RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi fil-livell Ewropew u r-regoli għall-finanzjament tagħhom

25.10.2007 - (COM(2007)0364 – C6‑0202/2007 – 2007/0130(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: Jo Leinen

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi fil-livell Ewropew u r-regoli għall-finanzjament tagħhom

(COM(2007)0364 – C6‑0202/2007 – 2007/0130(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0364),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 191 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0202/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6‑0412/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jistieden lill-Bureau biex jeżamina b'liema mezzi partit politiku Ewropew jista' jingħata perjodu tranżitorju ta' tliet xhur sabiex jerga' jiġbor il-membri tiegħu jekk matul is-sena finanzjarja s-sħubija tkun niżlet taħt il-livell minimu stabbilit mir-regolament kif emendat;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 6

(6) Sabiex iżidu l-kapaċitajiet ta’ ppjanar finanzjarju fit-tul tal-partiti, biex iqisu l-ħtiġiet varji ta’ finanzjament minn sena għall-oħra, u biex isaħħu l-inċentivi tal-partiti biex ma jiddependux biss mill-finanzjament pubbliku, il-partiti politiċi fil-livell Ewropew għandhom jitħallew jistabbilixxu riżervi finanzjarji limitati bbażati fuq ir-riżorsi tagħhom stess iġġenerati minn sorsi oħra barra l-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea.

(6) Sabiex iżidu l-kapaċitajiet ta’ ppjanar finanzjarju fit-tul tal-partiti, biex iqisu l-ħtiġiet varji ta’ finanzjament minn sena għall-oħra, u biex isaħħu l-inċentivi tal-partiti biex ma jiddependux biss mill-finanzjament pubbliku, il-partiti politiċi fil-livell Ewropew, bħala deroga għar-regola li ma jkunx hemm profitt kif stipulat fl-Artikolu 109(2) tar-regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom jitħallew jistabbilixxu riżervi finanzjarji limitati bbażati fuq ir-riżorsi tagħhom stess iġġenerati minn sorsi oħra barra l-baġit ta’ l-Unjoni Ew Din id-deroga hija dispożizzjoni proviżorja ġustifikata mill-irwol speċifiku u uniku tal-partiti politiċi.

 

______________________________

1 ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Jiċċara l-proċedura ta' adozzjoni għal dan ir-regolament.

Emenda 2

PREMESSA 7

Sabiex joħolqu kundizzjonijiet biex jamministraw il-finanzjament tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew, filwaqt li jinkoraġġixxu lil ta’ qabel biex jiżguraw ippjanar finanzjarju fit-tul xieraq, il-ħtiġiet ta’ kofinanzjament minimi għandhom jiġu aġġustati.

(7) Sabiex itejbu kundizzjonijiet biex jamministraw il-finanzjament tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew, filwaqt li jinkoraġġixxu lil ta’ qabel biex jiżguraw ippjanar finanzjarju fit-tul xieraq, il-ħtiġiet ta’ kofinanzjament minimi għandhom jiġu aġġustati. L-istess livell ta' kofinanzjament għandu jkun meħtieġ għall-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika. Ara wkoll l-Emenda 17.

Emenda 3

PREMESSA 8

(8) Bil-viżjoni li tkompli tissaħħaħ u tiġi promossa n-natura Ewropea ta’ l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandu jkun stabbilit b'mod ċar li l-approprjazzjonijiet ġejjin mill-baġit ta' l-UE jistgħu wkoll jintużaw biex jiġu ffinanzjati kampanji mmexxija mill-partiti politiċi fil-livell Ewropew fil-kuntest ta' l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, sakemm dan ma jikkostitwixxix finanzjament dirett jew indirett tal-partiti politiċi nazzjonali jew il-kandidati tagħhom.

(8) Bl-iskop li tkompli tissaħħaħ u tiġi promossa n-natura Ewropea ta’ l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandu jkun stabbilit b'mod ċar li l-approprjazzjonijiet ġejjin mill-baġit ta' l-UE jistgħu wkoll jintużaw biex jiġu ffinanzjati kampanji mmexxija mill-partiti politiċi fil-livell Ewropew fil-kuntest ta' l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, sakemm dan ma jikkostitwixxix finanzjament dirett jew indirett tal-partiti politiċi nazzjonali jew il-kandidati tagħhom. Il-partiti politici fil-livell Ewropew jaġixxu fil-kuntest ta' l-Elezzjonijiet Parlamentari Ewropej, b'mod partikulari sabiex jenfasizzaw il-karattru Ewropew ta' dawn l-elezzjonijiet. Skond l-Artikolu 8 ta' l-Att rigward l-elezzjoni ta' Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, il-finanzjament ta' spejjeż għall-elezzjonijiet u l-limitazzjoni tagħhom fl-elezzjonijiet Parlamentari Ewropej huma regolati f'kull Stat Membru minn dispożizzjonijiet nazzjonali. Dispożizzjonijiet nazzjonali japplikaw għal spejjeż nazzjonali f'elezzjonijiet nażżjonali u f'referenda.

Emenda 4

ARTIKOLU 1, PUNT 1
Artikolu 2, paragrafu 4, introduzzjoni(Regolament (KE) Nru 2004/2003)

4. "Il-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew" tfisser entità jew netwerk ta’ entitajiet li għandu personalità legali fi Stat Membru, huwa affiljat ma’ partit politiku fil-livell Ewropew u li permezz ta’ l-attivitajiet tiegħu jsaħħaħ u jikkomplementa l-għanijiet tal-partit politiku Ewropew billi jwettaq, b’mod partikolari, il-kompiti li ġejjin:

4. "Il-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew" tfisser entità jew netwerk ta’ entitajiet li għandu personalità legali fl-Istat Membru fejn għandu s-sede tiegħu li hija seperata minn dik tal-partit politiku fil-livell Ewropew li miegħu hu affiljat u li permezz ta’ l-attivitajiet tiegħu jsaħħaħ u jikkomplementa l-għanijiet tal-partit politiku Ewropew billi jwettaq, b’mod partikolari, il-kompiti li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Sabiex il-kriterji bażiċi jiġubu fl-istess linja għall-partiti (l-Artikolu 3(a) tar-Regolament 2004/2003).

Emenda 5

ARTIKOLU 1, PUNT 2 A (ġdid)
Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a) (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

(2a) Artikolu 4(2) jinbidel b'dan li ġej:

 

"(a) dokumenti li jippruvaw li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 2 u 3;"

Emenda 6

ARTIKOLU 1, PUNT 3
Artikolu 4, paragrafu 4 (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

4. Fondazzjoni politika fil-livell Ewropew tista’ tapplika għal finanzjament minn partit politiku fil-livell Ewropew li miegħu hija affiljata.

4. Fondazzjoni politika fil-livell Ewropew tista’ tapplika biss għal finanzjament mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea permezz tal-partit politiku fil-livell Ewropew li miegħu hija affiljata.

Emenda 7

ARTIKOLU 1, PUNT 3

Artikolu 4, paragrafu 6 (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

6. Finanzjament allokat għal fondazzjoni politika fil-livell Ewropew jista’ jintuża biss għall-iffinanzjar ta’ l-attivitajiet ta’ dik ta’ qabel skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(4).

6. Finanzjament allokat għal fondazzjoni politika fil-livell Ewropew għandu jintuża biss għall-iffinanzjar ta’ l-attivitajiet ta’ dik ta’ qabel skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(4). Taħt ebda ċirkustanza ma jista' jintuża biex jiffinanzja kampanji elettorali.

Ġustifikazzjoni

Jidher li jeħtieġ kjarifika. Ara l-Artikolu 8 (emendat) rigward l-użu li hu permess li jsir mill-finanzjament minn Partiti Politiċi Ewropej.

Emenda 8

ARTIKOLU 1, PUNT 5

Artikolu 6, paragrafu 1, punt (b) (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

(b) jiddikjaraw l-għejun tal-finanzjament tagħhom billi jipprovdu lista tad-donaturi u tad-donazzjonijiet li jkun irċieva kull donatur, minbarra d-donazzjonijiet ta’ mhux iżjed minn EUR 500

(b) jiddikjaraw l-għejun tal-finanzjament tagħhom billi jipprovdu lista tad-donaturi u tad-donazzjonijiet li jkunu rċevew mingħand kull donatur, minbarra d-donazzjonijiet ta’ mhux iżjed minn EUR 500 fis-sena fis-sena u minn kull donatur.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika u konsistenza rigward il-limitu stabbilit fl-Artikolu 6(1)(d).

Emenda 9

ARTIKOLU 1, PUNT 5

Artikolu 6, paragrafu 2, (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

2. Kontribuzzjonijiet lil partit politiku fil-livell Ewropew minn partiti politiċi nazzjonali li huma membri ta’ partit politiku fil-livell Ewropew huma ammissibbli. Ma’ jistgħux ikunu ta’ aktar minn 40 % tal-baġit ta’ kull sena ta’ dak il-partit.

2. Kontribuzzjonijiet lil partit politiku fil-livell Ewropew minn partiti politiċi nazzjonali li huma membri ta’ partit politiku fil-livell Ewropew jew minn persuna fiżika li hija membru ta' partit politiku fil-livell Ewropew huma ammissibbli. Dawn ma jistgħux ikunu ta’ aktar minn 40 % tal-baġit ta’ kull sena ta’ dak il-partit. Kontribuzzjonijiet lil partit politiku fil-livell Ewropew minn partiti politiċi nazzjonali jew minn persuna fiżika ma jistgħux ikunu ta’ aktar minn 40 % tal-baġit ta’ kull sena ta’ dak il-partit.

Emenda 10

ARTIKOLU 1, PUNT 5

Artikolu 6, paragrafu 3, (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

3. Kontribuzzjonijiet lil fondazzjoni politika fil-livell Ewropew minn fondazzjonijiet politiċi nazzjonali, li huma membri ta’ fondazzjoni politika fil-livell Ewropew, kif ukoll minn partiti politiċi fil-livell Ewropew, huma ammissibbli. Ma’ jistgħux ikunu ta’ aktar minn 40 % tal-baġit ta’ kull sena ta’ dik il-fondazzjoni".

3. Kontribuzzjonijiet lil fondazzjoni politika fil-livell Ewropew minn fondazzjonijiet politiċi nazzjonali, li huma membri ta’ fondazzjoni politika fil-livell Ewropew, kif ukoll minn partiti politiċi fil-livell Ewropew, huma ammissibbli. Dawn ma jistgħux ikunu ta’ aktar minn 40% tal-baġit ta’ kull sena ta’ dik il-fondazzjoni u ma jistgħux jiġu minn fondi li Partit Politiku fil-livell Ewropew irċieva permezz ta' dan ir-regolament mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-piż tal-prova għandu jibqa’ fuq il-partit politiku konċernat fil-livell Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda restrittiva hija neċessarja sabiex jiġi pprojbit espliċitament li fondazzjoni tirċievi l-15% ta' kontribuzzjoni proprja għall-finanzjament tagħha indirettament minn fondi ta' l-UE, kif jiġri kieku partit jirċievi fondi mill-baġit ta' l-Unjoni u mbagħad jagħmel kontribuzzjoni lill-fondazzjoni.

Emenda 11

ARTIKOLU 1, PUNT 6Artikolu 7, paragrafu 1, (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

1. Il-finanzjament ta’ partiti politiċi fil-livell Ewropew mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea jew minn kwalunkwe sors ieħor ma jistax jintuża għall-finanzjament dirett jew indirett ta’ partiti politiċi oħra, u b’mod partikolari partiti nazzjonali, li jkomplu jiġu ggvernati minn regoli nazzjonali.

1. Il-finanzjament ta’ partiti politiċi fil-livell Ewropew mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea jew minn kwalunkwe sors ieħor ma jistax jintuża għall-finanzjament dirett jew indirett ta’ partiti politiċi oħra, u b’mod partikolari partiti nazzjonali jew kandidati. Dawn il-partiti politiċi nazzjonali u kandidati jkomplu jiġu ggvernati minn regoli nazzjonali.

Emenda 12

Artikolu 7, paragrafu 2, (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

2. Il-finanzjament ta’ fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea ma jistax jintuża għall-finanzjament dirett jew indirett ta’ partiti politiċi kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali jew ta’ fondazzjonijiet fil-livell nazzjonali.

2. Il-finanzjament ta’ fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea ma jistax jintuża għall-finanzjament dirett jew indirett ta’ partiti politiċi kemm fil-livell Ewropew jew fil-livell nazzjonali jew ta’ kandidati jew fondazzjonijiet fil-livell nazzjonali.

Emenda 13

ARTIKOLU 1, PUNT 8, PUNT (A A) (ġdid)

Artikolu 9, paragrafu 2, (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

 

(aa)Il-Paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2. Il-valutazzjoni ta' proprjetà u d-deprezzament tagħha jsiru skond regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li għandhom jiġu adottati bi qbil mal-paragrafu 1."

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament (KE) 2909/2000 ġie revokat fl-2005. Arranġamenti għall-valutazzjoni ta' proprjetà jeħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti permezz ta' regoli ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati mill-Parlament skond il-proċedura li jirriferi għaliha l-paragrafu 1.

Emenda 14

ARTIKOLU 1, PUNT 8, PUNT (C)
Artikolu 9, paragrafu 7, (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

7. Jekk partit politiku fil-livell Ewropew ikollu eċċess ta’ dħul fuq in-nefqa fit-tmiem ta’ sena finanzjarja li għaliha jkun irċieva għotja operattiva, parti minn dak l-eċċess ’il fuq minn 25% tad-dħul totali għal dik is-sena jista’, b’deroga għar-regola ta’ bla profitt stabbilita fl-Artikolu 109 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006, jitmexxa ’l quddiem għas-sena li jkun imiss bil-kundizzjoni li jrid jintuża qabel it-tmiem ta’ l-ewwel kwart ta’ dik is-sena li jmiss.

7. Jekk partit politiku fil-livell Ewropew ikollu eċċess ta’ dħul fuq in-nefqa fit-tmiem ta’ sena finanzjarja li għaliha jkun irċieva għotja operattiva, parti minn dak l-eċċess ’il fuq minn 25% tad-dħul totali għal dik is-sena jista’, b’deroga għar-regola ta’ bla profitt stabbilita fl-Artikolu 109 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006, ġustifikata mill-irwol speċifiku u uniku tal-partiti politiċi, jitmexxa ’l quddiem għas-sena li jkun imiss bil-kundizzjoni li jrid jintuża qabel it-tmiem ta’ l-ewwel kwart ta’ dik is-sena li jmiss. L-awditur estern u indipendenti inkarigat miċ-ċertifikazzjoni annwali msemmija fl-Artikolu 9, paragrafu 3, huwa wkoll inkarigat, jekk dan ikun il-każ, li jiċċertifika l-eżekuzzjoni tajba tad-dispożizzjonijiet relatati ma' dan l-ammont li jinġieb 'il quddiem

 

 

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiffaċilitaw operazzjoniet ta' awditjar u kontroll, ammonti miġjuba 'l quddiem ikunu limitati għal impenji legali li diġà nbdew fis-sena n.

Emenda 15

ARTIKOLU 1, PUNT 8, PUNT (C)
Artikolu 9, paragrafu 9 (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

9. Id-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 8 m’għandhomx japplikaw jekk ir-riżervi finanzjarji ta’ partit politiku fil-livell Ewropew jaqbżu l-100 % tad-dħul annwali medju ta’ dak ta’ qabel.

9. Id-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 8 m’għandhomx japplikaw jekk ir-riżervi finanzjarji ta’ partit politiku fil-livell Ewropew jaqbżu l-100 % tad-dħul annwali medju ta’ dak ta’ qabel. L-awditur estern u indipendenti għandu wkoll jistabbilixxi ċertifikat li jgħid li dawn id-dispożizzjonijiet ġew rispettati.

Emenda 16

ARTIKOLU 1, PUNT 8 A (ġdid)
Artikolu 9 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

 

(8a) Jiżdied dan l-Artikolu:

 

"Artikolu 9a

It-Trasparenza

 

Il-Parlament Ewropew jippubblika flimkien, f'taqsima tas-sit ta' l-Internet tiegħu maħluq għal din ir-raġuni - għal kull sena finanzjarja li għaliha ġew mogħtija għotjiet - id-dokumenti li ġejjin :

 

           tabella ta' l-ammonti mħallsa lil kull partit politiku fil-livell Ewropew u lil kull fondazzjoni;

 

il-modalitajiet ta' eżekuzzjoni ta' dan ir-Regolament adottati mill-Bureau tal-Parlament Ewropew.''

Emenda 17

ARTIKOLU 1, PUNT 9

Artikolu 10, paragrafu 2 (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

2. Il-finanzjament imħallas mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea m’għandux ikun ta’ aktar minn 85% tal-baġit ta’ partit jew fondazzjoni politika fil-livell Ewropew. Il-piż tal-prova għandu jibqa’ fuq il-partit politiku relevanti fil-livell Ewropew.

2. Il-finanzjament imħallas mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea m’għandux ikun ta’ aktar minn 85% ta' dawk l-ispejjeż ta’ partit jew fondazzjoni politika fil-livell Ewropew li huma eliġibbli għall-iffinanzjar. Il-piż tal-prova għandu jibqa’ fuq il-partit politiku relevanti fil-livell Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Użu ta' kliem aktar flessibbli li diġà intuża fir-Regolament Finanzjarju, fir-regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u fid-deċiżjoni tal-Bureau ta' l-2004. Mingħajr din il-korrezzjoni ma jkunx hemm stipulat persentaġġ massimu għall-kontribuzzjoni finanzjarja għall-baġit ta' fondazzjoni politika u b'hekk tinħoloq lakuna legali.

Emenda 18

ARTIKOLU 1 A (ġdid)

 

Artikolu 1a

Tranżizzjoni proviżorja

 

Id-dispożizzjonijiet stipulati minn dan ir-regolament japplikaw għal għotjiet mogħtija lill-partiti politiċi Ewropej mill-bidu tas-sena finanzjarja 2008.

 

Għas-sena finanzjarja 2008 kull applikazzjoni għal finanzjament ta' fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew skond l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 għandhom ikunu relatati esklussivament ma' spejjeż eliġibbli li saru wara 1 ta' Settembru 2008.

 

Il-partiti politiċi Ewropew li ssottomettew kif suppost l-applikazzjonijiet tagħhom għal għotjiet għall-2008 jistgħu sa tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jissottomettu applikazzjoni supplimentarja għal finanzjament ibbażata fuq il-modifiki li ddaħħlu b'dan ir-Regolament u, fejn ikun xieraq, applikazzjoni għal għotja għal fondazzjoni affiljata ma' dak il-partit politiku. Il-Parlament Ewropew għandu japplika miżuri xierqa ta' implimentazzjoni.

 

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta kollha kemm hi tal-Kummissjoni u jirrakkomanda li din għandha tiġi adottata flimkien ma' l-emendi proposti li l-iskop tagħhom huwa primarjament ta' kjarifika. Huwa jirriserva d-dritt li jressaq emendi oħrajn li jistgħu jirriżultaw neċessarji fid-dawl tad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill.

Il-proposta tikkonċerna tliet kwistjonijiet li tqajmu fl-aħħar riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew rigward il-partiti politiċi Ewropej li fiha s-sitwazzjoni sal-preżent rigward finanzjament ġew assessjati u tressqu proposti għal titjib u għal aktar żvilupp[1]. Il-kwistjonijiet kienu:

1. aġġustament tar-regoli għall-iffinanzjar skond il-ħtiġijiet speċifiċi tal-partiti politiċi rigward l-użu tal-fondi[2] ,

2. rikonixximent li l-partiti politiċi għandhom l-irwol tagħhom fil-kuntest ta' elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u, f'dan ir-rigward, rikonoxximent speċifiku tal-legalità ta' l-użu tal-fondi għal dan il-għan [3], u

3. il-possibilità tal-finanzjament fil-livell Ewropew ta' fondazzjonijiet politiċi li jikkomplimentaw l-attivitajiet tal-partiti politiċi Ewropej permezz ta' ħidma ta' informazzjoni u ħidma edukazzjonali[4].

Aktar dettalji dwar il-kwistjonijiet:

1. Regoli għall-finanzjament

Sabiex ma jkunx hemm ripetizzjonijiet, il-qarrej jagħmel tajjeb li jikkonsulta l-memorandum dettaljat spjegattiv mehmuż mal-proposta tal-Kummissjoni. Hemm żewġ talbiet li għamlu l-partiti politiċi Ewropej li rriżultaw ġustifikati fil-prattika:

- li jinġieb ‘il quddiem 25% tad-dħul totali ta' partit minn sena ta' qabel għall-ewwel tliet xhur ta' sena ta' wara, hekk li jkun hemm aktar flessibiltà fl-infiq matul it-tranżizzjoni bejn sena finanzjarja u oħra, u jkun possibbli li fit-terminu qasir ta' żmien jiġu ffaċċjati bdil fiċ-ċirkostanzi, u

- il-possibilità li jiġu akkumulati riżervi matul għadd ta' snin bħala riżorsi proprji (donazzjonijiet, kontribuzzjonijiet mill-partiti msieħba u membri individwali) sa ċertu ammont ta' flus, iffissat mill-proposta tal-Kummissjoni bħala 100% tal-medja tal-finanzjament totali tal-partiti politiċi Ewropej.

L-ewwel waħda mir-reġoli ġodda tirrapreżenta deroga għall-hekk imsejħa "regola li ma jkunx hemm profitt" ta' l-Artikolu 109 tar-Regolament Finanzjarju, li s-sugu tagħha huwa li fi tmiem sena finanzjarja t-totalità ta' l-għotja li jingħata lil faċilità meqjusa eliġibbli għall-għajnuna tkun intefqet kollha. Ġie stabbilit li l-kunċett tar-Regolament Finanzjarju ta' "għotja", li hiwa l-bażi li fuqu huwa organizzat l-iffinazjar tal-partiti politiċi Ewropej, japplika biss b'mod limitat għall-karatteristiċi u l-ħtiġijiet tal-partiti politiċi.

It-tieni waħda hija kkunsidrata wkoll, u fil-fatt, hija indikata ukoll mill-Kummissjoni bħala deroga għar-"regola li ma jkunx hemm profitt". Din madankollu tista' tiġi wkoll interpretata bħala kjarifika li tifformola t-tifsira u l-għan tar-regola li tistipula li m'għandu jibqa' ebda surplus fi tmiem is-sena minn xi "għotja", iżda dan ma japplikax għar-riżorsi proprji li jiġu minn donaturi li jkunu terzi persuni.

2. L-irwol tal-partiti politiċi Ewropej fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Il-proposta tal-Kummissjoni tiċċċara kwistjoni li ma hix ittakiljata direttament mir-Regolament attwali. Minn dejjem ġie affermat li ma jagħmilx sens li partiti jiġu rikonoxxuti fil-livell Ewropew jekk dawn ma jitħallewx ikollhom l-irwol tagħhom fil-kampanji elettorali għall-Parlament Ewropew. Filfatt, l-użu tal-kliem attwali fir-regola li tiforma l-bażi legali tagħhom li ddaħħlet mit-Trattat ta' Maastricht (l-Artikolu 191 tat-Trattat KE) diġà jissuġġerixxi din l-interpretazzjoni. Wara kollox, kif jista' wieħed jistenna li dawn il-partiti jagħtu sehemhom għall-iżvilupp ta' għarfien politiku Ewropew u jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta' għarfien ta' l-Ewropa fost iċ-ċittadini jekk ma jitħallewx jipparteċipaw f'kampanji elettorali? Biex jipparteċipaw f'attivitajiet bħal dawn il-partiti politiċi jistgħu jagħmlu użu wkoll mill-għajnuna finanzjarja li ġew mogħtija. Attivitajiet ta' partiti politiċi Ewropej f'kampanja għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li jissupplimentaw il-kampanji ta' partiti nazzjonali ma jistgħux jitqiesu bħala "finanzjament" inammissibbli tal-parit jew partiti politiċi relevanti.

It-test tad-dispożizzjoni korrispondenti tal-proposta (l-Artikolu 8, paragrafu 3) tar-Regolament kif emendat fih nuqqas wieħed li ġie kkawżat minħabba użu ta' kliem ambigu fil-verżjoni attwali tar-Regolament (Artikolu 3 (d)). L-Artikolu 8, paragrafu 3 jitkellem dwar "l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, li fihom (il-partiti politiċi Ewropej) jipparteċipaw kif meħtieġ fl-Artikolu 3(d)" imma dan ma jfissirx li partiti politiċi Ewropej għandhom iressqu l-kandidati tagħhom stess għall-elezzjoni, ħaġa li s'issa għad ma rnexxilhomx jagħmlu; ifisser imma li l-partiti politiċi tagħha għandhom jagħmlu dan, jew talanqas għandhom ikunu ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu dan.

3. Il-finanzjament ta' fondazzjonijiet politiċi fil-livell Eewropew.

L-aktar innovazzjoni sinifikanti tal-proposta tal-Kummissjoni hija li tagħti l-possibiltà li mhux biss jiġu finanzjati mill-baġit ta' l-Unjoni l-partiti politiċi Ewropej, imma wkoll il-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew li huma affiljati magħhom. Fondazzjonijiet politiċi li huma marbutin ma' partiti huma aspett ta' ħafna Stati Membri u koperazzjoni transkonfinali bejn fondazzjonijiet politiċi diġà qed tidher taħt diversi forom[5] , Madankollu, għal bosta żmien ma kien hemm ebda qafas regolatorju jew bażi finanzjarja għall-ħolqien ta' fondazzjonijiet marbutin ma' familji politiċi eżistenti fil-livell Ewropew sabiex jaqdu funzjonijiet li l-partiti politiċi Ewropej ma kenux jistgħu jagħmlu, jew li ma kenux jistgħu jagħmlu dan b'mod sodisfaċenti. Sabiex issib soluzzjoni għal dan, il-Kummissjoni introduċiet proġett pilota għall-2007 li jgħin sabiex it-twaqqif ta' fondazzjonijiet politiċi Ewropej ikun ffinanjat u sabiex jiġu organizzati l-attivitajiet tagħhom [6]. B'limitu massimu ta' sentejn, din hija biss soluzzjoni temporanja sakemm ikun hemm bażi legali għall-iffinanzjar. Fondazzjonijiet pubbliċi Ewropej probabbli jingħatawlhom ix-xogħol ta' edukazzjoni rigward politika pubblika Ewropea u li josservaw u janalizzaw dibattiti u proċessi (funzjoni ta' think tank) u l-ħolqien ta' pjattaforma għall-koperazzjoni bejn fondazzjonijiet nazzjonali eżistenti.

Id-dispożizzjonijiet ġodda li ddaħħlu dwar fondazzjonijiet politiċi Ewropej jistgħu jiġu rijassunti kif ġej:

- Il-fondazzjonijiet, bħall-partiti, jridu jitwaqqfu skond il-liġijiet ta' l-Istati Membri u jkollhom personalità legali. Huma jistgħu jitwaqqfu bħala entità separata jew jinħolqu permezz ta' amalgamazzjoni ma' fondazzjonijiet eżistetni jew organizzazzjonijiet oħra. L-istess bħal għal partiti, ma hemm ebda dispożizzjoni fir-Regolament għar-"reġistrazzjoni" jew l-"għarfien" assoċjat. Ikun hemm sempliċement li jkunu jistgħu jirċievi finanzjament, taħt ċerti kundizzjonijiet, mill-baġit operazzjonali tal-Parlament Ewropew.

- Il-finanzjament jipprisupponi li kull fondazzjoni tkun marbuta ma' partit politiku Ewropew li jkun iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. F'kull każ, ir-Regolament ipoġġi fuq iż-żewġ korpi r-responsabbiltà sabiex jistipulaw id-dettalji tar-relazzjoni u ta;' "livell xieraq ta' seperazzjoni" bejn il-pariti u l-fondazzjoni skond l-immaniġġġjar ta' kuljum u l-istrutturi regolatorji.

- Fondazzjonijiet għandhom ikollhom firxa ta' attivitajiet li jaqblu mas-sura tipika ta' fondazzjoni politika (kif definit fl-Artiklu 2(4) (ġdid)) u jridu jimxu mal-prinċipji tal-libertà, demokrazija, tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet u ta' l-istat tad-dritt. It-twettiq ta' din il-kundizzjoni jista' jiġi verifikat b'"l-applikazzjoni xierqa" tal-proċeduri ta' reviżjoni riservati għall-partiti (Artikolu 5 tar-Regolament). Fondazzjoni tiċċaħħad mid-dritt li tirċievi finanzjament jekk dan jiġi miċħud lill-partit li miegħu hija marbuta.

- Fondazzjonijiet għandhom jikklejmjaw finanzjament 'permezz tal-partit politiku Ewropew li miegħu jkunu affiljati'. Dan l-użu ta' kliem jeħtieġ li jkun aktar preċiż fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

- Fondazzjonijiet jistgħu biss jużaw il-fondi għal attivitajiet li jkunu jaqblu mad-definizzjoni tagħhom ta' fondazzjoni. Dawn ma jistgħux jintużaw biex jiffinanzjaw, direttment jew indirettament, partiti politiċi jew fondazzjonijiet nazzjonali (l-Artikolu 7 kif emendat; ara l-Emenda ta' kjarifika numru 5).

- Fondazzjonijiet jaqgħu taħt l-istess rekwiżiti tal-partiti rigward kontabilità u ammissibilità ta' donazzjonijiet. Huma jistgħu jirċievu sa 40% ta' finanzjament minn kontribuzzjonijiet minn fondazzjonijiet li huma affiljati magħhom bħala membri u minn partiti politiċi Ewropej (Ara l-Emenda 6).

- Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artiklu 9 rigward "l-implimentazzjoni u l-kontroll" għandhom japplikaw ukoll għall-finanzjament mogħti lil fondazzjoniiet (tmien l-Artikolu 4(5)(ġdid) tar-Regolament). Id-dispożizzjonijiet ġodda rigward li jinġabu fondi mis-sena ta' qabel għas-sena ta' wara u rigward il-ġbir ta' riservi, japplikaw ukoll għall-fondazzjonijiet.

- Id-distribuzzjoni ta' finanzjament tal-fondazzjonijiet taqa' taħt l-istess formola tal-pariti li magħhom ikunu konnessi (l-Artikolu 10(1) tar-Regolament): 15% f'isħma ndaqs u 85% bi proporzjon man-numru ta' Membri eletti fil-Parlament Ewropew tal-partit affiljat.

- Hemm rata uniformi ta' finanzjament ta' 85% tal-baġit annwali għall-partiti u l-fondazzjonijiet. Fiż-żewġ każi, ir-rata hija kkalkulata skond karatteristiċi speċifiċi tal-benefiċarji (ara l-Emenda 17)

- Il-Parlament Ewropew għandu sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar 2011 sabiex jipproduċi rapport ta' evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament kif emendat.

  • [1]  Ir-Riżoluzzjoni tat-23 ta' Marzu 2006 fuq il-bażi tar-rapport ippreżentat mill-Kumitat dwar Affarijiet Kostituzzjonali A6-0042/2006, rapporteur: Jo Leinen
  • [2]  Il-paragrafi 13(d) u (e) tar-Riżoluzzjoni
  • [3]  Il-paragrafu 14 (c) tar-Riżoluzzjoni
  • [4]  Il-paragrafu 14 (c) tar-Riżoluzzjoni
  • [5]  Bħalma hu n-netwerk Ewropew ta' fondazzjonijiet politiċi
  • [6]  Linja tl-baġit 15 06 07

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠIT (10.10.2007)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom
(COM(2007)0364 – C6‑0202/2007 – 2007/0130(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Catherine Guy-Quint

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fl-Artikolu 191, it-Trattat jirrikonoxxi l-irwol fundamentali tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew għall-formazzjoni ta' kuxjenza Ewropea u għall-espressjoni tal-volontà politika taċ-ċittadini ta' l-Unjoni. Dan jikkostitwixxi wkoll il-bażi li tippermetti finanzjament pubbliku tal-partiti politiċi Ewropej fil-livell Ewropew. Madankollu, huwa ma jsemmix il-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew.

Din il-proposta tagħti tweġiba parzjali għal dikjarazzjoni li ġiet negozjata mill-Kumitat għall-Baġit u mir-rapporteur tagħha dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, matul ir-riforma tar-regolament finanzjarju f'Diċembru 2006[1]:

2. Abbozz ta' dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew

''Il-Kummissjoni tintrabat li tippreżenta, jekk ikun possibbli qabel ix-xahar ta' Frar 2007, proposta għal modifika tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom sabiex jitwaqqfu dispożizzjonijiet bil-għan li r-risorsi proprji jiġu eżentati mir-regola ta' non-profitt prevista fl-Artikolu 109 tar-regolament finanzjarju, b'mod partikolari l-kontribuzzjonijiet u ħlasijiet miġbura fl-operazzjonijiet annwali ta' partit politiku fil-livell Ewropew, li jaqbżu l-25 % ta' l-ispejjeż eliġibbli li għandu jħallas il-benefiċjarju bi qbil ma' l-Artikolu 10, paragrafu 2, tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003."

L-emendi proposti għandhom għalhekk bħal uniku suġġett il-partiti politiċi fil-livell Ewropew u r-rispett tar-regolament finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni.

Jaqbel li jissemma' li, matul il-proċedura baġitarja 2008, ġew imressqa żewġ emendi li jikkonċernaw il-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew li jitolbu li tinħoloq linja baġitarja fit-taqsima Parlament Ewropew, li tqiegħed għad-dispożizzjoni b'p.m. u EUR 5 miljuni f'riserva fi stennija ta' l-adozzjoni tal-bażi ġuridika.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġit jistieden lill- Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda1

PREMESSA 4 A (ġdida)

 

Meta l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni tirrikjedi li jingħata appoġġ finanzjarju għal persuna terza, per eżempju organizzazzjoni politika ta' żgħożija, il-partit politiku fil-livell Ewropew jista' jagħti dan l-appoġġ fir-rispett tal-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 120, paragrafu 2, tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar regolament finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1 u ta' l-Artikolu 184a tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2002 li jwaqqaf il-modalitajiet ta' eżekuzzjoni tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill dwarRegolament finanzjarju applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1._______________

Regolament finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal- komunitajiet Ewropej 2.

_______________

1 ĠU L 248 tas-16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L. 390, tat-30.12.2006, p. 1).

2 ĠU L 357 tal-31.12.2002, p. 1. 2Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, tat-28.4.2007, p.13).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tikkonċilja l-proposta leġiżlattiva mal-pożizzjoni tal-PE.

Emenda 2

PREMESSA 6

(6) Sabiex iżidu l-kapaċitajiet ta’ ppjanar finanzjarju fit-tul tal-partiti, biex iqisu l-ħtiġiet varji ta’ finanzjament minn sena għall-oħra, u biex isaħħu l-inċentivi tal-partiti biex ma jiddependux biss mill-finanzjament pubbliku, il-partiti politiċi fil-livell Ewropew għandhom jitħallew jistabbilixxu riżervi finanzjarji limitati bbażati fuq ir-riżorsi tagħhom stess iġġenerati minn sorsi oħra barra l-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea.

(6) Sabiex iżidu l-kapaċitajiet ta’ ppjanar finanzjarju fit-tul tal-partiti, biex iqisu l-ħtiġiet varji ta’ finanzjament minn sena għall-oħra, u biex isaħħu l-inċentivi tal-partiti biex ma jiddependux biss mill-finanzjament pubbliku, il-partiti politiċi fil-livell Ewropew għandhom jitħallew, permezz ta' deroga għar-regola ta' non-profitt prevista fl-Artikolu 109, paragrafu 2, tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, jistabbilixxu riżervi finanzjarji limitati bbażati fuq ir-riżorsi tagħhom stess iġġenerati minn sorsi oħra barra l-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tippreċiża l-modalitajiet ta' l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament

Emenda 3

ARTIKOLU 1, PUNT 1

Artikolu 2, punt 4a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

 

4a) "finanzjament": għotja kif mifhuma mill-Artikolu 108, (1), tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tat-terminoloġija u koerenza mar-regolament finanzjarju.

Emenda 4

ARTIKOLU 1, PUNT 5

Artikolu 6, subparagrafu 1 b (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

(b) jiddikjaraw l-għejun tal-finanzjament tagħhom billi jipprovdu lista tad-donaturi u tad-donazzjonijiet li jkun irċieva kull donatur, minbarra d-donazzjonijiet ta’ mhux iżjed minn EUR 500

b) jiddikjaraw l-għejun tal-finanzjament tagħhom billi jipprovdu lista tad-donaturi u tad-donazzjonijiet li jkun irċieva kull donatur, minbarra d-donazzjonijiet ta’ mhux iżjed minn EUR 500 EUR kull sena mingħand kull donatur.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika u koerenza mal-kriterji ta' l-Artikolu 6 (1) (d).

Emenda 5

ARTIKOLU 1, PUNT 5

Artikolu 6, paragrafu 2 (Regolament (KE) nru 2004/2003)

2. Kontribuzzjonijiet lil partit politiku fil-livell Ewropew minn partiti politiċi nazzjonali li huma membri ta’ partit politiku fil-livell Ewropew huma ammissibbli. Ma’ jistgħux ikunu ta’ aktar minn 40 % tal-baġit ta’ kull sena ta’ dak il-partit.

2. Kontribuzzjonijiet lil partit politiku fil-livell Ewropew minn partiti politiċi nazzjonali li huma membri jew huma ta' membru (persuna fiżika) ta’ partit politiku fil-livell Ewropew huma ammissibbli. Kontribuzzjonijiet għal partit politiku Ewropew li jiġu minn partiti politiċi nazzjonali membri ma jistgħux jaqbżu l-40% tal-baġit annwali ta' dak il-partit.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika, għaliex ċerti partiti politiċi fil-livell Ewropew jagħtu l-possibilità lill-persuni fiżiċi li jingħaqdu magħhom individwalment.

Emenda 6

Artikolu 9, paragrafu 1, subparagrafu 2 (Regolament (KE) nru 2004/2003)

Il-proċeduri ta’ implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament huma stabbiliti mill-Uffiċjal ta’ l-Awtorizzazzjoni.”

Il-proċeduri ta’ implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament huma stabbiliti mill-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Din il-kjarifika tagħmel aktar trasparenti l-proċedura ta' l-adozzjoni tal-mod ta' twettiq tagħha billi tiċċara lill-pubbliku r-responsabbilitajiet.

Emenda 7

ARTIKOLU 1, PUNT 8 A A (ġdid)

Artikolu 9, paragrafu 2 (Regolament (KE) nru 2004/2003)

 

a a) Il-paragrafu 2 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. L-evalwazzjoni tal-beni mobbli u tal-proprjetà u d-deprezzament tagħhom issir bi qbil mal-modalitajiet ta' eżekuzzjoni ta' dan ir-regolament li għandu jiġi adottat skond paragrafu 1."

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament (KE) 2909/2000 ġie rrevokat fl-2005. Jaqbel għalhekk li jiġu ffissati l-modalitajiet għall-evalwazzjoni tal-beni permezz ta' modalitajiet ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati skond il-proċedura prevista f'paragrafu 1.

Emenda 8

ARTIKOLU 1, PUNT 9

Artikolu 10, paragrafu 2 (Regolament (KE) nru 2004/2003)

2. Il-finanzjament imħallas mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea m’għandux ikun ta’ aktar minn 85% tal-baġit ta’ partit jew fondazzjoni politika fil-livell Ewropew. Il-piż tal-prova għandu jibqa’ fuq il-partit politiku relevanti fil-livell Ewropew.

2. Il-finanzjament imħallas mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea m’għandux ikun ta’ aktar minn 85% ta' l-ispejjeż eliġibbli għal finanzjament ta’ partit jew fondazzjoni politika fil-livell Ewropew. Il-piż tal-prova għandu jibqa’ fuq il-partit politiku relevanti fil-livell Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Terminoloġija inqas ambigwa u diġà użata fir-regolament finanzjarju, modalitajiet ta' eżekuzzjoni u deċiżjoni tal-Bureau ta' l-2004.

Anness

Proċedura għall-għotja ta' kontribuzzjoni tal-Parlament Ewropew

skond is-sena finanzjarja N

Sena N-1

Ġunju N-1

Pubblikazzjoni min-naħa tal-PE ta' sejħa għal proposti li tiffissa l-kriterji ta' eliġibilità, il-modalitajiet ta' finanzjament (Art.110, par. 2 tar-regolament finanzjarju) Komunitarji u d-dati maħsuba għall-proċedura ta' għoti.

 

15 ta' Novembru N-1

Data ta' skadenza għat-tressiq tat-talba għal kontribuzzjoni mill-benefiċjarji

Sena N

15 ta' Frar N

 

Deċiżjoni tal-Bureau dwar it-tqassim ta' l-approprjazzjonijiet u dwar l-għoti tal-kontribuzzjonijiet lill-partiti politiċi Ewropej

 

15 ta' Marzu N

 

Data ta' skadenza għall-iffirmar tal-konvenzjoni ta' kontribuzzjoni, bejn il-partit politiku Ewropew u l-uffiċjal delegat li jawtorizza

 

30 ta' Marzu N

 

Għoti ta' prefinanzjament ta' 80% ta' l-ammont tal-kontribuzzjoni

Sena N+1

31 ta' Marzu N+1

Il-PE jippubblika d-dettalji tas-sostenn tekniku pprovdut lil kull partit politiku f'livell Ewropew f'rapport annwali

 

30 ta' Ġunju N+1

Il-kontribuzzjonijiet kollha mogħtija mill-PE matul sena finanzjarja huma ppubblikati matul l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja ta' wara, fis-sit ta' l-Internet tal-PE.

 

Data T

qabel il-15 ta' Mejju N+1

Talba għal ħlas ta' l-ammont li jkun fadal mill-partit politiku Ewropew, flimkien ma' rapport finali dwar it-twettiq tal-programm ta' xogħol, ta' sommarju finali ta' l-ispejjeż eliġibbli li jkunu saru, sitwazzjoni kompleta tad-dħul u l-infiq, rapport ta' verifika estena

 

T+60 jum

Approvazzjoni tal-Bureau tal-PE dwar ir-rapport ta' attività u somma finali li fadal x'titħallas

 

T+ 90 jum

Ħlas ta' din is-somma u rkupru ta' dak li jkun tħallas żejjed mill-Parlament

 

 

Salvagwardja tad-dokumenti:

Il-benefiċjarju jżomm għad-dispożizzjoni tal-PE dokumenti relatati mal-konvenzjoni ta' kontribuzzjoni matul perjodu ta' 5 snin sa mid-data ta' ħlas ta' l-ammont totali.

 

 

Kontrolli u verifiki:

Il-benefiċjarju jiffaċilita t-twettiq ta' verifika min-naħa tal-PE rigward l-użu li jsir mill-kontribuzzjoni. Dawn il-verifiki jistgħu jsiru tul il-perjodu ta' eżekuzzjoni tal-konvenzjoni sal-ħlas ta' l-ammont finali, kif ukoll matul perjodu ta' 5 snin sa mid-data ta' ħlas ta' l-ammont totali.

PROĊEDURA

Titolu

Statut u finanzjament tal-partiti politici Ewropej

Riferenzi

COM(2007)0364 - C6-0202/2007 - 2007/0130(COD)

Kumitat responsabbli

AFCO

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

3.9.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni:

Data tal-ħatra

Catherine Guy-Quint

17.7.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

13.9.2007

9.10.2007

 

 

Data ta' l-adozzjoni

8.10.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

0

Membri preżenti waqt il-votazzjoni finali

Richard James Ashworth, Reimer Böge, Herbert Bösch, Joan Calabuig Rull, Gérard Deprez, Brigitte Douay, Ingeborg Gräßle, Catherine Guy-Quint, Anne E. Jensen, Wiesław Stefan Kuc, Janusz Lewandowski, Nils Lundgren, Vladimír Maňka, Mario Mauro, Rovana Plumb, Nina Škottová, László Surján, Ralf Walter

Sostitut(i) preżent(i) waqt il-votazzjoni finali

Thijs Berman, Richard Corbett

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT (4.10.2007)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom
(COM(2007)0364 – C6‑0202/2007 – 2007/0130(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Véronique Mathieu

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-reviżjoni tar-Regolament Nru 2004/2003 proposta mill-Kummissjoni għandha l-għanijiet sussegwenti:

- li l-partiti politiċi jitħallew imexxu ’l quddiem permezz tad-deroga mir-regola tan-non-profitt stabbilita fl-Artikolu 109 tar-Regolament Finanzjarju ċerta perċentwali (25%) tad-dħul totali minn sena waħda għall-ewwel kwart tas-sena li jkun imiss;

- li l-partiti politiċi fil-livell Ewropew jitħallew jakkumulaw riżervi finanzjarji billi jfaddlu d-dħul iġġenerat mill-partiti stess li jaqbeż livell minimu ġdid ta’ kofinanzjament mnaqqas ta’ 15 %;

- li l-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew jitħallew ikollhom rwol importanti fl-appoġġ u l-promozzjoni ta' l-attivitajiet u l-objettivi al-partiti politiċi fil-livell Ewropew;

- li jiġi stabbilit b’mod ċar li l-approprjazzjonijiet li jiġu mill-baġit ta' l-UE jistgħu wkoll jintużaw għall-finanzjament tal-kampanji mmexxija mill-partiti politiċi fil-livell Ewropew fil-kuntest ta' l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, sakemm dan ma jikkostitwixxix finanzjament dirett jew indirett tal-partiti politiċi nazzjonali jew tal-kandidati tagħhom.

Ir-rapporteur għal opinjoni jindika li kull sena, il-Bureau tal-Parlament Ewropew jeżamina rapport mis-Segretarju Ġenerali dwar l-eżekuzzjoni tal-linja baġitarja li tikkorrispondi għall-għotjiet tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew u li l-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tikkoreġi n-nuqqasijiet u timla' l-vojt identifikat f'dawn ir-rapporti kif ukoll fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta' Marzu 2006[1].

Ir-rapporteur għal opinjoni jaqbel b'mod ġenerali mal-proposti tal-Kummissjoni għaliex dawn jikkorrispondu max-xewqat diġà espressi mill-Parlament.

Madankollu, wara qari iktar fil-fond tat-test tal-Kummissjoni, ir-rapporteur identifika xi punti li ħaqqhom ċerta riflessjoni u li wassluh sabiex ifassal numru limitat ta' emendi bil-għan li jiġi ċċarat it-test, mingħajr ma jitqiegħed dubju fuq il-bażi tajba tal-proposta.

Dawn l-emendi ma jagħtux lok għal kummenti ulterjuri iżda r-rapporteur għal opinjoni jixtieq jenfasizza punt ieħor.

Is-sinifikat u l-impatt prattiku tal-paragrafi ġodda 8 u 9 ta' l-Artikolu 9, hekk kif imfassla issa, mhumiex ċari għall-aħħar. Ir-rapporteur għal opinjoni ma pproponiex emenda speċifika. Huwa jistieden madankollu lill-Kumitat kompetenti sabiex jeżamina l-kitba preċiża ta' dawn il-paragrafi qabel ma ssir votazzjoni fuq il-proposta ħalli jiġu ċċarati t-tifsira u l-effett ġuridiku tagħhom.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill- Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Artikolu 2, punt 4, parti introduttorja (Regolament (KE) nru 2004/2003)

4) ''fondazzjoni politika fil-livell Ewropew'': entità jew netwerk ta’ entitajiet li għandu personalità legali fi Stat Membru, huwa affiljat ma’ partit politiku fil-livell Ewropew u li permezz ta’ l-attivitajiet tiegħu jsaħħaħ u jikkomplementa l-għanijiet tal-partit politiku Ewropew billi jwettaq, b’mod partikolari, il-kompiti li ġejjin:

4) ''fondazzjoni politika fil-livell Ewropew'': entità jew netwerk ta' entitajiet li għandhom personalità ġuridika fl-Istat Membru fejn tinsab is-sede tagħhom, li hija distinta minn dik tal-partit politiku fil-livell Ewropew li miegħu hija affiljata, u li, bl-attivitajiet tagħha, tappoġġja u tikkumpleta l-objettivi tal-partit politiku Ewropew, b'mod partikulari billi twettaq il-kompiti sussegwenti:

Ġustifikazzjoni

Sabiex il-kriterji rigward il-fondazzjonijiet ikunu jaqblu ma' dawn li jiggvernaw il-partiti (Artikolu 3a attwali tar-Regolament 2004/2003).

Emenda 2

Emenda 8ARTIKOLU 1, PUNT 2 A (ġdid)
Artikolu 4, paragrafu 2 a (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

 

2a) L-Artikolu 4(2)(a) huwa mibdul b'dan li ġej:

 

''a) id-dokumenti li juru li l-applikant jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3;''

Emenda 3

ARTIKOLU 1, PUNT 3Artikolu 4, paragrafu 1, subparagrafu 4 (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

4. Fondazzjoni politika fil-livell Ewropew tista’ tapplika għal finanzjament minn partit politiku fil-livell Ewropew li miegħu hija affiljata.

4. 4. Fondazzjoni politika fil-livell Ewropew tapplika għal finanzjament b'mod separat mill-partit politiku fil-livell Ewropew li miegħu hija affiljata.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu separati l-proċeduri li jikkonċernaw il-fondazzjonijiet u dawk li jikkonċernaw il-partiti.

Emenda 4

ARTIKOLU 1, PUNT 5

Artikolu 6, subparagrafu 1, punt b) (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

(b) jiddikjaraw l-għejun tal-finanzjament tagħhom billi jipprovdu lista tad-donaturi u tad-donazzjonijiet li jkun irċieva kull donatur, minbarra d-donazzjonijiet ta’ mhux iżjed minn EUR 500

(b) jiddikjaraw l-għejun tal-finanzjament tagħhom billi jipprovdu lista tad-donaturi u tad-donazzjonijiet li jkun irċieva kull donatur, minbarra d-donazzjonijiet ta’ mhux iżjed minn EUR 2500

Emenda 5

ARTIKOLU 1, PUNT 5

Artikolu 6, paragrafu 3 (Regolament (KE) nru 2004/2003)

3. Kontribuzzjonijiet lil fondazzjoni politika fil-livell Ewropew minn fondazzjonijiet plitiċi nazzjonali, li huma membri ta’ fondazzjoni politika fil-livell Ewropew, kif ukoll minn partiti politiċi fil-livell Ewropew, huma ammissibbli. Ma’ jistgħux ikunu ta’ aktar minn 40 % tal-baġit ta’ kull sena ta’ dik il-fondazzjoni".

3. Kontribuzzjonijiet lil fondazzjoni politika fil-livell Ewropew minn fondazzjonijiet politiċi nazzjonali, li huma membri ta’ fondazzjoni politika fil-livell Ewropew, kif ukoll minn partiti politiċi fil-livell Ewropew, huma ammissibbli. Ma’ jistgħux ikunu ta’ aktar minn 40 % tal-baġit ta’ kull sena ta’ dik il-fondazzjoni u għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10, paragrafu 2. Il-piż tal-prova għandu jibqa’ fuq il-partit politiku relevanti fil-livell Ewropew.

Emenda 6

ARTIKOLU 1, PUNT 6

Artikolu 7, paragrafu 1 (Regolament (KE) nru 2004/2003)

1. Il-finanzjament ta’ partiti politiċi fil-livell Ewropew mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea jew minn kwalunkwe sors ieħor ma jistax jintuża għall-finanzjament dirett jew indirett ta’ partiti politiċi oħra, u b’mod partikolari partiti nazzjonali, li jkomplu jiġu ggvernati minn regoli nazzjonali.

1. Il-finanzjament ta’ partiti politiċi fil-livell Ewropew mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea jew minn kwalunkwe sors ieħor ma jistax jintuża għall-finanzjament dirett jew indirett ta’ partiti politiċi oħra, u b’mod partikolari partiti nazzjonali jew kandidati individwali, li jkomplu jiġu ggvernati minn regoli nazzjonali.

Emenda 7

ARTIKOLU 1, PUNT 6

Artikolu 7, paragrafu 2 (Regolament (KE) nru 2004/2003)

2. Il-finanzjament ta’ fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea ma jistax jintuża għall-finanzjament dirett jew indirett ta’ partiti politiċi kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali jew ta’ fondazzjonijiet fil-livell nazzjonali.''

2. Il-finanzjament ta’ fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea ma jistax jintuża għall-finanzjament dirett jew indirett ta’ partiti politiċi kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali jew ta' kandidati individwali jew ta’ fondazzjonijiet fil-livell nazzjonali".

Emenda 8

ARTIKOLU 1, PUNT 8 B A) (ġdid)
Artikolu 9, paragrafu 3a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

 

b a) Il-paragrafu li ġej jiġi inserit:

"3a) Il-persuna responsabbli delegata sabiex tagħti l-ordni tista' wkoll twettaq verifiki ex post u fuq il-post meta hija tqis li dan ikun utli, bi qbil ma' l-Artikolu 60, paragrafu 4 tar-Regolament finanzjarju."

Emenda 9

ARTIKOLU 1, PUNT 8 C)
Artikolu 9, paragrafu 7 (Regolament (KE) nru 2004/2003)

7. Jekk partit politiku fil-livell Ewropew ikollu eċċess ta’ dħul fuq in-nefqa fit-tmiem ta’ sena finanzjarja li għaliha jkun irċieva għotja operattiva, parti minn dak l-eċċess ’il fuq minn 25% tad-dħul totali għal dik is-sena jista’, b’deroga għar-regola ta’ bla profitt stabbilita fl-Artikolu 109 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006, jitmexxa ’l quddiem għas-sena li jkun imiss bil-kundizzjoni li jrid jintuża qabel it-tmiem ta’ l-ewwel kwart ta’ dik is-sena li jmiss.

7. Jekk partit politiku fil-livell Ewropew ikollu eċċess ta’ dħul fuq in-nefqa fit-tmiem ta’ sena finanzjarja li għaliha jkun irċieva għotja operattiva, parti minn dak l-eċċess ’il fuq minn 25% tad-dħul totali għal dik is-sena jista’, b’deroga għar-regola ta’ bla profitt stabbilita fl-Artikolu 109 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006, jitmexxa ’l quddiem għas-sena li jkun imiss bil-kundizzjoni li jrid jintuża qabel it-tmiem ta’ l-ewwel kwart ta’ dik is-sena li jmiss. L-awditur estern u indipendenti inkarigat miċ- ċertifikikazzjoni annwali msemmija fl-Artikolu 9, paragrafu 3, huwa wkoll inkarigat, jekk dan ikun il-każ, li jiċċertifika l-eżekuzzjoni tajba tad-dispożizzjonijiet relatati ma' dan l-ammont li jinġieb 'il quddiem.

Huma biss l-ispejjeż li jkunu saru b'mod regolari qabel tmiem is-sena N li jistgħu jinġiebu 'l quddiem għas-sena finanzjarja li jkun imiss.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu faċilitati l-kontrolli u l-verifika, jaqbel li t-tressiq 'il quddiem ikun limitat għall-impenji ġuridiċi li jkunu diġà saru matul is-sena N.

Emenda 10

ARTIKOLU 1, PUNT 8 C)

Artikolu 9, paragrafu 9 (Regolament (KE) nru 2004/2003)

9. Id-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 8 m’għandhomx japplikaw jekk ir-riżervi finanzjarji ta’ partit politiku fil-livell Ewropew jaqbżu l-100 % tad-dħul annwali medju ta’ dak ta’ qabel.

9. Id-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 8 m’għandhomx japplikaw jekk ir-riżervi finanzjarji ta’ partit politiku fil-livell Ewropew jaqbżu l-100 % tad-dħul annwali medju ta’ dak ta’ qabel. L-awditur estern u indipendenti għandu wkoll jistabbilixxi ċertifikat li jgħid li dawn id-dispożizzjonijiet ġew rispettati.

Emenda 11

ARTIKOLU 1, PUNT 8 A (ġdid)

Artikolu 9 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2004/2003)

 

8a) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej:

 

‘Artikolu 9 a

Trasparenza

Il-Parlament Ewropew jippubblika flimkien, f'taqsima tas-sit ta' l-Internet tiegħu maħluq għal din ir-raġuni - għal kull sena finanzjarja li għaliha ġew mogħtija għotjiet - id-dokumenti sussegwenti :

- tabella ta' l-ammonti mħallsa lil kull partit politiku fil-livell Ewropew u lil kull fondazzjoni;

- iċ-ċertifikati annwali ta' verifika mogħtija mill-awdituri esterni u indipendenti msemmija fl-Artikolu 9, paragrafu 3, subparagrafu 2;

- ir-rapport annwali tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet ffinanzjati, imsemmija fl-Artikolu 12;

- il-modalitajiet ta' eżekuzzjoni ta' dan ir-Regolament adottati mill-Bureau tal-Parlament Ewropew.''.

PROĊEDURA

Titolu

Regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom

Referenzi

COM(2007)0364 - C6-0202/2007 - 2007/0130(COD)

Kumitat responsabbli

AFCO

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

3.9.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Véronique Mathieu

17.7.2007

 

 

Data ta' l-adozzjoni

4.10.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

12

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Mogens N.J. Camre, Paulo Casaca, Esther De Lange, Szabolcs Fazakas, Ingeborg Gräßle, Dan Jørgensen, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Bogusław Liberadzki, Nils Lundgren, Hans-Peter Martin, Jan Mulder, Bart Staes, Paul van Buitenen

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Véronique Mathieu

  • [1]  Rapport AFCO dwar il-partiti politiċi fil-livell Ewropew A6-0042/2006

PROĊEDURA

Titolu

Regolamenti li jirregolaw partiti politiċi fil-livell Ewropew u r-regoli dwar l-iffinanzjar tagħhom

Referenzi

COM(2007)0364 - C6-0202/2007 - 2007/0130(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

27.6.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

3.9.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

3.9.2007

CONT

3.9.2007

JURI

3.9.2007

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

3.10.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Jo Leinen

2.5.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

16.7.2007

11.9.2007

1.10.2007

 

Data ta’ l-adozzjoni

22.10.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

18

4

0

Membri preżenti għall-vot finali

Jim Allister, Enrique Barón Crespo, Bastiaan Belder, Jens-Peter Bonde, Richard Corbett, Jean-Luc Dehaene, Andrew Duff, Ingo Friedrich, Bronisław Geremek, Anneli Jäätteenmäki, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Jo Leinen, Íñigo Méndez de Vigo, Rihards Pīks, Adrian Severin, Johannes Voggenhuber, Dushana Zdravkova

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Costas Botopoulos, Elmar Brok, Carlos Carnero González, Alain Lamassoure, György Schöpflin

Data tat-tressiq

25.10.2007