RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tipprovdi għal għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lil-Libanu
22.11.2007 - (COM(2007)0476 – C6‑0290/2007 – 2007/0172(CNS)) - *
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Kader Arif
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tipprovdi għal għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lil-Libanu
(COM(2007)0476 – C6‑0290/2007 – 2007/0172(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0476),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0290/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Baġits (A6‑0452/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità ma' l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa - 1 (ġdida) | |
|
(-1) Huwa fl-interess ta’ l-UE li ssaħħaħ is-sovranità, l-integrità territorjali u l-indipendenza tal-Libanu, li teħles lill-pajjiż mill-indħil barrani, u li ssaħħaħ il-Gvern leġittimu u demokratiku tagħha. |
Emenda 2 Premessa - 1 a (ġdida) | |
|
(-1a) L-UE u l-Istati Membri tagħha jilagħbu rwol prominenti fil-missjoni l-ġdida tal-UNIFIL (il-Forzi Interim tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libanu) u impenjaw ruħhom għall-implimentazzjoni sħiħa tar-Riżoluzzjoni 1701 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti bl-intenzjonili tiġi stabilizzata iz-zona u tinstab soluzzjoni fit-tul għall-kawżi li wasslu għall-kunflitt ta’ l-2006 fin-Nofsinhar tal-Libanu. |
Emenda 3 Premessa 1 a (ġdida) | |
|
(1a) Huwa fl-interessi tal-Libanu li jinstab il-bilanċ xieraq bejn l-infiq ta’ wara l-kunflitt, ir-rikostruzzjoni, id-dejn eċċessiv u l-ħtiġijiet soċjali, filwaqt li tingħata attenzjoni partikulari lis-settur ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ u lill-ġlieda kontra l-faqar. |
Emenda 4 Premessa 2 | |
(2) Il-Libanu, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmaw Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006, |
(2) Il-Libanu, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmaw, fi ħdan il-qafas ta' l-Isħubija Ewromediterranja, Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006, |
Ġustifikazzjoni | |
Ta' min ifakkar li r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Libanu huma xorta waħda koperti mis-sħubija Ewro-Mediterranja, li ġiet mnedija waqt il-Konferenza ta' Barċellona fl-1995. | |
Emenda 5 Premessa 4 | |
(4) Ir-relazzjonijiet bejn il-Libanu u l-Unjoni Ewropea qed jiżviluppaw fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li hija mistennija twassal għal integrazzjoni ekonomika aktar profonda. L-UE u l-Libanu qablu dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat li jidentifika prijoritajiet interim fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Libanu u politiki relatati, |
(4) Ir-relazzjonijiet bejn il-Libanu u l-Unjoni Ewropea qed jiżviluppaw ukoll fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, fejn l-objettivi jinkludu t-tisħiħ ta' l-integrazzjoni ekonomika. L-UE u l-Libanu qablu dwar Pjan ta’ Azzjoni f'Jannar 2007, imfassal bħala parti minn din il-politika, li jidentifika prijoritajiet fuq perjodu ta' żmien medju fir-relazzjonijiet tagħhom u l-politiki relatati, |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Politika Ewropea m'għandhiex bħala objettiv uniku u waħdieni l-infurzar ta' l-integrazzjoni ekonomika, kif jagħti x'jifhem it-test tal-Kummissjoni. L-emendi l-oħra huma maħsuba biex jissimplifikaw it-test u jagħmluh fluwidu. | |
Emenda 6 Premessa 4 a (ġdida) | |
|
(4a) B’mod partikulari, l-adozzjoni fid-19 ta’ Jannar 2007 tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) bejn l-UE u l-Libanu kkontribwiet b’mod sinifikanti għall-istabbilizzazzjoni tal-pajjiż. |
Emenda 7 Premessa 4 b (ġdida) | |
|
(4b) L-għajnuna makrofinanzjarja prevista tenħtieġ b’mod aktar urġenti għaliex il-fondi fi ħdan l-ENPI għar-riformi settorjali ser ikunu disponibbli għal-Libanu biss mill-2009 ‘l quddiem. L-għajnuna makrofinanzjarju eċċezzjonali hija maħsuba sabiex timla’ dan il-vojt, billi tkun disponibbli bejn l-2007-2009 u billi jkollha impatt immedjat fuq il-bilanċ ta’ pagamenti tal-Libanu. Għalhekk il-Memorandum ta’ Ftehim għandu jipprovdi għal garanzija tal-kumplimentarjetà taż-żewġ azzjonijiet. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rapporteur jixtieq jirrimarka li l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika u d-dokumenti nazzjonali sussegwenti huma riċenti u jinħtieġ aktar żmien sabiex ikun hemm implimentazzjoni effikaċji. Għalhekk jinħtieġ li l-vojt jimtela b'mezzi supplimentari. | |
Emenda 8 Premessa 4 c (ġdida) | |
|
(4c) L-impatt makrofinanzjarju tal-gwerra ta’ l-2006 fuq l-ekonomija tal-Libanu u l-effett preġudizzjarju tal-kriżi politika mtawla fuq is-sistema istituzzjonali kronikament dgħajfa u fraġli tal-pajjiż iżidu l-bżonn ta’ għajnuna finanzjarja internazzjonali kif parzjalment previst mill-Konferenza Internazzjonali għall-Appoġġ lil-Libanu li saret f’Jannar 2007 (il-konferenza Pariġi III). Għalhekk, hemm bżonn li din il-proposta, bħala parti mill-impenn Komunitarju lejn il-Libanu, tiġi implimentata mingħajr dewmien ulterjuri, |
Ġustifikazzjoni | |
Il-konferenza Pariġi III saret f’Jannar 2007. Din l-emenda tenfasizza l-urġenza li jkun hemm għajnuna effettiva u għandha l-għan li tiġbed l-attenzjoni għad-dewmien bejn l-impenn u l-istrument ta’ ffinanzjar sussegwenti. | |
Emenda 9 Premessa 8 a (ġdida) | |
|
(8a) L-impatt tal-kunflitt ma’ l-Iżrael fis-Sajf ta’ l-2006 u l-effetti kumulattivi mill-politiki ekonomiċi ta’ l-imgħoddi wasslu għal kriżi ekonomika u finanzjarja serja li ħtieġet azzjoni urġenti. |
Emenda 10 Premessa 8 b (ġdida) | |
|
(8b) L-għajnuna makrofinanzjarja ta’ l-UE m’għandhiex sempliċement tissupplimenta programmi u riżorsi mill-istituzzjonijiet ta' Bretton Woods imma għandha tiżgura l-valur miżjud ta’ l-involviment Komunitarju. |
Emenda 11 Premessa 8 c (ġdida) | |
|
(8c) Il-Komunità għandha tiżgura li l-għajnuna makrofinanzjarja ta’ l-UE tkun legalment u sostanzjalment konformi mal-miżuri meħuda fi ħdan id-diversi oqsma ta’ l-azzjoni esterna u l-politiki Komunitarji oħra relevanti. Għandha tkun żgurata l-konsistenza fit-tfassil tal-politika, inklużi l-Memorandum ta’ Fehim u l-Ftehima ta’ Għotja u fl-implimentazzjoni tagħha. |
Emenda 12 Premessa 8 d (ġdida) | |
|
(8d) Il-Komunità għandha tiżgura li l-għajnuna makrofinanzjarja ta’ l-UE tkun waħda eċċezzjonali u ta’ tul ta’ żmien definit, tkun kumplementari għall-għajnuna mogħtija mill-istituzzjonijiet ta' Bretton Woods, id-donaturi bilaterali u l-kredituri tal-Klabb ta’ Pariġi, kif ukoll tkun taħt il-kundizzjoni li trid tissodisfa rekwiżiti identifikati b’mod ċar, inklużi prekondizzjonijiet politiċi, u li tkun immoniterjata u evalwata bir-reqqa sabiex jiġu evitati l-frodi u l-irregolaritajiet finanzjarji. |
Emenda 13 Premessa 9 | |
(9) Ir-rilaxx ta’ l-għajnuna finanzjarja Komunitarja huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta’ l-awtorità baġitarja. |
(9) Għajnuna finanzjarja ta' dan it-tip għandha tiġi pprovduta biss kemm-il darba jkun ġie stabbilit li l-kundizzjonijiet li jridu jiġu miftiehma ma’ l-awtoritajiet Lebaniżi jkunu twettqu b’mod sodisfaċenti. Il-kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandu jinħareġ bin-nifs il-finanzjament mill-għajnuna eċċezzjonali, li għandhom jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Fehim u fi Ftehima ta’ Għotja, għandhom jinkludu objettivi speċifiċi li għandhom jintlaħqu fl-oqsma li ġejjin: trasparenza mtejba u sostenibilità akbar tal-finanzi pubbliċi; l-applikazzjoni ta’ prijoritajiet makroekonomiċi u baġitarji; u konformità sħiħa ma’ l-istandards internazzjonali tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u mal-prinċipji fundamentali ta’ l-istat tad-dritt. Il-progress reali fl-ilħuq ta’ l-objettivi msemmija hawn fuq għandu jipprovdi l-bażi għall-ħruġ tal-finanzjamenti bin-nifs. Il-ħruġ ta’ l-għajnuna finanzjarja Komunitarja huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta’ l-awtorità baġitarja. |
Emenda 14 Premessa 9 a (ġdida) | |
|
(9a) L-appoġġ finanzjarju u politiku qawwi ta’ l-UE għandu jkun jiddependi mill-bini mill-ġdid b’suċċess ta’ Stat Lebaniż li jkollu l-ħila jeżerċità sovranità sħiħa fuq it-territorju tiegħu kollu, fuq titjib fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tiegħu u fuq it-tisħiħ tal-proċess ta' demokratizzazzjoni fil-pajjiż. |
Emenda 15 Premessa 10 | |
(10) Din l-għajnuna għandha tiġi amministata mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. |
(10) Din l-għajnuna għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni f’konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u mal-Parlament Ewropew. |
Emenda 16 Artikolu 1, Paragrafu 1, Subparagrafu 1 | |
1. Il-Komunità għandha tagħmel disponibbli għal-Libanu għajnuna finanzjarja li tammonta għal massimu ta’ EUR 80 miljun, bil-ħsieb li tappoġġa l-isforzi interni tal-Libanu għar-rikostruzzjoni u l-irkupru ekonomiku sostenibbli wara l-gwerra, u b'dan il-mod, ittaffi l-pressjonijiet finanzjarji fuq l-implimentazzjoni tal-programm ekonomiku tal-gvern. |
1. Il-Komunità għandha tagħmel disponibbli għal-Libanu għajnuna finanzjarja eċċezzjonali li tammonta għal massimu ta’ EUR 80 miljun, bit-tama li tappoġġja l-isforzi interni tal-Libanu għar-rikostruzzjoni u l-irkupru ekonomiku sostenibbli wara l-gwerra, u b'dan il-mod, ittaffi l-pressjonijiet finanzjarji fuq l-implimentazzjoni tal-programm ekonomiku tal-gvern u tevita li jkomplu jiddeterjoraw il-bilanċ kummerċjali u l-bilanċi tal-kontijiet kurrenti tal-Libanu. |
Emenda 17 Artikolu 1, paragrafu 2 | |
2. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u b'mod konsistenti mal-ftehimiet jew fehimiet milħuqa bejn il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u l-Libanu. |
2. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u b'mod konsistenti mal-ftehimiet jew qbil milħuqa bejn il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u l-Libanu. Il-Kummissjoni għandha, fuq bażi regolari, tinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-proċedimenti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u tipprovdilu d-dokumenti relevanti. |
Emenda 18 Artikolu 1, paragrafu 3 | |
3. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun disponibbli għal sentejn li jibdew mill-ewwel jum wara d-daħla fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Madankollu, jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu dan, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, tista' tiddeċiedi illi testendi l-perjodu ta' disponibbilità b'massimu ta' sena. |
3. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun disponibbli għal sentejn li jibdew mill-ewwel jum wara d-daħla fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-validità ta' din id-deċiżjoni (il-bażi legali) ma tistgħax tittawwal fiż-żmien permezz ta' proċedura sempliċi ta' kumitat. Għandha tinvolvi liż-żewġ fergħat ta' l-awtorità leġiżlattiva. Inkella, jekk l-hekk imsejjaħ "perjodu ta' disponibbilità", fl-opinjoni tal-Kummissjoni, ma jikkonċernax fil-fatt il-perjodu ta' validità tal-bażi legali, allura jkun ifisser li l-porzjonijiet ta' l-assistenza jkunu jistgħu jiġu deċiżi mingħajr ma jkun hemm bażi legali fis-seħħ, u dan jidher li hu ugwalment inaċċettabbli. | |
Emenda 19 Artikolu 2, paragrafu 1 | |
1. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa illi tiftiehem ma' l-Awtoritajiet tal-Libanu, wara konsulatazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji mehmuża ma' din l-għajnuna finanzjarja, li għandha tiġi stabbilita f'Memorandum ta' Fehim u Ftehimiet ta’ Għotja u ta’ Self. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew il-fehimiet msemmija fl-Artikolu 1(2). |
1. Il-Kummissjoni qed tingħata, permezz ta’ dan, is-setgħa illi tiftiehem ma' l-Awtoritajiet tal-Libanu, wara konsulatazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u mal-Parlament Ewropew, il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji marbuta ma' din l-għajnuna finanzjarja, li għandhom jiġu stabbiliti f'Memorandum ta' Ftehim u Ftehimiet ta’ Għotja/ta’ Self. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew il-qbil msemmija fl-Artikolu 1(2). Il-Memorandum ta’ Ftehim u l-Ftehima ta’ Għotja għandhom jitressqu immedjatament quddiem il-Kunsill u l-Parlament Ewropew. Il-kundizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu għandhom jinkludu objettivi speċifiċi fl-oqsma li ġejjin: trasparenza mtejba u sostenibilità akbar tal-finanzi pubbliċi; l-applikazzjoni ta’ prijoritajiet makroekonomiċi u baġitarji; u konformità sħiħa ma’ l-istandards internazzjonali tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u mal-prinċipji fundamentali ta’ l-istat tad-dritt. Huma maħsuba wkoll bien iħeġġu l-implimentazzjoni ta' politiki ekonomiċi u soċjali ffukati fuq il-ġlieda kontra l-faqar, l-edukazzjoni u s-saħħa. Il-progress reali fl-ilħuq ta’ l-objettivi msemmija hawn fuq għandu jipprovdi l-bażi għall-ħruġ tal-finanzjamenti bin-nifs minn din l-għajnuna. Sabiex tiżdied it-trasparenza u r-responsabilità, il-kundizzjonalitajiet ta' l-għajnuna makrofinanzjarja ta' l-UE għandhom jixxandru pubblikament. |
Emenda 20 Artikolu 2, paragrafu 2 | |
2. Tul l-implimentazzjoni ta' l-għajnuna finanzjarja Komunitarja, il-Kummissjoni tista’ timmonitorja l-validità ta’ l-arranġamenti finanzjarji tal-Libanu, tal-proċeduri amministrattivi, mekkaniżmi interni u esterni ta' sorveljanza li huma relevanti għal din l-għajnuna finanzjarja Komunitarja. |
2. Tul l-implimentazzjoni ta' l-għajnuna finanzjarja Komunitarja, il-Kummissjoni għandha timmonitorja b'attenzjoni l-validità ta’ l-arranġamenti finanzjarji tal-Libanu, tal-proċeduri amministrattivi, mekkaniżmi interni u esterni ta' sorveljanza li huma relevanti għal din l-għajnuna finanzjarja Komunitarja. |
Emenda 21 Artikolu 2, paragrafu 3 | |
3. Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’perjodi regolari li l-politika ekonomika fil-Libanu hija skond l-għanijiet ta’ dik l-għajnuna u li l-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji miftiehma tħarsu b’mod sodisfaċenti. B’dan il-mod, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib ma’ l-Istituzzjonijiet Bretton Woods, u, fejn meħtieġ, mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. |
3. Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’perjodi regolari li l-politika ekonomika fil-Libanu hija skond l-għanijiet ta’ dik l-għajnuna u li l-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji miftiehma tħarsu b’mod sodisfaċenti. B’dan il-mod, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib ma’ l-Istituzzjonijiet ta' Bretton Woods, u, fejn meħtieġ, mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u mal-Parlament Ewropew. |
Emenda 22 Artikolu 2, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
3a. Wara li tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni tista' tadatta l-provvista ta' din l-għajnuna makrofinanzjarja eċċezzjonali għall-iżviluppi politiċi fil-Libanu, filwaqt li dejjem tqis l-importanza tat-tkabbir ta' l-istabbilita tal-pajjiż u mhux li titkompla tiggrava l-kriżi interna. |
Emenda 23 Artikolu 2 a (ġdid) | |
|
Artikolu 2a
Il-Kummissjoni, wara li tkun għarrfet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tista’ tissospendi l-provvista ta’ din l-għajnuna makrofinanzjarja eċċezzjonali jekk xi deterjorament fis-sitwazzjoni politika tal-Libanu jagħmilha impossibbli b’mod de facto li jiġu ssodisfati l-objettivi ta’ din l-għajnuna, jew fil-każ li sseħħ infrazzjoni serja ta' l-istandards internazzjonali tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, u tal-prinċipji fundamentali ta' l-istat tad-dritt. |
Emenda 24 Artikolu 3, paragrafu 1 | |
1. L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni għal-Libanu f’massimu ta’ tliet partijiet. |
1. L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni għal-Libanu fi tliet partijiet. |
Emenda 25 Artikolu 3, paragrafu 4 | |
4. Il-fondi għandhom jitħallsu lill-Banque du Liban esklussivament b’appoġġ għall-bżonnijiet finanzjarji tal-Libanu. |
4. Il-fondi għandhom jitħallsu lill-Banque du Liban esklussivament b’appoġġ għall-bżonnijiet finanzjarji tal-Libanu, u jiġu rreġistrati taħt it-titolu "Għajnuna Finanzjarja Eċċezzjonali mill-Unjoni Ewropea”. |
Emenda 26 Artikolu 4 | |
L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tiġi implimentata skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli ta’ l-implimentazzjoni tiegħu. Partikolarment, il-Memorandum ta’ Fehim u l-Ftehimiet ta’ Għotja/Self ma' l-awtoritajiet tal-Libanu għandhom jipprevedu miżuri xierqa mil-Libanu marbuta mal-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra, frodi, korruzzjoni u irregolaritajiet oħra li jinfluwenzaw l-għajnuna. Għandhom jipprevedu wkoll kontrolli mill-Kummissjonim inkluż mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi, bid-dritt li jsiru spezzjonijiet fuq il-post u spezzjonijiet u għal verifiki mill-Qorti ta' l-Awdituri, fejn xieraq, sabiex jitwettqu fuq il-post. |
L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tiġi implimentata skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli ta’ l-implimentazzjoni tiegħu. Partikolarment, il-Memorandum ta’ Fehim u l-Ftehimiet ta’ Għotja/Self ma' l-awtoritajiet tal-Libanu għandhom jipprevedu miżuri speċifiċi li għandhom jiġu implimentati mil-Libanu marbuta mal-prevenzjoni tal-frodi, il- korruzzjoni u irregolaritajiet oħra li jinfluwenzaw l-għajnuna u l-ġlieda kontrihom. Sabiex tkun żgurata trasparenza akbar fl-amministrazzjoni u l-ħruġ ta' fondi, għandhom jipprevedu wkoll kontrolli mill-Kummissjoni inkluż mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi, bid-dritt li jsiru kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet u jipprovdu sabiex, fejn ikun xieraq, jitwettqu fuq il-post verifiki mill-Qorti ta' l-Awdituri u minn awdituri indipendenti, bl-approvazzjoni ta’ l-atturi involuti. |
Emenda 27 Artikolu 5 | |
Sal-31 ta’ Awissu ta' kull sena l-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż evalwazzjoni ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fis-sena preċedenti. Ir-rapport għandu jindika l-konnessjoni bejn il-kundizzjonijiet ta’ politika stipulati fl-Artikolu 2(1), il-prestazzjoni ekonomika u fiskali kontinwa tal-Libanu, u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex toħroġ il-partijiet tal-ħlas ta’ l-għajnuna. |
Sal-31 ta’ Awissu ta' kull sena l-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kumitati relevanti tal-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż evalwazzjoni ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fis-sena preċedenti. Ir-rapport għandu jindika l-konnessjoni bejn il-kundizzjonijiet ta’ politika stipulati fl-Artikolu 2(1), il-prestazzjoni ekonomika u fiskali kontinwa tal-Libanu, u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex toħroġ il-finanzjament bin-nifs ta’ l-għajnuna. |
Emenda 28 Artikolu 5 a (ġdid) | |
|
Artikolu 5a
Sa mhux aktar tard minn sentejn wara li jkun għalaq il-perjodu ta’ implimentazzjoni li jirrigwarda l-għajnuna li għaliha tipprovdi din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni ex-post. |
Emenda 29 Artikolu 6 | |
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara li tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u tkun valida għal perjodu ta' sentejn wara din id-data. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-emenda 18 hawn fuq. |
NOTA SPJEGATTIVA
1. Il-prinċipji ġustifikattivi tal-proposta tal-Kummissjoni
Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tipprovidi għajnuna makrofinanzjarja lil-Libanu (kemm fis-sura ta' selfa ta' ammont massimu ta' EUR 50 miljun kif ukoll f’għotja ta' ammont massimu ta' EUR 30 miljun) bit-tama li tagħti appoġġ lill-finanzi pubbliċi u lill-bilanċ tal-pagamenti tal-Libanu.
L-għajnuna proposta hija maħsuba biex tappoġġja l-isforz ta’ konsolidazzjoni fiskali tal-Libanu li jimmira li jnaqqas id-dejn pubbliku għal livell sostenibbli, ibbażat fuq l-implimentazzjoni tal-programm tiegħu ta’ riforma ekonomika ta’ l-2007. Se tiffaċilita u tħeġġeġ ukoll l-isforzi tal-Gvern tal-Libanu biex jimplimenta miżuri identifikati skond il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat bejn l-UE u l-Libanu u l-Għajnuna ta’ Emerġenza ta’ Wara l-Kunflitti (EPCA) ta’ l-IMF.
L-għajnuna makrofinanzjarja proposta se tkun eċċezzjonali u għal żmien definit. Din se tikkumplimenta l-appoġġ (i) mill-istutizzjonijiet ta' Bretton Woods, (ii) minn donaturi Għarab u oħrajn bilaterali, (iii) mill-Istati Membri ta’ l-UE, u (iv) u mill-fondi proprji ta’ l-UE, fl-ambitu ta’ l-ENPI u l-fondi tal-BEI, bħala parti minn pakkett ta’ għajnuna tal-KE.
Fl-imgħoddi l-UE pprovdiet faċilità makrofinanzjarja ta’ aġġustament strutturali ta’ EUR 50 miljun (iffirmata skond il-MEDA I) immirata biex tgħin it-transizzjoni u l-istabbilizzazzjoni ekonomika tagħha.
2. L-isfond u l-irwol ta’ l-IMF
Fid-9 ta’ April 2007, il-Bord Eżekuttiv tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) approva ammont ekwivalenti għal SDR 50.75 miljun (madwar USD 76.8 miljun) f’EPCA għal-Libanu bħala appoġġ għall-programm ekonomiku ta' l-awtoritajiet għall-2007.
L-EPCA hija maħsuba biex tipprovdi appoġġ xieraq għall-isfidi transizzjonali involuti fiċ-ċaqliqa minn sitwazzjoni ta’ wara kunflitt għal programm ta’ aġġustament fiskali li jibda fl-2008. L-appoġġ ta’ l-IMF permezz ta’ l-EPCA tilgħab irwol importanti fl-isforz internazzjonali miftiehem bejn ħafna biex tiġi pprovduta l-għajnuna finanzjarja lil-Libanu, ippleġġjata mill-Konferenza tad-Donaturi Paris III ta’ Jannar 2007.
3. Il-kuntest kummerċjali u ekonomiku tal-Libanu
Il-gwerra ċivili ta’ l-1975-90 ikkaġunat danni gravi lill-infrastruttura ekonomika tal-Libanu, naqqset il-produzzjoni bin-nofs, u kważi temmet għal kollox il-posizzjoni tal-Libanu bħala entrepot u ċentru tal-banek tal-Lvan Nofsani. Matul is-snin minn dak iż-żmien, il-Libanu kien kapaċi jibni mill-ġdid ħafna mill-infrastruttura fiżika u finanzjarja tiegħu li kienet tfarrket mill-gwerra ċivili billi ssellfet ħafna - l-aktar minn banek domestiċi.
Wara l-bidliet politiċi fil-pajjiż, li seħħew wara l-assassinju ta' R. Ħariri li qabel kien il-Prim Ministru, il-Gvern Lebaniż illanċja programm ta’ awsterità fejn rażżan l-infiq tal-Gvern, żied il-ġbir tat-taxxa, u pprivatizza l-intrapriżi statali, iżda l-inizzjattivi għal riforma ekonomika u finanzjarja waqfu ħesrem u d-dejn pubbliku kompla jikber minkejja li waslu aktar minn EUR 1.5 biljun f'għajnuna bilaterali waqt il-Konferenza tad-Donaturi Paris II fl-2002.
Sa nofs l-2006, ir-relazzjoni tad-dejn pubbliku mal-prodott gross domestiku (PGD) qorbot il-180 fil-mija tal-PGD, waħda mill-ogħla fid-dinja. Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ arranġamenti operattivi ta’ finanzjament ma’ l-IMF, l-operazzjonijiet ta’ l-għajnuna makrofinanzjarja (MFA) tal-KE favur il-Libanu ma setgħux jiġu implimentati minkejja l-bżonnijiet straordinarji urġenti u d-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja.
Il-kunflitt li dam ħames ġimgħat ma’ Iżrael u l-imblokk li seħħ wara li dam għaddej xahar sħiħ ikkaġunaw lil-Libanu dannu kbir ħafna kemm mil-lat uman kif ukoll mil-lat ekonomiku. Id-djar u l-infrastruttura sofrew dannu sinjifikanti, ħafna ħaddiema tas-sengħa ħallew il-pajjiż, u l-attività ekonomika kważi waqfet għal kollox, bit-turiżmu li ntlaqat ħażin b’mod partikolari.
Il-kunflitt ħarrax il-ħtieġa tal-Libanu li tnaqqas id-dejn pubbliku tagħha u li ġġib fit-tmiem il-vulnerabilitajiet finanzjarji tagħha. F’dan il-kuntest, fl-4 ta’ Jannar 2007 il-gvern Lebaniż adotta programm ta’ riformi li b’mod simultanju jilqa’ fih miżuri fiskali, strutturali u soċjali, li hu bbażat fuq sitt pilastri:
(i) aġenda għal riforma li tagħti spinta lit-tkabbir li tkun tiġbor fiha numru kbir ta’ passi li jkunu jtejbu l-klima tal-kummerċ u l-kompetittività ta’ l-ekonomija;
(ii) aġenda għal riforma tas-settur soċjali biex ittejjeb l-indikaturi soċjali u ssaħħaħ ix-xbieki tas-sikurezza soċjali;
(iii) aġġustament fiskali b’saħħtu, imma li jkun jaħseb għas-snin aktar 'il-quddiem, sabiex jiġi miżjud il-bilanċ favorevoli primarju;
(iv) programm ta’ privatizzazzjoni dirett lejn iż-żjieda fl-investiment, li jnaqqas l-istokk ta’ dejn pubbliku u li jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku;
(v) politiki monetarji u ta’ rati tal-kambju li jkunu prudenti biex tinżamm l-istabilità tal-prezzijiet;
(vi) għajnuna finanzjarja internazzjonali li tikkumplementa l-isforzi domestiċi u tgħin lil-Libanu tiffinanzja l-kosti diretti u indiretti tal-gwerra.
Il-komunità internazzjonali approvat il-programm ta’ riforma għal tul medju ta’ żmien li għamel il-gvern fil-konferenza ta’ Pariġi III f’Jannar 2007. Id-donaturi ppleġġjaw USD 7.6 biljun f’għotjiet u selfiet li għandhom jinħarġu matul l-2007-2010 (li 75 fil-mija minnhom għandhom jitħallsu lill-gvern fis-sura ta’ appoġġ għall-baġit u finanzjament ta’ proġetti u l-bqija ddedikat għall-iżvilupp tas-settur privat).
Ix-xhur li ġejjin huma mistennija jkuni diffiċli ħafna. L-instabilità politika u l-każijiet ta’ vjolenza li jfaqqgħu b’mod rikorrenti jistgħu jibqgħu jkomplu wara l-elezzjoni presidenzjali f'Ottubru jqiegħdu l-proċess ta' riforma f'periklu. Il-gvern se jkollu b’attenzjoni kbira jsib bilanċ delikat bejn in-nefqiet, ir-rikostruzzjoni u l-bżonnijiet soċjali ta’ wara l-kunflitt, u l-isfidi li joħorġu mill-eċċess enormi tad-dejn pubbliku.
5. Il-prinċipji ġustifikattivi ta’ l-emendi
Filwaqt li jaqbel għal kollow mal-ħtieġa li l-Libanu jiġi pprovdut għajnuna makrofinanzjarja eċċezzjonali, ir-rapporteur ippropona diversi emendi sabiex jittejbu ċ-ċarezza, it-trasparenza u r-responsabilità ta’ l-abbozz tal-proposta. L-emendi jistgħu jinġabru fil-qosor skond l-elementi prinċipali li ġejjin:
· il-Prinċipji Ġenerali li għandhom ikunu indirizzati b’mod espliċitu fil-premessi (f’konformità ma’ l-hekk imsejħa prinċipji ta’Genval): din l-għajnuna makrofinanzjarja għandha tkun strettament kumplementarja għall-finanzjament eżistenti li hu ġej minn (i) l-Istituzzjonijiet tal-Bretton Woods, (ii) ir-ristrutturar tad-dejn tal-Klabb ta’ Pariġi, (iii) baġit ipprovdut minn donaturi bilaterali u l-Komunità skond l-iskemi l-oħra; Fl-istess ħin għandha toffri valur miżjud vis-à-vis l-programmi ta’ l-IFI u r-riżorsi, tkun koerenti ma’ l-oqsma differenti ta’ l-azzjoni esterna u politiki oħra relevanti tal-Komunità, bil-kundizzjoni li tissodisfa ċerti rekwiżiti u li tkun immoniterjata u evalwata bir-reqqa sabiex issir prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet finanzjarji.
· l-objettiv ewlieni tagħha għandu jkun spjegat b’mod espliċitu: sabiex ikopri vojt ta’ finanzjament fil-bilanċ tal-pagamenti Lebaniż u b’hekk ikun qed jgħin lil-Libanu jegħleb l-istadju ekonomiku diffiċli li ġie kkawżat mill-kunflitt ta’ l-2006 ma’ l-Iżrael u l-effetti kumulattivi tal-politiki ekonomiċi imgħoddija;
· il-kundizzjonalità assoċjata ma’ din l-għotja partikolari għandha tkun spjegata fid-dettall b’mod espliċitu fid-deċiżjoni tal-Kunsill u marbuta ma’ standards ("benchmarks”) speċifiċi;
· awdituri interni, approvati mill-atturi involuti, għandhom jiġu mqabbda jwettqu evalwazzjoni indipendenti ta’ dan il-każ partikulari ta’ għajnuna makrofinanzjarja (MFA);
· il-gvern Lebaniż għandu jkun responsabbli biex iwettaq il-miżuri xierqa li jimmiraw li jrażżnu r-riskju tal-frodi, il-korruzzjoni u l-użu ħażin tal-fondi;
· L-irwol tal-Parlament Ewropew għandu jkun ammeljorat. B’mod partikulari, il-Kummissjoni għandha ttejjeb ir-rappurtar tagħha lill-Parlament kif jirrigwarda l-proprja implimentazzjoni ta’ dan l-istrument ta’ għajnuna u tipprovdi lill-Parlament rapport ta’ evalwazzjoni ex-post. Il-Kummissjoni għandha wkoll iżżomm lill-Parlament infurmata aktar fil-waqt dwar kull deċiżjoni futura possibbli li tkun tinvolvi l-għoti ta’ skemi ta’ għajnuna makrofinanzjarja (MFA). F’dan ir-rigward, it-twaqqif ta’ sistema ta’ “twissija bikrija” mill-Kummissjoni jkun jiżgura trattament aktar malajr tal-fajl mill-Kumitat kompetenti fil-Parlament u jkun jevita d-dewmien bla bżonn li jista’ jkollu impatt negattiv serju fuq il-benefiċjarju finali ta’ din l-għajnuna finanzjarja.
Barra minn hekk, ir-rapporteur jinnota li l-pilastru soċjali tar-riformi li sar qbil li jitwettqu huwa llimitat ħafna meta mqabbel mal-pilastri ekonomiċi u finanzjarji. Huwa jidhirlu li jrid jinstab il-bilanċ it-tajjeb ta’ l-infiq. B’mod partikulari, l-infiq fl-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-infiq fil-ġlieda kontra l-faqar, iridu jiżdiedu.
Skond il-Programm ta’ l-Iżvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (INDP), kważi 24.6 % tal-Lebaniżi jgħixu neqsin minn kollox, u 52 % tal-Lebaniżi huma meqjusa li huma « sottoprivileġġjati ». Barra minn hekk, kważi 9 % tal-popolazzjoni huma llitterati, inqas minn terz tal-popolazzjoni jilħqu l-livell ta’ l-iskola primarja, u 13.4 % biss mil-Lebaniżi jilħqu l-livell universitarju.
Il-kwistjoni soċjali m’hijiex fil-qalba tad-dibattitu politiku Lebaniż, għalkemm il-futur tal-Lebanon parti minnu jiddependi mill-ħila tal-gvern preżenti li jibda jindirizza l-faqar biex jegħilbu. L-inugwaljanzi soċjali jistgħu jkollhom konsegwenzi politiċi serji.
5. L-irwol tal-PE fl-MFA
Ir-rapporteur jixtieq, f'konformità mar-reżoluzzjonijiet preċedenti tal-PE, jisħaq li strument sostanzjali bħal m'hi l-għajnuna makrofinanzjarja (MFA) ma tistax titqies sempliċement bħala “eċċezzjanali”. Għalhekk m'huwiex ġustifikabbli li strument bħal dan ikun nieqes minn bażi legali regolari u li jibqa' jkun ibbażat fuq deċiżjonijiet ad hoc tal-Kunsill għal kull operazzjoni. Huwa meħtieġ regolament ta’ qafas kodeċiż dwar l-MFA sabiex jiġu ammeljorati t-trasparenza, il-kontabilità, is-sistema ta’ l-immoniterjar u s-sistema tar-rapportaġġ. Waqt li jindika l-approvazzjoni tiegħu għall-għoti ta' l-MFA lil-Libanu, hu tal-fehma li l-bażi legali fuq liema din l-azzjoni hi bbażata kellu jkun l-Artikolu 179 tat-Trattat KE, minflok l-Artikolu 308 tat-Trattat KE. Il-Kummissjoni u l-Kunsill huma mistiedna japplikaw din il-bażi legali għall-proposti kollha tal-ġejjieni għal għajnuna makrofinanzjarja li tikkonċerna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Din il-pożizzjoni kienet appoġġjata mill-gruppi politiċi kollha fil-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali waqt il-votazzjoni dwar ir-rapport nhar il-21 ta' Novembru 2007.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (20.11.2007)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-provediment ta’ għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lil-Libanu
(COM(2007)0476 – C6‑0290/2007 – 2007/0172(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill- Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi mill-Parlament |
Amendment 1 Premessa 2 | |
(2) Il-Libanu, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmaw Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006, |
(2) Il-Libanu, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmaw, fil-kuntest tas-Sħubija Ewro-Mediterranja, Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006, |
Ġustifikazzjoni | |
Ta' min ifakkar li r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Libanu huma xorta waħda koperti mis-sħubija Ewro-Mediterranja, li ġiet imnedija waqt il-Konferenza ta' Barċellona fl-1995. | |
Emenda 2 Premessa 3 | |
(3) L-awtoritajiet tal-Libanu ntrabtu ma’ riformi strutturali u ta’ stabbilizzazzjoni ekonomiċi, bl-appoġġ tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) permezz ta’ programm fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Emerġenza għal Wara l-Kunflitti (EPCA) li ġie approvat fid-9 ta’ April 2007, |
(3) L-awtoritajiet tal-Libanu ntrabtu ma’ riformi strutturali u ta’ stabbilizzazzjoni ekonomiċi, bl-appoġġ tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) permezz ta’ programm fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Emerġenza għal Wara l-Kunflitti (EPCA) li ġie approvat fid-9 ta’ April 2007. Dan l-appoġġ finanzjarju min-naħa ta' l-IMF jipprevedi kontribuzzjoni ta’ $ 76.8 miljun bħala għajnuna għall-programmi ekonomiċi ta’ l-awtorità għall-2007. |
Ġustifikazzjoni | |
L-appoġġ finanzjarju mwiegħed mill-konferenza tad-donaturi ta’ Pariġi III kellu l-għan li jtaffi malajr is-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika fil-Libanu. Għalhekk ir-rapporteur jixtieq jiċċara l-għajnuna li l-IMF diġà għamlet disponibbli għal din is-sena kritika 2007. | |
Amendment 3 Premessa 4 | |
(4) Ir-relazzjonijiet bejn il-Libanu u l-Unjoni Ewropea qed jiżviluppaw fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li hija mistennija twassal għal integrazzjoni ekonomika aktar profonda. L-UE u l-Libanu qablu dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat li jidentifika prijoritajiet interim fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Libanu u politiki relatati, |
(4) Ir-relazzjonijiet bejn il-Libanu u l-Unjoni Ewropea qed jiżviluppaw ukoll fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, fejn l-objettivi jinkludu l-infurzar ta' l-integrazzjoni ekonomika. L-UE u l-Libanu qablu dwar Pjan ta’ Azzjoni f'Jannar 2007, imfassal fil-qafas ta' din il-Politika, li jidentifika prijoritajiet interim fir-relazzjonijiet tagħhom u l-politiki relatati, |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Politika Ewropea m'għandhiex bħala objettiv uniku u waħdieni l-infurzar ta' l-integrazzjoni ekonomika, kif jagħti x'jifhem it-test tal-Kummissjoni. L-emendi l-oħra huma maħsuba biex jissimplifikaw it-test u jagħmluh fluwidu. | |
Emenda 4 Premessa 4 a (ġdida) | |
|
(4a) L-għajnuna makrofinanzjarja prevista hija meħtieġa b’mod aktar urġenti għaliex il-fondi fi ħdan l-ENPI għar-riforma settorjali ser ikunu disponibbli għal-Libanu biss mill-2009 'l quddiem. L-għajnuna makrofinanzjarju ta’ eċċezzjoni hija maħsuba sabiex timla dan il-vojt, billi tkun disponibbli bejn l-2007-2009 u billi jkollha impatt immedjat fuq il-bilanċ ta’ pagamenti tal-Libanu. Għalhekk il-Memorandum ta’ Ftehim għandu jipprovdi għal garanzija tal-kumplimentarjetà taż-żewġ azzjonijiet, |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rapporteur jixtieq jirrimarka li l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika u d-dokumenti nazzjonali sussegwenti huma riċenti u jinħtieġ aktar żmien sabiex ikun hemm implimentazzjoni effikaċi. Għalhekk jinħtieġ li l-vojt jimtela b'mezzi supplimentari. | |
Emenda 5 Premessa 4 b (ġdida) | |
|
(4a) L-impatt makrofinanzjarju tal-gwerra ta’ l-2006 fuq l-ekonomija tal-Libanu u l-effett preġudizzjarju tal-kriżi politika mtawla fuq is-sistema istituzzjonali kronikament dgħajfa u fraġli tal-pajjiż iżidu l-ħtieġa ta’ għajnuna finanzjarja internazzjonali kif parzjalment previst mill-Konferenza Internazzjonali għall-Appoġġ lil-Libanu li saret f’Jannar 2007 (il-konferenza Pariġi III). Għalhekk jeħtieġ li din il-proposta, bħala parti mill-impenn Komunitarju lejn il-Libanu, tiġi implimentata mingħajr aktar dewmien, |
Ġustifikazzjoni | |
Il-konferenza Pariġi III saret f’Jannar 2007. Din l-emenda tenfasizza l-urġenza li jkun hemm għajnuna effettiva u għandha l-għan li tiġbed l-attenzjoni għad-dewmien bejn l-impenn u l-istrument ta’ ffinanzjar sussegwenti. | |
Emenda 6 Premessa 4 c (ġdida) | |
|
(4c) F’dan ir-rigward, kwalunkwe kontribut lejn l-istabilità ġenerali tal-pajjiż tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-mandat attwali tal-Forza Interim tan-Nazzjonijiet Uniti (UNIFIL), u b'hekk issaħħaħ l-istabilità fir-reġjun kollu, |
Emenda 7 Premessa 8 a (ġdida) | |
|
(8a) Din l-għajnuna finanzjarja eċċezzjonali lil-Libanu għandha, madanakollu, tkun kundizzjonali fuq l-istituzzjoni, bl-appoġġ ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, ta’ pjan ta’ żvilupp fit-tul li jkun komprensiv u realistiku, u bi qbil sħiħ ma’ standards internazzjonali ta’ demokrazija u ta’ drittijiet tal-bniedem u mal-prinċipji fundamentali ta’ l-istat tad-dritt. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rapporteur għandu l-għan li jiġbed l-attenzjoni għall-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kwalunkwe għajnuna finanzjarja mogħtija lil-Libanu. Din il-miżura għandha titpoġġa fi ħdan l-istandards ta’ l-UE għall-għoti ta' għajnuna lil pajjiżi terzi. | |
Emenda 8 Premessa 10 | |
(10) Din l-għajnuna għandha tiġi amministata mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. |
(10) Din l-għajnuna għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni f’konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u mal-Parlament Ewropew. |
Ġustifikazzjoni | |
Peress li l-Parlament Ewropew għandu setgħa fuq il-kontroll baġitarju, huwa normali li jkun involut fil-ġestjoni ta' din l-għajnuna. | |
Emenda 9 Artikolu 1, paragrafu 2 | |
2. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u b'mod konsistenti mal-ftehimiet jew fehimiet milħuqa bejn il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u l-Libanu. |
2. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u b'mod konsistenti mal-ftehimiet jew fehimiet milħuqa bejn il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u l-Libanu. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm infurmat b’mod regolari dwar l-iżviluppi f'dan il-kuntest. |
Emenda 10 Artikolu 2, paragrafu 1 | |
1. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa illi tiftiehem ma' l-Awtoritajiet tal-Libanu, wara konsulatazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji mehmuża ma' din l-għajnuna finanzjarja, li għandha tiġi stabbilita f'Memorandum ta' Fehim u Ftehimiet ta’ Għotja u ta’ Self. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew il-fehimiet msemmija fl-Artikolu 1(2). |
1. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa illi tiftiehem ma' l-Awtoritajiet tal-Libanu, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u mal-Parlament Ewropew, il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji mehmuża ma' din l-għajnuna finanzjarja, li għandha tiġi stabbilita f'Memorandum ta' Fehim u Ftehimiet ta’ Għotja u ta’ Self. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew il-fehimiet msemmija fl-Artikolu 1(2). Huma maħsuba wkoll bien iħeġġu l-implimentazzjoni ta' politiki ekonomiċi u soċjali abbażi tal-ġlieda kontra l-faqar, l-edukazzjoni u s-saħħa. Din l-għajnuna finanzjarja eċċezzjonali lil-Libanu għandha, madanakollu, tkun kundizzjonali fuq l-istituzzjoni, bl-appoġġ ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, ta’ pjan ta’ żvilupp fit-tul li jkun komprensiv u realistiku, u bi qbil sħiħ ma’ standards internazzjonali ta’ demokrazija u ta’ drittijiet tal-bniedem u mal-prinċipji fundamentali ta’ l-istat tad-dritt. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni ta’ l-emenda għall-Premessa 8. | |
Emenda 11 Artikolu 2, paragrafu 3 | |
3. Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’perjodi regolari li l-politika ekonomika fil-Libanu hija skond l-għanijiet ta’ dik l-għajnuna u li l-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji miftiehma tħarsu b’mod sodisfaċenti. B’dan il-mod, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib ma’ l-Istituzzjonijiet Bretton Woods, u, fejn meħtieġ, mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. |
3. Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’perjodi regolari li l-politika ekonomika fil-Libanu hija skond l-għanijiet ta’ dik l-għajnuna u li l-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji miftiehma tħarsu b’mod sodisfaċenti. B’dan il-mod, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib ma’ l-Istituzzjonijiet tal-Bretton Woods, u, fejn meħtieġ, mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u mal-Parlament Ewropew. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni ta’ l-emenda għall-Premessa 10. | |
Emenda 12 Artikolu 2, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
3a. Wara li tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni tista' tadatta d-dispożizzjoni ta' din l-għajnuna makrofinanzjarja eċċezzjonali għall-iżviluppi politiċi fil-Libanu, filwaqt li dejjem tqis l-importanza tat-tkabbir ta' l-istabbilita tal-pajjiż u mhux li titkompla tiggrava l-kriżi interna. |
PROĊEDURA
Titolu |
Għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lil-Libanu |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0476 - C6-0290/2007 - 2007/0172(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
INTA |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 24.9.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur ta’ opinjoni: Data tal-ħatra |
José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra 12.9.2007 |
|
|
|||||
Diskussjoni fil-kumitat |
9.10.2007 |
19.11.2007 |
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
20.11.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
27 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-vot finali |
Christopher Beazley, Bastiaan Belder, André Brie, Colm Burke, Alfred Gomolka, Jana Hybášková, Ioannis Kasoulides, Helmut Kuhne, Vytautas Landsbergis, Philippe Morillon, Pasqualina Napoletano, Cem Özdemir, Alojz Peterle, Samuli Pohjamo, Libor Rouček, Katrin Saks, Jacek Saryusz-Wolski, Marek Siwiec, István Szent-Iványi, Charles Tannock, Josef Zieleniec |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali |
Árpád Duka-Zólyomi, Milan Horáček, Nickolay Mladenov, Doris Pack, Antolín Sánchez Presedo, Marcello Vernola |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali |
Wolfgang Bulfon, Paulo Casaca, Vicente Miguel Garcés Ramón |
|||||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġit (15.10.2007)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tipprovdi għal għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lil-Libanu
(COM(2007)0476 – C6-0290/2007 – 2007/0172(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Esko Seppänen
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
1. L-approprjazzjonijiet li huma meħtieġa biex tiġi implimentata l-proposta mhumiex disponibbli fuq il-linja baġitarja kkonċernata (għajnuna makrofinanzjarja, 01 03 02). Għaldaqstant l-implimentazzjoni se tiddependi fuq ir-riżultat tat-talba għal trasferiment baġitarju ppreżentata mill-Kummissjoni (DEC 30 - 2007). Ir-rapporteur għal opinjoni jqis li dan hu rifless b'mod xieraq fid-disa' preambolu tal-proposta, li jgħid: "Il-ħruġ ta’ l-għajnuna finanzjarja Komunitarja huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta’ l-awtorità baġitarja".
2. Il-komponent ta' self ta' l-assistenza (EUR 50 miljun) jidher li hu konformi mad-dispożizzjonijiet li huma fis-seħħ u r-rapporteur jinnota li dan l-ammont se jiġi kopert mill-Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni. Il-provvediment ta' dan il-Fond m'għadux isir fuq il-bażi ta' l-ammont totali meta tittieħed id-deċiżjoni, iżda minflok jiġi kkalkulat darba fis-sena skond l-"ammont tal-mira" tiegħu, u jiġi inkluż fl-Abbozz Preliminari tal-Baġit għas-sena ta' wara.
3. Il-bażi legali li ġiet proposta hija dubjuża. L-ewwel nett, il-Libanu huwa meqjus kemm bħala pajjiż ġar ta' l-UE kif ukoll klassifikat bħala pajjiż li qed jiżviluppa. Għaldaqstant jista' jiġi eżaminat l-ewwel jekk jistgħax jintuża l-Artikolu 179 (koperazzjoni għall-iżvilupp) jew, jekk dan ma jkunx possibbli, jekk jistgħax jintuża l-Artikolu 181a, i.e. koperazzjoni ekonomika u finanzjarja.
4. Il-Kummissjoni introduċiet kunċett ġdid li ssejjaħlu "il-perjodu ta' disponibbilità" ta' l-assistenza. Dan il-perjodu jista' jittawwal permezz ta' proċedura sempliċi ta' komitoloġija mal-Kunsill. Ir-rapporteur għal opinjoni jirrakkomanda li dan jiġi eżaminat b'reqqa mill-kumitat ewlieni. Ċertament dan ma jistgħax ifisser li l-validità ta' l-att legali tista' tittawwal fiż-żmien sempliċement permezz ta' proċedura ta' kumitat ta' komitoloġija? Dan qatt ma nstema' bih u jkun inaċċettabbli. Jekk mhux hekk, allura jfisser li l-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjonijiet dwar il-porzjonijiet ta' ħlasijiet anke wara li l-att legali jkun skada?
5. Ir-rapporteur daħħal l-emendi tradizzjonali tal-Kumitat għall-Baġit f'dawn l-oqsma u jitlob lill-kumitat responsabbli biex jeżaminahom, f'koperazzjoni mas-Servizz Legali jekk dan ikun meħtieġ.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi mill-Parlament | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 1 Artikolu 1, paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun disponibbli għal sentejn li jibdew mill-ewwel jum wara d-daħla fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Madankollu, jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu dan, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, tista' tiddeċiedi illi testendi l-perjodu ta' disponibbilità b'massimu ta' sena. |
3. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun disponibbli għal sentejn li jibdew mill-ewwel jum wara d-daħla fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-validità ta' din id-deċiżjoni (il-bażi legali) ma tistgħax tittawwal fiż-żmien permezz ta' proċedura sempliċi ta' kumitat. Għandha tinvolvi liż-żewġ fergħat ta' l-awtorità leġiżlattiva. Inkella, jekk l-hekk imsejjaħ "perjodu ta' disponibbilità", fl-opinjoni tal-Kummissjoni, ma jikkonċernax fil-fatt il-perjodu ta' validità tal-bażi legali, allura jkun ifisser li l-porzjonijiet ta' l-assistenza jkunu jistgħu jiġu deċiżi mingħajr ma jkun hemm bażi legali fis-seħħ, u dan jidher li hu ugwalment inaċċettabbli. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Artikolu 6 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara li tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u tkun valida għal perjodu ta' sentejn wara din id-data. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ara l-emenda 1 hawn fuq. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
PROĊEDURA | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
PROĊEDURA
Titolu |
Għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lil-Libanu |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0476 - C6-0290/2007 - 2007/0172(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
17.9.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 24.9.2007 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 24.9.2007 |
BUDG 24.9.2007 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Kader Arif 11.9.2007 |
|
|
|||||
Diskussjoni fil-kumitat |
8.10.2007 |
|
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
21.11.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 1 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Kader Arif, Graham Booth, Daniel Caspary, Christofer Fjellner, Béla Glattfelder, Jacky Henin, Caroline Lucas, Marusya Ivanova Lyubcheva, Erika Mann, Helmuth Markov, David Martin, Georgios Papastamkos, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Corien Wortmann-Kool, Zbigniew Zaleski |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Stavros Arnaoutakis, Małgorzata Handzlik |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean Louis Cottigny |
|||||||
Data tat-tressiq |
22.11.2007 |
|||||||