tal-baħar fil-Komunità skond l-Artikolu 20(2)(b).

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tingħata l-informazzjoni rilevanti kollha biex tkun faċilitata bażi ta’ dejta ċentrali u għal użu f’rapporti ta’ status pan-Ewropej għall-ibħra ta’ l-Ewropa.

Emenda 36

Artikolu 9, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. B’referenza għall-valutazzjoni inizjali magħmula skond l-Artikolu 8(1), l-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta’ kull Reġjun Marittimu konċernat, jiddeterminaw għall-ilmijiet marittimi Ewropej sett ta’ karatteristiċi għal status ambjentali tajjeb, fuq il-bażi ta’ deskritturi kwalitattivi, kriterji u standards ġeneriċi previsti fil-paragrafu 3.

1. 1. B’referenza għall-valutazzjoni inizjali magħmula skond l-Artikolu 8(1), l-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta' kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat, jiddeterminaw, għall-ilmijiet marini, sett ta’ karatteristiċi għal status ambjentali tajjeb, abbażi tad-deskritturi kwalitattivi ġeneriċi u l-karatteristiċi, il-pressjoni u l-effetti elenkati fl-Annessi I u III.

(PE l-ewwel qari emenda 53)

Emenda 37

Artikolu 9, paragrafu 3

3. Criteria and methodological standards for the determination of good environmental status, which are designed to amend non essential elements of this Directive by supplementing it, shall be laid down, on the basis of Annexes I and III, in accordance with the regulatory procedure with scrutiny referred to in Article 23(3) by …* in such a way as to ensure consistency and to allow for comparison between Marine Regions or Sub Regions of the extent to which good environmental status is being achieved. Before proposing such criteria and standards the Commission shall consult all interested parties, including Regional Sea Conventions.

imħassar

___________________

Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Dirtettiva.

 

(PE l-ewwel qari emenda 54)

Emenda 38

Artikolu 10, paragrafu 1

1. On the basis of the initial assessment made pursuant to Article 8(1), Member States shall, in respect of each Marine Region or Sub-Region, establish a comprehensive set of environmental targets and associated indicators for their marine waters so as to guide progress towards achieving good environmental status in the marine environment, taking into account the indicative list of characteristics set out in Annex IV.

1. Fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni inizjali magħmula skond l-Artikolu 8(1), l-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta’ kull Reġjun Marittimu konċernat, jistabbilixxu b’mod konġunt sett komprensiv wieħed ta’ miri ambjentali, maħsuba biex jiksbu stat ambjentali tajjeb, sa mhux aktar tard mill-2017, u indikaturi assoċjati, filwaqt li jqiesu l-lista mhux eżawrjenti ta’ karatteristiċi stabbiliti fl-Anness IV.

Fit-tfassil ta’ dawk il-miri u l-indikaturi, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-applikazzjoni kontinwa tal-miri ambjentali eżistenti, stabbiliti fil-livell nazzjonali, Komunitarju jew internazzjonali fir-rigward ta’ l-istess ilmijiet.

Fit-tfassil ta’ dawk il-miri ambjentali u indikaturi, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta' l-applikazzjoni kontinwa ta' miri ambjentali eżistenti rilevanti, stabbiliti fil-livell nazzjonali, Komunitarju jew internazzjonali fir-rigward ta’ l-istess ilmijiet, waqt li jiżguraw li l-impatti transkonfinali sinifikattivi u l-karatteristiċi transkonfinali jkunu meqjusa bl-istess mod.

(PE l-ewwel qari emenda 55)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkorrespondi mal-kunċett tat-twaqqif ta' strateġija unika għall-ambjent tal-baħar għal kull reġjun jew sotto-reġjun, imdaħħla mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari. Għandha l-għan li tiggarantixxi l-adozzjoni ta' sett wieħed ta' miri ambjentali u ta' indikaturi għal kull reġjun jew sotto-reġjun tal-baħar. Aktar mill-ambjent ta' l-art, l-ambjent tal-baħar għandu jkun il-mira ta' politika li tqis l-impatti u l-elementi transkonfinali.

Emenda 39

Artikolu 11, paragrafu 2, subparagrafu 1

Il-programmi ta' monitoraġġ għandhom jibnu fuq, u jkunu kompatibbli ma', dispożizzjonijiet rilevanti għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ stipulati bil-leġislazzjoni Komunitarja jew taħt ftehim internazzjonali.

Il-programmi ta' monitoraġġ għandhom ikunu konsistenti ma’ Reġjuni jew Sub-Reġjuni tal-Baħar u għandhom jibnu fuq, u jkunu kompatibbli ma', dispożizzjonijiet rilevanti għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ stipulati bil-leġislazzjoni Komunitarja, b’mod partikulari d-Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE, jew taħt ftehim internazzjonali, jew fuq inizjattivi Komunitarji dwar infrastrutturi għal dejta spazjali u GMES (Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà), b’mod partikulari fis-servizzi tal-baħar sal-punt li tali rekwiżiti jkunu relatati ma’ l-ilmijiet tal-baħar ta’ l-Istat Membru fir-Reġjun tal-Baħar imsemmi qabel.

 

Ġustifikazzjoni

Referenzi espliċiti tal-prinċipji ambjentali tal-politika ta’ konservazzjoni ta’ l-UE għandhom isaħħu l-applikazzjoni tagħhom u jipprovdu konsistenza mad-direzzjoni iktar wiesgħa tal-politika ambjentali ta’ l-UE.

Emenda 40

Artikolu 11, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. Għal kull reġjun jew sottoreġjun marittimu l-Istati Membri għandhom ifasslu programm ta' monitoraġġ skond il-paragrafu 1 u għandhom - fl-interess tal-koordinazzjoni - jieħdu l-azzjoni neċessarja sabiex jiżguraw li:

 

a) il-metodi ta' sorveljanza jkunu koerenti bejn l-Istati Membri u bbażati fuq l-għanijiet komuni li jkunu definiti b'mod ċar;

 

b) jiġu kkunsidrati l-impatti sinifikanti transkonfinali u l-karatteristiċi transkonfinali;

(PE l-ewwel qari emenda 57)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li ttejjeb il-koordinazzjoni u l-koerenza tal-kontrolli magħmula fil-qafas tal-programmi. L-għan tagħha huwa li tiżgura li l-impatti importanti u l-elementi karatteristiċi transkonfinali jitqiesu waqt il-fażi tas-sorveljanza.

Emenda 41

Artikolu 11, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Dejta u informazzjoni li jirriżultaw minn dawn il-programmi ta’ monitoraġġ għandhom ikunu disponibbli għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, kif ukoll għall-organizzazzjonijiet u l-konvenzjonijiet reġjonali rilevanti marittimi u tas-sajd, mhux iktar tard minn tliet xhur wara li jkunu tlestew dawk il-programmi, għall-użu f’evalwazzjonijiet marittimi pan-Ewropej, b’mod partikulari r-reviżjoni ta’ l-istatus ta’ l-ambjent tal-baħar fil-Komunità skond l-Artikolu 20 (2)(b).

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tingħata l-informazzjoni rilevanti kollha biex tkun faċilitata bażi ta’ dejta ċentrali u għal użu f’rapporti ta’ status pan-Ewropej għall-ibħra ta’ l-Ewropa.

Emenda 42

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 12

Notifiki u parir tal-Kummissjoni

Notifiki u evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni

Abbażi tan-notifiki magħmulin skond l-Artikoli 9(2), 10(2) u 11(2) fir-rigward ta' kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin, il-Kummissjoni għandha tavża lil kull Stat Membru dwar jekk l-elementi notifikati jikkostitwixxux qafas adegwat li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Abbażi tan-notifiki magħmulin skond l-Artikoli 9(2), 10(2) u 11(2) fir-rigward ta' kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin, il-Kummissjoni għandha tavża lil kull Stat Membru dwar jekk l-elementi notifikati jikkostitwixxux qafas adegwat li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Fil-formulazzjoni tal-parir tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-koerenza ta’ l-oqfsa fir-Reġjuni jew Sub-Reġjuni Marini differenti u mal-Komunità kollha u tista' titlob l-Istat Membru konċernat sabiex jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun disponibbli u meħtieġa.

Fl-evalwazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-koerenza ta’ l-oqfsa fir-Reġjuni jew Sub-Reġjuni Marini differenti u mal-Komunità kollha u tista' titlob l-Istat Membru konċernat sabiex jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa.

 

Sa sitt xhur minn meta tirċievi n-notifika tal-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti skond l-Artikolu 11, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, fil-każ ta’ kwalunkwe Stat Membru, li tirrifjuta l-qafas jew kull element minnu, fuq il-bażi li dan ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva.

Emenda 43

Artikolu 13, paragrafu 2, subparagrafu 1

Dawk il-miżuri għandhom jitfasslu abbażi tal-valutazzjoni inizjali magħmula skond l-Artikolu 8(1) u b’referenza għall-miri ambjentali stabbiliti skond l-Artikolu 10(1), u b’konsiderazzjoni tat-tipi ta’ miżuri elenkati fl-Anness VI.

Dawk il-miżuri għandhom jitfasslu abbażi tal-valutazzjoni inizjali magħmula skond l-Artikolu 8(1) u b’referenza għall-miri ambjentali stabbiliti skond l-Artikolu 10(1), u b’konsiderazzjoni tat-tipi ta’ miżuri elenkati fl-Anness VI, impatti u karatteristiċi transkonfinali rilevanti, u għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji ambjentali li ġejjin:

 

(a) il-prinċipju ta’ prekawzjoni u l-prinċipji li għandha tittieħed azzjoni ta’ prevenzjoni, li l-ħsara ambjentali għandha, bħala prijorità, tiġi rrettifikata fis-sors u li min iniġġes għandu jħallas;

 

(b) approċċ ibbażat fuq l-ekosistema.

 

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-miżuri li jridu jittieħdu dwar it-traċċabilità u l-iskopriment tat-tniġġis tal-baħar.

Emenda 44

Article 13, paragraph 2

2. L-Istati Membri għandhom jintegraw il-miżuri mfassla skond il-paragrafu 1 fi programm ta’ miżuri, b'kont meħud tal-miżuri rilevanti meħtieġa skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja, b'mod partikolari d-Direttiva 2000/60/KE, jew ftehim internazzjonali.

2. L-Istati Membri għandhom jintegraw il-miżuri mfassla skond il-paragrafu 1 fi programm ta’ miżuri, b'kont meħud tal-miżuri rilevanti meħtieġa skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja, b'mod partikolari d-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 91/271/KEE, id-Direttiva 2006/7/KE u d-Direttiva proposta dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE, jew ftehim internazzjonal.

Ġustifikazzjoni

L-ilħuq ta’ l-istandards tad-Direttivi msemmija hawn fuq se jkollu b’mod speċifiku impatti pożittivi fuq l-ambjent tal-baħar, u se jgħin biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali ta' l-MSD. Koordinazzjoni aħjar u l-applikazzjoni konsistenti ta' miżuri se jimminimizzaw il-potenzjal għal duplikazzjoni jew nuqqasijiet fil-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri, se jiżguraw applikazzjoni konsistenti fiż-żoni ġeografiċi koperti mill-miżura u se jiffaċilitaw perjodi ta’ żmien ta’ implimentazzjoni konsistenti.

Emenda 45

Artikolu 13, paragrafu 3, subparagrafu 1

3. Fit-tfassil tal-programm ta’ miżuri skond il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom iqisu lill-iżvilupp sostenibbli u, partikolarment, lill-impatti soċjali u ekonomiċi tal-miżuri previsti.

3. Fit-tfassil tal-programm ta’ miżuri skond il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom iqisu lill-iżvilupp sostenibbli u, partikolarment, lill-impatti soċjali u ekonomiċi tal-miżuri previsti. L-Istati Membri għandhom joħolqu oqfsa u pjattaformi amministrattivi li jippermettu li jkun hemm proċessar bejn is-setturi ta' l-affarijiet tal-baħar sabiex jikkombinaw xjenza u miżuri ambjentali ma' l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u amministrattiv taż-żona u biex jibbenefikaw minn interazzjoni bħal din.

Ġustifikazzjoni

Emenda 88 ta’ l-ewwel qari tal-PE

Emenda 46

Artikolu 13, paragrafu 4

4. Il-programmi ta' miżuri stabbiliti skond dan l-Artikolu għandhom, fuq bażi esortatorja, jinkludu miżuri bħall-użu ta' żoni speċjali ta' konservazzjoni skond id-Direttiva 92/43/KEE u l-użu ta' żoni ta' protezzjoni speċjali skond id-Direttiva 79/409/KEE, u ta' żoni marini protetti kif miftiehma mill-Komunità jew mill-Istati Membri konċernati fil-qafas ta' ftehim internazzjonali jew reġjonali li għalihom ikunu Partijiet.  

4. Il-programmi ta' miżuri stabbiliti skond dan l-Artikolu għandhom jinkludu miżuri ta’ protezzjoni ta’ spazju li jinkludu - iżda li m’humiex limitati għal - l-użu ta' żoni speċjali ta' konservazzjoni skond id-Direttiva 92/43/KEE u l-użu ta' żoni ta' protezzjoni speċjali skond id-Direttiva 79/409/KEE, u ta' żoni marini protetti kif miftiehma mill-Komunità jew mill-Istati Membri konċernati fil-qafas ta' ftehim internazzjonali jew reġjonali li għalihom ikunu Partijiet, inkluża d-Deċiżjoni VII/5 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika.

F'dan il-kuntest l-Istati Membri huma esortati li jiżguraw li dawn iż-żoni jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' network koerenti u rappreżentattiv ta' żoni marini protetti.

F'dan il-kuntest l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn iż-żoni jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' network koerenti u rappreżentattiv ta' żoni marini protetti sa mhux iktar tard mill-2012. In-netwerk għandu jinkludi żoni ta' daqs suffiċjenti sabiex ikunu protetti b'mod sħiħ mill-użu ta’ estrazzjoni ta' kull tip, biex iħarsu, fost affarijiet oħra, il-postijiet fejn ibid, jitrabba u jiekol il-ħut, u biex jippermettu li jiġu miżmuma jew li jiġu rkuprati l-integrità, l-istruttura u t-tħaddim ta' ekosistemi.

 

Il-programmi ta’ miżuri għandhom jinkludu wkoll dawk il-miżuri relatati ma’ l-ilmijiet territorjali, transizzjonali u kostali koperti mid-Direttiva 2000/60/KE.

 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru jew aktar għal zoni marittimi protetti , li għandhom jiġu finalizzati sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

 

Ir-reġistru jew reġistri taż-żoni protetti tal-baħar għal kull Reġjun jew Sub-Reġjun tal-Baħar għandhom jiġu riveduti u aġġornati.

 

Il-pubbliku għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni li jkun hemm fir-reġistru(i).

_________

* 3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda 47

Artikolu 13, paragrafu 5

5. L-Istati Membri għandhom jindikaw fil-programmi ta’ miżuri tagħhom kif il-miżuri għandhom jiġu implimentati u kif sejrin jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri ambjentali stabbiliti skond l-Artikolu 10(1).

5. L-Istati Membri għandhom jindikaw fil-programmi ta’ miżuri tagħhom kif il-miżuri għandhom jiġu implimentati u kif sejrin jikkontribwixxu għall-kisba ta’ status ambjentali tajjeb u tal-miri ambjentali stabbiliti skond l-Artikolu 10(1).

Ġustifikazzjoni

Tieħu post l-Emendi 15 & 23 (żoni protetti tal-baħar).

Emenda 48

Artikolu 13, paragrafu 7 a (ġdid)

 

7a. Sa mhux aktar tard ..., il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(3), tadotta kriterji u standards dettaljati għall-applikazzjoni ta' prinċipji ta' mmaniġġjar tajjeb ta’ l-oċeani.

______

* tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva.

Ġustifikazzjoni

Tressiq mill-ġdid ta' l-emenda 65 ta’ l-ewwel qari tal-PE

Emenda 49

Artikolu 14

1. Stat Membru jista' jidentifika żona speċifika fi ħdan l-ilmijiet marini tiegħu fejn, għal kwalunkwe raġuni elenkata taħt il-punti (a) sa (d), il-miri ambjentali ma jistgħux jintlaħqu permezz ta' miżuri meħuda minn dak l-Istat Membru, jew, għal raġunijiet imsemmija taħt il-punt (e), dawn ma jistgħux jintlaħqu fl-iskeda ta' żmien konċernata:

1. Fejn Stat Membru li jkun stabbilixxa programm ta' miżuri bi qbil ma' l-Artikolu 13 jidentifika każ fejn, minħabba kwalunkwe mir-raġunijiet li ġejjin, il-miri ambjentali u status ambjentali tajjeb ma jistgħux jintlaħqu permezz ta' miżuri meħuda minn dak l-Istat Membru, dan għandu jidentifika b’mod ċar dak il-każ fil-programm ta’ miżuri tiegħu u jipprovdi lill-Kummissjoni l-ġustifikazzjonijiet neċessarji biex jissostanzja l-fehma tiegħu:

 

a) l-objettiv ambjentali mhux relevanti għal dan l-Istat Membru fir-rigward tal-kwalità li jwassal biex dan l-Istat Membru ma jkunx ikkonċernat;

 

(-ab) is-setgħa li wieħed jadotta l-miżura jew il-miżuri kkonċernati mhix esklussivament f’idejn dak l-Istat Membru, skond id-dritt Komunitarju;

 

(-ac) is-setgħa li wieħed jadotta l-miżura jew il-miżuri kkonċernati mhix esklussivament f’idejn dak l-Istat Membru, skond id-dritt internazzjonali;

azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni li għalihom l-Istat Membru konċernat ma jkunx responsabbli;

(a) azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni min-naħa ta’ pajjiż terz, tal-Komunità Ewropea jew ta’ kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali oħra li għalihom l-Istat Membru konċernat ma jkunx responsabbli;

(b) kawżi naturali;

(b) kawżi naturali;

(c) force majeure;

(c) force majeure;

 

(ca) il-bidla fil-klima;

bidliet fil-karatteristiċi ta’ l-ilmijiet marini kkawżati minn azzjonijiet meħuda minħabba raġunijiet ta’ interess pubbliku prevalenti li jissuperaw l-impatt negattiv fuq l-ambjent, inkluż kwalunkwe impatt transkonfinali;

(d) modifiki jew alterazzjonijiet fil-karatteristiċi fiżiċi ta’ l-ilmijiet marini kkawżati minn azzjonijiet meħuda minħabba raġunijiet ta’ interess pubbliku prevalenti li jissuperaw l-impatt negattiv fuq l-ambjent, inkluż kwalunkwe impatt transkonfinali;

kondizzjonijiet naturali li ma jippermettux titjib f'ħin opportun fl-istatus ta' l-ilmijiet marini konċernati.

 

L-Istat Membru konċernat għandu jidentifika żoni bħal dawn b'mod ċar fil-programm tiegħu ta' miżuri u għandu jissostanzja l-veduti tiegħu lill-Kummissjoni. Fl-identifikazzjoni ta' żoni speċifiċi, Stat Membru għandu jikkunsidra l-konsegwenzi għall-Istati Membri fir-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat.

L-Istat Membru għandu jikkunsidra l-konsegwenzi għall-Istati Membri fir-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat.

Madankollu, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu miżuri ad hoc adegwati bl-għan li jkompli jfittex jilħaq il-miri ambjentali, sabiex jipprevjeni deterjorament ulterjuri fl-istatus ta’ l-ilmijiet marini milqutin għal raġunijiet identifikati taħt il-punti (b), (ċ) jew (d) u sabiex itaffi l-impatt ħażin fil-livell tar-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat jew fl-ilmijiet marini ta' Stati Membri oħra.

Madankollu, kwalunkwe Stat Membru li juża (-ab), (-ac), (a), (b), (c) jew (ca) imsemmija hawn fuq għandu jieħu miżuri ad hoc adegwati, konsistenti mad-dritt Komunitarju u internazzjonali, fil-programm tiegħu ta’ miżuri sabiex jimminimizza l-punt sa liema l-istatus ambjentali tajjeb ma jkunx jista’ jintlaħaq kif meħtieġ u bil-għan li jkompli jfittex jilħaq il-miri ambjentali, sabiex jipprevjeni deterjorament ulterjuri fl-istatus ta’ l-ilmijiet marini u sabiex itaffi l-impatt ħażin fil-livell tar-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat jew fl-ilmijiet marini ta' Stati Membri oħra.

2. Fis-sitwazzjoni koperta mill-punt (d) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bidliet ma jeskludux jew ma jikkompromettux b’mod permanenti l-kisba ta’ status ambjentali tajjeb fil-livell tar-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat. jew fl-ilmijiet marini ta' Stati Membri oħra.

2. Kwalunkwe Stat Membru li juża r-raġunijiet (d) fil-paragrafu 1, għandu jiżgura li l-modifiki u l-alterazzjonijiet ma jeskludux jew ma jikkompromettux b’mod permanenti l-kisba ta’ status ambjentali tajjeb fil-livell tar-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat jew fl-ilmijiet marini ta' Stati Membri oħra.

3. Il-miżuri ad hoc imsemmijin fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jiġu integrati sa fejn ikun prattikabbli fil-programmi ta’ miżuri.

3. Meta Stat Membru juża r-raġuni (-ab) fil-paragrafu 1, u l-Kummissjoni taċċetta l-validità ta’ dik ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha tieħu l-azzjonijiet neċessarji kollha fil-pront skond l-Artikolu 15.

Ġustifikazzjoni

Tressiq mill-ġdid ta' l-emenda 66 ta’ l-ewwel qari tal-PE

Emenda 50

Artikolu 16

Notifiki u parir tal-Kummissjoni

Notifiki u evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni

Abbażi tan-notifiki ta’ programmi ta’ miżuri skond l-Artikolu 13(6), il-Kummissjoni għandha tavża lil kull Stat Membru dwar jekk il-programmi notifikati jikkostitwixxux qafas adegwat għall-kisba ta' status ambjentali tajjeb kif determinat skond l-Artikolu 9(1).

Abbażi tan-notifiki ta’ programmi ta’ miżuri skond l-Artikolu 13(6), il-Kummissjoni għandha tavża lil kull Stat Membru dwar jekk il-programmi notifikati jikkostitwixxux qafas adegwat għall-kisba ta' status ambjentali tajjeb b'konformità ma' l-esiġenzi ta' din id-direttiva.

Fil-formulazzjoni tal-parir tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-koerenza tal-programmi ta’ miżuri mal-Komunità kollha u tista' titlob l-Istat Membru konċernat sabiex jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun disponibbli u meħtieġa.

F'dawn l-evalwazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-koerenza tal-programmi ta’ miżuri mal-Komunità kollha u tista' titlob l-Istat Membru konċernat sabiex jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa.

 

Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi n-notifika tal-programmi ta’ miżuri, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, fil-każ ta’ kwalunkwe Stat Membru, li tirrifjuta l-programm jew kwalunkwe aspett tiegħu, fuq il-bażi li dan ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva.

Emenda 51

Artikolu 19, paragrafu 1, subparagrafu 1 a (ġdid)

 

 

 

Skond il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, fejn possibbli, jinvolvu l-partijiet interessati billi jużaw il-korpi jew l-istrutturi ta’ mmaniġġjar eżistenti, inklużi l-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali, il-Korpi Konsultattivi Xjentifiċi u l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RACs).

Emenda 52

Artikolu 20, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva sa sentejn minn meta tirċievi l-programmi kollha ta’ miżuri u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mill-2021.

1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva sa sentejn minn meta tirċievi l-programmi kollha ta’ miżuri u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mill-2017.

(PE l-ewwel qari emenda 69)

Emenda 53

Artikolu 20, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. 1 a. Sa mhux aktar tard mill-....* il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jidentifika l-eżistenza ta' kunflitti jew ta' kumplimentarjetà bejn it-titjib possibbli ta' din id-direttiva u l-obbligi, l-impenji u l-inizjattivi eżistenti ta' l-Istati Membri jew tal-Komunità fil-livell Komunitarju jew internazzjonali rigward il-ħarsien ta' l-ambjent fl-ilmijiet tal-baħar Ewropej.

 

Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

_________

* 4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(PE l-ewwel qari emenda 70)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha tiżgura li kull kunflitt ikkawżat mit-titjib tal-politiki Komunitarji eżistenti, bħall-Politika Komuni dwar is-Sajd u l-politika dwar il-konservazzjoni tan-natura, jiġi identifikat u indirizzat, u li l-kumplimentarjetà tissaħħaħ.

Emenda 54

Artikolu 20, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Sa ..., il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-istat ta’ l-ambjent marittimu ta’ l-ibħra Artiċi ta’ importanza għall-Komunità u, fejn xieraq, tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill miżuri rilevanti għall-ħarsien tagħom, bil-ħsieb li l-Artiku jsir zona protetta, simili għall-Antartiku, u definit bħala “riserva naturali ddedikata għall-paċi u x-xjenza”.

 

L-Istati Membri li għandhom ilmijiet Ewropej li jinsabu fl-Arktiku għandhom jagħmlu disponibbli għall-Kunsill ta' l-Arktiku il-konklużjonijiet ta' l-evalwazzjoni inizzjali dwar dawn l-ilmijiet.

___________

* 2 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(PE l-ewwel qari emenda 71)

Ġustifikazzjoni

L-arktiku huwa ekosistema unika. Ir-riskji kkawżati mill-esplotazzjoni preżenti u futura tar-reġjun għandhom jiġu eżaminati bir-reqqa, b'mod partikulari fid-dawl ta' l-effetti tat-tibdil fil-klima li qed jittrasforma parti dejjem tikber tar-reġjun minn blokka silġ f'baħar.

Emenda 55

Artikolu 20 a (ġdid)

 

Artikolu 20a

 

Rapport ta’ progress dwar iż-żoni protetti

 

Sa ...*, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress fil-ħolqien ta' netwerk globali ta' zoni protetti u l-għeluq ta' zoni għall-ħinijiet speċifiċi għall-ħarsien tal-postijiet u l-perjodi ta’ trobbija tal-ħut f'konformità ma' l-impenn skond id-Deċiżjoni VII/5 għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, u l-kontribuzzjoni tal-Komunità biex jinkiseb netwerk bħal dan.

 

Skond dan, il-Kummissjoni għandha tipproponi, kif xieraq, skond il-proċeduri stabbiliti fit-Trattat, kwalunkwe miżura addizzjonali tal-Komunità meħtieġa biex jintlaħaq l-għan ta' ħarsien ta' netwerk rappreżentattiv ta' zoni marittimi protetti sa l-2012.

____

Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Dirtettiva.

Ġustifikazzjoni

Bħala parti firmatarja għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, il-KE hi obbligata li tipproteġi netwerk rappreżentattiv ta' żoni protetti tal-baħar sa l-2012, u l-għeluq ta' żoni għal ħinijiet speċifiċi għall-ħarsien tal-postijiet u l-perjodi fejn jitrabba l-ħut. Fl-iżvilupp ulterjuri tan-netwerk tal-Komunità ta' żoni protetti, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kontribuzzjoni tal-Komunità għal netwerk globali rappreżentattiv ta' żoni protetti tal-baħar, u għandha tissuġġerixxi miżuri ulterjuri fejn ikun hemm bżonn (Emenda 72 ta’ l-ewwel qari tal-PE).

Emenda 56

Artikolu 21

The Commission shall review this Directive by …* and shall, where appropriate, propose any necessary amendments.

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni ta’ din id-Direttiva sa ... u għandha, fejn hu xieraq, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kwalunkwe proposta għal emendi neċessarji sabiex:

 

a) jiġi ffaċilitat it-twettiq ta' stat ekoloġiku tajjeb fl-ilmijiet marittimi Ewropej jekk dan l-istat ma jkunx inkiseb sas-sena 2017;

 

b) tiġi ffaċilitata l-preservazzjoni ta' stat ekoloġiku tajjeb fl-ilmijiet marittimi Ewropej jekk dan l-istat ikun inkiseb sas-sena 2017.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, inter alia, l-ewwel rapport ta' evalwazzjoni ppreparat skond l-Artikolu 20 (1).

_______________

* 15 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

_______

* sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(PE l-ewwel qari emenda 73)

Emenda 57

Artikolu 21 a (ġdid)

 

Artikolu 21a

 

L-iffinanzjar Komunitarju

 

1. Minħabba l-prijorità marbuta b’mod inerenti mal-ħolqien ta’ strateġija marittima, l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tkun appoġġjata minn strumenti finanzjarji tal-Komunità, mill-2007.

 

2. 2. Il-programmi mħejjija mill-Istati Membri huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea b'konformità ma' l-istrumenti finanzjarji eżistenti.

(PE l-ewwel qari emenda 74)

Emenda 58

Artikolu 23 a (ġdid)

 

Artikolu 23a

 

Ilmijiet li jinsabu lil hinn mill-ilmijiet tal-baħar Ewropej

 

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, jew il-Kunsill, skond il-każ, għandhom jadottaw miżuri Komunitarji li jkollhom l-għan li jtejbu l-istat ekoloġiku ta' l-ilmijiet li jinsabu lil hinn mill-ilmijiet tal-baħar Ewropej, sakemm tali titjib ikun possibbli permezz tal-kontroll ta' attivitajiet li jirriżultaw mill-kompetenza tal-Komunità jew ta' l-Istati Membri.

 

Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta' proposti ppreżentati mill-Kummissjoni qabel il ...*, b'konformità mal-proċeduri stabbiliti mit-Trattat.

 

_______

* 4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(PE l-ewwel qari emenda 78)

Emenda 59

Artikolu 24, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn […]. Dawn għandhom jikkomunikaw mill-ewwel it-test ta' dawk il-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn … * at the latest. Dawn għandhom jikkomunikaw mill-ewwel it-test ta' dawk il-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

________

* 3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

________

* sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva.

(PE l-ewwel qari emenda 79)

Emenda 60

Anness I

Deskritturi kwalitattivi ġeneriċi li għandhom jiġu kkunsidrati fid-determinazzjoni ta' status ambjentali tajjeb
(imsemmija fl-Artikoli 3, punt (5), 9(1), 9(3) u 22)

Kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 9

L-elementi kollha tax-xbieki ta' l-ikel marittimi, sal-punt li huma magħrufa, jeżistu f'abbundanza normali u f'diversità.

(a) fuq il-bażi ta' informazzjoni dwar it-tendenza, id-diversità naturali ta' Reġjun tal-Baħar tiġi preservata (meta t-tendenzi jkunu stabbli) u restawrata (meta jkunu ġew irreġistrati tendenzi ta’ tnaqqis), inklużi l-ekosistemi, l-ambjenti naturali u l-ispeċijiet, billi tingħata attenzjoni partikulari lil dawk li jkunu l-iktar vulnerabbli għall-impatti ta' l-attivitajiet tal-bniedem minħabba ċerti karatteristiċi ekoloġiċi, e.g. fraġilità, sensittività, tkabbir bil-mod, fertilità baxxa, ħajja twila, sitwazzjoni fil-periferija ta' l-arja ta' tixrid, flussi ġenetiċi baxxi, u sottopopolazzjonijiet ġenetikament distinti;

Speċji mhux indiġeni introdotti minn attivitajiet umani huma f'livelli li ma jbiddlux negattivament l-ekosistemi.

(b) il-popolazzjonijiet tar-riżorsi ħajjin kollha tal-baħar ġew restawrati u qed jinżammu f’livelli li jistgħu jiggarantixxu l-abbundanza ta' l-ispeċijiet fuq perjodu ta’ żmien fit-tul u ż-żamma sħiħa tal-kapaċità riproduttiva sħiħa tagħhom, filwaqt li jippreżentaw tqassim tal-popolazzjoni fuq il-bażi ta' l-età u tad-daqs li tindika stokk b’saħħtu;

Il-popolazzjonijiet tal-ħut u krostaċej kollha sfruttati kummerċjalment jinsabu f'limiti bijoloġiċi siguri.

(c) it-tqassim u l-abbundanza ta' l-ispeċijiet li m’humiex suġġetti għal esplojtazzjoni diretta m'għandhomx jiġu affettwati (sostanzjalment) mill-attività tal-bniedem;

L-ewtrofikazzjoni indotta mill-bniedem hi minimizzata, speċjalment l-effetti ħżiena tagħha;

(d) l-impatti negattivi tal-prattiki tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar tnaqqsu, inklużi l-impatti fuq il-qiegħ tal-baħar u l-qbid sekondarju ta' speċijiet mhux maħsuba biex jinqabdu u ta' ħut żgħir;

L-ispeċji u l-habitats juru distribuzzjoni, abbundanza u kwalità li huma konformi mal-kondizzjonijiet fiżjografiċi, ġeografiċi u klimatiċi prevalenti. Il-biodiversità hija miżmuma.

(e) il-livelli tal-popolazzjoni ta' l-ispeċijiet ta' ħut żgħir għall-għalf, fil-livell inferjuri tal-katina ta’ l-ikel, huma sostenibbli, b'mod partikulari billi tiġi kkunsidrata l-importanza tagħhom għall-predaturi dipendenti, inkluż ħut li jkollu valur kummerċjali, u għas-sostenibilità ta' l-ekosistemi u tal-bażi tagħhom ta' riżorsi;

L-integrità ta' qiegħ il-baħar tkun f'livell fejn il-funzjonijiet ta' l-ekosistemi huma salvagwardati.

 

L-alterazzjoni permanenti tal-kondizzjonijiet idrografiċi ma tolqotx ħażin l-ekosistemi marittimi.

g) ir-rati ta' konċentrazzjoni ta' sustanzi ekotossiċi ta' oriġini naturali huma qrib tal-livelli naturali ta' l-ekosistema;

Il-konċentrazzjonijiet ta' kontaminanti huma f'livelli li ma jwasslux għal effetti ta' tniġġis.

(h) l-impatt tas-sustanzi organiċi li jniġġsu u tal-fertilizzanti mix-xmara jew minn sorsi fuq l-art, mill-akkwakultura jew mill-ħmieġ tad-dranaġġ mill-katusi u minn flussi oħra huwa taħt il-livelli li jistgħu jaffettwaw l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem jew l-użu leġittimu tal-baħar u tal-kosti;

Il-kontaminanti f'ħut u f'ikel tal-baħar ieħor għall-konsum tal-bniedem ma jeċċedux livelli stabbiliti mil-leġislazzjoni Komunitarja jew standards rilevanti oħra.

(i) l-ewtrofikazzjoni, ikkawżata, pereżempju, mill-emissjonijiet ta' nutrimenti bħall-fosfru u n-nitroġenu, tnaqqset għal livell fejn ma tistax tkompli tikkawża effetti ħżiena, bħal telf fil-bijodiversità, degradazzjoni ta' l-ekosistemi, tkattir ta' l-alka tossika u nuqqas ta’ ossiġnu fl-ilmijiet tal-qiegħ;

Il-proprjetajiet u l-kwantitajiet ta' rifjuti marini ma jikkawżawx dannu għall-ambjent marin.

(j) l-impatti fuq l-ekosistemi tal-baħar u tal-kosta, inklużi l-ambjenti naturali u l-ispeċijiet, li jirriżultaw mill-esplorazzjoni jew mill-esplojtazzjoni tal-qiegħ tal-baħar, tas-subsoil jew ta' speċijiet sedentarji, ġew imnaqqsa kemm jista’ jkun u ma jaffettwawx ħażin l-integrità strutturali u ekoloġika ta' l-ekosistemi tal-flora u l-fawna ta' qiegħ il-baħar u dawk assoċjati magħhom;

L-introduzzjoni ta' l-enerġija, inkluż storbju ta' taħt il-baħar, ma tolqotx ħażin l-ambjent marin.

il-kwantità ta’ skart f’ambjenti marittimi u tal-kosta tnaqqset għal livell li jiżgura li ma jkunx ta’ theddida għall-ispeċi u l-ambjenti naturali marittimu, għas-saħħa tal-bniedem u għas-sikurezza u l-ekonomija tal-komunitajiet kostali;

Sabiex jiddeterminaw il-karatteristiċi ta' status ambjentali tajjeb f'Reġjun jew Sub-Reġjun Marittimu kif previst fl-Artikolu 9(1) ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kull wieħed mid-deskritturi kwalitattivi ġeneriċi elenkati f'dan l-Anness sabiex jidentifikaw dawk id-deskritturi li għandhom jintużaw fid-determinazzjoni ta' status ambjentali tajjeb għal dak ir-Reġjun jew Sub-Reġjun Marittimu. Meta Stat Membru jikkunsidra li ma jkunx il-każ li jintuża xi wieħed jew diversi minn dawk id-deskritturi, huwa għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'ġustifikazzjoni fil-qafas tan-notifika li ssir skond l-Artikolu 9(2) ta' din id-Direttiva.

 

 

q) l-impatti fuq l-ispeċijiet u l-ambjenti naturali tal-baħar u tal-kosta li jirriżultaw mill-bini magħmul mill-bniedem tnaqqsu għall-minimu u ma jinfluwenzawx b'mod negattiv l-integrità strutturali u ekoloġika ta' l-ekosistemi tal-flora u l-fawna ta' qiegħ il-baħar u ta' dawk assoċjati magħhom, u lanqas il-kapaċità ta' l-ispeċi u ta' l-ambjent naturali marittimu u tal-kosta tagħhom li jadattaw l-arja ta' tixrid tagħhom minħabba l-bidla klimatika;

 

it-tniġġis mill-ħsejjes minn, pereżempju, tbaħħir u tagħmir akustiku ta’ taħt l-ilma tnaqqas għal livell minimu bil-ħsieb li jiġi evitat kwalunkwe impatt ħażin fuq il-ħajja tal-baħar, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-użu leġittimu tal-baħar u tal-kosti;

 

(q) ir-rilaxx sistematiku u/jew intenzjonat ta’ likwidi jew gassijiet fil-kolonna ta' l-ilma ġie pprojbit u r-rilaxx ta' materjal solidu fil-kolonna ta' l-ilma hu pprojbit ħlief jekk tkun ingħatat awtorizzazzjoni li tirrispetta l-liġi internazzjonali u jekk tkun saret evalwazzjoni minn qabel ta' l-impatt fuq l-ambjent f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-evalwazzjoni ta' l-impatt ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent * u mal-ftehimiet internazzjonali rilevanti;

 

(r) ir-rilaxx sistematiku u/jew intenzjonat ta’ likwidi, gassijiet jew materjal solidu fil-qiegħ tal-baħar u/jew fis-subsoil ġie pprojbit ħlief jekk tkun ingħatat awtorizzazzjoni li tirrispetta l-liġi internazzjonali u jekk tkun saret evalwazzjoni minn qabel ta' l-impatt fuq l-ambjent f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE u mal-ftehimiet internazzjonali rilevanti;

 

f'kull reġjun il-proporzjon ta' zoni marittimi protetti minn attivitajiet tal-bniedem li jistgħu jkunu ta' ħsara, u anke d-diversità ta' l-ekosistemi kostitwenti preżenti f'dawk iz-zoni, huma biżżejjed biex issir kontribuzzjoni effettiva għal netwerk reġjonali u globali ta' zoni marittimi protetti.

_____________

ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17).

Ġustifikazzjoni

Tissostitwixxi l-Emenda 33. Is-sitwazzjoni rigward il-qbid tas-CO2 fil-qiegħ tal-baħar inbidlet. It-test il-ġdid jirrifletti l-Konvenzjoni Internazzjonali (il-‘London Protocol’) kif emendat f’Novembru 2006 biex ikun permess il-qbid tad-dijossidu tal-karbonju fil-qiegħ tal-baħar/subsoil.

Emenda 61

Anness III, tabella 2, Kontaminazzjoni b'sustanzi perikolużi, inċiż 3

Introduzzjoni ta’ radio nuclides

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Emenda 90 tal-PE fl-ewwel qari. L-inklużjoni ta’ ‘introduzzjoni ta’ radio nuclides’ f’din il-lista tmur kontra l-Premessa 36, li tistipula li t-‘Trattat EURATOM jirregola l-iskarigi u l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-użu ta’ materjal radjuattiv u għalhekk din id-Direttiva ma għandhiex tindirizzahom’.

Emenda 62

Anness VI, punt (1)

(1) Kontrolli ta’ l-input: miżuri ta’ mmaniġġjar li jinfluwenzaw l-ammont ta’ attività tal-bniedem li hi permessa.

(1) Kontrolli ta’ l-input: miżuri ta’ ġestjoni li jinfluwenzaw l-ammont ta’ attività tal-bniedem li tkun permessa, inklużi miżuri biex ikun żgurat li s-sussidji Ewropej ma jikkompromettux l-ilħuq ta’ l-objettivi ta’ din id-direttiva.

Ġustifikazzjoni

L-emendi ta’ l-ewwel qari tal-PE għall-Artikolu 8.

Emenda 63

Anness IV, punt 4 a (ġdid)

 

(4a) Miżuri biex jitjiebu l-iskopriment u t-traċċabilità tat-tniġġis tal-baħar.

Ġustifikazzjoni

L-emendi ta’ l-ewwel qari tal-PE għall-Artikoli 14 u 16.

  • [1]  ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 86.
  • [2]  Għadha mhix ippublikata fil-ĠU

PROCEDURA

Titolu

Community action in the field of marine environmental policy

Referenzi

09388/2/2007 - C6-0261/2007 - 2005/0211(COD)

Data ta' l-ewwel qari tal-PE - Numru P

14.11.2006                     T6-0482/2006

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2005)0505 - C6-0346/2005

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni

6.9.2007

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

6.9.2007

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Marie-Noëlle Lienemann

14.12.2005

 

 

Data ta' l-adozzjoni

9.10.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adamos Adamou, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Martin Callanan, Dorette Corbey, Jill Evans, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Jens Holm, Marie Anne Isler Béguin, Caroline Jackson, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Urszula Krupa, Aldis Kušķis, Marie-Noëlle Lienemann, Jules Maaten, Linda McAvan, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Guido Sacconi, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Richard Seeber, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Anja Weisgerber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Milan Gaľa, Miroslav Mikolášik, Lambert van Nistelrooij

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Paulo Casaca, Manuel Medina Ortega, Vincenzo Aita