Proċedura : 2005/0261(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0450/2007

Testi mressqa :

A6-0450/2007

Dibattiti :

PV 29/11/2007 - 5
CRE 29/11/2007 - 5

Votazzjonijiet :

PV 29/11/2007 - 7.16
CRE 29/11/2007 - 7.16
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0560

RAPPORT     ***I
PDF 294kWORD 484k
21.11.2007
PE 374.427v02-00 A6-0450/2007

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (Ruma I)

(COM(2005)0650 – C6‑0441/2005 – 2005/0261(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Cristian Dumitrescu

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta ghal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (Ruma I)

(COM(2005)0650 – C6‑0441/2005 – 2005/0261(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM2005/0650),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 61(c) u 67(5) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0441/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0450/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 1

(1) L-Unjoni Ewropea tat lilha nnifisha l-għan li żżomm u tiżviluppa spażju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Għal dan il-għan, il-Komunità għandha tadotta partikolarment miżuri li ġejjin mill-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili li għandhom implikazzjonijiet transkonfinali, kemm ikun meħtieġ għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, u tara, fost affarijiet oħra, li tkun favorita l-kompetizzjoni tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri fil-materja tal-kunflitt tal-liġijiet.

(1) Il-Komunità tat lilha nnifisha l-għan li żżomm u tiżviluppa spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Biex spazju ta' dan it-tip jiġi stabbilit progressivament, il-Komunità ser tadotta partikolarment miżuri relevanti mill-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili li għandhom implikazzjonijiet transkonfinali, sal-punt meħtieġ għall-funzjonament xieraq tas-suq intern.

Emenda 2

Premessa 1 a (ġdida)

 

(1a) Skond l-Artikolu 65, punt (b) tat-Trattat, dawn il-miżuri se jinkludu dawk li jippromwovu l-kompatibilità tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri li jikkonċernaw il-kunflitt ta' liġijiet u ġurisdizzjoni.

Emenda 3

Premessa 2

(2) Sabiex ikun hemm l-implimentazzjoni effikaċi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat ta’ Amsterdam, nhar it-3 ta’ Diċembru 1998, il-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Barranin adotta pjan ta’ azzjoni dwar l-aqwa metodi ta’ implimentazzjoni tad-dispożizzjonijit tat-Trattat ta’ Amsterdam dwar l-istabbiliment ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja waqt li jispeċifika l-importanza tal-kumpatibilità tar-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet u jitlob li ssir reviżjoni, jekk tkun meħtieġa, ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet speċjali tar-regoli dwar il-kunflitti tal-liġijiet li jidhru fl-istrumenti l-oħra tal-Komunità.

imħassra

Emenda 4

Premessa 3

(3) Waqt il-laqgħa tiegħu f’Tampere fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999, il-Kunsill Ewropew approva l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet tal-ġustizzja bħala azzjoni prijoritarja għall-ħolqien ta’ żona ta’ ġustizzja Ewropea. Il-Programm tal-miżuri dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet fil-materji ċivili u kummerċjali jispeċifika li l-miżuri dwar l-armonizzazzjoni tar-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet jistabbilixxu miżuri kumplimentari li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-prinċipju. Fil-Programm ta’ L-Aja, il-Kunsill Ewropew fakkar li l-ħidmiet fil-qasam tar-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-obbligi kuntrattwali għandhom jiġu mmexxija b’determinazzjoni.

(3) Waqt il-laqgħa tiegħu f’Tampere fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999, il-Kunsill Ewropew approva l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u deċiżjonijiet oħra bħala l-ġebla tax-xewka tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'oqsma ċivili u stieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw programm ta' miżuri biex jiġi implimentat il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku.

Emenda 5

Premessa 3 a (ġdida)

(3a) Nhar it-30 ta' Novembru 2000, il-Kunsill adotta programm konġunt tal-Kummissjoni u l-Kunsill ta' miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet fl-oqsma ċivili u kummerċjali1. Il-programm jidentifika miżuri relatati ma' l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar kunflitti fil-liġijiet bħal dawk li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi.

______________

1 ĠU C 12, 15.1.2001, p. 1.

Emenda 6

Premessa 3 b (ġdida)

(3b) Il-Programm ta' l-Aja1, adottat mill-Kunsill Ewropew nhar il-5 ta' Novembru 2004, talab li attivament isir xogħol fuq ir-regoli dwar il-konflitti tal-liġijiet dwar l-obbligi kuntrattwali ("Ruma I").

_____________

1 ĠU C 53, 3.3.2005, p. 1.

Emenda 7

Premessa 4

(4) Sabiex jiġi evitat ix-xkiel tal-kompetizzjoni bejn il-litiganti tal-Komunità u biex tkun favorita l-previdibilità tar-riżultati tat-tilwim, is-sigurtà legali u r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet, il-funzjonament tajjeb tas-suq intern jeħtieġ li r-regoli tal-kunflitti tal-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri jagħżlu l-istess liġi nazzjonali, tkun liema tkun il-Qorti magħżula. L-istess raġuni tmexxi l-akbar armonija bejn it-tliet strumenti li huma dan ir-Regolament, ir-Regolament tal-Kunsill 44/2001/KE tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet fil-materji ċivili u kummerċjali (“Brussell I”) u r-Regolament tal-Parlament u l-Kunsill (KE) Nru [...] dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali (“Ruma II”).

(4) Sabiex jiġi evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn iċ-ċittadini Komunitarji soġġetti għal proċedimenti legali u biex tkun favorita l-previdibilità tar-riżultati tat-tilwim, is-sigurtà legali u r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet, il-funzjonament tajjeb tas-suq intern jeħtieġ li r-regoli dwar il-kunflitti tal-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri jindikaw l-istess liġi nazzjonali, tkun liema tkun il-Qorti magħżula.

Emenda 8

Premessa 6

(6) L-ambitu tar-Regolamnt għandu jiġi stabbilit b’mod li jassigura l-koerenza mar-Regolament 44/2001/KE u r-Regolament tal-Parlament u l-Kunsill (KE) Nru [...] dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (“Ruma I”).

(6) L-ambitu sostantiv u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali ("Brussell I")1 u r-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali ("Ruma II")2.

___________

1 ĠU C 12, 16.1.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) 1791/2006 (ĠU L 363, 28.12.2006, p. 1).

 

2 ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40.

Emenda 9

Premessa 6 a (ġdida)

(6a) Relazzjonijiet familjari għandhom ikopru nisel, żwieġ, affinità u qraba kollaterali. Ir-referenza fl-Artikolu 1(2) għal relazzjonijiet b'effetti li jistgħu jitqabblu ma' dawk taż-żwieġ u ta' relazzjonijiet familjari oħra għandha tiġi interpretata skond il-liġi ta' l-Istat Membru fejn il-qorti ġiet ippreżentata bil-każ.

Ġustifikazzjoni

Tirriproduċi premessa f'Ruma II.

Emenda 10

Premessa 6 b (ġdida)

(6b) Obbligi li jirriżultaw minn trattativi qabel il-konklużjoni ta' kuntratt huma koperti mill-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007. Għalhekk, objettivi ta' dan it-tip għandhom ikunu esklużi mill-ambitu ta' dan ir-Regolament.

 

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn ta' din il-premessa meta wieħed iqis Ruma II.

Emenda 11

Premessa 7 a (ġdida)

 

(7a) Meta tkun saret għażla ta' liġi u l-elementi l-oħra kollha relevanti għas-sitwazzjoni jkunu jinsabu f'pajjiż barra mill-pajjiż li ntgħażlet il-liġi tiegħu, l-għażla tal-liġi m'għandhiex tippreġudika l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet tal-liġi ta' dak il-pajjiż li ma tistax issir deroga bi ftehim minnhom. Din ir-regola għandha tapplika kemm jekk l-għażla tal-liġi kienet akkumpanjata b'għażla ta' qorti jew tribunal u kemm jekk le. Għalkemm ma kienet intenzjonata l-ebda bidla sostanzjali meta mqabbla ma' l-Artikolu 3(3) tal-Konvenzjoni ta' Ruma, il-mod kif tpoġġa l-kliem ġie kemm jista' jkun allinjat ma' l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn ta' din il-premessa biex jiġu spjegati r-referenzi għad-dispożizzjonijiet li ma tistax issir deroga bi ftehim minnhom u kif jirrelataw ma' Ruma II.

Emenda 12

Premessa 8

(8) Sabiex jagħtu kontribut għall-għan ġenerali ta’ l-istrument li huwa s-sigurtà legali fiż-żona ta' ġustizzja Ewropea, ir-regoli tal-kunflitt għandhom jippreżentaw livell ogħla ta' previdibilità. Madankollu, l-imħallef għandu grad ta’ diskrezzjoni sabiex jiddetermina, f’ipotesi limitati, il-liġi li tippreżenta l-eqreb rabtiet mas-sitwazzjoni.

(8) Sabiex jagħtu kontribut għall-għan ġenerali ta’ l-istrument li huwa s-sigurtà legali fiż-żona ta' ġustizzja Ewropea, ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet għandhom jippreżentaw livell ogħla ta' previdibilità. Madankollu, l-imħallef għandu jżomm grad ta’ diskrezzjoni sabiex jiddetermina, f’ipotesi limitati, il-liġi li tippreżenta l-eqreb rabtiet mas-sitwazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-kliem imħassra minnhom innifishom ma' jwasslux għal ċertezza legali peress li jistgħu iqajmu konfużjoni.

Emenda 13

Premessa 8 a (ġdida)

(8a) Ftehim tal-partijiet biex tingħata ġurisdizzjoni esklussiva lil waħda jew aktar mill-qrati jew tribunali ta' Stat Membru biex jiġi determinat tilwim taħt il-kuntratt għandu jkun wieħed mill-fatturi li għandhom jitqiesu fid-determinazzjoni ta' jekk ġietx murija b'mod ċar l-għażla tal-liġi.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn ta' din il-premessa bħala riżultat tat-tħassir tad-dispożizzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni bl-effett li klawżola dwar il-ġurisdizzjoni titqies li tirrifletti għażla tal-liġi impliċita fin-nuqqas ta' klawżola dwar l-għażla tal-liġi.

Emenda 14

Premessa 8 b (ġdida)

(8b) Dan ir-Regolament ma jipprekludix lill-partijiet milli jinkorporaw permezz ta' referenza fil-kuntratt tagħhom sistema legali mhux ta' Stat Membru jew konvenzjoni internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Huwa meqjus xieraq li ssir referenza għall-użu ta' dawn is-sistemi legali mhux ta' Stat Membru bħall-UNIDROIT fi premessa, iktar milli fid-dispożizzjonijiet.

Emenda 15

Premessa 8 c (ġdida)

(8c) Jekk il-Komunità tadotta fi strument legali xieraq regoli ta' liġi kuntrattwali sostantivi, inklużi termini u kundizzjonijiet standard, strument ta' dan it-tip jista' jkun jinkludi dispożizzjoni li l-partijiet jistgħu jagħżlu li japplikaw dawk ir-regoli.

Emenda 16

Premessa 8 d (ġdida)

(8d) Sakemm hi kkonċernata l-liġi applikabbli fin-nuqqas ta' għażla, il-kunċetti ta' "provvista ta' servizzi" u "bejgħ ta' oġġetti" għandu jkun interpretat bl-istess mod meta jiġi applikat l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 sal-punt li l-oġġetti u s-servizzi huma koperti minn dak ir-Regolament. Għalkemm kuntratti ta' konċessjoni u ta' distribuzzjoni huma kuntratti għal servizzi, huma s-suġġett ta' regoli speċifiċi.

 

Ġustifikazzjoni

Jidher li din il-kjarifika hija mixtieqa.

Emenda 17

Premessa 8 e (ġdida)

(8e) Sakemm il-liġi applikabbli fin-nuqqas ta' l-għażla hija kkonċernata, is-sistemi multilaterali għandhom ikunu dawk fejn jitwettaq kummerċ, bħas-swieq regolati u l-faċilitajiet multilaterali ta' kummerċ kif imsemmija fl-Artikolu 4(1), punti (14) u (15) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji1, kemm jekk jiddependu fuq kontroparti ċentrali.

_______________________________

1 ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2007/44/EC (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).

Emenda 18

Premessa 8 f (ġdida)

(8f) Fejn ma saret l-ebda għażla tal-liġi, il-liġi applikabbli għandha tiġi stabbilita bi qbil mar-regola speċifikata għat-tip partikulari ta' kuntratt. Meta l-kuntratt ma jistax jiġi kkategorizzat bħala wieħed mit-tipi speċifikati jew meta l-elementi jaqgħu fi ħdan iktar minn wieħed mit-tipi speċifikati, għandu jiġi rregolat mil-liġi tal-pajjiż fejn il-parti li hi meħtieġa twettaq il-prestazzjoni karatteristika għandha r-residenza abitwali. Fil-każ ta' kuntratt li jikkonsisti minn pakkett ta' drittijiet u obbligi kapaċi li jkunu kategorizzati li jaqgħu fi ħdan iktar minn wieħed mit-tipi speċifikati ta' kuntratt, il-prestazzjoni karatteristika tal-kuntratt għandha tiġi stabbilita wara li jiġi kkunsidrat iċ-ċentru ta' gravità tagħha.

Ġustifikazzjoni

Il-premessi 8f, 8g u 8h huma meqjusa meħtieġa sabiex jiġu spjegati r-regoli dwar il-liġi applikabbli fin-nuqqas ta' għażla, b'mod partikulari fil-każ tal-kuntratti relatati jew ta' kuntratti li jikkonsistu minn pakkett ta' drittijiet u obbligi kapaċi li jiġu kategorizzati bħala iktar minn wieħed mit-tipi speċifikati tal-kuntratt għal liema hemm stipulati regoli speċifiċi.

Emenda 19

Premessa 8 g (ġdida)

(8g) Meta l-kuntratt hu ovvjament marbut aktar mill-viċin ma' pajjiż apparti dak indikat fl-Artikolu 4(1) jew (2), klawżola liberatorja f'dawk id-dispożizzjonijiet tipprovdi li għandha tiġi applikata l-liġi ta' dak il-pajjiż. F'dal il-każ għandu jitqies, inter alia, jekk il-kuntratt konċernat għandux relazzjoni mill-qrib ħafna ma' kuntratt jew kuntratti oħra.

Emenda 20

Premessa 8 h (ġdida)

(8h) Fin-nuqqas ta' għażla, meta l-liġi applikabbli ma tistax tiġi stabbilita jew fuq il-bażi tal-fatt li l-kuntratt jista' jiġi kategorizzat bħala wieħed mit-tipi speċifikati jew bħala li hi l-liġi tal-pajjiż ta' residenza abitwali tal-parti li hi meħtieġa biex twettaq il-prestazzjoni karatteristika, il-kuntratt għandu jkun regolat mil-liġi tal-pajjiż li miegħu hu marbut l-aktar mill-qrib. Sabiex jiġi stabbilit dak il-pajjiż, għandu jitqies, inter alia, jekk il-kuntratt konċernat għandux relazzjoni mill-qrib ħafna ma' kuntratt jew kuntratti oħra.

Emenda 21

Premessa 8 i (ġdida)

(8i) F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-interpretazzjoni tal-kuntratti tal-ġarr ta' merkanzija, m'hi intenzjonata l-ebda bidla fis-sustanza fir-rigward ta' l-Artikolu 4(4), it-tielet sentenza, tal-Konvenzjoni ta' l-1980 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali1. B'konsegwenza, partijiet ta' ċarters għal vjaġġ uniku u kuntratti oħra li l-iskop ewlieni tagħhom hu l-ġarr ta' merkanzija għandhom jiġu ttrattati bħala kuntratti għall-ġarr ta' merkanzija.

 

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu "il-fornitur" għandu jirreferi għal kull persuna li tidħol f'kuntratt ta' ġarr mat-trasportatur u t-terminu "it-trasportatur"għandu jirreferi għall-parti għall-kuntratt li jimpenja ruħu li jġorr il-merkanzija, kemm jekk iwettaq il-ġarr hu innifsu u kemm jekk le.

_____________

1 ĠU C 334, 20.12.2005, p. 1.

Emenda 22

Premessa 10 b (ġdida)

(10b) Is-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment u s-servizzi anċillari, kif imsemmija fit-Taqsimiet A u B ta' l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, kif emendata, għandhom ikunu suġġetti għar-regola ġenerali applikabbli għall-kuntratti tal-konsumatur.

Emenda 23

Premessa 10 c (ġdida)

(10c) Għandhom isiru diversi eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali dwar l-għażla tal-liġi għall-kuntratti tal-konsumatur. Taħt eċċezzjoni ta' dan it-tip ir-regola ġenerali m'għandhiex tapplika għall-kuntratti li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet in rem fi proprjetà immobbli jew kirjiet ta' proprjetà ta' dan it-tip, sakemm il-kuntratt ma jkollux x'jaqsam mad-dritt li l-proprjetà immobbli tintuża fuq bażi ta' time share fit-tifsira tad-Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 1994 dwar il-protezzjoni tax-xerrejja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti aspetti tal-kuntratti li għandhom x’jaqsmu max-xiri tad-dritt għall-użu tal-propjetà immobbli fuq bażi ta’ timeshare1.

_______________________________

1 ĠU L 280, 29.10.1994, p. 83.

Emenda 24

Premessa 10 d (ġdida)

(10d) Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, ir-referenzi għad-drittijiet u l-obbligi li jikkostitwixxu t-termini u l-kundizzjonijiet li jirrigolaw il-ħruġ, l-offerta għall-pubblika jew offerti ta' akkwist sħiħ ta' titoli trasferibbli u s-sottoskrizzjoni u l-fidwa ta' unitajiet f'intrapriżi ta' investiment kollettiv li għandhom jinkludu t-termini li jirregolaw, inter alia, l-allokazzjoni tat-titoli jew ta' l-unitajiet, id-dritiijiet fil-każ ta' sottoskrizzjoni żejda, id-drittijiet ta' rtirar u kwistjonijiet simili fil-kuntest ta' l-offerta u kif ukoll dawk il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikoli 9, 10, 11 u 12 ta' dan ir-Regolament, biex b'hekk jiġi żgurat li l-aspetti kuntrattwali relevanti kollha ta' offerta li jorbtu lil min joħroġhom jew min joffrihom mal-konsumatur ikunu regolati b'liġi unika.

Emenda 25

Premessa 10 e (ġdida)

(10e) Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, l-istrumenti finanzjarji huma dawk l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 4(1), punt (17) tad-Direttiva 2004/39/KE, kif emendata, u t-titoli trasferibbli huma dawk l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 4(1), punt (18) ta' l-istess Direttiva.

Emenda 26

Premessa 10 f (ġdida)

(10f) Għall-fini ta' dan ir-Regolament, servizzi finanzjarji bħal servizzi u attivitajiet ta' investiment u servizzi anċillari pprovduti minn professjonist lil konsumatur, kif imsemmija fis-taqsimiet A u B ta' l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, kif emendata, u kuntratti għall-bejgħ ta' unitajiet f'intrapriżi ta' investiment kollettiv, indipendentement minn jekk ikunux koperti jew le mid-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċmebru 1995, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolament u tad-dispozizzjonijiet relatati ma' intrapriżi għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS)1, għandhom ikunu soġġetti għar-regola ġenerali applikabbli għall-kuntratti tal-konsumatur. Għalhekk, meta ssir referenza għal termini u kundizzjonijiet li jirregolaw il-ħruġ jew l-offerti lill-pubbliku ta' titoli trasferibbli jew meta ssir referenza għas-sottoskrizzjoni u l-fidwa ta' unitajiet f'intrapriżi ta' investiment kollettiv, dawn ir-referenzi għandhom jinkludu l-aspetti kollha li jorbtu lil min ikun ħariġhom jew offrihom mal-konsumatur, iżda m'għandhomx jinkludu dawk l-aspetti li jinvolvu l-forniment ta' servizzi finanzjarji bħal dawn.

_______________________________

1 ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9).

Emenda 27

Premessa 10 g (ġdida)

(10g)   Huwa importanti li jiġi żgurat li d-drittijiet u l-obbligi li jikkostitwixxu strument finanzjarju ma jkunux koperti mir-regola ġenerali applikabbli għall-kuntratti tal-konsumaturi, minħabba li dan jista' jwassal għall-applikabilità ta' liġijiet differenti għal kull wieħed mill-istrumenti li jinħarġu, u b'hekk tkun qed tinbidel in-natura tagħhom u ma jkunux jistgħu jsiru l-kummerċ u l-offerta funġibbli tagħhom. Bl-istess mod, kull meta jinħarġu jew jiġu offruti strumenti bħal dawn, ir-relazzjoni kuntrattwali stabbilita bejn min joħroġhom jew joffrihom u l-konsumatur m'għandiex tkun neċessarjament soġġetta għall-applikazzjoni obbligatorja tal-liġi fejn il-konsumatur ikollu r-residenza abitwali tiegħu, minħabba li jeħtieġ li tiġi żgurata uniformità fit-termini u l-kundizzjonijiet ta' ħruġ jew offerta ta' strument. L-istess raġunament għandu japplika fir-rigward tas-sistemi multilaterali koperti mill-Artikolu 4(1)(hb), fejn għandu jiġi żgurat li l-liġi ta' fejn il-konsumatur ikollu r-residenza abitwali tiegħu mhux se tinterferixxi mar-regoli applikabbli għall-kuntratti li jkunu ġew konklużi fi ħdan dawk is-sistemi jew ma' l-operatur ta' sistemi bħal dawn.

Emenda 28

Premessa 11 a (ġdida)

(11a) L-impjegat m'għandux ikun miċħud mill-protezzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu derogati jew li jistgħu biss jiġu derogati għall-benefiċċju tiegħu.

Emenda 29

Premessa 11 b (ġdida)

(11b) Fir-rigward tal-kuntratti ta' impjieg, ix-xogħol imwettaq f’pajjiż ieħor għandu jkun ikkunsidrat bħala temporanju jekk l-impjegat huwa mistenni li jerġa' lura għax-xogħol fil-pajjiż ta' oriġini wara li jkun wettaq il-kompiti speċifiċi tiegħu f'pajjiż barrani. Il-konklużjoni ta’ kuntratt ġdid ta’ impjieg ma’ min iħaddem oriġinarjament jew ma' persuna li tħaddem li tagħmel parti mill-istess grupp ta’ kumpaniji ta’ dak li jħaddem oriġinarjament m'għandhiex tipprekludi lill-impjegat milli jitqies bħala li jwettaq ix-xogħol tiegħu f’pajjiż ieħor b’mod temporanju.

Ġustifikazzjoni

Il-premessa hija meħtieġa sabiex jiġi ffaċċjat xogħol temporanju f'pajjiż ieħor.

Emenda 30

Premessa 12

(12) Fir-rigward tal-kuntratti konklużi bejn l-intermedjarji, għandhom jiġu introdotti regoli tal-kunflitt biex imexxu t-tliet relazzjonijiet legali bejn il-prinċipal, l-aġent u l-parti terza. Il-kuntratt konkluż bejn il-prinċipal u l-parti terza jibqa’ suġġett għar-regoli ġenerali tar-Regolament.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Huwa propost li tiġi mħassra d-dispożizzjoni li tikkonċerna l-intermedjarji.

Emenda 31

Premessa 13

(13) Ir-rispett ta’ l-ordni pubbliku ta’ l-Istati Membri jeħtieġ regoli speċifiċi li jikkonċernaw ir-regoli mandatorji u l-eċċezzjoni fuq il-bażi ta’ l-ordni pubbliku. L-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli għandha ssir fir-rispett tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

(13) Konsiderazzjonijiet ta' interess pubbliku jiġġustifikaw li l-qrati ta' l-Istati Membri jingħataw il-possibiltà li, f'ċirkostanzi partikulari, japplikaw eċċezzjonijiet ibbażati fuq l-ordni pubblika u dispożizzjonijiet mandatorji prevalenti. Il-kunċett ta' ''dispożizzjonijiet mandatorji prevalenti'' għandu jkun distint mill-espressjoni ''dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu derogati bi Ftehima'' imsemmi pereżempju fl-Artikolu 3(4) u għandu jkollu interpretazzjoni iktar ristretta.

Emenda 32

Premessa 13 a (ġdida)

(13a) Fil-kuntest ta' ċessjoni volontarja, it-terminu “relazzjoni” għandu jagħmilha ċara li l-Artikolu 13(1) japplika wkoll għall-aspetti ta' proprjetà ta' ċessjoni bħal bejn iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju f'ordnijiet legali fejn aspetti bħal dawn huma trattati separatament mill-aspetti taħt il-liġi ta' l-obbligi. Madankollu, it-terminu ''relazzjoni'' m'għandux jinftiehem bħala li huwa relatat ma' xi relazzjoni li jaf ikun hemm bejn iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju. B'mod partikolari, m'għandux jinkludi mistoqsijiet preliminari fir-rigward ta' ċessjoni volontarja jew ta' surroga kuntrattwali. It-terminu għandu jkun strettament limitat għall-aspetti li huma direttament rilevanti għaċ-ċessjoni volontarja/surroga kuntrattwali in kwistjoni.

Emenda 33

Premessa 15

(15) Għandha tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn dan ir-Regolament u ċerti dispożizzjonijiet oħrajn tal-liġi tal-Komunità.

(15) Għandha tiġi evitata sitwazzjoni fejn ir-regoli dwar kunflitti fil-liġijiet huma mqassma bejn bosta strumenti u fejn hemm differenzi bejn dawn ir-regoli. Madankollu dan ir-Regolament ma jeskludix il-possibiltà ta' inklużjoni ta' regoli dwar kunflitti fil-liġijiet relatati ma' l-obbligi kuntrattwali f'dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja fir-rigward ta' kwistjonijiet partikulari.

 

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-applikazzjoni ta' strumenti oħra li jistipulaw dispożizzjonijiet mfassla biex jikkontribwixxu għall-funzjoni xierqa tas-suq intern sakemm dawn ma jkunux jistgħu jiġu applikati b'mod konġunt mal-liġi stipulata mir-regoli ta' dan ir-Regolament. L-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet tal-liġi applikabbli innominati fir-regoli ta' dan ir-Regolament m'għandhiex tirrestrinġi l-moviment liberu ta' l-oġġetti u s-servizzi hekk kif irregolat mill-istrumenti Komunitarji, bħad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)1.

 

_______________________________________

1 ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa ġiet ikkupjata minn Ruma II, fejn ġiet introdotta fil-konċiljazzjoni fuq xewqa tad-delegazzjoni tal-Parlament.

Emenda 34

Premessa 16

(16) Ir-rispett ta’ l-impenji internazzjonali li l-Istati Membri daħlu għalihom jiġġustifikaw li r-Regolament ma jaffettwax il-konvenzjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet speċifiċi li l-Istati Membri huma Partijiet minnhom. Madankollu, meta fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, aspetti materjali huma lokalizzati fi Stat Membru jew aktar, l-applikazzjoni ta’ ċerti konvenzjonijiet internazzjonali li tagħhom xi wħud biss mill-Istati Membri huma Partijiet, tmur kontra l-għan ta’ żona vera ta’ ġustizzja Ewropea. Għalhekk ikun xieraq li tiġi applikata r-regola stipulata f’dan ir-Regolament. Biex tiġi żgurata trasparenza aħjar fir-rigward tal-konvenzjonijiet internazzjonali fis-seħħ, il-Kummissjoni, billi tibbaża fuq l-informazzjoni mwassla mill-Istati Membri, għandha tippubblika lista tal-konvenzjonijiet ikkonċernati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

(16) Ir-rispett ta’ l-impenji internazzjonali li l-Istati Membri daħlu għalihom jiġġustifika li r-Regolament ma jaffettwax il-konvenzjonijiet internazzjonali relatati ma’ kwistjonijiet speċifiċi li l-Istati Membri huma Partijiet minnhom fil-mument li dan ir-Regolament jiġi adottat. Biex tiġi żgurata iktar aċċessibilità fir-rigward tal-konvenzjonijiet internazzjonali fis-seħħ, il-Kummissjoni, billi tibbaża fuq l-informazzjoni mwassla mill-Istati Membri, għandha tippubblika lista tal-konvenzjonijiet ikkonċernati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Emenda 35

Premessa 16 b (ġdida)

(16b) Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fir-rigward tal-proċeduri u l-kundizzjonijiet li jagħmlu li l-Istati Membru jkunu intitolati li jinnegozjaw u jikkonkludu f'isimhom stess ftehimiet ma' pajjiżi terzi f'każijiet individwali u eċċezzjonali, fir-rigward ta' kwistjonijiet settorjali, li fihom dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali.

Emenda 36

Premessa 17

(17) Minħabba li l-għan ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri l-adozzjoni tar-regoli uniformi dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali biex tassigura previżjoni aħjar tad-deċiżjonijiet tal-qorti fil-kwistjoni, ma jistax jitwettaq b’mod suffiċjenti mill-istati Membri u jista’, minħabba l-effetti tiegħu, jintlaħaq aħjar fuq il-livell komunitarju, il-Komunità tista’ tieħu miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità stipulat f’dak l-Artikolu, ir-Regolament, li jsaħħaħ is-sigurtà legali mingħajr ma jeħtieġ armonizzazzjoni tar-regoli materjali tal-liġi interna, ma jmurx lil’hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq dan l-għan.

(17) Minħabba li l-għan ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri l-adozzjoni tar-regoli uniformi dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali biex tassigura previżjoni aħjar tad-deċiżjonijiet tal-qorti fil-kwistjoni, ma jistax jitwettaq b’mod suffiċjenti mill-istati Membri u jista’, minħabba l-effetti tiegħu, jintlaħaq aħjar fuq il-livell komunitarju, il-Komunità tista’ tieħu miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità stipulat f’dak l-Artikolu, ir-Regolament, li jsaħħaħ is-sigurtà legali mingħajr ma jeħtieġ armonizzazzjoni tar-regoli materjali tal-liġi interna, ma jmurx lil’hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq dan l-għan.‑{}‑

Emenda 37

Premessa 18

(18) L-Irlanda u r-Renju Unit, f’konformità ma’ l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni ta’ l-Irlanda u tar-Renju Unit anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, innotifikaw ix-xewqa tagħhom li jipparteċipaw fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. /L-Irlanda u r-Renju Unit, f’konformità ma’ l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni ta’ l-Irlanda u tar-Renju Unit anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropa, ma jipparteċipawx fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, li għalhekk ma jorbotx lil u ma japplikax għal dawn iż-żewġ Stati Membri.

(18) L-Irlanda u r-Renju Unit, f’konformità ma’ l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni ta’ l-Irlanda u tar-Renju Unit anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, innotifikaw ix-xewqa tagħhom li jipparteċipaw fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 38

Premessa 18 a (ġdida)

(18a) Ir-Renju Unit ma nnotifikax skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni ta’ l-Irlanda u tar-Renju Unit anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u għalhekk ir-Renju Unit ma jiħux parti fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u lanqas ma huwa marbut bi jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

Emenda 39

Premessa 19

(19) B’mod konformi ma’ l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dan l-Istat Membru ma jipparteċipax fl-adozzjoni mill-Kunsill ta’ dan ir-Regolament u għalhekk mhux marbut bi jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u mhix marbuta minnu jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

Emenda 40

Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament għandu japplika, f’sitwazzjonijiet li jinvolvu kunflitt tal-liġijiet, għall-obbligi kuntrattwali fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

1. Dan ir-Regolament għandu japplika, f'sitwazzjonijiet li jinvolvu kunflitt ta' liġijiet, għal obbligi kuntrattwali fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

Dan m’għandux japplika, partikolarment, għall-kwistjonijiet fiskali, doganali jew amministrattivi.

M'għandux japplika, b'mod partikolari, għal kwistjonijiet ta' dħul, ta' dwana jew kwistjonijet amministrattivi.

2. Ir-Regolament m’għandux japplika għal:

2. Ir-Regolament m’għandux japplika għal:

(a) kwistjonijiet li jinvolvu l-istatus jew il-kapaċità legali ta' persuni fiżiċi, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12;

(a) kwistjonijiet li jinvolvu l-istatus jew il-kapaċità legali ta' persuni fiżiċi, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12;

(b) l-obbligi kuntrattwali li jikkonċernaw relazzjonijiet ta’ familja jew relazzjonijiet li, f’konformità mal-liġi li tapplika għalihom, għandhom effetti simili, inklużi l-obbligi ta’ manteniment;

(b) obbligi li jirriżultaw minn relazzjonijiet familjari u relazzjonijiet meqjusa mil-liġi applikabbli għal tali relazzjonijiet bħala li għandhom effetti komparabbli, inklużi obbligi ta' manteniment;

(c) l-obbligi li joħorġu minn relazzjonijiet matrimonjali jew minn skema ta’ pussess ta’ proprjetà li, taħt il-liġi li tapplika għalihom, għandhom effetti simili għal żwieġ, testmenti u suċċessjonijiet;

(c) obbligi li jirriżultaw minn reġimi ta' proprjetà matrimonjali, reġimi ta' proprjetà ta' relazzjonijiet meqjusa mil-liġi applikabbli għal tali relazzjonijiet bħala li għandhom effett komparabbli għaż-żwieġ, u testmenti u suċċessjoni;

(d) l-obbligi li joħorġu minn kontijiet ta’ skambju, ċekkijiet, kambjali kif ukoll strumenti oħra negozjabbli sakemm l-obbligi li joħorġu minn dawn l-istrumenti negozjabbli l-oħra joħorġu min-natura negozjabbli tagħhom;

(d) l-obbligi li joħorġu minn kontijiet ta’ skambju, ċekkijiet, kambjali kif ukoll strumenti oħra negozjabbli sakemm l-obbligi li joħorgu minn dawn l-istrumenti negozjabbli l-oħra joħorgu min-natura negozjabbli tagħhom;

(e) l-arranġamenti ta’ arbitraġġ u ta’ għażla tal-qorti;

(e) l-arranġamenti ta’ arbitraġġ u ta’ għażla tal-qorti;

(f) kwistjonijiet irregolati mil-liġi tal-kumpaniji, intrapriżi u persuni legali, bħall-ħolqien tagħhom, il-kapaċità legali, l-organizzazzjoni interna jew l-istralċ kif ukoll ir-responsabbiltà personali legali ta’ l-assoċjati u ta’ l-entitajiet għad-djun tal-kumpanija, l-intrapriża jew il-persuna legali kif ukoll il-kwistjoni li jsir magħruf jekk entità ta’ kumpanija, ta' intrapriża jew ta' persuna legali tistax torbot, fir-rigward ta' persuni terzi, din il-kumpanija, intrapriża jew persuna legali;

(f) kwistjonijiet irregolati mil-liġi tal-kumpaniji u korpi oħra korporattivi jew mhux korporattivi bħall-ħolqien tagħhom, permezz ta' reġistrazzjoni jew b'mod ieħor, il-kapaċità legali, l-organizzazzjoni interna jew l-istralċ ta' kumpaniji u korpi oħrajn korporattivi jew mhux korporattivi u r-responsabbiltà personali ta' uffiċjali u membri għall-obbligi tal-kumpanija jew tal-korp;

 

(fa) il-kwistjoni jekk l-aġent huwiex kapaċi jorbot prinċipal jew organu li jorbtu kumpannija jew korp inkorporat jew mhux inkorporat, b'relazzjoni ma' parti terza;

(g) il-ħolqien ta' fondi, ir-relazzjonijiet li joħolqu bejn il-persuni li jmorru jgħixu barra minn pajjiżhom, id-depożitarji u l-benefiċjarji;

(g) il-ħolqien ta' fondi, ir-relazzjonijiet li joħolqu bejn il-persuni li jmorru jgħixu barra minn pajjiżhom, id-depożitarji u l-benefiċjarji;

(h) il-prova u l-proċedura, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17;

(h) il-prova u l-proċedura, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17;

(i) l-obbligi li joħorġu minn relazzjoni prekuntrattwali.

(i) obbligi li joħorġu minn negozjati qabel il-konklużjoni ta' kuntratt.

3. F’dan ir-Regolament, it-terminu “Stat Membru” għandu jfisser l-Istati Membri bl-eċċezzjoni tad-Danimarka [, l-Irlanda u r-Renju Unit].

3. F’dan ir-Regolament, it-terminu “Stat Membru” għandu jfisser l-Istati Membri bl-eċċezzjoni tad-Danimarka u r-Renju Unit. Madankollu, fl-Artikolu 3(5) it-terminu għandu jfisser l-Istati Membri kollha.

Ġustifikazzjoni

B'mod partikulari, dan it-tibdil huwa maħsub sabiex jagħmel li l-kliem użat ikun konformi ma' Ruma II.

Emenda 41

Artikolu 2

Il-liġi magħżula minn din il-Konvenzjoni tapplika anke jekk din mhijiex dik ta’ Stat Membru.

Kwalunkwe liġi speċifikata minn dan ir-Regolament għandha tkun applikata kemm jekk hi l-liġi ta' Stat Membru kif ukoll jekk mhijiex.

Ġustifikazzjoni

Din hija korrezzjoni ta' żball ċar.

Emenda 42

Artikolu 3

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 5, 6 u 7, il-kuntratt għandu jkun irregolat mil-liġi magħżula mill-partijiet.

1. Kuntratt għandu jiġi rregolat mil-liġi magħżula mill-partijiet.

L-għażla tista' tkun espressa jew tirriżulta b’ċarezza raġonevoli mit-termini tal-kuntratt jew mill-imġieba tal-partijiet jew miċ-ċirkustanzi tal-każ. Jekk il-partijiet ikunu qablu li jagħtu ġurisdizzjoni lil waħda mill-qrati jew mit-tribunali ta’ l-Istati Membri biex ikun iddeterminat it-tilwim li qam jew li jista’ jqum fir-rigward tal-kuntratt, ikun meqjus li l-partijiet għażlu l-liġi ta’ dan l-Istat Membru.

L-għażla għandha ssir espressament jew tkun murija b'mod ċar permezz tat-termini tal-kuntratt jew iċ-ċirkostanzi tal-każ.

 

B’din l-għażla l-partijiet jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għat-totalità jew għal parti biss tal-kuntratt tagħhom.

B’din l-għażla l-partijiet jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għat-totalità jew għal parti biss tal-kuntratt tagħhom.

2. Il-partijiet jisgħu ukoll jagħżlu bħala l-liġi applikabbli l-prinċipji u r-regoli tal-liġi materjali tal-kuntratti, rikonoxxuti fuq il-livell internazzjonali jew komunitarju. Madankollu, oqsma li jikkonċernaw il-kwistjonijiet irregolati minn dawn il-prinċipji jew regoli u li mhumiex solvuti eċċezzjonalment minnhom għandhom ikunu rregolati skond il-prinċipji ġenerali li minnhom huma ispirati, jew, fin-nuqqas ta’ dawn il-prinċipji, f’konformità mal-liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla skond dan ir-Regolament.

 

3. Il-partijiet jistgħu jaqblu f’kull mument li l-kuntratt ikun soġġett għal-liġi oħra barra dik li kienet tirregolah qabel, kemm jekk bħala riżultat ta’ għażla preċedenti taħt dan l-Artikolu jew minħabba dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe bidla fil-liġi li għandha tiġi applikata li ssir wara l-konklużjoni tal-kuntratt m’għandhiex tippreġudika l-validità formali tal-kuntratt taħt l-Artikolu 10 jew taffetwa ħażin id-drittijiet tal-partijiet terzi.

3. Il-partijiet jistgħu jaqblu f’kull mument li l-kuntratt ikun soġġett għal liġi oħra barra dik li kienet tirregolah qabel, kemm jekk bħala riżultat ta’ għażla preċedenti taħt dan l-Artikolu jew minħabba dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe bidla fil-liġi li għandha tiġi applikata li ssir wara l-konklużjoni tal-kuntratt m’għandhiex tippreġudika l-validità formali tal-kuntratt taħt l-Artikolu 10 jew taffettwa ħażin id-drittijiet tal-partijiet terzi.

4. L-għażla minn partijiet ta’ liġi f’konformità mal-paragrafi 1 jew 2, li hija jew mhix akkumpanjata mill-għażla ta’ qorti barranija, meta l-elementi kollha l-oħra rilevanti għas-sitwazzjoni fil-mument ta’ l-għażla jkunu marbutin ma’ pajjiż wieħed biss, m’għandhiex tippreġudika l-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi ta’ dak il-pajjiż li ma jistgħux ikunu derogati minnhom bil-kuntratt, minn issa ’l quddiem “regoli mandatorji”.

4. Fejn l-elementi l-oħra kollha rilevanti għas-sitwazzjoni fil-ħin ta' l-għażla jinsabu f'pajjiż barra mill-pajjiż li ntgħażlet il-liġi tiegħu, l-għażla tal-partijiet m'għandhiex tippreġudika l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet tal-liġi ta' dak il-pajjiż li ma jistgħux jiġu derogati bi ftehim.

5. L-għażla mill-partijiet tal-liġi ta’ Stat mhux membru ma tistax tippreġudika l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli mandatorji tal-liġi tal-Komunità kif inhuma applikabbli għall-każ.

5. Fejn l-elementi rilevanti l-oħra kollha għas-sitwazzjoni fil-ħin ta' l-għażla jinsabu f'wieħed jew aktar Stati Membri, l-għażla tal-partijiet tal-liġi applikabbli barra minn dik ta' Stat Membru m'għandhiex tippreġudika l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja, fejn xieraq, kif implimentati fl-Istat Membru tal-forum, li ma jistgħux jiġu derogati bi ftehim.

6. L-eżistenza u l-validità tal-kunsens tal-partijiet fir-rigward ta’ l-għażla tal-liġi applikabbli għandhom ikunu determinati skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 9, 10 u 12.

6. L-eżistenza u l-validità tal-kunsens tal-partijiet fir-rigward ta’ l-għażla tal-liġi applikabbli għandhom ikunu determinati skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 9, 10 u 12.

Emenda 43

Artikolu 4

1. Fin-nuqqas ta’ għażla skond l-Artikolu 3, il-kuntratti li jiġu wara għandhom ikunu rregolati kif ġej:

1. Sakemm il-liġi applikabbli għall-kuntratt ma ntgħażlitx skond l-Artikolu 3 u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4a sa 6, il-liġi li tirregola l-kuntratt għandha tkun determinata kif ġej:

(a) il-kuntratt ta’ bejgħ għandu jiġi rregolat bil-liġi tal-pajjiż li fih il-bejjiegħ għandu r-residenza normali tiegħu;

(a) kuntratt ta’ bejgħ ta' merkanzija għandu jiġi rregolat mil-liġi tal-pajjiż li fih il-bejjiegħ jkollu r-residenza abitwali tiegħu;

(b) il-kuntratt tal-forniment tas-servizzi għandu jiġi rregolat bil-liġi tal-pajjiż li fih il-fornitur tas-servizz għandu r-residenza normali tiegħu;

(b) kuntratt għall-forniment ta' servizzi għandu jkun irregolat mil-liġi tal-pajjiż li fih il-fornitur tas-servizz jkollu r-residenza abitwali tiegħu;

(c) il-kuntratt ta’ transport għandu jiġi rregolat bil-liġi tal-pajjiż li fih it-trasportatur għandu r-residenza normali tiegħu;

 

(d) il-kuntratt li jikkonċerna dritt in rem jew dritt ta’ użu ta’ propjetà immobbli għandu jiġi rregolat bil-liġi tal-pajjiż li fih tinsab il-propjetà;

(d) kuntratt relatat ma' dritt in rem fi proprjetà immobbli jew ma' kiri ta' proprjetà immobbli għandu jkun irregolat mil-liġi tal-pajjiż li fih tkun tinsab il-proprjetà;

(e) minkejja punt d), il-kera deċiża għall-użu temporanju ta’ proprjetà immobbli għal perjodu massimu ta’ sitt xhur konsekuttivi għandha tiġi rregolata bil-liġi tal-pajjiż li fih il-proprjetarju għandu r-residenza normali tiegħu, bil-kondizzjoni li l-kerrej huwa persuna naturali u għandu r-residenza normali tiegħu f’dan l-istess pajjiż;

(e) minkejja l-punt (d), kera ta' proprjetà immobbli konkluża għall-użu temporanju privat għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur konsekuttivi għandha tkun irregolata mil-liġi tal-pajjiż fejn il-proprjetarju jkollu r-residenza normali tiegħu, bil-kondizzjoni li l-kerrej huwa persuna fiżika u għandu r-residenza abitwali tiegħu fl-istess pajjiż;

(f) il-kuntratt li jikkonċerna l-proprjetà intellettwali jew industrijali għandu jiġi rregolat bil-liġi tal-pajjiż li fih il-persuna li trasferiet jew li tat id-drittijiet għandha r-residenza normali tagħha;

 

(g) il-kuntratt ta’ konċessjoni għandu jiġi rregolat bil-liġi tal-pajjiż li fih il-konċessjonarju għandu r-residenza normali tiegħu;

(g) kuntratt ta’ konċessjoni għandu jkun irregolat mil-liġi tal-pajjiż li fih il-konċessjonarju jkollu r-residenza normail tiegħu;

(h) il-kuntratt tad-distribuzzjoni għandu jiġi rregolat bil-liġi tal-pajjiż li fih id-distributur għandu r-residenza normali tiegħu;

(h) il-kuntratt tad-distribuzzjoni għandu jiġi rregolat bil-liġi tal-pajjiż li fih id-distributur għandu r-residenza normali tiegħu;

 

(ha) kuntratt għall-bejgħ ta' merkanzija b'irkant għandu jkun irregolat mil-liġi tal-pajjiż fejn iseħħ l-irkant, jekk tali post ikun jista' jiġi determinat;

 

(hb) kuntratt konkluż fi ħdan sistema multilaterali li tgħaqqad flimkien jew tiffaċilita l-għaqda ta' bosta interessi ta' xiri u bejgħ minn partijiet terzi fl-istrumenti finanzjarji, hekk kid definit fl-Artikolu 4(1), punt (17) tad-Direttiva 2004/39/KE, b'mod konformi ma' regoli mhux diskriminatorji u irregolat minn liġi waħda, għandu jiġi rregolat minn dik il-liġi.

2. Il-kuntratti li ma jissemmewx fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rregolati bil-liġi tal-pajjiż li fih il-parti li trid twettaq il-prestazzjoni li tikkaratterizza l-kuntratt ikollha, fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, ir-residenza normali tagħha. Meta t-twettiq ta’ din il-prestazzjoni li tikkaratterizza l-kuntratt ma jistax jiġi identifikat, il-kuntratt għandu jiġi rregolat bil-liġi tal-pajjiż li miegħu għandu l-eqreb rabta.

2. Fejn il-kuntratt ma jkunx koprut mill-paragrafu 1 jew fejn l-elementi tal-kuntratt ikunu kopruti minn aktar minn wieħed mill-punti a) sa hb) tal-paragrafu 1, il-kuntratt għandu jkun irregolat mil-liġi tal-pajjiż fejn il-parti li hija rikjesta taffettwa l-prestazzjoni li hija karatteristika tal-kuntratt ikollha r-residenza normali tagħha.

 

2a. Meta jidher ċar miċ-ċirkustanzi kollha tal-każ li l-kuntratt huwa b'mod ċar marbut aktar mill-qrib ma' pajjiż barra minn dak indikat f'wieħed fil-paragrafi 1 jew 2, għandha tapplika l-liġi ta' dak il-pajjiż l-ieħor.

 

2b. Meta l-liġi applikabbli ma tkunx tista' tiġi determinata skond il-paragrafu 1 jew 2, il-kuntratt għandu jkun irregolat mil-liġi tal-pajjiż li miegħu għandu l-eqreb rabta.

 

 

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha tinqara flimkien mal-Premessi ġodda 8f, 8g u8h.

Emenda 44

Artikolu 4 a (ġdid)

Artikolu 4a

Kuntratti ta' trasport

 

1. Sakemm il-liġi applikabbli għal kuntratt għat-trasport ta' merkanzija ma tintgħażilx skond l-Artikolu 3, il-liġi applikabbli għal tali kuntratti għandha tkun il-liġi tal-pajjiż li fih it-trasportatur għandu r-residenza normali tiegħu, bil-kundizzjoni li l-post ta' rċevuta jew il-post ta' fornitura jew ir-residenza normali tal-fornitur ikunu f'dak il-pajjiż. Jekk dawk ir-rekwiżiti ma jiġux sodisfatti, tiġi applikata l-liġi tal-pajjiż ta' fornitura hekk kif miftiehem mill-partijiet.

 

2. Sakemm il-liġi applikabbli għal kuntratt għat-trasport ta' passiġġieri ma tintgħażilx mill-partijiet b'mod konformi mat-tieni subparagrafu, il-liġi applikabbli għandha tkun il-liġi tal-pajjiż li fih il-passiġġier għandu r-residenza normali tiegħu, bil-kundizzjoni li l-post ta' tluq jew il-post ta' wasla jkunu f'dak il-pajjiż Jekk dawn ir-rekwiżiti ma jiġux sodisfatti, tiġi applikata l-liġi tal-pajjiż fejn it-trasportatur ikollu r-residenza normali tiegħu.

 

Fir-rigward tal-liġi applikabbli għall-kuntratt għat-trasport tal-passiġġieri skond l-Artikolu 3, il-partijiet jistgħu jagħżlu biss il-liġi tal-pajjiż fejn:

 

(a) il-passiġġier ikollu r-residenza normali tiegħu; jew

 

(b) it-trasportatur ikollu r-residenza normali tiegħu; jew

 

(ba) it-trasportatur ikollu l-post ċentrali ta' amministrazzjoni tiegħu; jew

 

(c) ikun hemm il-post tat-tluq; jew

 

(d) ikun hemm il-post tal-wasla;

 

3. Fejn jidher ċar miċ-ċirkustanzi kollha tal-każ li, fin-nuqqas ta' għażla ta' liġi, il-kuntratt huwa b'mod ċar marbut aktar mill-qrib ma' pajjiż barra minn dak indikat f'wieħed fil-paragrafi 1 jew 2, għandha tapplika l-liġi ta' dak il-pajjiż l-ieħor.

Ġustifikazzjoni

Is-soluzzjoni diretta hija maħsuba sabiex tiġi promossa ċ-ċertezza legali.

Emenda 45

Artikolu 5

 

 

 

 

1. Il-kuntratti ta’ konsum fl-ambitu tat-tifsira u skond il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu li ġej, għandhom jiġu rregolati bil-liġi ta' l-Istat Membru li fih il-konsumatur għandu r-residenza normali tiegħu.

1. Kuntratt konkluż minn persuna naturali li jista' jitqies bħala li huwa lil'hinn mill-kummerċ jew mill-professjoni tagħha (''il-konsumatur''), ma' persuna oħra li taġixxi fl-eżerċizzju tal-kummerċ jew professjoni tagħha (''il-professjonaista'') għandu jkun irregolat mil-liġi tal-pajjiż fejn il-konsumatur għandu r-residenza normali tiegħu, bil-kundizzjoni illi:

 

 

(a) il-professjonista jkompli l-attivitajiet kummerċjali jew professjonali tiegħu fejn il-konsumatur kellu r-residenza normali tiegħu, jew

 

(b) bi kwalunkwe mezz, jidderieġi dawn l-attivitajiet lejn dak il-pajjiż jew lejn bosta pajjiżi inkluż dak il-pajjiż,

 

u li l-kuntratt jaqa' fl-ambitu ta' dawn l-attivitajiet.

2. L-ewwel paragrafu japplika għall-kuntratti konklużi bejn persuna fiżika, il-konsumatur li għandu r-residenza normali tiegħu fi Stat Membru, għal raġuni li tista’ titqies bħala waħda li mhijiex marbuta ma’ l-attività professjonali tiegħu, u persuna oħra, il-professjonist, li teżerċita l-attività professjonali tagħha.

2. Minkejja l-ewwel paragrafu, il-partijiet jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għal kuntratt li għalih japplika dan l-Artikolu skond l-Artikolu 3. Madankollu, tali għażla ma jistax ikollha r-riżultat li tneħħi l-protezzjoni mogħtija lill-konsumatur b'tali dispożizzjonijiet ma jistgħux jiġu derogati permezz ta' kuntratt taħt il-liġi li, fin-nuqqas ta' għażla, kienet tkun applikabbli skond il-paragrafu 1.

Dan għandu japplika bil-kondizzjoni li l-kuntratt ikun ġie konkluż ma’ persuna li teżerċita attivitajiet kummerċjali jew professjonali fl-Istat Membru tar-residenza normali tal-konsumatur jew li jkunu bi kwalunkwe mod maħsuba għal dan l-Istat Membru jew għal diversi Stati inkluż dak l-Istat Membru, u l-kuntratt ikun jaqa' fl-ambitu ta' dawn l-attivitajiet, sakemm il-persuna jew il-professjonist ma kinitx taf fejn il-konsumatur kellu r-residenza normali tiegħu u li dan in-nuqqas kien attribwibbli għan-negliġenza tiegħu.

 

3. L-ewwel paragrafu ma japplikax għal dawn il-kuntratti:

3. Paragrafi 1 u 2 ma japplikawx għal dawn il-kuntratti:

(a) il-kuntratti għall-forniment ta’ servizzi fejn is-servizzi dovuti lill-konsumatur għandhom jiġu fornuti esklussivament f’pajjiż barra minn dak li fih għandu r-residenza normali tiegħu;

(a) il-kuntratti għall-forniment ta’ servizzi fejn is-servizzi dovuti lill-konsumatur għandhom jiġu fornuti esklussivament f’pajjiż barra minn dak li fih għandu r-residenza normali tiegħu;

(b) il-kuntratti ta’ trasport barra minn dawk il-kuntratti li jikkonċernaw vjaġġi kollox kompriż fl-ambitu tat-tifsira tad-Direttiva 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990;

(b) il-kuntratt ta’ trasport barra minn dak il-kuntratt li jikkonċerna vjaġġi kollox kompriż fl-ambitu tat-tifsira tad-Direttiva 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990;

(c) il-kuntratti li jikkonċernaw id-dritt in rem jew dritt ta’ użu ta’ propjetà immobbli barra dawk il-kuntratti li jikkonċernaw id-dritt ta’ użu fuq bażi ta’ timeshare fl-ambitu tat-tifsira tad-Direttiva 94/47/KE tas-26 ta’ Ottubru 1994.

(c) il-kuntratti li jikkonċernaw id-dritt in rem fil-proprjetà immobbli jew fil-kiri ta' proprjetà immobbli barra dawk il-kuntratti li jikkonċernaw id-dritt ta’ użu ta' proprjetà immobbli fuq bażi ta’ timeshare fl-ambitu tat-tifsira tad-Direttiva 94/47/KE;

 

(d) id-drittijiet u l-obbligi li jikkostitwixxu strument finanzjarju u d-drittijiet u l-obbligi li jikkostitwixxu t-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ħruġ jew l-offerta għall-pubbliku u offerti ta' akkwist sħiħ ta' titoli trasferibbli u s-sottoskrizzjoni u l-fidwa ta' unitajiet f'intrapriżi ta' investiment kollettiv sakemm dawn ma jikkostitwixxux forniment ta' servizz finanzjarju;

 

(e) kuntratt għal sottoskrizzjoni għal jew xiri ta' ħruġ ġdid ta' titoli trasferibbli, hekk kif definit mill-Artikolu 4(1), punt (18) tad-Direttiva 2004/39/KE, jew drittijiet u obbligi għal sottoskrizzjoni għal jew fidwa ta' unitajiet f'intrapriżi ta' investiment kollettiv;

 

(f) kuntratt konkluż fi ħdan it-tip ta' sistema li taqa' fl-ambitu ta' l-Artikolu 4(1)(hb) ta' dan ir-Regolament.

Emenda 46

Artikolu 6

1. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3, fil-kuntratt individwali ta' impjieg, l-għażla mill-partijiet tal-liġi applikabbli ma tistax twassal li ċċaħħad l-impjegat mill-protezzjoni mogħtija lilu permezz tar-regoli mandatorji tal-liġi li għandha tkun applikabbli skond dan l-Artikolu fin-nuqqas ta’ għażla.

1. Kuntratt individwali ta' impjieg għandu jkun irregolat mil-liġi magħżula mill-partijiet skond l-Artikolu 3. Madankollu, tali għażla ma tistax twassal li ċċaħħad l-impjegat mill-protezzjoni mogħtija lilu permezz ta' dispożizzjonijiet bħal dawn li minnhom ma tistax issir deroga permezz ta' kuntratt skond il-liġi li, fin-nuqqas ta' għażla, kienet tkun applikabbli skond il-paragrafi 2, 2a u 3.

2. Fin-nuqqas ta’ għażla skond l-Artikolu 3, kuntratt individwali ta’ impjieg għandu jkun irregolat:

2. Sakemm il-liġi applikabbli għall-kuntratt ta' l-impjieg individwali ma ntgħażlitx mill-partijiet, il-kuntratt għandu jkun irregolat mil-liġi tal-pajjiż li fih jew, fin-nuqqas ta' dan, li minnu l-impjegat normalment jeżerċita l-impjieg tiegħu fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Il-pajjiż li fih ix-xogħol jitwettaqjiġi abitwalment m'għandux jitqies li nbidel jekk il-persuna hija impjegata temporanjament f'pajjiż ieħor.

(a) bil-liġi tal-pajjiż li fih jew minnu l-impjegat normalment jeżerċita l-impjieg tiegħu fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Il-post ta’ eżekuzzjoni normali ta’ l-impjieg m’għandux jitqies li nbidel jekk il-persuna hija impjegata temporanjament f’pajjiż ieħor. It-twettiq ta’ l-impjieg f’pajjiż ieħor huwa kkunsidrat bħala wieħed temporanju meta l-impjegat huwa mistenni li jerġa' lura għall-impjieg fil-pajjiż ta' oriġini meta jkun wettaq l-inkarigu tiegħu fil-pajjiż barrani. Il-konklużjoni ta’ kuntartt ġdid ta’ impjieg ma’ min iħaddem oriġinarjament jew minn persuna li tħaddem li tagħmel parti mill-istess grupp ta’ kumpaniji ta’ dak li jħaddem oriġinarjament, ma teskludix li l-impjegat jeżerċita l-impjieg tiegħu f’pajjiż ieħor b’mod temporanju;

 

jekk normalment l-impjegat ma jeżerċitax l-impjieg tiegħu fi jew minn pajjiż partikolari wieħed jew jekk huwa normalment jeżerċita l-impjieg tiegħu fi jew minn territorju li mhux suġġetti għal sovranità nazzjonali, bil-liġi tal-pajjiż fejn jinsab l-istabbiliment li fih ikun impjegat.

 

 

2a. Meta l-liġi applikabbli ma tkunx tistà tiġi determinata skond il-paragrafu 2, il-kuntratt għandu jkun irregolat mil-liġi tal-pajjiż fejn ikun jinsab in-negozju li impjegah.

3. Il-liġi magħżula mill-paragrafu 2 tista’ titwarrab meta mit-totalità taċ-ċirkostanzi jirriżulta li l-kuntratt ta' impjieg jippreżenta rabtiet aktar mill-qrib ma’ pajjiż ieħor; f’dan il-każ, il-liġi ta’ dak il-pajjiż hija applikabbli.

3. Meta mit-totalità taċ-ċirkostanzi jirriżulta li l-kuntratt ta' impjieg jippreżenta rabtiet aktar mill-qrib ma’ pajjiż minbarra dak indikat fil-paragrafu 2 jew 2a, għandha tapplika l-liġi ta' dak il-pajjiż l-ieħor.

Emenda 47

Artikolu 7

Artikolu 7

Kuntratti konklużi minn aġent

imħassar

1. Fin-nuqqas ta’ għażla skond l-Artikolu 3, il-kuntratt bejn il-prinċipal u l-aġent għandu jiġi rregolat bil-liġi tal-pajjiż li fih l-aġent għandu r-residenza normali tiegħu, sakemm l-aġent ma jeżerċitax jew ma jkollux jeżerċita l-attività prinċipali tiegħu fil-pajjiż li fih il-prinċipal għandu r-residenza normali tiegħu, f’liema każ għandha tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż.

 

2. Ir-relazzjoni bejn il-prinċipal u l-persuni terzi li toħroġ mill-fatt li l-aġent ikun aġixxa fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu, lil hinn mis-setgħat tiegħu jew mingħajr setgħat, għandha tiġi rregolata bil-liġi tal-pajjiż li fih l-aġent għandu r-residenza normali tiegħu meta dan aġixxa. Madankollu, il-liġi applikabbli hija dik tal-pajjiż li fih l-aġent ikun aġixxa jekk jew il-prinċipal li f'ismu jkun aġixxa, jew il-persuni terzi li jkollhom ir-residenza normali tagħhom f'dan il-pajjiż jew jekk l-aġent ikun aġixxa f’permuta jew f’irkant.

 

3. Minkejja l-paragrafu 2, fejn il-liġi applikabbli għal relazzjoni koperta minn dak il-paragrafu ġiet magħżula bil-miktub mill-prinċipal jew mill-aġent u li ġiet aċċettata mill-parti terza, il-liġi magħżula għandha tapplika għal dawn il-kwistjonijiet.

 

4. Il-liġi magħżula minn paragrafu 2 tirregola wkoll ir-relazzjoni bejn l-aġent u l-persuna terza li toħroġ mill-fatt li l-aġent ikun aġixxa fl-eżerċiżżju tas-setgħat tiegħu, lil hinn mis-setgħat tiegħu jew mingħajr setgħat.

 

Emenda 48

Artikolu 8

Regoli mandatorji

Dispożizzjonijiet mandatorji prevalenti

1. Ir-regoli mandatorji huma regoli li r-rispett tagħhom huwa meqjus bħala kruċjali minn pajjiż għas-salvagwardja politika, soċjali jew ekonomika tiegħu, tant li dawn huma applikabbli fi kwalunkwe sitwazzjoni li taqa’ fl-ambitu tagħhom, tkun xi tkun il-liġi applikabbli għall-kuntratt skond dan ir-Regolament.

1. Id-dispożizzjonijiet mandatorji prevalenti huma dispożizzjonijiet li r-rispett tagħhom huwa meqjus bħala kruċjali minn pajjiż għas-salvagwardja ta' l-interessi pubbliċi tiegħu, bħall-organizzazzjoni politika, soċjali jew ekonomika tiegħu, tant li dawn huma applikabbli fi kwalunkwe sitwazzjoni li taqa’ fl-ambitu tagħhom, tkun xi tkun il-liġi applikabbli għall-kuntratt skond dan ir-Regolament.

2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli mandatorji.

2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma bla ħsara għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mandatorji prevalenti.

3. Jista’ jingħata effett lir-regoli mandatorji ta’ pajjiż ieħor minn dak tal-forum, li miegħu din is-sitwazzjoni tippreżenta rabta mill-qrib. Biex jiġi deċiż jekk għandux jingħata effett lil dawn il-liġijiet, l-imħallef għandu jieħu f’kunsiderazzjoni n-natura u l-għan tagħhom skond id-definizzjoni ta’ l-ewwel paragrafu, kif ukoll il-konsegwenzi li ġejjin mill-applikazzjoni jew in-nuqqas ta’ applikazzjoni tagħhom għall-għan miksub mir-regoli mandatorji kif ukoll għall-partijiet.

 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda mfassla biex tiċċara t-tifsira ta' dispożizzjonijiet mandatorji prevalenti (ara wkoll il-Premessa 13 kif emendata). Għandha wkoll l-għan ta' regolazzjoni aħjar peress li Ruma I isir konformi ma' Ruma II. Dan iħaffef ukoll l-għaqda aħħarija ta' Ruma I u Ruma II fi strument wieħed.

Emenda 49

Artikolu 10

 

-1. Kuntratt konkluż bejn persuni li huma jew li l-aġenti tagħhom huma fl-istess pajjiż fiż-żmien tal-konklużjoni huwa formalment validu jekk jissodisfa r-rekwiżiti formali tal-liġi li tirregolah fis-sustanza skond ir-Regolament jew il-liġi tal-pajjiż fejn huwa konkluż.

1. Kuntratt huwa formalment validu jekk jissodisfa l-kondizzjonijiet formali tal-liġi li tirregolah fis-sustanza tiegħu taħt dan ir-Regolament jew il-liġi tal-pajjiż li fih tjinsabu naħa jew oħra tal-partijiet jew l-aġent tagħhom fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt jew tal-liġi tal-pajjiż li fih naħa jew oħra tal-partijiet għandhom ir-residenza normali tagħhom.

1. Kuntratt konkluż bejn persuni li huma jew li l-aġenti tagħhom huma f'pajjiżi differenti huwa formalment validu jekk jissodisfa r-rekwiżiti formali tal-liġi li tirregolah fis-sustanza tiegħu skond dan ir-Regolament, jew tal-liġi jew tal-pajjiżi fejn kwalunkwe wieħed mill-partijiet jew l-aġenti tagħhom ikunu preżenti fil-mument tal-konklużjoni, jew tal-liġi tal-pajjiż fejn kwalunkwe wieħed mill-partijiet kellu r-residenza normali tiegħu f'dak iż-żmien.

2. Att legali unilaterali maħsub li jkollu effett legali fir-rigward ta’ kuntratt eżistenti jew maħsub huwa formalment validu jekk jissodissfa l-kondizzjonijiet formali tal-liġi li tirregolah fis-sustanza tiegħu taħt dan ir-Regolament jew il-liġi tal-pajjiż li fih jitwettaq l-att jew il-liġi tal-pajjiż li fih il-persuna li fasslitu jkollha r-residenza normali tagħhha f’dak il-mument.

2. Att unilaterali maħsub li jkollu effett legali fir-rigward ta’ kuntratt eżistenti jew maħsub huwa formalment validu jekk jissodisfa r-rekwiżiti formali tal-liġi li tirregolah jew kieku tirregolah fis-sustanza tiegħu skond dan ir-Regolament jew tal-liġi tal-pajjiż li fih ġie magħmul l-att jew il-liġi tal-pajjiż li fih il-persuna li wettqitu kellha r-residenza normali tagħha f’dak il-mument.

3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx għall-kuntratti li jidħlu fl-ambitu ta’ l-Artikolu 5. Il-forma ta' tali kuntratti għandha tkun irregolata mil-liġi tal-pajjiż fejn il-konsumatur għandu r-residenza normali tiegħu.

3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi -1, 1 u 2 ma japplikawx għall-kuntratti li jidħlu fl-ambitu ta’ l-Artikolu 5. Il-forma ta' tali kuntratti għandha tkun irregolata mil-liġi tal-pajjiż fejn il-konsumatur għandu r-residenza normali tiegħu.

4. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu, kwalunkwe kuntratt li jikkonċerna dritt ta’ proprjetà immobbli jew dritt ta' użu ta’ proprjetà immobbli għandu jkun suġġetti għall-bżonnijiet mandatorji tal-forma tal-liġi tal-pajjiż fejn tinsab il-proprjetà jekk skond din il-liġi dawn il-bżonnijiet huma dispożizzjonijiet mandatorji fl-ambitu ta' l-Artikolu 8.

4. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi -1 sa 3 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe kuntratt li jikkonċerna dritt in rem ta' proprjetà immobbli jew kiri ta' proprjetà immobbli għandu jkun suġġett għar-rekwiżiti mandatorji ta' forma tal-liġi tal-pajjiż fejn tinsab il-propjetà jekk skond din il-liġi dawk ir-rekwiżiti huma imposti irrispettivament mill-pajjiż li fih il-kuntratt ġie konkluż u irrispettivament mil-liġi li tirregola l-kuntratt, u li ma jistax ikun hemm deroga permezz ta' ftehim.

Emenda 50

Artikolu 13

1. L-obbligi reċiproċi taċ-ċedent u ċ-ċessjonarju f’ċessjoni jew surroga kuntrattwali ta’ dritt kontra persuna oħra għandhom ikunu rregolati bil-liġi li taħt dan ir-Regolament tapplika għall-kuntratt bejn iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju.

1. Ir-relazzjoni bejn iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju f’ċessjoni jew surroga kuntrattwali ta’ talba kontra persuna oħra ("id-debitur") għandha tkun irregolata bil-liġi li skond dan ir-Regolament tapplika għall-kuntratt bejn iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju.

2. Il-liġi li tirregola l-kuntratt oriġinali għandha tiddetermina l-effettività tal-limitazzjonijiet kuntrattwali fuq iċ-ċessjoni bejn iċ-ċessjonarju u d-debitur, ir-relazzjoni bejn iċ-ċessjonarju, is-surrogant u d-debitur, il-kondizzjonijiet li taħthom iċ-ċessjoni jew is-surroga tista’ tiġi invokati kontra d-debitur jew jekk l-obbligi tad-debitur jiġu eżegwiti.

2. Il-liġi li tirregola t-talba assenjata jew surrogata għandha tiddetermina l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) l-assenjabilità tat-talba, inkluża l-effikaċja meta mqabbla maċ-ċessjonarju tal-limitazzjonijiet kuntrattwali u legali fuq iċ-ċessjoni jew is-surrogazzjoni bejn iċ-ċessjonarju u d-debitur;

(b) ir-relazzjoni bejn iċ-ċessjonarju, jew is-surrogant u d-debitur;

(c) il-kondizzjonijiet li taħthom iċ-ċessjoni jew is-surroga tista’ tiġi invokata kontra d-debitur;

(d) jekk l-obbligi tad-debitur ġewx eżegwiti; u

(e) jekk iċ-ċessjonarju huwiex intitolat għat-talba, inkluż il-qligħ tagħha, meta mqabbel ma' ċessjonarji oħra ta' l-istess talba, kredituri taċ-ċedent u partijiet terzi oħra.

3. Il-kwistjoni dwar jekk iċ-ċessjoni jew is-surroga jistgħux jiġu invokati kontra terzi persuni għandha tkun irregolata bil-liġi tal-pajjiż li fih iċ-ċedent jew is-surrogant ikollu r-residenza normali tiegħu fil-mument taċ-ċessjoni jew tas-surroga.

 

Emenda 51

Artikolu 14

Surroga legali

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija

Meta persuna jkollha talba kuntrattwali lejn persuna oħra u persuna terza jkollha d-dmir li tissodissfa l-kreditur, il-liġi li tirregola d-dmir tal-persuna terza li tissodissfa l-kreditur għandha tiddetermina jekk it-terza persuna hix intitolata li tipproċedi kontra d-debitur.

Meta persuna ("il-kreditur") ikollha talba kuntrattwali kontra oħra ("id-debitur"), u persuna terza jkollha dmir li tissodisfa lill-kreditur, jew fil-fatt issodisfat lill-kreditur fit-twettiq ta' dak id-dmir, il-liġi li tirregola d-dmir tal-persuna terza li tissodisfa lill-kreditur għandha tiddetermina jekk u sa liema punt il-persuna terza hix intitolata li teżerċita kontra d-debitur id-drittijiet li l-kreditur kellu kontra d-debitur skond il-liġi li tirregola r-relazzjoni tagħhom.

Emenda 52

Artikolu 15

Pluralità ta’ debituri

Ma taffettwx il-verżjoni

Meta kreditur ikollu d-drittijiet fir-rigward ta’ diversi debituri li huma responsabbli b’mod konġunt, u meta wieħed minn dawn id-debituri diġà ssodissfa l-kreditur, il-liġi li tirregola d-dmir tat-terza persuna li tissodissfa l-kreditur għandha tiddetermina jekk il-persuna terza hix intitolata li teżerċita kontra d-debitur id-drittijiet li l-kreditur kellu kontra l-d-debitur. Meta l-liġi applikabbli għal obbligu ta’ debitur lejn il-kreditur jipprevedi regoli indirizzati biex jipproteġuh kontra azzjonijiet biex jiżgura r-responsabbiltà tiegħu, dan jista’ joqgħod fuqhom kontra debituri oħrajn.

Jekk kreditur ikollu d-drittijiet fir-rigward ta' diversi debituri li huma responsabbli għall-istess talba, u wieħed mid-debituri diġà ssodisfa t-talba fis-sħiħ jew parzjalment, il-liġi li tirregola d-dmir tal-persuna terza li tissodisfa lill-kreditur għandha tiddetermina jekk it-terza persuna hix intitolata li teżerċita kontra d-debitur id-drittijiet li l-kreditur kellu kontra d-debitur. Id-debituri l-oħra jistgħu joqogħdu fuq id-difiżi li kellhom kontra l-kreditur sal-limitu permess mil-liġi li tirregola l-obbligi tagħhom lejn il-kreditur.

Emenda 53

Artikolu 16

Kumpens legali

Kumpens

1. Il-liġi applikabbli għall-kumpens legali hija dik ta’ l-obbligu li kontriha huwa invokat il-kumpens.

Meta d-dritt għal kumpens m'huwiex miftiehem mill-partijiet, il-liġi applikabbli għall-kumpens hija dik ta' l-obbligu li kontrih huwa invokat il-kumpens.

Emenda 54

Artikolu 17, paragrafu 1

1. Il-liġi li tirregola l-kuntratt skond dan ir-Regolament għandha tapplika, fil-kwistjoni ta’ l-obbligi kuntrattwali, sakemm din tistabbilixxi suppożizzjonijiet legali jew tiddetermina l-prova.

1. Il-liġi li tirregola obbligu kuntrattwali skond dan ir-Regolament għandha, fi kwistjonijiet ta' obbligi kuntrattwali, sakemm din tistabbilixxi suppożizzjonijiet legali jew tiddetermina l-provi.

Emenda 55

Artikolu 18

Assimilazzjoni mar-residenza normali

Residenza normali

1. Għal kumpanija, intrapriża jew persuna legali, l-istabbiliment prinċipali għandu jitqies bħala l-post ta’ residenza normali għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

1. Għal kumpanija, intrapriża jew persuna legali, l-istabbiliment prinċipali għandu jitqies bħala l-post ta’ residenza normali għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

 

Ir-residenza normali ta' persuna fiżika filwaqt li taġixxi fl-eżerċitar ta' l-attività professjonali tagħha għandha tkun il-post fejn din il-persuna għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha.

Meta l-kuntratt huwa konkluż matul l-operazzjoni ta’ sussidjarju, fergħa jew kwalunkwe stabbiliment ieħor, jew jekk, skond il-kuntratt, il-prestazzjoni taqa' taħt ir-responsabilità ta' l-istabbiliment, dan l-istabbiliment għandu jieħu post il-residenza normali.

1a. Meta l-kuntratt huwa konkluż matul l-operazzjoni ta' fergħa, aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor, jew jekk, skond il-kuntratt, il-prestazzjoni taqa' taħt ir-responsabilità ta' l-istabbiliment, il-post fejn il-fergħa, l-aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor għandhom is-sede tagħhom għandu jitqies bħala l-post ta' residenza normali.

2. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, meta kuntratt huwa konkluż matul l-attività professjonali ta’ persuna fiżika, l-istabbiliment professjonali għandu jieħu post ir-residenza normali ta’ din il-persuna.

2. Meta tiġi stabbilita r-residenza normali ż-żmien rilevanti għandu jkun iż-żmien meta jiġi konkluż il-kuntratt.

Emenda 56

Artikolu 20

Ordni pubbliku

Ordni pubbliku tal-forum

L-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi magħżula minn dan ir-Regolament tista’ titwarrab biss jekk din l-applikazzjoni hija b’mod ċar inkompatibbli ma’ l-ordni pubbliku tal-forum.

L-applikazzjoni ta' dispożizzjoni tal-liġi magħżula minn dan ir-Regolament tista' titwarrab biss jekk tali applikazzjoni hija inkompatibbli b'mod ċar ma' l-ordni pubbliku tal-forum.

Emenda 57

Artikolu 21

Fejn Stat ikun fih diversi unitajiet territorjali li kull waħda minnhom għandha r-regoli proprji tagħha fil-qasam ta’ l-obbligi ta’ manteniment, kull unità territorjali hija kkunsidrata bħala pajjiż għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skond dan ir-Regolament.

1. Fejn Stat ikun fih diversi unitajiet territorjali li kull waħda minnhom għandha r-regoli proprji tagħha fil-qasam ta’ l-obbligi kuntrattwali, kull unità territorjali għandha titqies bħala pajjiż għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skond dan ir-Regolament.

 

2. Stat Membru li fih unitajiet territorjali differenti li għandhom ir-regoli legali proprji tagħhom fir-rigward ta' obbligi kuntrattwali m'għandux ikun marbut li japplika dan ir-Regolament għal konflitti bejn il-liġijiet ta' tali unitajiet biss.

Emenda 58

Artikolu 22

Dan ir-Regolament ma jaffettwax l-applikazzjoni jew l-adozzjoni ta’ atti li ġejjin mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej li:

 

Dan ir-Regolament ma jaffettwax l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja li, fir-rigward ta' kwistjonijiet partikulari, jistipulaw regoli dwar il-kunflitt tal-liġi dwar obbligi kuntrattwali;

(a) fir-rigward ta' kwistjonijiet partikulari, għandhom jiġu stipulati regoli dwar l-għażla tal-liġi dwar obbligi kuntrattwali; il-lista ta’ dawn l-atti fis-seħħ attwalment jinsabu fl-Anness 1; jew

(b) jirregolaw l-obbligi kuntrattwali u li, skond ir-rieda tal-partijiet, japplikaw f'sitwazzjonijiet fejn ikun hemm kunflitt bejn liġijiet; jew

(c) jistipulaw regoli biex jiffavorixxu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern fejn dawn ir-regoli ma jistgħux japplikaw b’mod konġunt għal-liġi magħżula mir-regoli tal-liġi internazzjonali privata.

 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija skond id-dispożizzjoni korrispondenti ta' Ruma II.

Emenda 59

Artikolu 22 a (ġdid)

 

Artikolu 22a

1. Dan ir-Regolament għandu jieħu post il-Konvenzjoni ta' Ruma fl-Istati Membri, ħlief fir-rigward tat-territorji ta' l-Istati Membri li jaqgħu fil-qasam ta' applikazzjoni territorjali ta' dik il-Konvenzjoni u ta' dawk l-Istati Membri li dan ir-Regolament ma japplikax għalihom skond l-Artikolu 299 tat-Trattat.

2. Sakemm dan ir-Regolament jieħu post id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Ruma, kwalunkwe referenza għall-Konvenzjoni għandha titqies bħala referenza għal dan ir-Regolament.

Emenda 60

Artikolu 23

1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, fi żmien sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, bil-lista tal-konvenzjonijiet multilaterali li, fi kwistjonijiet partikolari, jirregolaw il-kunflitti tal-liġijiet fi kwistjonijiet ta' obbligi kuntrattwali, li minnhom huma Partijiet. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din il-lista fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mill-wasla tagħha.

L-Istati Membri għandhom imbagħad jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull denunzja ta’ dawn il-konvenzjonijiet, li l-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mill-wasla tagħhom.

1. Dan ir-Regolament għandu jkun bla ħsara għall-applikazzjoni ta' konvenzjonijiet internazzjonali li jaderixxu għalihom Stat Membru wieħed jew aktar meta jkun adottat dan ir-Regolament u li jistipulaw regoli dwar il-kunflitti tal-liġi fir-rigward ta' l-obbligi kuntrattwali.

2. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet imsemmija f’paragrafu 1. Madankollu, meta l-elementi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni huma lokalizzati fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jkollu prijorità fuq dawn il-Konvenzjonijiet:

Il-Konvenzjoni ta’ L-Aja tal-15 ta’ Ġunju 1955 dwar il-liġi applikabbli għall-bejgħ internazzjonali ta’ merkanzija;

Il-Konvenzjoni ta’ L-Aja ta’ l-14 ta’ Marzu 1978 dwar il-liġi applikabbli għall-aġent.

2. Madankollu, dan ir-Regolament, bħal bejn l-Istati Membri, għandu jkollu preċedenza fuq konvenzjonijiet miftiehma esklussivament bejn żewġ Stati Membri jew aktar sakemm konvenzjonijiet bħal dawn jikkonċernaw kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament.

3. Dan ir-Regolament għandu jkollu prijorità fuq il-konvenzjonijiet internazzjonali bilaterali konklużi bejn l-Istati Membri u mniżżla fl-Anness II jekk jikkonċernaw kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament.

 

Emenda 61

Artikolu 23 a (ġdid)

Artikolu 23a

Lista ta' Konvenzjonijiet

 

1. Sa .....*, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 23(1). Wara dik id-data, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-denunzji kollha ta' konvenzjonijiet bħal dawn.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fi żmien sitt xhur minn meta tirċeviha:

(i) lista tal-konvenzjonijiet imsemmiija fil-paragrafu 1;

(ii) lista tad-denunzji msemmiija fil-paragrafu 1.

 

____

* 12-il xahar war id-data ta' l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda 62

Artikolu 23 b (ġdid)

Artikolu 23b

Klawsola ta' reviżjoni

 

1. Mhux aktar tard minn ...*, il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jekk meħtieġ, dan ir-rapport għandju jitressaq flimkien ma' proposti biex dan ir-Regolament jiġi adattat. Qabel ma jitressaq ir-rapport, sa mhux aktar tard minn ...**, għandhom jintbagħtu:

(i) studju dwar l-effetti ta' l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament li jqisu b'mod partikulari:

(a) l-effetti fuq il-kuntratti tal-konsumaturi konklużi permezz ta' mezzi elettroniċi;

(b) l-effetti ta' l-applikazzjoni ta' aktar minn liġi waħda għall-istess kuntratt u

(c) il-konsistenza ma' l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 44/2001;

(ii) studju dwar il-promozzjoni ta' ADR fil-qasam tal-kummerċ elettroniku u kif tista' titħaddan u tkun promossa b'mod utli b'mezzi leġiżlattivi u b'mezzi oħrajn; dak l-istudju jqis ukoll sa liema punt skemi ADR onlajn jistgħu jintużaw flimkien ma' trust marks sabiex tiżdied il-fiduċja tal-konsumatur fil-kummerċ elettroniku u titneħħa l-ħtieġa għal kawżi legali;

(iii) proposti li l-Kummissjoni tqis xierqa fi ħdan il-qafas tal-proġett tal-liġi dwar il-kuntratti sabiex jiddaħħlu kundizzjonijiet standard għall-kuntratti u kundizzjonijiet għall-użu partikolarment fi tranżazzjonijiet elettroniċi transkonfinali bejn in-negozji u l-konsumaturi;

(iv) evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar liġi applikabbli li huma inklużi fil-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-assikurazzjoni;

 

_____

* Sentejn wara d-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

** Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda 63

Artikolu 23 c (ġdid)

Artikolu 23c

Applikazzjoni skond iż-żmien

Dan ir-Regolament għandu japplika għal kuntratti konklużi wara d-data ta' l-applikazzjoni tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Bil-kuntrarju għal reati, ċivili jew penali, il-kuntratti jsiru deliberatament u b'mod volontarju. Huwa essenzjali li l-partijiet interessati jkunu jafu li d-dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli f'dan ir-Regolament japplikaw biss għal kuntratti konklużi wara d-data ta' l-applikazzjoni tiegħu. Għalhekk il-kawżi mressqa wara d-data ta' l-applikazzjoni fir-rigward ta' kuntratti konklużi qabel dik id-data, japplikaw il-Konvenzjoni ta' Ruma.

Emenda 64

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Data tad-dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolametn għandu japplika minn [sena waħda wara d-dħul fis-seħħ tiegħu].

Dan ir-Regolament għandu japplika minn [tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu] ħlief għall-Artikolu 24 li għandu japplika minn [12-il xahar wara d-data ta' l-adozzjoni].

Dan għandu japplika għall-obbligi kuntrattwali li joħorġu wara li jibda jiġi applikat. Madankollu, għall-obbligi kuntrattwali li joħorġu qabel id-dħul fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, dan għandu japplika metan id-dispożizzjonijiet tiegħu iwasslu għall-istess liġi li kienet tkun applikabbli skond il-Konvenzjoni ta’ Ruma ta’ l-1980.

 

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta għal regolament (Ruma I) hija maħsuba biex tbiddel il-Konvenzjoni ta' Ruma ta' l-1980 fi strument Komunitarju u biex tirrivediha, fejn meħtieġ.

Għalkemm ġew espressi dubji f'ċerti rkejjen dwar il-ħtieġa li jiġi adottat regolament, ir-rapporteur jaħseb li vallapena, fuq il-bażi ta' dawn il-punti li ġejjin: (a) regolament jista' jiġi emendat b'iktar faċilità minn konvenzjoni u, bħala parti mill-acquis communautaire, jista' jiġi estiż iktar malajr għall-Istati Membri l-ġodda; (b) tiġi żgurata l-possibilità ta' referenzi lill-Qorti tal-Ġustizzja għal sentenzi preliminarji (ara d-dewmien tal-Belġju fl-implimentazzjoni tal-protokolli għall-Konvenzjoni ta' Ruma dwar l-interpretazzjoni tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja); (c) regolament jippermetti strument wieħed li jorbot direttament fil-qrati nazzjonali, waqt li r-ratifikazzjoni ta' konvenzjoni internazzjonali f'ħafna pajjiżi teħtieġ l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex il-konvenzjoni tkun torbot fil-liġi domestika. L-uniku żvantaġġ huwa li r-regolament ma japplikax fid-Danimarka. It-tama hija li r-Renju Unit jegħleb in-nuqqas ta' rieda inizjali tiegħu u fl-aħħar jagħti sehmu fl-adozzjoni tar-regolament.

Minbarra dan, ir-rapporteur innota li meta mqabbla mal-Konvenzjoni ta' Ruma ħafna mid-dispożizzjonijiet tar-regolament propost huma ġodda. Dawn ġew diskussi fid-dettall fil-kumitat u saru emendi xierqa għat-test tal-Kummissjoni.

L-emendi f'dan ir-rapport huma mfassla biex itejbu t-test kif inhu propost mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-preżentazzjonijiet varji li saru lir-rapporteur kif ukoll bil-għan li t-test isir iktar konsistenti ma' Ruma II.

Fl-aħħarnett, ir-rapporteur jinnota li hemm bosta diskrepanzi bejn il-verżjoni lingwistiċi tal-proposta tal-Kummissjoni. Jittama li waqt il-proċedura dawn jiġu eliminati mill-ġuristilingwisti tal-Parlament u tal-Kunsill.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI (14.9.2006)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (Ruma I)

(COM(2005)0650 – C6‑0441/2005 – 2005/0261(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jan Andersson

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni m'huwiex li jitwaqqaf sett gdid ta' regoli legali, iżda li tikkonverti konvenzjoni eżistenti, il-Konvenzjoni Ruma I ta' l-1980 (il-Konvenzjoni), fi strument Komunitarju. Madankollu, il-Kummissjoni ppruvat ukoll timmodernizza ċerti dispożizzjonijiet fil-Konvenzjoni, b'mod partikulari dawk li għandhom x'jaqsmu mal-kuntratt ta' l-impjieg.

Qabel il-proposta kienu saru l-konsultazzjonijiet ma' l-Istati Membri u mas-soċjetà ċivili, b'mod partikulari permezz ta' 'Green Paper' u ta' seduta ta' smiegħ pubblika.(1) Il-'Green Paper' laqgħat xi 80 risposta minn gvernijiet, universitajiet, professjonisti fil-qasam eċċ(2). Il-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza legali li tadotta strumenti Komunitarji li jikkonċernaw regoli ta' Kunflitti fil-liġijiet (jew il-liġi internazzjonali privata) skond l-Artikolu 61(c) tat-Trattat KE.

Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta fil-15 ta' Diċembru 2005. Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali inħatar bħala l-Kumitat responsabbli fil-Parlament Ewropew.

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ddeċieda li jagħti abbozz ta' opinjoni dwar il-proposta lill-kumitat responsabbli minħabba r-relazzjoni mill-qrib li hemm bejn id-Direttiva 96/71/KE, dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi, u l-proposta. Il-proposta tkopri wkoll bidliet importanti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi applikabbli għall-kuntratt ta' l-impjieg.

Dan l-abbozz ta' opinjoni jindirizza inkonsistenzi u elementi tekniċi legali li jistgħu jiġu ċċarati sabiex jittejjeb dan ir-Regolament. L-ambizzjoni ġenerali hi li tingħata ċertezza legali akbar għall-liġi applikabbli għall-kuntratti ta' l-impjieg.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 11

(11) Fir-rigward ta’ kuntratti individwali ta’ impjieg, ir-regola tal-kunflitt għandha tagħmilha possibbli li tidentifika ċ-ċentru tal-gravità tar-relazzjoni ta’ impjieg, lilhinn mill-apparenzi. Din ir-regola hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli mandatorji tal-pajjiż fejn jinbagħat l-impjegat skond id-Direttiva 96/71/KE tas-16 ta' Diċembru dwar l-impjegati mibgħuta fil-qafas tad-dispożizzjoni tas-servizzi

(11) Fir-rigward ta’ kuntratti individwali ta’ impjieg, ir-regola tal-kunflitt għandha tagħmilha possibbli li tidentifika ċ-ċentru tal-gravità tar-relazzjoni ta’ impjieg, lilhinn mill-apparenzi. Dan ir-Regolament huwa bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli mandatorji tal-pajjiż fejn jinbagħat l-impjegat skond id-Direttiva 96/71/KE tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas tad-dispożizzjoni tas-servizzi.

Ġustifikazzjoni

Ir-relazzjoni u r-riferenza għad-Direttiva 96/71/KE fir-Regolament għandhom ikunu ċari. Ir-regola stipulata fl-ewwel sentenza m'hix l-unika element li għaliha r-regolament għandu jkun bla ħsara għad-Direttiva dwar l-impjieg ta' ħaddiema. Il-kelma "preġudizzju" tista' wkoll tidher ambigwa u ntbidlet għal "bla ħsara". L-emenda tagħti kjarifikazzjoni u konsistenza fir-rigward tad-Direttiva 96/71/KE.

Emenda 2

Premessa 11 a (ġdida)

 

(11a) Id-Direttiva 96/71/KE tistabbilixxi r-regoli minimi għall-ħarsien tal-ħaddiema li huma applikabbli għall-ħaddiema impjegati fit-territorju ta' Stat Membru li mhuwiex l-Istat fejn normalment jaħdmu u ma timpedixxix Stati Membri milli jimponu termini jew kundizzjonijiet oħra ta' impjieg stipulati fi ftehimiet kollettivi, lanqas milli jimponu kundizzjonijiet oħra ta' impjieg li jkunu dispożizzjonijiet ta' politika pubblika.

 

ĠU L 18, 21.1.97, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa ġdida tiċċara n-natura speċifika tar-regoli stipulati fid-Direttiva 96/71/KE li ma timpedixxix lill-Istati Membri milli jadottaw miżuri aktar protettivi fuq livell nazzjonali, pereżempju billi jimponu kundizzjonijiet oħra ta' impjieg f'każ ta' dispożizzjonijiet ta' politika pubblika.

Emenda 3

Artikolu 6, paragrafu 1

1. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3, fil-kuntratt individwali ta' impjieg, l-għażla mill-partijiet tal-liġi applikabbli ma tistax twassal li ċċaħħad l-impjegat mill-protezzjoni mogħtija lilu permezz tar-regoli mandatorji tal-liġi li għandha tkun applikabbli skond dan l-Artikolu fin-nuqqas ta’ għażla.

1. (Ma tikkonċernax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

(Ma tikkonċernax il-verżjoni Maltija) Din id-diskrepanza kienet ukoll preżenti fil-Konvenzjoni. Din id-diskrepanza hi xi ftit ambigwa. "Kuntratt ta' impieg" tidher li hija idea aktar wiesgħa, li potenzjalment tinkludi ftehimiet kollettivi f'xi Stati Membri, filwaqt li t-test "kuntratt individwali ta' impieg" jeskludi l-applikazzjoni ta' l-artikolu 6 dwar il-ftehimiet kollettivi. It-test "kuntratt individwali ta' impieg" huwa miżjud għall-konsistenza.

Emenda 4

Artikolu 6, paragrafu 2

2. Fin-nuqqas ta’ għażla skond l-Artikolu 3, kuntratt individwali ta’ impjieg għandu jkun irregolat:

2. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4, fin-nuqqas ta' għażla skond l-Artikolu 3, kuntratt individwali ta' impjieg għandu jkun irregolat:

Ġustifikazzjoni

It-test "minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4" li jidher fil-Konvenzjoni kien tħassar mill-Kummissjoni. Dan it-test reġa' ddaħħal għaċ-ċarezza u għall-konsistenza.

Emenda 5

Artikolu 6, paragrafu 2, punt (a)

(a) bil-liġi tal-pajjiż li fih jew minnu l-impjegat normalment jeżerċita l-impjieg tiegħu fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Il-post ta’ eżekuzzjoni ta’ l-impjieg m’għandux jitqies li nbidel jekk il-persuna hija impjegata temporanjament f’pajjiż ieħor. It-twettiq ta’ l-impjieg f’pajjiż ieħor huwa kkunsidrat bħala wieħed temporanju meta l-impjegat huwa mistenni li jerġa' lura għall-impjieg fil-pajjiż ta' oriġini meta jkun wettaq l-inkarigu tiegħu fil-pajjiż barrani. Il-konklużjoni ta’ kuntartt ġdid ta’ impjieg ma’ min iħaddem oriġinarjament jew minn persuna li tħaddem li tagħmel parti mill-istess grupp ta’ kumpaniji ta’ dak li jħaddem oriġinarjament, ma teskludix li l-impjegat jeżerċita l-impjieg tiegħu f’pajjiż ieħor b’mod temporanju;

(a) bil-liġi tal-pajjiż li fih l-impjegat normalment jeżerċita l-impjieg tiegħu fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Il-post ta’ eżekuzzjoni ta’ l-impjieg m’għandux jitqies li nbidel jekk il-persuna hija impjegata temporanjament f’pajjiż ieħor. Madankollu, l-impjieg u l-kundizzjonijiet ta' paga tiegħu għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-pajjiż li fih huwa impjegat temporanjament. It-twettiq ta’ l-impjieg f’pajjiż ieħor huwa kkunsidrat bħala wieħed temporanju jekk l-impjegat huwa mistenni li jerġa' lura għall-impjieg fil-pajjiż ta' oriġini meta jkun wettaq l-inkarigi speċifiċi tiegħu fil-pajjiż barrani.

Ġustifikazzjoni

It-test "It-twettiq ta’ l-impjieg f’pajjiż ieħor huwa kkunsidrat bħala wieħed temporanju meta l-impjegat huwa mistenni li jerġa' lura għall-impjieg fil-pajjiż ta' oriġini meta jkun wettaq l-inkarigi tiegħu fil-pajjiż barrani" ma deherx fil-Konvenzjoni. It-test għandu riskju ta' interpretazzjoni wiesgħa ta' "inkarigu". X'jiġri jekk l-inkarigu ta' l-impjegat hu, eż. li jirrappreżenta lil min iħaddem stabbilit fl-Istat Membru X dwar l-attivitajiet tiegħu fi Stat Membru Y? Meta jiġi "mwettaq" dan it-tip ta' inkarigu? Potenzjalment jista' jkun perjodu twil ħafna. L-inklużjoni tal-kelma "speċifiċi" turi li l-attività temporanja f'pajjiż ieħor għandha tkun interpretata b'mod dejjaq.

It-test ma deherx fil-Konvenzjoni. F'kunflitt bejn dak li jħaddem lokalment u bejn l-impjegat l-uniku post ta' impjieg rilevanti għandu jkun fil-pajjiż fejn jitwettaq l-impjieg. Liġi oħra tista' tiġi applikata, iżda permezz tal-klawsola tas-salvagwardja fis-Sezzjoni 3 biss . Din iż-żieda ġdida testendi u b'hekk iċċajpar it-tifsira tal-post tax-xogħol bħala l-fattur regolari li jorbot. Barra minn hekk, din ir-regola tista wkoll twassal biex il-kuntratti ta' l-impjiegi jiġu ffirmati biss biex jgħattu l-kuntratt reali. Din ir-regola għandha għalhekk titħassar.

It-termini (ilpajjiz)'li minnu' huma ambigwi ħafna. L-emenda tfittex li tipprevjeni impjieg regolari minn Stat Membru fejn il-liġi dwar l-impjieg hija anqas żviluppata milli fil-pajjiż fejn jitwettaq l-impjieg.

Emenda 6

Artikolu 6, paragrafu 2, punt (a a) (ġdid)

 

(aa) jekk l-impjegat ma jeżerċitax normalment l-impjieg tiegħu fi kwalunkwe pajjiż, bil-liġi tal-pajjiż li minnu l-impjegat normalment jeżerċita l-impjieg tiegħu fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt;

Emenda 7

Artikolu 6, paragrafu 2, subparagrafu 2 (ġdid)

ħlief jekk jidher miċ-ċirkustanzi b'mod ġenerali li l-kuntratt huwa aktar marbut mill-qrib ma' pajjiż ieħor, f'dak il-każ il-kuntratt għandu jkun irregolat mil-liġi ta' dak il-pajjiż.

Emenda 88

Artikolu 6, paragrafu 3

3. Il-liġi magħżula mill-paragrafu 2 tista’ titwarrab meta mit-totalità taċ-ċirkostanzi jirriżulta li l-kuntratt ta' impjieg jippreżenta rabtiet aktar mill-qrib ma’ pajjiż ieħor; f’dan il-każ, il-liġi ta’ dak il-pajjiż hija applikabbli.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-klawsola ta' flessibilità għandha tkun riservata għal każijiet eċezzjonali biss, bħall-każ, pereżempju, ta' impjegati li jaħdmu fuq ajruplani, vapuri jew riggijiet taż-żejt. Għal dan il-għan ikun aħjar li l-klawsola tiġi inkluża fil-paragrafu li jittratta speċifikament fuq dik il-kwistjoni.

Emenda 9

Artikolu 8, paragrafu 1

1. Ir-regoli mandatorji huma regoli li r-rispett tagħhom huwa meqjus bħala kruċjali minn pajjiż għas-salvagwardja politika, soċjali jew ekonomika tiegħu, tant li dawn huma applikabbli fi kwalunkwe sitwazzjoni li taqa’ fl-ambitu tagħhom, tkun xi tkun il-liġi applikabbli għall-kuntratt skond dan ir-Regolament.

1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ir-regoli mandatorji huma regoli li r-rispett tagħhom huwa meqjus bħala meħtieġ minn pajjiż għall-ħarsien tal-ħaddiema jew għas-salvagwardja politika, soċjali jew ekonomika tiegħu, tant li dawn huma applikabbli fi kwalunkwe sitwazzjoni li taqa’ fl-ambitu tagħhom, tkun xi tkun il-liġi applikabbli għall-kuntratt skond dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

It-test "għall-finijiet ta' dan l-artikolu" ġie miżjud għall-iskop taċ-ċarezza u tal-konsistenza. Ir-rekwiżiti mandatorji jidhru f'artikoli differenti tar-Regolament, iżda wkoll b'tifsiriet differenti. Għalhekk huwa importanti li jinftiehem li d-definizzjoni tar-regoli mandatorji fl-Artikolu 8 huwa biss għall-iskop ta' dak l-artikolu speċifiku għall-kuntratt ta' impjieg.

Il-kelma "kruċjali" hija sostitwita minn "meħtieġ". Id-Direttiva dwar l-Allokazzjoni ta' ħaddiema (POW) hija bbażata fuq il-possibiltà li Stat Membru jista' jidderoga mill-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini f'każ ta' allokazzjoni. Definizzjoni dejqa ta' dak li jista' jkun ikkunsidrat bħala d-dispożizzjoni ewlenija u essenzjali tal-liġi tax-xogħol ta' l-Istat Membru ospitanti, li tista' tiġi applikata f'każ ta' allokazzjoni, tista' tagħmel ħsara għall-lista ta' l-art. 3(1) POW jew jipprevjeni l-estenzjoni tagħha għal oqsma oħra ta' protezzjoni tax-xogħol. Id-definizzjoni ta' regoli mandatorji wkoll qegħda f'periklu li tagħmel ħsara għall-applikazzjoni mill-Istati Membri għat-termini u l-kundizzjonijiet f'oqsma barra minn dawk imsemmija fl-art. 3(1) fil-każ ta' "dispożizzjonijiet ta' politika pubblika".

L-idea ta' regoli mandatorji ma tistax tkun definita/interpretata b'manjiera restrittiva; hija għandha ta' l-anqas tikkonċerna regoli li huma kruċjali għall-ħarsien tal-ħaddiema.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (Ruma I)

Referenzi

COM(2005)0650 – C6-0441/2005 – 2005/0261(COD)

Kumitat responsabbli

JURI

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL
16.2.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Jan Andersson
19.4.2006

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

22.6.2006

12.9.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

13.9.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

12

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Andersson, Jean-Luc Bennahmias, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Bairbre de Brún, Derek Roland Clark, Harald Ettl, Richard Falbr, Carlo Fatuzzo, Ilda Figueiredo, Joel Hasse Ferreira, Roger Helmer, Karin Jöns, Jan Jerzy Kułakowski, Sepp Kusstatscher, Jean Lambert, Raymond Langendries, Bernard Lehideux, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Mario Mantovani, Jan Tadeusz Masiel, Maria Matsouka, Ria Oomen-Ruijten, Pier Antonio Panzeri, Jacek Protasiewicz, José Albino Silva Peneda, Jean Spautz, Anne Van Lancker, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Françoise Castex, Richard Howitt, Jamila Madeira, Dimitrios Papadimoulis, Leopold Józef Rutowicz, Gabriele Stauner, Patrizia Toia

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

(1)

COM(2002)0654 'Green Paper' dwar il-konverżjoni tal-Konvenzjoni ta' Ruma ta' l-1980 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali fi strument Komunitarju u l-modernizzazzjoni tiegħu.

(2)

Il-kontribuzzjonijiet kollha huma ppubblikati fuq il-websajt tad-DĠ Ġustizzja u l-Intern; http://europa.eu.int/comm/justice_home/news/consulting_public/rome_i/news_summary_rome1_en.htm


PROĊEDURA

Titolu

Il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (Ruma I)

Referenzi

COM(2005)0650 - C6-0441/2005 - 2005/0261(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

15.12.2005

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

16.2.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

27.4.2006

LIBE

16.2.2006

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

LIBE

22.2.2006

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Cristian Dumitrescu

23.2.2006

 

 

Rapporteur(s) preċedenti

Maria Berger

 

 

Eżami fil-kumitat

21.6.2006

11.9.2006

20.11.2006

20.12.2006

 

26.2.2007

19.3.2007

2.5.2007

11.6.2007

 

10.9.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

20.11.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Carlo Casini, Marek Aleksander Czarnecki, Bert Doorn, Cristian Dumitrescu, Monica Frassoni, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Neena Gill, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Antonio López-Istúriz White, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Aloyzas Sakalas, Diana Wallis, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Mogens N.J. Camre, Charlotte Cederschiöld, Luis de Grandes Pascual, Vicente Miguel Garcés Ramón, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Gabriele Stauner

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Toine Manders, Tomáš Zatloukal

Avviż legali - Politika tal-privatezza