RAPPORT dwar il-proposta ta' deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehima Ewro-Mediterranja rigward is-servizzi ta' l-ajru bejn, fuq naħa, il-Komunita Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u fuq l-oħra, ir-Renju tal-Marokk
5.11.2007 - (COM(2006)0145 – C6‑0333/2007 – 2006/0048(CNS)) - *
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Johannes Blokland
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta ta' deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehima Ewro-Mediterranja rigward is-servizzi ta' l-ajru bejn, fuq naħa, il-Komunita Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u fuq l-oħra, ir-Renju tal-Marokk
(COM(2006)0145 – C6‑0333/2007 – 2006/0048(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta ta' deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0145)[1],
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni 2006/959/KE tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2006 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehima Ewro-Mediterranja rigward is-servizzi ta' l-ajru bejn, fuq naħa, il-Komunita Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u fuq l-oħra, ir-Renju tal-Marokk[2],
– wara li kkunsidra l-Ftehima Ewro-Mediterranja rigward is-servizzi ta' l-ajru bejn, fuq naħa, il-Komunita Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u fuq l-oħra, ir-Renju tal-Marokk[3]
– wara li kkunsidra l-Artikolu 80, paragrafu 2, u l-Artikolu 300, paragrafu 2, l-ewwel inċiż, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300, paragrafu 3, l-ewwel inċiż, tat-Trattat KE, li b'mod konformi ma' dan ġie konsultat mill-Kunsill (C6‑0333/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 83, paragrafu 7, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0416/2007),
1. Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI
KUNTEST GLOBALI
F'Marzu 2005, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Komunikazzjoni dwar ir-relazzjonijiet ta' l-ajru fil-qasam ta' l-avjazzjoni[1], komunikazzjoni li f'Ġunju ta' l-istess sena ġiet segwita mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri. Dawn it-testi jistabbilixxu programm ta' azzjoni ambizzjuż għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet ta' l-ajru tal-Komunita, u jiddefinixxu t-tliet pilastri li fuqhom hija mibnija l-politika Ewropea.
1) Li tingħata garanzija ta' sigurta ġuridika tal-ftehimiet bilaterali eżistenti, partikolarment permezz ta' l-inklużjoni ta' klawżoli ta' ħatra ġodda[2]; l-isforz konġunt tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri diġa pprovda riżultati importanti: 430 trattat ta' l-Istati Membri ġew emendati wkoll.
2) Żvilupp b'mod aktar estensiv ta' l-Ispazju ta' l-Ajru Ewropew Komuni. Dan l-ispazju jfisser l-integrazzjoni tal-ġabra ta' regoli Ewropej mill-pajjiżi ġirien, u jibdew mir-regoli ta' sikurezza. Ġiet konkluża ftehima maġġuri mal-pajjiżi Balkani tal-Punenti. Il-ftehima mal-Marokk hija t-tieni ftehima fil-qasam ta' l-Ispazju ta' l-Ajru komuni, u l-ewwel li ġiet iffirmata ma' pajjiż li qiegħed barra mill-kontinent Ewropew. L-Ispazju ta' l-Ajru Ewropew Komuni għandu l-għan li jkopri l-pajjiżi ġirien kollha ta' l-Unjoni sa l-2010.
3) Twaqqif ta' ġabra ta' ftehimiet globali ta' l-ajru ġodda, li jistabbilixxu żewġ objetti inseparabbli, fuq naħa l-ftuħ tas-swieq biex jinħolqu prospetti ekonomiċi ġodda, u fuq naħa oħra, proċess ta' konverġenza regolamentari li tiggarantixxi qafas sodisfaċenti, b'kundizzjonijiet ta' konkorrenza ġusta b'mod suffiċjenti.
Din il-ftehima ta' l-ajru tidħol fil-qafas ta' sħubija privileġġata li hija riżultat tal-Proċess ta' Barċellona bejn l-UE u l-pajjiżi fuq il-fruntiera Mediterranja. L-għanijiet ewlenin ta' din is-sħubija li ġew materjalizzati permezz tal-ftehima huma l-ftuħ tas-swieq, il-kundizzjonijiet ġusti ta' esplojtazzjoni kif ukoll aktar sigurta, ta' sikurezza u ta' rispett għall-ambjent, bl-objettiv li dawn il-pajjiżi jiġu appoġġjati fl-iżvilupp tas-settur tagħhom ta' l-ajru. Għandha tiġi studjata sħubija simili ma' ġirien Mediterranji oħra tal-KE, kif ukoll, jekk ikun il-każ, il-karatteristiċi speċifiċi li għandhom jiġu kunsidrati għal ċerti pajjiżi.
SINTEŻI STORIKA TAL-FTEHIMA
Fuq bażi ta' mandat miftiehem mill-Kunsill tal-Ministri tat-Trasport ta' l-Unjoni Ewropea fl-10 ta' Diċembru 2004, il-Kummissjoni bdiet negozjati dwar ftehima ta' servizzi ta' l-ajru Ewro-Mediterranji mal-Marokk f'Mejju 2005; diġa kien hemm sitt sessjonijiet ta' negozjati.
Il-ftehima hija waħda "globali". Hija ftehima ta' l-ajru ta' ġenerazzjoni ġdida ta' ftehimiet bħal dik li qed tiġi konkluża ma' l-Istati Uniti. Ġiet iffirmata u inizjalata fit-12 ta' Diċembru 2006 għal applikazzjoni proviżorja u għandha tiġi konkluża b'mod definit.
Skond il-ftehima mhux biżżejjed li jkun hemm il-ftuħ tas-swieq; il-ftehima tinkludi wkoll ravviċinar ġenerali tal-leġiżlazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet, b'mod partikulari madwar elementi ewlenin tar-regolamentazzjoni Ewropea fl-avjazzjoni, inklużi s-sikurezza, regolamentazzjoni ekonomika u speċjalment ta' konkorrenza, ta' kontroll ta' l-ajru u ta' protezzjoni tal-konsumatur. Tinkludi wkoll dispożizzjoni pjuttost awdaċi rigward investimenti li jiltaqgħu f'partijiet diversi fil-Mediterran.
Il-ftuħ tas-swieq bejn il-Marokk u l-Unjoni Ewropea se jseħħ progressivament. Il-ftehima globali tinvolvi żewġ fażijiet u se tidħol fis-seħħ b'mod temporanju minn meta tiġi ffirmata:
L-ewwel fażi: Il-konverġenza regolamentari tibda fl-ewwel fażi. Il-projbizzjoni ta' l-għajnuniet mill-Istat u r-regoli maġġuri ta' konkorrenza huma applikabbli wkoll mill-ewwel fażi. Rigward l-aċċess għas-suq, l-ewwel fażi tinkludi l-elementi li ġejjin:
għat-trasportaturi bl-ajru tal-Marokk:
· it-tielet / ir-raba' libertajiet illimitati bejn il-Marokk u l-Unjoni Ewropea;
· id-dritt ta' ħidma minn kull punt mill-Marokk lejn kull punt fl-Ewropa;
Għat-trasportaturi bl-ajru tal-Marokk:
· it-tielet / ir-raba' libertajiet illimitati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Marokk;
· id-dritt ta' ħidma minn kull punt fl-Ewropa lejn kull punt mill-Marokk.
Pereżempju, kumpanija Marokkina tista' ttir mingħajr restrizzjonijiet bejn Casablanca u Stokkolma jew toħloq servizz ġdid bejn Marrakech u Napli. Il-proċeduri amministrattivi se jkunu mnaqqsa għal amont minimu.
It-tieni fażi: L-applikazzjoni sodisfaċenti mill-Marokk tal-leġiżlazzjoni Ewropea relatata, u l-kundizzjoni neċessarja biex tibda t-tieni fażi. Din il-leġiżlazzjoni Ewropea relatata tkopri l-parti l-kbira ta' xi 28 regolament u direttiva (pereżempju mill-qasam tad-dritt soċjali, tal-kontroll ta' l-ajru, ta' rifjut ta' imbarkazzjoni, ta' restrizzjonijiet ambjentali jew dawk marbuta mal-ħoss, eċċ.).
Rigward l-aċċess għas-suq, it-tieni fażi tinkludi l-elementi li ġejjin:
Għat-trasportaturi bl-ajru tal-Marokk:
· drittijiet ta' traffiku konsekuttiv tal-ħames liberta' fl-Ewropa;
Għat-trasportaturi bl-ajru Ewropej:
· drittijiet ta' traffiku tal-passiġġieri tal-ħames liberta lil hinn mill-Marokk lejn il-pajjiżi tal-Politika tal-Viċinanza;
· drittijiet ta' traffiku ta' merkanzija tal-ħames liberta lil hinn mill-Marokk mingħajr restrizzjoni.
Pereżempju, kumpanija Marokkina tista' teffettwa titjiriet bejn Casablanca u Madrid, imbagħad tkompli s-servizz tagħha lejn Dublin u twassal lill-passiġġieri minn Madrid għall-Irlanda, u dan jgħinha biex tagħmel profitt minn dan is-servizz.
Il-Kumitat Konġunt: Mill-Ewwel Fażi , se tkun stabbilita entità konġunta UE - Marokk biex tiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ l-implimentazzjoni tal-Ftehima kif ukoll biex tiddeċiedi dwar l-integrazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet il-ġodda fiha. Il-Kumitat Konġunt se jara li l-Ftehima tevolvi u se jindirizza kwistjonijiet soċjali u proposti ekonomiċi dwar il-proprjetà u l-kontroll.
Pożizzjoni tar-Rapporteur
Din il-ftehima hija l-ewwel ftehima "globali" ta' l-avjazzjoni bejn il-Komunita u pajjiż terz mhux Ewropew. Ġiet maħluqa fil-qafas tal-politika tal-viċinanza Ewropea fejn il-Komunita trid issaħħaħ ir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi ġirien tagħha.
Fuq numra ta' punti, din il-ftehima tasal aktar lil hinn mill-ftehima ta' l-avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti, li għandha l-istess struttura. Naraw dan b'mod partikulari fil-każ ta' l-Artikoli dwar koperazzjoni regolatorja u investiment.
Din il-ftehima tinkorpora leġiżlazzjoni attwali ta' l-UE fil-qasam tas-sikurezza ta' l-avjazzjoni, maniġġar tat-traffiku ta' l-ajru, ambjent, protezzjoni tal-konsumatur, sistemi ta' booking bil-kompjuter u aspetti soċjali. Ma ġiet inkluża l-ebda leġiżlazzjoni ta' l-UE dwar is-sikurezza. Minflok, il-partijiet qablu fuq standards komuni f'dan il-qasam.
Ir-riżultat ta' din il-ftehima huwa t-tkabbir tas-suq intern ta' l-avjazzjoni Ewropew, li jista' jkun fl-interess tal-partijiet konċernati kollha peress li dan se jżid is-suq Ewropea ta' passiġġieri u merkanzija ta' l-ajru. Ġiet milqugħa l-idea li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni tistabbilixxi ftehimiet simili ma' pajjiżi oħra ġirien. Bħalissa hemm ftehima globali mal-pajjiżi Balkani tal-Punent u dalwaqt se jibdew negozjati ma' l-Ukrajina. Għandhom mnejn isegwu negozjati ma' pajjiżi oħra fi żmien xieraq. Ftehimiet futuri x'aktarx se jkunu bbażati fuq dan il-mudell.
Ovvjament ir-riżultat tan-negozjati ta' dawn it-tip ta' ftehimiet jiddependi ħafna fuq it-tagħrif u l-esperjenza ta' min qed imexxi n-negozjati.
F'dan ir-rigward, ir-rapporteur jixtieq iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jibbenefikaw mit-tagħrif tas-settur ta' l-avjazzjoni ta' l-UE meta jieħdu aktar passi fil-kuntest ta' din il-ftehima jew meta jiġu negozjati ftehimiet ġodda.
Bħala konklużjoni, ir-rapporteur jipproponi li jagħti opinjoni pożittiva dwar din il-ftehima ta' l-avjazzjoni mar-Renju tal-Marokk.
- [1] "Żvilupp ta' l-aġenda għall-politika esterna ta' l-avjazzjoni tal-Komunita", COM(2005)0079.
- [2] Il-klażola ta' ħatra Komunitarja tippermetti lit-trasportaturi Komunitarji kollha stabbiliti regolarment fit-territorju ta' l-Istat Membru konċernat biex ikunu maħtura biex joperaw skond din il-ftehima.
PROĊEDURA
Titolu |
Ftehima Ewro-Mediterranja fil-qasam tas-servizzi bl-ajru |
|||||||
Referenzi |
COM(2006)0145 - 2006/0048(CNS) - C6-0333/2007 |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
5.10.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 11.10.2007 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Johannes Blokland 2.5.2006 |
|
|
|||||
Rapporteur(s) preċedenti |
Patrick Louis |
|
|
|||||
Diskussjoni fil-kumitat |
10.4.2007 |
|
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
8.5.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
31 0 1 |
||||||
Membri preżenti għall-vot finali |
Inés Ayala Sender, Etelka Barsi-Pataky, Arūnas Degutis, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Dieter-Lebrecht Koch, Sepp Kusstatscher, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Erik Meijer, Josu Ortuondo Larrea, Willi Piecyk, Reinhard Rack, Gilles Savary, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Silvia-Adriana Ţicău, Georgios Toussas |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali |
Zsolt László Becsey, Johannes Blokland, Philip Bradbourn, Elisabeth Jeggle, Antonio López-Istúriz White, Leopold Józef Rutowicz, Salvatore Tatarella |
|||||||