RAPPORT
15.11.2007 - (COM(2006)0817 – C6‑0055/2007 – 2006/0310(CNS)) - *
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL)
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL)
(COM(2006)0817 – C6‑0055/2007 – 2006/0310(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2006)0817),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 30, paragrafu 2 u l-Artikolu 34, paragrafu 2 (c) tat-Trattat ta' l-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 39, paragrafu 1 tat-Trattat KE, skond liema Artikolu huwa ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0055/2007),
– wara li kkunsidra l-protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea li dwaru ġie kkonsultat mill-Kunsill,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0447/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Iqis li l-ammont indikattiv ta' referenza finanzjarja muri fil-proposta leġiżlattiva jeħtieġ li jkun kompatibbli mal-limitu taħt l-intestatura 3 A tal-qafas finanzjarju pluriennali ġdid u mad-dispożizzjonijiet tal-punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba tas-17 ta' Mejju 2006 [1] (IIA);
3. Ifakkar li l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits ma teskludix il-possibilità tal-proċedura skond il-punt 47 ta' l-IIA li japplika għat-twaqqif ta' l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija;
4. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex għalhekk tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE;
5. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
6. Jitlob lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jimmodifika l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
7. Jistieden lill-Kunsill sabiex fi ħdan il-qafas ta' l-abbozz tat-Trattat ta' Liżbona jikkonsulta lill-Parlament jekk id-deċiżjoni tal-Kunsill għat-twaqqif ta' l-Europol ma tiġix adottata f'Ġunju 2008;
8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi mill-Parlament |
Emenda 1 Ċitazzjoni 1a (ġdida) | |
|
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1 (Regolament Finanzjajru), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu 1 ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L. 390, tat-30.12.2006, p. 1).
|
Ġustifikazzjoni | |
L-Europol se jitwaqqaf bħala aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea. Dan irid jiġi rifless fil-bażi legali li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni. | |
Emenda 2 Visa 1 ter (nouveau) | |
|
Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba2, b'mod partikulari l-Punt 47 tagħha, 1 ĠU C 139, 14.6.2006, p 1. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Europol se jitwaqqaf bħala aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea. Dan irid jiġi rifless fil-bażi legali li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni. | |
Emenda 3 Premessa 4a (ġdida) | |
|
(4a) Il-Kunsill għadu ma adottax id-deċiżjoni ta' qafas dwar il-protezzjoni ta' l-informazzjonazzjoni fil-qasam tal-koperazzjoni bejn il-pulizija u l-ġudikatura fi kwistjonijiet kriminali. Id-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni huwa indispensabbli sabiex jippermetti lill-Europol li twettaq il-mandat tagħha f'qafas ġuridiku li jiggarantixxi bis-sħiħ il-protezzjoni ta' l-informazzjoni taċ-ċittadini Ewropej. Huwa għalhekk aktar u aktar importanti li l-Kunsill jadotta d-deċiżjoni ta' qafas mill-aktar fiss possibbli. |
Emenda 4 Premessa 4b (ġdida) | |
|
(4b) Il-Parlament, fir-"rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill dwar l-Europol: it-tisħiħ tal-kontrolli parlamentari u l-estensjoni tas-setgħat"1 tat-13 ta' April 1999, talab l-inkorporazzjoni ta' l-Europol fil-qafas istituzzjonali ta' l-Unjoni Ewropea u li jkun suġġett għal skrutinju demokratiku mill-Parlament. _____________ ĠU C 219, 30.7.1999, p. 101. |
Emenda 5 Premessa 4c (ġdida) | |
|
(4 c) Il-Parlament, fir-"rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill, dwar l-iżvilupp futur ta' l-Europol u l-inkorporazzjoni awtomatika tiegħu fis-sistema istituzzjonali ta' l-Unjoni Ewropea"1 , tat-30 ta' Mejju 2002 u fir-"rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill, dwar l-iżvilupp futur ta' l-Europol"2 , ta' l-10 t' April 2003 talab għat-tqegħid ta' l-Europol fuq bażi Komunitarja. _______________ 1 ĠU C 187 E tat-7.8.2003, p. 144. 2 ĠU C 64 E tat-12.3.2004, p. 588. |
Emenda 6 Premessa 5 | |
(5) L'octroi à Europol du statut d'agence de l'Union européenne, financée par le budget général des Communautés, renforcera le contrôle du Parlement européen sur l'organisation, du fait de son rôle d'autorité budgétaire. |
It-twaqqif ta' l-Europol bħala aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea ffinanzjata mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, se jtejjeb l-irwol tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-kontroll u l-iskrutinju demokratiku fuq l-Europol, permezz ta' l-involviment tal-Parlament Ewropew fl-adozzjoni tal-baġit, kif ukoll fil-pjan ta' l-istabbiliment, u fil-proċedura ta' kwittanza. . |
Ġustifikazzjoni | |
Għandha tingħata attenzjoni xierqa għall-irwol tal-Parlament fl-adozzjoni tal-pjan ta' twaqqif ta' l-aġenzija u fl-għoti ta' kwittanza għall-aġenzija. | |
Emenda 7 Premessa 6a (ġdida) | |
|
(6 a) 6a) It-twaqqif ta' l-aġenzija ta' l-Europol jitlob għal ftehima interistituzzjonali li tistipula l-kondizzjonijiet bażiċi li jiggvernaw l-aġenziji regolatorji Ewropej sabiex l-aġenziji eżistenti u dawk futuri jiġu strutturat b'tali mod li jiġu promossi ċ-ċarezza, it-trasparenza u ċ-ċertezza legali. |
Emenda 8 Premessa 8 a (ġdida) | |
|
(8 a) Sussegwentement għall-estensjoni tas-setgħat operattivi ta' l-Europol, għad hemm bżonn ta' xi titjib rigward ir-responsabilità demokratika tiegħu. |
Emenda 9 Premessa 13 | |
(13) Il convient de désigner un délégué à la protection des données qui serait chargé de veiller, en toute indépendance, à la légalité de leur traitement et au respect des dispositions de la présente décision en matière de traitement des données à caractère personnel, y compris lorsqu'elles se rapportent au personnel d'Europol, qui est protégé par l'article 24 du règlement (CE) n° 45/2001. |
(13) Jeħtieġ li jinħatar uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta li bl-akbar awtonomija possibbli jkun responsabbli għal-legalità ta' kif din tiġi pproċessata u b'rispett għad-dispożizzjonijiet ta' din id-deċiżjoni rigward dejta ta' natura personali, inkluż meta din tolqot l-istaff ta' l-Europol li huwa protett mill-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Fl-implimentazzjoni ta' dawn il-funzjonijiet, l-uffiċjal responsabbli għall-protezzjoni tad-dejta jeħtieġ li jikkopera ma' l-uffiċjali għall-protezzjoni tad-dejta maħtura skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja.
|
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tiġi żgurata l-koperazzjoni ma' l-organi Ewropej kif tenfasiżża l-Premessa 16 tal-proposta attwali, u sabiex tiġi garantita protezzjoni suffiċjenti tad-dejta skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, ikun tajjeb li l-uffiċjal responsabbli għall-protezzjoni tad-dejta ta' l-Europol ikun jagħmel parti min-netwerk eżistenti ta' uffiċjali responsabbli għall-protezzjoni tad-dejta sabiex dwar kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-dejta jiġi adottat approċċ li jkun konformi ma' dak adottat mill-organi Komunitarji. | |
Emenda 10 Premessa 14 | |
(14) Outre la simplification des dispositions concernant les systèmes de traitement de données existants, il conviendrait qu'Europol puisse créer et gérer davantage d'outils de traitement destinés à l'exécution de ses fonctions. Ces outils seraient mis en place et exploités conformément aux principes généraux de la protection des données mais également dans le respect de règles détaillées définies par le Conseil. |
(14) Minbarra s-simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet għas-sistemi eżistenti għall-ipproċessar tad-dejta, ikun tajjeb li l-Europol ikun jsta' joħloq u jamministra għodod għall-ipproċessar sabiex jitwettqu dawn il-funzjonijiet. Dawn l-għodod għandhom jiġu implimentati u użati skond il-prinċipji ġenerali għall-protezzjoni tad-dejta kif stabbiliti mil-liġi Komunitarja u mill-Konvenzjoni Nru 108 tal-Kunsill ta' l-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 għall-protezzjoni ta' persuni rigward l-ipproċessar awtomatiku ta' dejta ta' natura personali u b'rispett tar-regoli dettaljati definiti mill-Kunsill, b'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. |
Emenda 11 Premessa 19 | |
(19) Les possibilités offertes à Europol de coopérer avec des pays tiers et des organismes extérieurs devraient être rationalisées pour garantir une cohérence avec la politique générale de l'Union sur ce point, en adoptant de nouvelles règles fixant les modalités d'une telle coopération. |
(19) Il-possibiltajiet offruti lill-Europol sabiex jikkopera ma' pajjiżi terzi u ma' korpi esterni sabiex tiġi garantita konsistenza mal-politika ġenerali ta' l-Unjoni fuq dan il-punt u sabiex jiġi żgurat li l-pajjiżi terzi u l-korpi esterni jiggarantixxu livell xieraq ta' protezzjoni għad-dejta ta' natura personali permezz ta' regoli li jistabbilixxu kif għandha ssir din il-koperazzjoni u li jiġu adottati mill-Kunsill wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. |
Emenda 12 Artikolu 1 paragrafu 1 | |
1. La présente décision crée un Office européen de police, ci-après dénommé «Europol», qui a le statut d'agence de l'Union. Le siège d'Europol est fixé à La Haye, aux Pays-Bas. |
1. Din id-Deċiżjoni tistabilixxi Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala 'Europol', bħala aġenzija ta' l-Unjoni. Din l-aġenzija hija mwaqqfa skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u l-punt 47 ta' l-IIA. L-Europol se jkollu s-sede tiegħu f'The Hague, fl-Olanda. |
Justification | |
Voir amendement 3. | |
Emenda 13 Artikolu 5, paragrafu 1, punt (a) | |
a) la collecte, le stockage, le traitement, l'analyse et l'échange d'informations et de renseignements transmis par les autorités des États membres ou de pays tiers, ou par d'autres entités publiques ou privées; |
a) il-ġbir, iż-żamma, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta' informazzjoni u 'intelligence' mgħoddija mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri lil pajjiżi terzi jew lil entitajiet pubbliċi jew privati oħra; meta l-informazzjoni tiġi minn entitajiet privati, qabel ma tiġi mgħoddija lill-Europol għandha tinġabar u tiġi pproċessata b'mod legali skond l-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/EK tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' persuni rigward l-ipproċessar ta' dejta personali u l-moviment ħieles ta' din id-dejta1, u l-aċċess mill-Europol għandu jiġi permess biss fuq il-bażi ta' kull każ għalih, u aċċess bħal dan għandu jkun suġġett għal skrutinju ġudizzjarju; |
|
____________________ 1 ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31 Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1) |
Emenda 14 Artikolu 6, paragrafu 2 | |
2. Dans les cas où une équipe commune d'enquête est constituée pour traiter des affaires de contrefaçon de l'euro, un agent d'Europol peut être désigné pour diriger l'enquête, sous la responsabilité directe du chef de l'équipe. En cas de divergence de vues entre l'agent d'Europol ainsi désigné et le chef de l'équipe, l'avis de ce dernier prévaut. |
2. F'każ meta tim ta' investigazzjoni konġunt jinħatar sabiex jittratta kwistjonijiet ta' ffalsifikar ta' l-euro, jew sabiex iwettaq funzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5, paragrafu 2, aġent ta' l-Europol jista' jinħatar sabiex imexxi l-istħarriġ taħt ir-responsabbilità diretta tal-kap tat-tim. F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-aġent ta' l-Europol hekk maħtur u l-kap tat-tim, l-opinjoni ta' dan l-aħħar tipprevali. |
Ġustifikazzjoni | |
Billi l-Artikolu 5(2) jippermetti li l- Europol ikollu rwol speċjali fil-koordinazzjoni ta' stħarriġ ta' attività kriminali bl-użu ta' l-Internet, b'mod partikulari rigward reati li jirrigwardaw it-terroriżmu jew id-distribuzzjoni ta' materjal pornografiku ta' pedofilja u materjal illegali ieħor, kif ukoll rigward l-immonitorjar ta' l-Internet bħalha għajnuna fl-identifikazzjoni ta' attività kriminali bħal din u tal-persuni li jikkommettuha, l-Europol għandu jkollu l-possibilità li f'dawn l-oqsma jmexxi t-tim ta' investigazzjoni konġunt taħt l-istess kundizzjonijiet kif isir fl-iffalsifikar ta' l-euro. | |
Emenda 15 Artikolu 8, paragrafu 2 | |
2. L'unité nationale est l'organe de liaison entre Europol et les autorités nationales compétentes. Toutefois, les États membres peuvent autoriser les contacts directs entre leurs autorités compétentes désignées et Europol sous réserve des conditions fixées par l'État membre en question, notamment l'intervention préalable de l'unité nationale. |
2. L-unità nazzonali hija l-uniku organu ta' kollegament bejn l-Europol u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw kuntatti diretti bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-Europol, taħt kundizzjonijiet li jiġu ffissati mill-Istat Membru konċernat, b'mod partikulari l-involviment minn qabel ta' l-unità nazzjonali. |
|
Fl-istess ħin waqt li jkunu għaddejjin il-kuntatti, l-unità nazzjonali għandha tirċievi mingħand l-Europol l-informazzjoni kollha li tgħaddi bejn l-Europol u l-awtoritajiet kompetenti awtorizzati. Ir-relazzjonijiet bejn l-unità nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti huma regolati mil-liġi nazzjonali u b'mod partikulari mir-regolamenti kostituzzjonali applikabbli. |
Ġustifikazzjoni | |
Għalkemm dan jista' jidher ovvju, jaqbel li tiġi msaħħa l-idea li għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-unità nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti awtorizzati għandha tapplika l-liġi nazzjonali. | |
Emenda 16 Artikolu 9, paragrafu 2, subparagrafu 2 | |
Les échanges bilatéraux prévus au point d) du premier alinéa peuvent également porter sur des infractions ne relevant pas de la compétence d'Europol, dans la mesure où le droit national l'autorise. |
L-iskambji bilaterali li hemm dispożizzjoni għalihom fil-punt (d) ta' l-ewwel subparagrafu jistgħu jkopru wkoll reati li m'humiex kompetenza ta' l-Europol, safejn hu permess skond il-liġi nazzjonali. F'dan il-każ, l-Europol m'għandux jinżamm responsabbli għall-kontenut ta' ebda parti mill-informazzjoni skambjata. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Europol ma jistax jinżamm responsabbli għall-iskambju ta' informazzjoni dwar il-prosekuzzjoni ta' reati li m'humiex kompetenza tiegħu meta jkollu rwol sekondarju aktar milli prinċipali fil-prosekuzzjoni ta' dawn ir-reati. | |
Emenda 17 Artikolu 10, paragrafu 2 | |
2. Europol peut traiter des données afin de déterminer si elles sont utiles à ses missions et peuvent être incluses dans l'un de ses systèmes informatisés. |
2. L-Europol jista' jipproċessa d-dejta għall-iskop li jiddetermina jekk tali dejta hix rilevanti għall-ħidma tiegħu, u jista' jkun inkluż f'waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tiegħu. . F'dan il-każ, id-dejta tiġi pproċessata biss sabiex tiġi determinata l-utilità tagħha.
|
Emenda 18 Artikolu 10, paragrafu 3 | |
3. Si Europol décide de créer un système de traitement des données à caractère personnel distinct du système d'information Europol décrit à l'article 11 et des fichiers de travail aux fins d'analyse décrits à l'article 14, le Conseil, statuant à la majorité qualifiée après consultation du Parlement européen, fixe les conditions auxquelles Europol y est autorisé. Ces conditions régissent notamment l'accès aux données et leur utilisation, ainsi que leurs délais de conservation et d'effacement, dans le strict respect des principes visés à l'article 26. |
3. Jekk l-Europol jiddeċiedi li jistabbilixxi sistema oħra ta' pproċessar ta' dejta personali minbarra s-Sistema ta' Informazzjoni ta' l-Europol imsemmija fl-Artikolu 11 jew l-Fajls ta' Xogħol ta' Analiżi msemmija fl-Artikolu 14, il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew għandu jiddetermina l-kundizzjonijiet li jawtorizzaw lill-Europol biex jagħmel dan. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jirregolaw b'mod partikulari l-aċċess għal dejta u l-użu tagħha, kif ukoll il-limiti ta' żmien għall-ħażna u t-tħassir tad-dejta, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipji li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 26. L-Awtorità konġunta ta' kontroll ta' l-Europol, kif ukoll il-Kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-dejta għandhom jiġu kkonsultati qabel ma jieħu deċiżjoni l-Kunsill. |
Ġustifikazzjoni | |
L-ipproċċessar ta' dejta ta' natura personali li ma jsirx mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' l-Europol jew mill-Fajls ta' Xogħol ta' Analiżi għandu jipproteġi l-interessi leġittimi tal-persuni konċernati. Jeħtieġ li tkun prevista l-konsultazzjoni ta' l-Awtorità konġunta ta' kontroll ta' l-Europol u tal-Kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-dejta (ara l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-dejta rigward id-dokument COM(2006)817 finali, punti 18 u 55). | |
Emenda 19 Artikolu 10, paragrafu 5 | |
5. Europol fait tout son possible pour assurer l'interopérabilité de ses systèmes de traitement de données avec ceux des États membres, et en particulier ceux utilisés par les organismes de la Communauté et de l'Union avec lesquels Europol est susceptible d'établir des relations conformément à l'article 22, en appliquant les bonnes pratiques et en utilisant des normes ouvertes. |
5. L-Europol għandu jagħmel ħiltu kollha biex jiżgura l-interoparabilità tas-sistemi għall-ipproċessar tad-dejta mas-sistemi ta' l-Istati Membri, b'mod partikulari dawk użati mill-organizzazzjonijiet tal-Komunità u ta' l-Unjoni li magħhom l-Europol jista' jistabbilixxi relazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 22, bl-użu ta' prattiki tajbin u ta' standards magħrufin. Interkonnessjoni tiġi awtorizzata wara deċiżjoni f'dan ir-rigward mill-Kunsill li qabel għandu jikkonsulta lill-Uffiċjal responsabbli għall-protezzjoni tad-dejta ta' l-Europol u lill-Awtorità Konġunta ta' Kontroll. Din id-deċiżjoni tistabbilixxi r-reġoli u l-kundizzjonijiet, b'mod partikulari rigward il-ħtieġa ta' l-implimentazzjoni ta' l-interkonnessjoni u l-iskopijiet ta' l-użu ta' dejta ta' natura personali. |
Emenda 20 Artikolu 11, paragrafu 1 | |
1. Europol gère un système d'information Europol, qui peut être directement consulté par les unités nationales, les officiers de liaison, le directeur, les directeurs adjoints et les agents d'Europol habilités. |
1. L-Europol għandu jżomm Sistema ta' Informazzjoni ta' l-Europol li għandha tkun aċċessibbli b'mod dirett għal konsultazzjoni mill-unitajiet nazzjonali, l-uffiċjali ta' kollegament, id-Direttur, il-Viċi Diretturi u uffiċjali awtorizzati ta' l-Europol. Aċċess dirett mill-unitajiet nazzjonali għas-sistema ta' informazzjoni fir-rispett ta' persuni msemmija fl-Artikolu 12 (1)(b) għandu jkun ristrett biss għad-dettalji ta' identità msemmija fl-Artikolu 12(2). Il-firxa sħiħa tad-dejta għandha tkun aċċessibbli għall-unitajiet permezz ta' l-uffiċjali ta' kollegament jekk dan ikun meħtieġ għal inkjesta speċifika. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dejta ta' persuni li dwarhom, skond il-liġi nazzjonali, hemm raġunijiet serji biex wieħed jemmen li dawn jistgħu jikkommettu reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Europo, ma jistgħux ikunu pproċessati bl-istess bħad-dejta ta' kriminali kkundannati. Salvagwardji speċifiċi għandhom ikunu previsti għal din il-kategorija ta' persuni, kif stipulat fl-Artikolu 7(1) tal-Konvenzjoni ta' l-Europol attwali. | |
Emenda 21 Artikolu 12, paragrafu 1, punt (b) | |
b) aux personnes pour lesquelles certains faits graves justifient, au regard du droit national de l'État membre concerné, la présomption qu'elles commettront des infractions relevant de la compétence d'Europol. |
b) għal persuni li għalihom jeżistu ċerti elementi fattwali jew fatti gravi li jiġġustifikaw, fl-ambitu tal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru konċernat, il-preżunzjoni li huma se jikkommettu reati li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Europol. |
Emenda 22 Artikolu 12, paragrafu 4 a (ġdid) | |
|
4 a L-ipproċessar ta' kategoriji partikulari ta' dejta li jirrigwardaw l-oriġini razzjali jew etnika, fehmiet politiċi, konvinżjonijiet reliġjużi jew filosofiċi, sħubija f'partiti jew f'unions u rigward orjentazzjoni sesswali jew is-saħħa, mhux awtorizzat jekk ma jkunx assolutament meħtieġ għal xi każ partikulari u jkun suġġett għal salvagwardji partikulari. |
Emenda 23 Artikolu 19, paragrafu 1 | |
1. Les données à caractère personnel extraites des fichiers de traitement des données d'Europol ne sont transmises ou utilisées que par les autorités compétentes des États membres pour prévenir et lutter contre la criminalité relevant de la compétence d'Europol et contre les autres formes graves de criminalité. Europol n'utilise les données qu'aux fins de l'exécution de ses fonctions. |
1. Dejta ta' natura personali li tittieħed minn fajls għall-ipproċessar tad-dejta ta' l-Europol għandha tiġi trażmessa u użata biss mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għal dawk l-iskopijiet biss li għalihom inġabret u għal skopijiet kompatibbli magħhom, u sabiex ikun hemm prevenzjoni u sabiex issir ġlieda kontra l-kriminalità li taqa' taħt il-kompetenzi ta' l-Europol u kontra kull forma serja ta' kriminalità. L-Europol m'għandux juża d-dejta għajr biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu. |
Emenda 24 Artikolu 20, paragrafu 1 | |
1. Les données contenues dans les fichiers ne doivent être conservées à Europol que le temps nécessaire pour lui permettre de remplir ses fonctions. La nécessité de continuer à les conserver doit être examinée au plus tard trois ans après leur introduction. La vérification des données conservées dans le système d'information et leur effacement sont effectués par l'unité qui les a introduites. La vérification des données conservées dans les autres fichiers des services d'Europol et leur effacement sont effectués par Europol. Europol signale automatiquement aux États membres, avec un préavis de trois mois, l'expiration des délais d'examen concernant la conservation des données qu'ils ont introduites. |
1. Id-dejta fil-fajls għandha tinżamm mill-Europol biss għat-tul ta' żmien neċessarju għat-twettiq tal-ħidma tagħha. Minkejja l-Artikolu 10(3), il-bżonn li d-dejta tibqa' maħżuna għandu jkun rivedut u dokumentat talanqas kull sentejn wara li d-dejta tkun iddaħħlet. Ir-reviżjoni tad-dejta mdaħħla fis-sistema ta' informazzjoni u t-tħassir tagħha għandu jitwettaq mit-tim inkarigat li jdaħħal id-dejta. Ir-reviżjoni tad-dejta maħżuna f'fajls tad-dejta oħra ta' l-Europol u t-tħassir tagħhom għandu jitwettaq mill-Europol. L-Europol għandu jinforma awtomatikament lill-Istati Membri tliet xhur qabel l-iskadenza tal-limiti taż-żmien għar-reviżjoni tad-dejta. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-perjodu għar-reviżjoni tal-ħażna tad-dejta huwa twil wisq. Barra minn hekk, din id-dejta għandha tiġi riveduta regolarment. Jidher għalhekk li jkun aktar xieraq li ssir reviżjoni tad-dejta kull sentejn. Fuq kollox, kif ipproponitha l-Awtorità Konġunta ta' Kontroll (ara l-Opinjoni 07/07, paġna 19) din l-Emenda introduċiet klawżola ta' rabta ma' l-Artiklu 10 (3) li tippermetti li jinħolqu sistemi oħrajn minbarra dawk definiti fid-Deċiżjoni, għaliex il-kundizzjonijiet stipulati mill-Kunsill għall dan l-iskop jistgħu jinkludu intervalli aqsar bejn ir-reviżjonijiet. | |
Emenda 25 Artikolu 21 | |
Si Europol est en droit, en vertu d'instruments juridiques nationaux, internationaux ou de l'Union européenne, d'interroger par voie automatisée d'autres systèmes d'information, nationaux ou internationaux, il peut rechercher de cette façon des données à caractère personnel si cela est nécessaire à l'exécution de ses fonctions. Les dispositions applicables de ces instruments juridiques nationaux, internationaux ou de l'Union régissent la consultation et l'utilisation de ces données par Europol, dans la mesure où elle prévoient des règles d'accès et d'utilisation plus strictes que la présente décision. Europol ne peut utiliser ces données en contravention de la présente décision. |
Jekk l-Europol ikollu d-dritt permezz ta' strumenti legali nazzjonali, internazzjonali jew ta' l-Unjoni Ewropea li jaċċessja b'mod kompjuterizzat sistemi oħra ta' informazzjoni, huwa jista' jiġbor b'dan il-mod dejta ta' natura personali fuq bażi individwali u biss jekk dan ikun meħtieġ u proporzjonat mat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu u skond kundizzjonijiet stipulati b'mod strett mill-Europol wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-dejta u ta' l-Awtorità Konġunta ta' Kontroll. Id-dispożizzjonijiet applikabbli ta' dawn l-istrumenti legali nazzjonali, internazzjonali jew ta' l-Unjoni għandhom jirregolaw l-aċċess u l-użu ta' din id-dejta ta' l-Europol sakemm huma jipprevedu regoli ta' aċċess u użu aktar stretti minn dawk tad-Deċiżjoni preżenti. L-Europol ma' jistax tagħmel użu minn din id-dejta li jmur kontra din id-Deċiżjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 21 jippermetti aċċess faċli wisq li mhux meħtieġ għall-ħidma ta' l-Europol.‑{}‑ | |
Emenda 26 Artikolu 22, paragrafu 1, punt (d a) (ġdid) | |
|
(da) id-dipartimenti kompetenti tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill u ċ-Ċentru ta’ Sitwazzjoni Konġunt ta' l-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni | |
Iċ-Ċentru ta’ Sitwazzjoni Konġunt għandu rwol ċentrali fil-ġlieda kontra ċertu numru ta' reati (bħat-terroriżmu) li huma wkoll kompetenza ta' l-Europol. Għal skopijiet ta' konsistenza u bl-objettiv li tiżdied il-koperazzjoni ma' l-entitajiet rilevanti kollha li jeżistu fil-livell ta' l-UE, huwa neċessarju li l-Europol u s-SitCen jistabbilixxu u jżommu koperazzjoni mill-qrib. | |
Emenda 27 Artikolu 22, paragrafu 5 a (ġdid) | |
|
5 a. Fejn id-dejta personali tiġi ttrasferita mill-istituzzjonijiet jew l-entitajiet tal-Komunità, l-Europol għandu jkun meqjus bħala entità tal-Komunità skond it-tifsira ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 45/2001. |
Ġustifikazzjoni | |
Meta l-Europol ikun qed jipproċessa d-dejta personali li toriġina mill-entitajiet tal-Komunità għandu jkun ittrattat bħala entità Komunitarja u għaldaqstant suġġett għar-Regolament Nru 45/2001[2] li japplika għall-entitajiet Komunitarji kollha meta jipproċessaw id-dejta. Dan jevita li tinħoloq inċertezza u jkun ukoll konsistenti ma' l-idea inerenti fil-proposta attwali li l-pożizzjoni ta' l-Europol tkun armonizzata aktar ma' l-istituzzjonijiet u l-entitajiet taħt it-Trattat KE. | |
Emenda 28 Artikol 24, paragrafu 1, introduzzjoni | |
1. Europol peut, sous les conditions posées au paragraphe 4, transmettre des données à caractère personnel conservées par ses services aux organismes tiers visés à l'article 23, paragraphe 1, lorsque: |
1. F'sitwazzjonijiet eċċezzjonali ħafna u fuq bażi individwali għal kul każ, l-Europol jista', skond il-kundizzjonijiet stipulati mill-paragrafu 4, jikkomunika dejta ta' natura personali maħżuna mis-servizzi tiegħu lil partijiet terzi stipulati fl-Artikolu 23, paragrafu 1, meta: |
Ġustifikazzjoni | |
Il-komunikazzjoni tad-dejta lill-pajjiżi terzi u lil organizzazzjonijiet internazzjonali għandha tibqa' eċċezzjoni u jeħtieġ li jkun hemm aktar garanziji għal dan l-iskop. | |
Emenda 29 Artikolu 24, paragrafu 2 | |
2. Par dérogation au paragraphe 1, Europol peut, sous les conditions posées au paragraphe 4, transmettre les données à caractère personnel conservées par ses services aux organismes tiers visés à l'article 23, paragraphe 1, lorsque le directeur d'Europol estime que cette transmission est absolument nécessaire à la sauvegarde des intérêts essentiels des États membres concernés dans le cadre des objectifs d'Europol ou dans le but de prévenir un danger imminent lié à la criminalité ou à des infractions terroristes. Le directeur d'Europol tient compte en toute circonstance du niveau de protection des données applicable à l'organisme en cause, afin de mettre en balance ce niveau de protection et les intérêts précités. |
2. B'deroga għall-1 paragrafu, l-Europol jista', skond il-kundizzjonijiet stipulati fir-4 paragrafu, jikkomunika, fuq bażi individwali skond kull każ, dejta ta' natura personali miżmuma mis-servizzi tiegħu lill-organizzazzjonijiet terzi stipulati fl-Artikolu 23, paragrafu 1, meta d-Direttur ta' l-Europol iqis li din il-komunikazzjoni hija assolutament neċessarja għall-ħarsien ta' l-interessi essenzjali ta' l-Istati Membri konċernati fl-ambitu ta' l-iskopijiet ta' l-Europol, jew sabiex jiġi evitat periklu iminenti minn kriminalità jew infrazzjonijiet terroristiċi. Id-Direttur ta' l-Interpol irid f'kull ċirkostanza jqis il-livell ta' rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt fil-pajjiżi terzi fejn tista' tiġi kkomunikata d-dejta, l-iskopijiet li għalihom se tintuża, il-livell ta' protezzjoni għad-dejta mill-organizzazzjoni konċernata sabiex jinżamm bilanċ bejn il-livell ta' protezzjoni u l-interessi msemmija, kif ukoll il-livell ta' reċiproċità fl-iskambju ta' l-informazzjoni. |
Emenda 30 Artikolu 25, paragrafu 2 | |
2. Le conseil d'administration fixe les règles régissant les relations d'Europol avec les organes et agences de la Communauté et de l'Union visés à l'article 22, et l'échange de données à caractère personnel entre Europol et ces organes et agences. Il consulte l'autorité de contrôle commune avant de prendre sa décision. |
2. Il-Bord ta' Tmexxija jistabilixxi r-regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet ta' l-Europol ma' l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji tal-Komunità u ta' l-Unjoni stipulati fl-Artikolu 22, kif ukoll l-iskambju ta' dejta ta' natura personali bejn l-Europol u dawn l-organizzazzjonit u aġenziji. Qabel ma jieħu d-deċiżjoni huwa għandu jikkonsulta lill-Awtorità Konġunta ta' Kontroll u lill-Kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-dejta. |
Emenda 31 Artikolu 26 | |
Sans préjudice des dispositions spécifiques de la présente décision, Europol applique, lors de la collecte, du traitement et de l'utilisation de données à caractère personnel, les principes de la décision‑cadre 2007/XX/JAI du Conseil relative à la protection des données à caractère personnel traitées dans le cadre de la coopération policière et judiciaire en matière pénale. Europol respecte également ces principes lorsqu'il s'agit de données non automatisées détenues sous forme de fichiers, à savoir tout ensemble structuré de données personnelles accessible selon des critères déterminés. |
Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' din id-Deċiżjoni u minħabba l-ħtieġa li jinżammu s-salvagwardji offruti mill-Konvenzjoni ta' l-Europol, fil-ġbir, l-ipproċessar u l-użu ta' dejta ta' natura personali, l-Europol għandu japplika l-prinċipji tad-deċiżjoni ta' qafas 2007/XX/JAI tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' dejta ta' natura personali pproċessata fl-ambitu tal-koperazzjoni bejn il-pulizija u l-ġudikatura fi kwistjonijiet kriminali. L-Europol għandu tirrispetta wkoll dawn il-prinċipji fir-rigward ta' dejta mhux awtonomatizzata miżmuma bħalha fajls ta' dejta, jiġifieri kwalukwe struttura ta' dejta personali aċċessibbli skond kriterji speċifiċi. |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li jinżammu d-dispożizzjonijiet tal-konvenzjoni ta' l-Europol rigward il-protezzjoni tad-dejta li joffru salvagwardji aqwa minn dawk tal-proposta ta' deċiżjoni ta' qafas rigward il-protezzjoni tad-dejta fit-tielet pilastru. | |
Emenda 32 Artikolu 27, paragrafu 1 | |
1. Europol nomme un délégué à la protection des données, qui est un membre du personnel. Celui‑ci relève directement du conseil d'administration. Dans l'exercice de ses fonctions, il ne reçoit d'instruction de personne. |
1. L-Europol għandu jinnomina uffiċjal indipendenti għall-protezzjoni tad-dejta li jkun wieħed mill-istaff. Dan jaqa' direttament taħt l-awtorità tal-Bord ta' Tmexxija. Fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu hu jew hi ma jirċievi/tirċievi istruzzjonijiet mingħand ebda persuna. |
Emenda 33 Artikolu 27, paragrafu 5 | |
5. Le conseil d'administration adopte des dispositions d'application complémentaires concernant le délégué à la protection des données. Ces dispositions d'application portent notamment sur la sélection et la révocation, les tâches, les fonctions et les compétences du délégué à la protection des données. |
5. 5. Aktar regoli ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta għandom ikunu adottati mill-Bord ta' Tmexxija. Dawn ir-regoli ta' implimentazzjoni, b'mod partikulari, għandhom jikkonċernaw l-għażla u t-tkeċċija, il-ħidma, il-kompetenzi u s-salvagwardji ta' l-indipendenza ta' l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tkun garantita l-indipendenza ta' l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta, salvagwardji speċifiċi ta' indipendenza għandhom ikunu adottati fil-qafas tal-miżuri ta' implimentazzjoni. | |
Emenda 34 Artikolu 29, paragrafu 4 | |
4. L'accès aux données à caractère personnel est refusé si: |
4. Aċċess għad-dejta personali għandu jkun miċħud biss jekk tali ċaħda hija meħtieġa biex: |
(a) cet accès peut compromettre l'une des activités d'Europol; |
(a) tippermetti lill-Europol li twettaq l-attivitajiet tagħha kif suppost; |
(b) cet accès peut compromettre une enquête nationale à laquelle Europol prête son concours; |
(b) tiggarantixxi li kwalunkwe investigazzjoni nazzjonali li l-Europol qed tgħin fiha ma tkunx ipperikolata; |
(c) cet accès peut porter atteinte aux droits et libertés de tiers. |
(c) ikunu mħarsa d-drittijiet u l-libertajiet ta' partijiet terzi. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kliem użat fil-proposta tal-Kummissjoni ma jiggarantixxix totalment id-dritt għall-aċċess. Eċċezzjonijiet għal dan id-dritt jistgħu jkunu aċċettati biss jekk ikun meħtieġ sabiex ikun imħares interess fundamentali ieħor. Għalhekk, jidher li jeħtieġ l-użu ta' kliem aktar preċiż sabiex titħares in-natura fundamentali tad-dritt għall-aċċess. | |
Emenda 35 Artikolu 29, paragrafu 5 | |
5. Europol consulte les services répressifs compétents des États membres concernés avant de se prononcer sur la demande. L'accès aux données introduites dans les fichiers de travail aux fins d'analyse est subordonné à l'accord d'Europol et des États membres participant à l'analyse ainsi qu'à l'accord de l'État membre ou des États membres directement concernés par la transmission de ces données. Lorsqu'un État membre s'oppose à l'accès demandé, il notifie son refus et les motifs de celui‑ci à Europol. |
5. Normalment, l-eżercizzju tad-dritt għall-aċċess ma jiġix miċħud. Eċċezzjonijiet għal din ir-regola jistgħu jsiru biss jekk ikun meħtieġ li jitħares dritt ieħor fundamentali. L-Europol għandu jikkonsulta lis-servizzi kompetenti ta' l-infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri konċernati sabiex jiddeċiedu jekk għandux jingħata l-aċċess. L-aċċess għad-dejta mdaħħla fil-fajls tax-xogħol sabiex tiġi analizzata huwa suġġett għall-consensus bejn l-Europol u l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-analiżi, kif ukoll għall-consensus ma' l-Istat/i Membru/i direttament konċernati mit-trażmissjoni ta' din id-dejta. Meta xi Stat Membru jopponi t-talba għall-aċċess huwa għandu jinnotifika lill-Europol biċ-ċaħda tiegħu u jagħti r-raġunijiet. |
Ġustifikazzjoni | |
Idem | |
Emenda 36 Artikolu 29, paragrafu 6 | |
6. Lorsqu'un ou plusieurs États membres ou bien Europol s'opposent à l'accès d'un particulier aux données le concernant, Europol notifie à la personne concernée qu'il a procédé aux vérifications, sans lui donner d'indications pouvant lui permettre de savoir s'il traite ou non des données la concernant. |
6. Meta xi Stat Membru jew xi Stati Membri jopponu li xi persuna jingħata aċċess għal dejta li tikkonċernaha, l-Europol għandu jgħarraf lill-persuna konċernata li huwa għamel l-istħarriġ meħtieġ mingħajr ma jagħtiha indikazzjoni li tista' tippermettilha tkun taf jekk hemmx dejta ppproċessata li tikkonkerna lilha. Il-kontrollur għall-protezzjoni tad-dejta għandu jagħti r-reġunijiet għaċ-ċaħda ta' l-aċċess hekk li l-applikazzjoni ta' l-eċċezzjoni tkun tista' tiġi kkontrollata b'mod effettiv skond ir-Rakkomandazzjoni R (87) 15 tal-Kunsill tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa tas-17 ta' Settembru 1987 li għandha l-iskop li tirregola l-użu tad-dejta ta' natura persunali fis-settur tal-pulizija. |
Ġustifikazzjoni | |
Idem | |
Emenda 37 Artikolu 36, paragrafu 8, punt (c) | |
(c) adopte les mesures d'application relatives au personnel d'Europol, sur proposition du directeur et après avoir demandé l'accord de la Commission; |
(c) jadotta r-regoli ta' implimentazzjoni applikabbli għall-istaff ta' l-Europol, fuq proposta mid-Direttur u wara ftehim mill-Kummissjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Kummissjoni trid tasal għal qbil dwar Ir-regoli ta' implimentazzjoni applikabbli għall-istaff ta' l-Europol. | |
Emenda 38 Artikolu 36, paragrafu 9 | |
9. Le conseil d'administration adopte chaque année: |
9. 9. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta kull sena, wara li jinkiseb kunsens mill-Kunsill: |
(a) le projet d'état prévisionnel et l'avant projet de budget qui doivent être soumis à la Commission, y compris le tableau des effectifs, ainsi que le budget définitif; |
(a) l-istima ta' l-abbozz tal-baġit għandu jitressaq lill-Kummissjoni, inkluż l-abbozz tal-pjan ta' twaqqif; |
|
(aa) il-baġit ta' l-aġenzija, inkluż il-pjan ta' twaqqif, wara li tinkiseb l-awtorizzazzjoni mill-awtorità baġitarja; |
(b) après avis de la Commission, un programme de travail relatif aux futures activités d'Europol, tenant compte des besoins opérationnels des États membres ainsi que des incidences sur le budget et les effectifs d'Europol; |
(b) wara l-opinjoni tal-Kummissjoni, programm ta' ħidma għall-attivitajiet futuri ta' l-Europol filwaqt li, kemm jista' jkun, jiġu meqjusa r-rekwiżiti operattivi ta' l-Istati Membri, b'konformità mar-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli; ; |
(c) un rapport général sur les activités d'Europol durant l'année écoulée. |
(c) rapport ġenerali dwar l-attivitajiet ta' l-Europol matul is-sena preċedenti li jqabbel, b'mod partikulari, ir-riżultati miksuba ma' l-objettivi tal-programm annwali ta' ħidma. |
Ces documents sont soumis au Conseil pour approbation. Ils sont également transmis par le Conseil au Parlement européen pour information. |
Dawn id-dokumenti jitressqu lill-Parlament Ewropew. |
Ġustifikazzjoni | |
F'din id-deskrizzjoni tar-responsabiltajiet tal-Bord ta' Tmexxija, għandu jkun kjarifikat li l-Bord jista' jadotta biss il-baġit ta' l-aġenzija, inkluż il-pjan ta' twaqqif tagħha, wara li tinkiseb awtorizzazzjoni mill-awtorità baġitarja. Huma meħtieġa wkoll xi kjarifikazzjonijiet rigward il-programm ta' ħidma u r-rapport annwali. Bħalma huwa fil-każ ta' aġenziji oħra, id-dokumenti kollha ta' dan it-tip għandhom jiġu mgħoddija direttament lill-Parlament. | |
Emenda 39 Artikolu 9, paragrafu 9, subparagrafu 2 | |
Ces documents sont soumis au Conseil pour approbation. Ils sont également transmis par le Conseil au Parlement européen pour information. |
Dawn id-dokumenti jitressqu għall-approvazzjoni tal-Kunsill u quddiem il-Parlament Ewropew li jkun jista' jeżaminahom, jekk ikun meħtieġ flimkien mal-parlamenti nazzjonali. |
Emenda 40 Artikolu 37, paragrafu 1 | |
1. Europol est placé sous l'autorité d'un directeur nommé par le Conseil statuant à la majorité qualifiée, sur la base d'une liste d'au moins trois candidats présentée par le conseil d'administration, pour une période de quatre ans renouvelable une fois. |
1. 1. L-Europol għandu jkun immexxi minn Direttur maħtur mill-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, minn lista li jkun fiha ta' l-inqas tliet kandidati ppreżentata mill-Bord ta' Tmexxija, għal perjodu ta' erba' snin li jista' jiġġedded darba. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ħatra u t-tkeċċija tad-Direttur ta' l-Europol għandhom isiru bl-istess mod. Sabiex ikun żgurat li d-Direttur ta' l-Europol ikun aktar demokratikament responsabbli u sabiex id-deċiżjoni attwali tkun konsistenti, il-Parlament Ewropew għandu jkun ikkonsultat mhux biss dwar it-tkeċċija, iżda wkoll dwar il-ħatra tad-Direttur. | |
Emenda 41 Artikolu 37, paragrafu 4, punt (g a) (ġdid) | |
|
(ga) l-implimentazzjoni ta' proċeduri effettivi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni relatati mar-rendiment ta' l-Aġenzija fir-rigward ta' l-objettivi tagħha. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-lista ta' responsabbiltajiet tad-Direttur għandha tinkludi wkoll il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-rendiment. | |
Emenda 42 Artikolu 38, paragrafu 5 a (ġdid) | |
|
5 a. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali ta' l-istaff ta' l-Europol. |
Ġustifikazzjoni | |
Waqt l-ipproċessar tad-dejta personali ta' l-istaff ta' l-Europol, ir-Regolament Nru 45/2001 għandu japplika sabiex ikun evitat kwalunkwe tip ta' diskriminazzjoni. Fil-premessa 12 tal-proposta attwali hemm riferenza għal dan ir-regolament f'dak li għandu x'jaqsam mat-trattament tad-dejta personali ta' l-istaff ta' l-Europol. Madankollu, dispożizzjoni ta' natura normattiva bħal dik introdotta b'din l-emenda għandha tkun inkluża fit-test, aktar milli fi premessa li mhix ta' natura vinkolanti. | |
Emenda 43 Artikolu 41, paragrafu 1 | |
1. Les recettes d'Europol comprennent, sans préjudice d'autres types de recettes, une subvention communautaire inscrite au budget général de l'Union européenne (section «Commission») à partir du 1er janvier 2010. |
1. Id-dħul ta’ l-Aġenzija għandu, mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, jinkludi sussidju mill-Komunità, imdaħħal fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea (it-taqsima tal-Kummissjoni) mill-1 ta' Jannar 2010. Il-finanzjament ta' l-Europol huwa suġġett għal ftehima ma' l-awtorità baġitarja kif ipprovdut fl-IIA. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 47 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 jistipula li "...mingħajr preġudizzju għall-proċeduri leġiżlattivi li jirregolaw it-twaqqif ta' l-aġenzija, iż-żewġ fergħat ta' l-awtorità baġitarja jimpenjaw ruħhom... li jaslu għal qbil malajr dwar il-finanzjament ta' l-aġenzija". Huwa neċessarju li wieħed jinnota f'dan il-każ li, minkejja l-istadju li waslu fih il-proċeduri leġiżlattivi, irid jintlaħaq ukoll ftehim dwar il-finanzjament ta' l-Europol. | |
Emenda 44 Artikolu 41, paragrafu 3 | |
3. Le directeur établit un projet d'état prévisionnel des recettes et des dépenses d'Europol pour l'exercice budgétaire suivant, et le transmet au conseil d'administration accompagné d'un tableau prévisionnel des effectifs. Ce tableau des effectifs, qui reprend les postes permanents et temporaires ainsi que les experts nationaux détachés, précise le nombre, le grade et la catégorie des agents employés par Europol pendant l'exercice concerné. |
3. Id-Direttur għandu jfassal abbozz ta' stima tad-dħul u l-ispejjeż ta' l-Europol għas-sena finanzjarja li ġejja u għandu jgħaddih lill-Bord tat-Tmexxija flimkien ma' abbozz tal-pjan ta' twaqqif. Dan l-abbozz tal-pjan ta' twaqqif għandu jinkludi impjiegi permanenti jew temporanji, kif ukoll referenza għal esperti nazzjonali sekondati, u għandu jiddikjara n-numru, il-grad u l-kategorija ta' l-istaff impjegat mill-Europol għas-sena finanzjarja konċernata. |
Ġustifikazzjoni | |
Jaqbel li jiġi indikat b'mod ċar li l-pjan ta' twaqqif jista' jiġi finalizzat biss wara li tinkiseb l-awtorizzazzjoni mill-awtorità baġitarja. | |
Emenda 45 Artikolu 41, paragrafu 6 | |
6. L'état prévisionnel est transmis par la Commission au Parlement européen et au Conseil (ci‑après dénommés «l'autorité budgétaire») avec l'avant‑projet de budget général de l'Union européenne. |
6. L-istima tintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew li jekk ikun meħtieġ ikun jista' jeżminaha kif inhi kompetenza tiegħu, u lill-Kunsill (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-awtorità baġitarja"), flimkien ma' l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. |
Emenda 46 Artikolu 42, paragrafu 8 a (ġdid) | |
|
8a. Id-Direttur għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni mingħajr xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja konċernata, kif stipulat fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa xieraq li jkun hemm enfażi aktar qawwija fuq l-obbligu tad-direttur ta' l-aġenzija li jikkopera fil-proċedura ta' kwittanza, kif inhu normalment previst mir-regolamenti dwar it- twaqqif ta' aġenziji oħrajn. | |
Emenda 47 Artikolu 42, paragrafu 9 | |
9. Sur recommandation du Conseil, le Parlement européen donne, avant le 30 avril de l’année n + 2, décharge au directeur d'Europol sur l’exécution du budget de l’exercice n. |
9. Il-Parlament Ewropew għandu jikkunsidra rakkomandazzjoni mill-Kunsill ibbażata fuq maġġoranza kwalifikata, u qabel it-30 ta' April tas-sena n+2, jagħti kwittanza lid-Direttur ta' l-Europol fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena n. |
Ġustifikazzjoni | |
Rakkomandazzjoni mill-Kunsill mhijiex prirekwiżit għad-drittijiet tal-Parlament fil-proċedura ta' kwittanza. | |
Emenda 48 Artikolu 43 | |
La réglementation financière applicable à Europol est arrêtée par le conseil d'administration après consultation de la Commission. Elle ne peut s'écarter du règlement (CE, Euratom) n° 2343/2002 de la Commission du 23 décembre 2002, à moins que le fonctionnement d'Europol ne l'exige. L'adoption de toute règle dérogeant au règlement (CE, Euratom) n° 2343/2002 requiert l'accord préalable de la Commission. L'autorité budgétaire est informée de ces dérogations. |
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija wara li tiġi konsultata l-Kummissjoni. Dawn ma jistgħux joħorġu 'il hinn mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002, sakemm ma jkunx speċifikament meħtieġ għall-ħidma ta' l-Europol. Il-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni għandu jkun meħtieġ għall-adozzjoni ta' kwalunkwe regoli li jidderogaw mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. L-awtorità baġitarja għandha tiġi infurmata dwar dawn id-derogi. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-derogi mir-Regolament Nru. 2343/2002 għandhom ikunu minimi għall-aħħar. L-aġenzija għandha tagħti provi li ma jħallu ebda dubju li deroga bħal din tkun l-uniku mod kif jista' jiġi garantit il-funzjonament sew tagħha fil-limiti tar-regolament ta' twaqqif tagħha. | |
Emenda 49 Artikolu 44, paragrafu 1 | |
Le directeur met en place un système de contrôle afin de mesurer, au moyen d'indicateurs, l'efficacité et l'efficience avec lesquelles Europol accomplit ses tâches. |
Id-Direttur għandu jistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ sabiex jiġbor indikaturi ta' l-effettività u l-effiċjenza fil-qadi tad-dmirijiet ta' l-Europol. Id-Direttur jirrapporta kull sena lill-Bord tat-Tmexxija dwar ir-riżultati tas-sistema ta’ monitoraġġ. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun infurmat regolarment dwar ir-riżultati ta' l-eżerċizzju ta' monitoraġġ sabiex ikollu biżżejjed żmien biex jirreaġixxi għal kwalunkwe problema. | |
Emenda 50 Artikolu 44, paragrafu 4 a (ġdid) | |
|
Iċ-Chairman tal-Bord tat-Tmexxija jew id-Direttur ta' l-Europol għandhom jippreżentaw il-prijoritajiet ta' l-Europol għas-sena li tkun ġejja quddiem Kumitat konġunt magħmul minn Membri Parlamentari Ewropej u Membri ta' parlamenti nazzjonali sabiex jingħataw garanziji għal dibattitu demokratiku mas-soċjetà ċivili u kontroll aħjar fuq l-attivitajiet ta' l-Europol. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-responsabilità u l-obbligu li jingħata kont huma ż-żewġ faċċati ta' l-istess munita. L-irwol dejjem ikbar ta' l-Europol fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu għandu jitwettaq b'tali mod li jiggarantixxi trasparenza u kontroll demokratiku. Huwa biss b'dan il-mod li r-riżultati ta' l-attivitajiet ta' l-Europol jiġu rikonoxxuti mis-soċjetà ċivili. Għal dan il-għan ix-xewqa hi li jitwaqqqaf Kumitat konġunt magħmul minn parlamentari Ewropej u nazzjonali. | |
Emenda 51 Artikolu 45 | |
Sur la base d'une proposition du directeur, dans les six mois suivant la date d'application de la présente décision, le conseil d'administration adopte les règles régissant l'accès aux documents d'Europol, en tenant compte des principes et limites énoncés dans le règlement (CE) n° 1049/2001 du Parlement européen et du Conseil. |
Fuq il-bażi ta' proposta mid-Direttur, fi żmien sitt xhur mid-data ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Bord ta' Tmexxija, wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, għandu jadotta regoli li jikkonċernaw l-aċċess għad-dokumenti ta' l-Europol, hekk li jitqiesu l-prinċipji u l-limiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
Ġustifikazzjoni | |
Meta wieħed iqis li r-Regolament 1049/2001 kien adottat skond il-proċedura ta' kodeċiżjoni, il-Parlament Ewropew għandu ta' l-inqas ikun ikkonsultat dwar l-adozzjoni tar-regoli rigward l-aċċess għad-dokumenti. | |
Emenda 52 Artikolu 47 | |
Le président du conseil d'administration et le directeur peuvent se présenter devant le Parlement européen pour examiner des questions générales relatives à Europol. |
Iċ-Chairman tal-Bord tat-Tmexxija u d-Direttur għandhom jidhru quddiem il-Parlament Ewropew meta mitluba sabiex jiddiskutu kwalunkwe kwistjoni relatata ma' l-Europol. |
Ġustifikazzjoni | |
Bl-għan li jittejjeb il-kontroll demokratiku fuq l-Europol mill-Parlament Ewropew, iċ-Chairman tal-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur u l-Viċi Diretturi għandhom jidhru quddiem il-Parlament fuq talba tiegħu. Barra minn hekk, l-għan tad-diskussjoni għandu jkun marbut ma' mistoqsijiet dwar l-Europol u mhux ma' mistoqsijiet ġenerali. | |
Emenda 53 Artikolu 56, paragrafu 1 | |
1. Par dérogation à l'article 38, tous les contrats d'engagement conclus par Europol, tel qu'institué par la convention Europol avant l'entrée en vigueur de la présente décision, sont honorés. |
1. Bħala deroga mill-Artikolu 38, għandu jiġi onorat kull kuntratt ta' impjieg konkluż mill-Europol, kif stabbilit mill-Konvenzjoni ta' l-Europol, qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. L-ispiża addizzjonali għall-istaff iġġenerata minn din id-deroga mill-Artikolu 38 se tiġi meqjusa fil-ftehim dwar il-finanzjament ta' l-Europol li għandu jintlaħaq skond il-punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006. |
Ġustifikazzjoni | |
L-ammont indikattiv ta' referenza finanzjarja, kif użat ukoll mill-programm ta' finanzjament tal-Kummissjoni, huwa l-bażi li fuqu l-awtorità baġitarja se tiddeċiedi dwar il-finanzjament ta' l-aġenzija skond l-Artikolu 47 IIA. Jekk id-dispożizzjoni li tonora l-kuntratti ta' impjieg konklużi mill-Europol se twassal għal kwalunkwe devjazzjoni mill-ammont finanzjarju ta' referenza attwalment indikat fil-proposta tal-Kummissjoni, dan irid jiġi meqjus fin-negozjati ta' l-awtorità baġitarja dwar il-finanzjament ta' l-aġenzija. | |
Emenda 54 Artikolu 56, paragrafu 2 | |
2. Tous les membres du personnel sous contrat au sens du paragraphe 1 se voient offrir la possibilité de conclure un contrat, en application de l'article 2, point a), du régime applicable aux autres agents des Communautés établi par le règlement (CEE, Euratom, CECA) n° 259/68, aux différents grades, tels qu'ils sont établis dans le tableau des effectifs. À cette fin, une procédure interne de sélection, limitée au personnel employé par Europol avant la date d'application de la présente décision, sera établie par l'autorité habilitée à conclure les contrats d'engagement, dans un délai de deux ans à compter de cette date, de manière à contrôler les compétences, l'efficience et l'intégrité des personnes à engager. Les lauréats se verront offrir un contrat en vertu de l'article 2, point a), du régime applicable aux autres agents des Communautés établi par le règlement (CEE, Euratom, CECA) n° 259/68 . |
2. Il-membri kollha ta' l-istaff li qegħdin b'kuntratt u li jirreferi għalihom il-paragrafu 1, għandhom jiġu offruti l-possibiltà li jikkonkludu kuntratti skond l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Impjegati Oħrajn tal-Komunitajiet Ewropej stipulati fir-Regolament (KEE, Euratom, ECSC) Nru 259/68 fil-gradi differenti stipulati fil-pjan ta' stabbiliment. Għal dan il-għan, wara konsultazzjoni ma' l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal, għandu jiġi stabbilit proċess ta' selezzjoni interna limitat għall-istaff impjegat mill-Europol qabel id-data ta' implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, fi żmien sentejn wara din id-data, mill-awtorità awtorizzata biex tikkonkludi kuntratti, sabiex jiġu evalwati l-kompetenzi, l-effiċjenza u l-integrità ta' dawn il-persuni li se jkunu impjegati . Dan il-proċess ta' selezzjoni għandu jiġu mmonitorjat mill-Kummissjoni. Ir-riżultat ta' dan il-proċess ta' selezzjoni għandu jiġi pubblikat. Dawk magħżula ssirilhom offerta ta' kuntratt skond l-Artikolu 2, punt a tas- sistema applikabbli għal uffiċjali oħrajn tal-Komunità Ewropea stabbilita mir-Regolament (KEE, Euratom, ECSC) Nru 259/68. L-abbozz ta' pjan ta' stabbiliment mgħoddi lill-awtorità baġitarja flimkien ma' l-abbozz tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea jrid jindika b'mod ċar il-postijiet okkupati minn staff li jaqa' taħt ir-Regolamenti ta' l-Istaff ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u dawk il-postijiet okkupati minn staff li jaqa' taħt ir-Regolament ta' l-Istaff ta' l-Europol |
Ġustifikazzjoni | |
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal għandu jkun involut fil-proċedura interna ta' selezzjoni. Bħala espert responsabbli għar-reklutaġġ ta' l-Unjoni huwa jista' jiġġarattixxi li l-għażla tal-persunal timxi fuq kriterju professjonali. Peress li n-numru ta' l-istaff li jagħżel li jkompli jaħdem skond ir-Regolamenti ta' l-Istaff ta' l-Europol jista' jkollu effett fuq l-ispejjeż ġenerali ta' l-istaff ta' l-aġenzija, l-awtorità baġitarja għandha tinżamm infurmata dwar il-proporzjon bejn iż-żewġ kategoriji tal-persunal ta' l-Europol, dawk li jaqgħu taħt ir-regoli tal-Komunità Ewropea, u dawk li jaħdmu skond il-kundizzjonijiet antiki ta' l-Europol. | |
Emenda 55 Artikolu 57, paragrafu 3, subparagrafu 2 a (ġdid) | |
|
Is-sussidju tal-Komunità għall-Europol, kif stabbilit minn din id-Deċiżjoni, m'għandu taħt l-ebda ċirkostanza jintuża biex jonora spejjeż relatati ma' l-impenji magħmula mill-Europol b'konformità mal-Konvenzjoni ta' l-Europol, qabel ma' din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ. |
Ġustifikazzjoni | |
L-impenji kollha magħmula mill-Europol skond l-iskema legali antika, il-Konvenzjoni ta' l-Europol, għandhom jiġu koperti mill-Istati Membri. |
- [1] ĠU C 139 ta' l-14.6.2006, p.1.
- [2] Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' din id-dejta (ĠU L 8, 12.01.2001, p.1).
NOTA SPJEGATTIVA
Sabiex tkun tista' tiffaċċaja s-sitwazzjonijiet godda ta' l-Unjoni Ewropea u forom godda ta' reati, kif ukoll theddidiet terroristiċi ġodda, l-Europol jeħtieġ jestendi s-setgħat u jibdel il-modus operandi tiegħu billi tintroduċi aktar flessibilità fil-mekkaniżmi tiegħu Madankollu, il-qafas legali attwali ta' l-Europol huwa ta' xkiel kbir għal kwalunkwe proċess li jkollu l-għan li jaġġorna jew jimmodifika s-setgħat tiegħu.
L-Europol inholoq permezz tal-Konvenzjoni ta' l-Europol tas-26 ta' Lulju 1995, skond liema konvenzjoni kwalunkwe modifika trid tkun approvata b'mod unanimu mill-Kunsill u ratifikata sussegwentement minn kull Stat Membru. Bejn l-2000 u l-2003 ġew adottati tliet protokolli li mmodifikaw il-konvenzjoni ta' l-Europol u dawn se jidħlu fis-seħħ fid-29 ta' Marzu u fit-18 ta' April 2007, jiġifieri rispettivament 4, 5 u 7 snin wara li ġew adottati. Dan juri li l-proċedura hija waħda kkumplikata u partikolarment twila.
Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam ipprovda lill-istituzzjonijiet b'mekkaniżmi legali ġodda li kienu aktar flessibbli u aktar adatti għall-bidla fiċ-ċirkustanzi li fihom sabet ruħha l-UE. Dawn il-mekkaniżmi huma d-deċiżjonijiet u d-deċiżjonijiet ta' qafas taħt it-tielet pilastru li m'hemmx bżonn ikunu ratifikati minn kull Stat Membru.
Dwar il-bażi legali pprovduta mill-Artikolu 34(2) tat-Trattat UE, il-Parlament talab bosta drabi biex il-Konvenzjoni ta' l-Europol tkun emendata permezz tal-mekkaniżmi l-ġodda msemmija hawn fuq. Għalhekk, ir-rapporteur jilqa' tajjeb ħafna l-proposta għall-deċiżjoni tal-Kunsill li permezz tagħha se jitwaqqaf l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija u li se tieħu post u tati deroga mill-Konvenzjoni ta' l-Europol u t-tliet protokolli tagħha.
Il-proposta għall-deċiżjoni tal-Kunsill tipprevedi l-bidla ta' l-Europol f'aġenzija ta' l-UE, inizjattiva li se jkollha żewġ konsegwenzi: il-finanzjament tal-Europol mill-baġit Komunitarju u l-applikazzjoni ta' stejtus ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għall-istaff ta' l-Europol.
Skond ir-regoli l-ġodda l-Uffiċċju tal-Pulizija mhux ser ikun ristrett għal interventi kontra l-kriminalità organizzata. Din hija bidla sinifikanti għax tinvolvi l-estensjoni ta' l-ambitu ta' l-Europol biex jinkludi tipi oħra ta' reati serji mwettqa barra mill-qasam tal-kriminalità organizzata.
Il-proposta tinkludi dispożizzjonijiet għall-koordinazzjoni, l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta' investigazzjonijiet u attivitajiet operattivi mwettqa flimkien ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew bħala timijiet investigattivi konġunti. Ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Europol se jkun jista' jniedi azzjoni relatata ma' ħasil ta' flus u jitlob lill-Istati Membri biex iniedu ċerti investigazzjonijiet. L-inkorporazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati ma' l-aċċess għad-dokumenti ta' l-Europol skond ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1049/2001 huwa wkoll pass pożittiv ħafna.
Madankollu, ir-rapporteur jikkunsidra li jeħtieġ li jsiru ċerti emendi, partikularment f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontroll demokratiku fuq l-Europol u mal-protezzjoni tad-dejta.
Il-possibilità li tinkiseb informazzjoni minn organizzazzjonijiet privati jeħtieġ li tiġi kkunisdrata sewwa ħafna għaliex din id-dejta tista' ma tkunx inkisbet b'mezzi sikuri u affidabbli. Jeħtieġ għalhekk li ssir evalwazzjoni individwali għal kull każ u li jiddaħħlu salvagwardji oħrajn, inkluż il-kontroll ġudizzjarju. Rigward id-determinazzjoni dwar jekk l-ipproċessar ta' dejta jkunx rilevanti jew le għall-ħidma ta' l-Europol, għandu jiġi stabbilit perjodu raġonevoli ta' żmien li fih din id-dejta trid tiġi evalwata mingħajr riskju għad-drittijiet individwali.
Fejn jidħol l-iskambju ta' dejta ma' entitajiet Komunitarji oħrajn, irid jiġi żgurat - jekk l-Europol ma jkunx jista' finalment jieħu l-forma ta' organu Komunitarju - li dan ma jisfax ittrattat bħala organizzazzjoni ta' pajjiż terz. F'ġieħ il-konformità, trid tiddaħħal referenza li tippreċiża li l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 45/2001 tkun applikabbli.
Il-ħolqien ta' Ombudsman indipendenti biex iħares id-dejta ta' l-Europol hija inizjattiva għaqlija ħafna, għalkemm iridu jkunu pprovduti aktar garanziji sabiex tkun imħarsa l-indipendenza tiegħu. Dan għandu jsaħħaħ il-fiduċja ta' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri fl-Europol.
B'riferenza speċifika għar-relazzjonijiet bejn l-Europol u l-Parlament Ewropew, l-aspetti li ġejjin għandhom jiġu enfasizzati. L-ewwelnett, irid ikun hemm l-istess proċedura, kemm għall-ħatra u kemm għat-tkeċċija tad-Direttur ta' l-Europol. Skond il-proposta attwali, il-Parlament jiġi kkonsultat biss jekk id-Direttur ikun se jitkeċċa. Dan in-nuqqas ta' simetrija għandu jitneħħa sabiex il-Parlament ikun jista' jkollu rwol fl-għażla tad-Direttur.
Is-sistema li permezz tagħha huwa ffinanzjat l-Europol hija s-suġġet ta' dibattitu jaħraq fi ħdan il-Kunsill. Hemm żewġ possibilitajiet: jew tkompli topera s-sistema attwali ta' finanzjament intergovernattiv jew l-Europol jibda jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-Komunità. It-tendenza attwali hija li jitkompla l-finanzjament dirett mill-Istati Membri. Ir-rapporteur mhux kuntent b'dan u jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-baġit bħala l-mezz ewlieni ta' kontroll li l-Parlament Ewropew jista' jeżerċita fuq l-Europol. L-involviment tal-Parlament fit-tfassil tal-baġit ta' l-Europol jgħin sabiex jiżdied il-livell ta' kontroll demokratiku fuq l-Europol.
Fl-aħħarnett, jaqbel li jiġi nnutat li l-bidla fil-bażi legali mad-daqqa t'għajn ma tidhirx li tikkostitwixxi żieda fil-leġittimità demokratika ladarba n-negozjar ta' deċiżjoni ma jitlobx ratifika mill-parlamenti ta' l-Istati Membri. Għalhekk, ikun tajjeb li l-Parlament Ewropew ikun jista' japprova l-baġit ta' l-Europol sabiex ikun jista' jkollu stampa ġenerali ta' l-attivitajiet tiegħu.
Ir-rapporteur jissuġġerixxi wkoll li jiġi previst li l-prijoritajiet ta' l-Europol jiġu ppreżentati kull sena f'Kumitat Konġunt li jkun jikkonsisti minn Membri tal-Kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew u mill-kollegi tagħhom tal-parlamenti ta' l-Istati Membri. Dan is-suġġeriment joħroġ mill-bżonn li l-Parlament Ewropew ikun involut fl-iżvilupp ta' l-Europol sabiex jiżgura li l-Europol tgawdi mill-ogħla livell ta' leġittimità demokratika.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠIT (29.5.2007)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL)
(COM(2006)0817 – C6‑0055/2007 – 2006/0310(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Sfond
Il-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba tas-17 ta' Mejju 2006 jistipula li ż-żewġ setgħat ta' l-awtorita baġitarja għandhom jilħqu ftehim malajr dwar il-finanzjament ta' aġenzija ġdida.
L-inklużjoni ta' dispożizzjoni bħal din fl-IIA kienet mitluba mill-Parlament li b'dan kien qed jispera li jevita li aġenziji futuri jiġu finanzjati permezz ta' programmar mill-ġdid jew billi jintużaw il-marġini. Fi kliem ieħor, aġenziji ġodda m'għandhomx, b'mod awtomatiku, jiġu koperti mill-Qafas Finanzjarju iżda jistgħu jirrikjedu flus "ġodda".
Proposta tal-Kummissjoni
Il-Europol m'hijiex każ ovvju ta' aġenzija "ġdida" peress li din ġiet maħluqa fl-1995 fuq il-bażi ta' Konvenzjoni bejn l-Istati Membri. Għalhekk issa ilha teżisti għal bosta snin u m'hijiex proprju aġenzija ġdida. Madankollu, bil-proposta attwali, il-Kummissjoni biħsiebha tikkonverti lill-Europol minn korp governattiv (imwaqqaf skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Maastricht) f'aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea li tkun kompletament finanzjata mill-baġit tal-Komunita, pass li "se jqawwi l-irwol tal-Parlament Ewropew fil-kontroll fuq l-Europol".
L-impatt finanzjarju tal-proposta se jibda fl-2010, wara l-adozzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni, b'ammont totali ta' referenza ta' EUR 334 miljun għall-perjodu mill-2010 - 2013 (2010: 82 miljun, 2011: 83 miljun, 2012: 84 miljun u 2013: 85 miljun). Dawn l-ammonti diġa ġew inklużi bis-sħiħ fl-aħħar aġġornament tal-programm finanzjarju tal-Kummissjoni ppreżentat f'Jannar 2007.
Jekk issir aġenzija Ewropea, l-Europol mil-lat tal-baġit trid titqies bħala aġenzija ġdida u għandha tiġi trattata b'dan il-mod, jiġifieri bir-rispett kollu tal-prerogattivi tal-Parlament kif stipulat fil-Punt 47 ta' l-IIA.
Problema ġenerali ta' interdipendenza bejn il-proċedura leġiżlattiva u l-proċedura ta' l-Artikolu 47
Fil-każ attwali ta' l-Europol, iż-żewġ setgħat ta' l-awtorita baġitarja għadhom ma laħqux ftehim dwar il-finanzjament ta' din l-aġenzija, li hija ġdida għall-baġit ta' l-UE. Madankollu, il-proċedura leġiżlattiva diġa bdiet, għall-inqas fil-Parlament. Filwaqt li l-proposta tal-Kummissjoni hija attwalment blukkata fil-Kunsill minħabba kontroversja profonda dwar jekk l-Europol għandhiex tkun komunitarizzata jew le, il-Parlament jixtieq jieħu azzjoni malajr biex juri l-appoġġ tiegħu għall-intenzjoni tal-Kummissjoni li l-Europol issir aġenzija ta' l-UE. Peress li s'issa l-Kunsill għadu ma uriex volonta, minħabba l-problemi interni tiegħu bil-proposta, li jiddiskuti l-finanzjament ta' l-Europol fi trijalogu, għadu ma ntlaħaq l-ebda ftehim dwar il-Punt 47.
Għandu dan in-nuqqas ta' ftehim bikri dwar il-finanzjament ta' aġenzija ġdida issa jwaqqaf il-proċedura leġiżlattiva sħiħa maħsuba biex tinħoloq din l-aġenzija? F'dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rapporteur għażlet approċċ pragmatiku, viz.: l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' twaqqif b'"dikjarazzjonijiet ta' ċaħda" li jindikaw li għadu ma ntlaħaq l-ebda ftehim dwar il-finanzjament, u li għalhekk din il-problema għadha miftuħa għal negozjati (Emendi 1, 2, 3, 4 u 10).
Problemi partikulari ta' l-Europol bħala aġenzija ta' l-UE
Minħabba li l-proposta għad-deċiżjoni ta' twaqqif ta' l-Europol kienet mudellata fuq il-Konvenzjoni ta' l-Europol, bil-karattru sod intergovernattiv tagħha, ċerti elementi li l-Kumitat għall-Baġit tradizzjonalment jikkunsidra importanti għall-aġenziji m'humiex imqegħdin ċar biżżejjed jew huma kompletament neqsin. Ir-rapporteur saħħet/introduċiet mill-ġdid dawn l-elementi, jiġifieri rigward il-prerogattivi ġenerali tal-Parlament (Emendi 5, 8, 12, 13 u 16), id-drittijiet u d-dmirijiet tal-korpi ta' l-Europol (Emendi 6, 7, 9 u 11), ir-regoli finanzjarji ta' l-aġenzija (Emendi 14 u 19), is-sistema ta' monitoraġġ tagħha (Emenda 15) u l-għażla ta' l-istaff tagħha u l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg tiegħu (Artikoli 17 u 18).
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġit jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
Abbozz Ta' Riżoluzzjoni Leġiżlattiva
Emenda 1 Paragrafu 1 a (ġdid) | |
1a. Iqis li l-ammont ta' referenza finanzjarju indikat fil-proposta leġiżlattiva għandu jkun kompatibbli mal-limitu massimu ta' l-intestatura 3a tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali l-Ġdid (MFF) u mad-dispożizzjonijiet ta' Punt 47 tat-IIA tas-17 ta' Mejju 2006; | |
Emenda 2 Paragrafu 1 b (ġdid) | |
1b. Ifakkar li l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat għall-Baġit ma tantiċipax ir-riżultat tal-proċeduri stipulat fil-Punt 47 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 li japplika għat-twaqqif ta' l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija; |
Proposta għal deċiżjoni
Test propost mill-Kummissjoni[1] | Emendi tal-Parlament |
Emenda 3 Ċitazzjonijiet 1 a u I b (ġodda) | |
|
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej 1 (Regolament Finanzjajru), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba 2, b'mod partikulari l-Punt 47 tiegħu, |
|
ĠU L 248, is-16 ta’ Settembru 2002, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1). |
|
2 ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Europol huwa mfassal bħala aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea. Dan irid jiġi rifless fil-bażijiet legali msemmija fir-Regolament. | |
Emenda 4 Premessa 5 | |
(5) It-twaqqif ta' l-Europol bħala aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea, iffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej se jtejjeb l-irwol tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-kontroll fuq l-Europol, permezz ta' l-involviment tal-Parlament Ewropew fl-adozzjoni tal-baġit.
|
(5) It-twaqqif ta' l-Europol bħala aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea, iffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej se jtejjeb l-irwol tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-kontroll fuq l-Europol, permezz ta' l-involviment tal-Parlament Ewropew fl-adozzjoni tal-baġit, inkluż il-pjan ta' twaqqif u l-proċedura ta' kwittanza.. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandha tingħata attenzjoni xierqa għall-irwol tal-Parlament fl-adozzjoni tal-pjan ta' twaqqif ta' l-aġenzija u fl-għoti ta' kwittanza għall-aġenzija. | |
Emenda 5 Artikolu 1, paragrafu 1 | |
1. Din id-Deċiżjoni tistabilixxi Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala 'Europol', bħala aġenzija ta' l-Unjoni. Il-Europol se jkollha s-sede tagħha f'The Hague, fl-Olanda. |
1. Din id-Deċiżjoni tistabilixxi Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala 'Europol', bħala aġenzija ta' l-Unjoni. Huwa korp li twaqqaf b'konformita ma' l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u l-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba tas-17 ta' Mejju 2006. L-Europol se jkollu s-sede tiegħu f'The Hague, fl-Olanda. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara Emenda 3. | |
Emenda 6 Artikolu 36, paragrafu 8, punt (c) | |
(c) jadotta r-regoli ta' implimentazzjoni applikabbli għall-istaff ta' l-Europol, fuq proposta mid-Direttur u wara li jfittex ftehim mill-Kummissjoni;
|
(c) jadotta r-regoli ta' implimentazzjoni applikabbli għall-istaff ta' l-Europol, fuq proposta mid-Direttur u wara ftehim mill-Kummissjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Kummissjoni trid tasal għal qbil dwar ir-regoli ta' implimentazzjoni applikabbli għall-istaff ta' l-Europol. | |
Emenda 7 Artikolu 36, paragrafu 9 | |
9. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta kull sena: |
9. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta kull sena, wara li jinkiseb kunsens mill-Kunsill: |
(a) l-istima ta' l-abbozz tal-baġit u l-abbozz tal-baġit preliminari għandu jitressaq lill-Kummissjoni, inkluż il-pjan ta' twaqqif, u l-baġit finali; |
(a) l-istima ta' l-abbozz tal-baġit għandu jitressaq lill-Kummissjoni, inkluż l-abbozz tal-pjan ta' twaqqif; |
|
(aa) il-baġit ta' l-aġenzija, inkluż il-pjan ta' twaqqif, wara li tinkiseb l-awtorizzazzjoni mill-awtorita baġitarja; |
(b) programm ta' ħidma għall-attivitajiet futuri ta' l-Europol, filwaqt li, kemm jista' jkun, jiġu meqjusa r-rekwiżita operattivi ta' l-Istati Membri u l-implikazzjonijiet baġitarji u ta' l-istaff għall-Ewropol, wara li l-Kummissjoni tagħti l-opinjoni tagħha; |
(b) programm ta' ħidma għall-attivitajiet futuri ta' l-Europol, filwaqt li, kemm jista' jkun, jiġu meqjusa r-rekwiżiti operattivi ta' l-Istati Membri b'konformita mar-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli, wara li l-Kummissjoni tagħti l-opinjoni tagħha; |
(c) rapport ġenerali dwar l-attivitajiet ta' l-Europol matul is-sena preċedenti. |
(c) rapport ġenerali dwar l-attivitajiet ta' l-Europol matul is-sena preċedenti, li jikkumpara, b'mod partikulari, ir-riżultati ma' l-objettivi tal-programm annwali ta' ħidma. |
Dawn id-dokumenti għandhom jitressqu lill-Kunsill għall-approvazzjoni. Dawn għandhom jitressqu wkoll mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew għall-informazzjoni. |
Dawn id-dokumenti se jitressqu lill-Parlament Ewropew. |
Ġustifikazzjoni | |
F'din id-deskrizzjoni tar-responsabiltajiet tal-Bord ta' Tmexxija, għandu jkun iċċarat li l-bord jista' jadotta biss il-baġit ta' l-aġenzija, inkluż il-pjan ta' twaqqif tagħha, wara li tinkiseb awtorizzazzjoni mill-awtorita baġitarja. Huma meħtieġa wkoll xi kjarifiki rigward il-programm ta' ħidma u r-rapport annwali. Bħalma huwa fil-każ ta' aġenziji oħra, id-dokumenti kollha ta' dan it-tip għandhom jiġu mgħoddija direttament lill-Parlament. | |
Emenda 8 Artikolu 37, paragrafu 1 | |
1. Il-Europol għandu jkun immexxi minn Direttur maħtur mill-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, minn lista li jkun fiha ta' l-inqas tliet kandidati ppreżentata mill-Bord ta' Tmexxija, għal perjodu ta' erba' snin li jista' jiġġedded darba. |
1. Il-Europol għandu jkun immexxi minn Direttur maħtur mill-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, minn lista li jkun fiha ta' l-inqas tliet kandidati ppreżentata mill-Bord ta' Tmexxija, għal perjodu ta' ħames snin li jista' jiġġedded darba. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ħatra tad-Direttur ta' l-Europol għandha ssegwi l-istess proċedura tad-dimissjoni tiegħu/tagħha, jiġifieri għandu jiġi konsultat il-Parlament. Ġeneralment il-mandat għad-direttur ta' l-aġenziji huwa ta' ħames snin u jiġġedded darba. | |
Emenda 9 Artikolu 37, paragrafu 4, punt (g a) (ġdid) | |
|
(ga) l-implimentazzjoni ta' proċeduri effettivi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni relatati mar-rendiment ta' l-Aġenzija fir-rigward tal-kisba ta' l-objettivi tagħha. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-responsabilta tad-Direttur għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-rendiment ta' l-Europol għandha tiġi inkluża wkoll fil-lista ta' xogħlijiet għal dan l-uffiċċju. | |
Emenda 10 Artikolu 41, paragrafu 1 | |
1. Id-dħul ta’ l-Aġenzija għandu, mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, jinkludi sussidju mill-Komunità, imdaħħal fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea (it-taqsima tal-Kummissjoni) mill-1 ta' Jannar 2010. |
1. Id-dħul ta’ l-Aġenzija għandu, mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, jinkludi sussidju mill-Komunità, imdaħħal fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea (it-taqsima tal-Kummissjoni) mill-1 ta' Jannar 2010. Il-finanzjament ta' l-Europol huwa suġġett għal ftehima mill-awtorita baġitarja kif provdut mill-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 47 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 jistipula li "mingħajr preġudizzju għall-proċeduri leġiżlattivi li jirregolaw it-twaqqif ta' l-aġenzija, iż-żewġ setgħat ta' l-awtorita baġitarja jimpenjaw lilhom infushom... li jaslu għal qbil malajr dwar il-finanzjament ta' l-aġenzija". Huwa neċessarju li wieħed jinnota f'dan il-każ li, minkejja l-livell li laħqu l-proċeduri leġiżlattivi, irid jintlaħaq ukoll ftehim dwar il-finanzjament ta' l-Europol. | |
Emenda 11 Artikolu 41, paragrafu 3 | |
3. Id-Direttur għandu jfassal abbozz ta' stima tad-dħul u l-ispejjeż ta' l-Europol għas-sena finanzjarja li ġejja u għandu jgħaddih lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-pjan ta' twaqqif proviżorju. Il-pjan ta' twaqqif għandu jikkonsisti f'impjiegi ta' natura permanenti jew temporanja kif ukoll referenza għal esperti nazzjonali sekondati, u għandu jiddikjara n-numru, l-grad u l-kategorija ta' l-istaff impjegat mill-Europol għas-sena finanzjarja li qed tiġi trattata. |
3. Id-Direttur għandu jfassal abbozz ta' stima tad-dħul u l-ispejjeż ta' l-Europol għas-sena finanzjarja li ġejja u għandu jgħaddih lill-Bord tat-Tmexxija flimkien ma' abbozz tal-pjan ta' twaqqif. L-abbozz tal-pjan ta' twaqqif għandu jikkonsisti f'impjiegi ta' natura permanenti jew temporanja kif ukoll referenza għal esperti nazzjonali sekondati, u għandu jiddikjara n-numru, l-grad u l-kategorija ta' l-istaff impjegat mill-Europol għas-sena finanzjarja li tkun qed tiġi trattata. |
Ġustifikazzjoni | |
Irid ikun magħmul ċar li l-pjan ta' twaqqif jista' jiġi finalizzat biss wara li tinkiseb l-awtorizzazzjoni mill-awtorita baġitarja. | |
Emenda 12 Artikolu 42, paragrafu 8 a (ġdid) | |
|
8a. Id-Direttur għandu jressaq lill-Parlament Ewropew, meta jkun hemm talba minn dan ta' l-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni mingħajr xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja li tkun qed tiġi trattata, kif stipulat fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa xieraq li jkun hemm tisħiħ ta' l-obbligu tad-direttur ta' l-aġenzija li jikkopera fil-proċedura ta' kwittanza, peress li tradizzjonalment dan huwa inkluż fir-regolament ta' twaqqif ta' aġenziji oħrajn. | |
Emenda 13 Artikolu 42, paragrafu 9 | |
9. Fuq rakomandazzjoni mill-Kunsik, il-Parlament Ewropew għandu, qabel it-30 ta' April tas-sena n+2, jagħti kwittanza lid-Direttur ta' l-Europol fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena n. |
9. Il-Parlament Ewropew, filwaqt li jqis rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jkun qed jieħu azzjoni b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel it-30 ta' April tas-sena n+2, jagħti kwittanza lid-Direttur ta' l-Europol fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena n. |
PROĊEDURA
Referenzi |
COM(2006)0817 - C6-0055/2007 - 2006/0310(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
LIBE |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 15.2.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur ta’ opinjoni: Data tal-ħatra |
Jutta Haug 20.9.2004 |
|
|
|||||
Data ta’ l-adozzjoni |
21.5.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
30 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-vot finali |
Laima Liucija Andrikienė, Richard James Ashworth, Reimer Böge, Herbert Bösch, Simon Busuttil, Paulo Casaca, Gérard Deprez, Valdis Dombrovskis, Brigitte Douay, James Elles, Göran Färm, Szabolcs Fazakas, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Monica Maria Iacob-Ridzi, Ville Itälä, Anne E. Jensen, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Mario Mauro, Francesco Musotto, Esko Seppänen, Nina Škottová, László Surján, Helga Trüpel |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali |
Hans-Peter Martin |
|||||||
- [1] ĠU C , , p. .
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI (3.5.2007)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL)
(COM(2006)0817 – C6‑0055/2007 – 2006/0310(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: György Schöpflin
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Ir-Rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta, speċjalment rigward l-iżvilupp ta' l-iskrutinju demokratiku fir-rigward ta' l-Europol, u jipproponi xi emendi biex jenfasizza dan.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill- Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Test propost mill-Kummissjoni[1] | Emendi mill-Parlament |
Emenda 1 Premessa 4 a (ġdida) | |
|
(4a.) Il-Parlament, fir-"rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill dwar l-Europol: it-tisħiħ tal-kontrolli parlamentari u l-estensjoni tas-setgħat"1, tat-13 ta' April 1999 talab l-inkorporazzjoni ta' l-Europol fil-qafas istituzzjonali ta' l-Unjoni Ewropea u li jkun suġġett għal skrutinju demokratiku mill-Parlament. |
|
________________ |
|
1 ĠU C 219, 30.7.1999, p. 101. |
Emenda 2 Premessa 4 b (ġdida) | |
|
(4b.) Il-Parlament, fir-"rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill, dwar l-iżvilupp futur ta' l-Europol u l-inkorporazzjoni awtomatika tiegħu fis-sistema istituzzjonali ta' l-Unjoni Ewropea"1 , tat-30 ta' Mejju 2002 u fir-"rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill, dwar l-iżvilupp futur ta' l-Europol"2 , ta' l-10 t' April 2003 talab għat-tqegħid ta' l-Europol fuq bażi Komunitarja. |
Emenda 3 Premessa 5 | |
(5) It-twaqqif ta' l-Europol bħala aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea, iffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej se jtejjeb l-irwol tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-kontroll fuq l-Europol, permezz ta' l-involviment tal-Parlament Ewropew fl-adozzjoni tal-baġit. |
(5) It-twaqqif ta' l-Europol bħala aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea, iffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej se jtejjeb l-irwol tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-kontroll u l-iskrutinju demokratiku fuq l-Europol, permezz ta' l-involviment tal-Parlament Ewropew fl-adozzjoni tal-baġit. |
Emenda 4 Premessa 6 a (ġdida) | |
|
(6a) It-twaqqif ta' l-aġenzija ta' l-Europol jitlob għal ftehima interistituzzjonali li tistipula l-kondizzjonijiet bażiċi li jiggvernaw l-aġenziji regolatorji Ewropej sabiex l-aġenziji eżistenti u dawk futuri jiġu strutturat b'tali mod li jiġu promossi ċ-ċarezza, it-trasparenza u ċ-ċertezza legali. |
Emenda 5 Premessa 8 a (ġdida) | |
|
(8a) Sussegwentement għall-estensjoni tas-setgħat operattivi ta' l-Europol għad hemm bżonn ta' xi titjib rigward ir-responsabilità demokratika tagħha. |
Emenda 6 Premessa 11 | |
(11) Din id-deċiżjoni hija konformi mad-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2007/XX/JHA dwar il-ħarsien ta' dejta personali proċessati fil-qafas ta' koperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fi kwistjonijiet kriminali; |
(11) Din id-deċiżjoni hija konformi mad-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2007/XX/JHA dwar il-ħarsien ta' dejta personali proċessata fil-qafas ta' koperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fi kwistjonijiet kriminali u l-implimentazzjoni ta' din id-deċiżjoni tiddependi mill-adozzjoni immedjata tad-Deċiżjoni ta' Qafas; |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-deċiżjoni m'għandiex tiġi implimentata - b'mod partikulari fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' dejta mill-Europol - sakemm il-ħarsien ta' dejta personali jkun diġà inkorporat fit-tielet pilastru. | |
Emenda 7 Artikolu 5, paragrafu 1, punt (a) | |
(a) il-ġbir, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta' informazzjoni u intelliġenza mgħoddija mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri jew pajjiżi terzi jew entitajiet pubbliċi jew privati oħra; |
(a) il-ġbir, iż-żamma, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta' informazzjoni u 'intelligence' mgħoddija mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri lil pajjiżi terzi jew lil entitajiet pubbliċi jew privati oħra; meta tali informazzjoni tasal minn partijiet privati din għandha, qabel ma tiġi mgħoddija lill-Europol, tinġabar u tiġi pproċessata skond il-leġiżlazzjoni Ewropea u l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet ċivili kif ukoll skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE, u l-aċċess mill-Europol għandu jiġi permess biss fuq il-bażi ta' kull każ għalih, u aċċess bħal dan għandu jkun suġġett għal skrutinju ġudizzjarju fl-Istati Membri; |
Emenda 8 Artikolu 10, paragrafu 2 | |
2. L-Europol jista' jipproċessa d-dejta għall-iskop li jiddetermina jekk tali dejta hix rilevanti għall-ħidma tiegħu, u jista' jkun inkluż f'waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tiegħu. |
2. L-Europol jista' jipproċessa d-dejta relevanti u xierqa, li ma tmurx lilhinn dik meħtieġa sabiex jintlaħaq l-objettiv mixtieq, għall-iskop li jiddetermina jekk tali dejta hix rilevanti għall-ġlieda kontra attivitajiet kriminali speċifiċi fit-twettiq tal-ħidma tiegħu, u jista' jkun inkluż legalment f'waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tiegħu. |
Ġustifikazzjoni | |
Din ir-referenza għas-setgħat ta' l-Europol għandha firxa wiesgħa ħafna u hija vaga; tmur kontra l-prinċipju ta' proporzjonalità u hemm riskju inerenti li d-dejta tista' tiġi pproċessata għal kwalunkwe skop mhux speċifikat. |
PROĊEDURA
Titolu |
It-Twaqqif ta' l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL) |
|||||||
Referenzi |
COM(2006)0817 - C6-0055/2007 - 2006/0310(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
LIBE |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFCO 1.2.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
György Schöpflin 1.3.2007 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
10.4.2007 |
10.4.2007 |
2.5.2007 |
|
||||
Data ta' l-adozzjoni |
2.5.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
18 1 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Enrique Barón Crespo, Richard Corbett, Brian Crowley, Philip Dimitrov Dimitrov, Andrew Duff, Maria da Assunção Esteves, Ingo Friedrich, Anneli Jäätteenmäki, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jo Leinen, Íñigo Méndez de Vigo, Rihards Pīks |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Klaus Hänsch, Roger Helmer, Gérard Onesta, Georgios Papastamkos, Jacek Protasiewicz, György Schöpflin, Alexander Stubb |
|||||||
- [1] Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.
PROĊEDURA
Titolu |
It-Twaqqif ta' l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL) |
|||||||
Referenzi |
COM(2006)0817 - C6-0055/2007 - 2006/0310(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
24.1.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 1.2.2007 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 15.2.2007 |
AFCO 1.2.2007 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Agustín Díaz de Mera García Consuegra 25.1.2007 |
|
|
|||||
Diskussjoni fil-kumitat |
25.1.2007 |
27.2.2007 |
20.3.2007 |
12.11.2007 |
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
12.11.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
29 9 0 |
||||||
Membri preżenti għall-vot finali |
Carlos Coelho, Esther De Lange, Panayiotis Demetriou, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Bárbara Dührkop Dührkop, Armando França, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Lilli Gruber, Ewa Klamt, Magda Kósáné Kovács, Barbara Kudrycka, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Roselyne Lefrançois, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Martine Roure, Luciana Sbarbati, Inger Segelström, Károly Ferenc Szabó, Søren Bo Søndergaard, Vladimir Urutchev, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali |
Adamos Adamou, Simon Busuttil, Marco Cappato, Maria da Assunção Esteves, Ignasi Guardans Cambó, Luis Herrero-Tejedor, Sophia in ‘t Veld, Carlos José Iturgaiz Angulo, Metin Kazak, Eva-Britt Svensson |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali |
Carmen Fraga Estévez, Fernando Fernández Martín |
|||||||