RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ambjent mingħajr dokumenti għad-dwana u għall-kummerċ

23.11.2007 - (8520/4/2007 – C6‑0267/2007 – 2005/0247(COD)) - ***II

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Christopher Heaton-Harris

Proċedura : 2005/0247(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0466/2007
Testi mressqa :
A6-0466/2007
Dibattiti :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ambjent mingħajr dokumenti għad-dwana u għall-kummerċ

(8520/4/2007 – C6‑0267/2007 – 2005/0247(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (8520/4/2007 – C6‑0267/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0609),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6‑0466/2007),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni ta' l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU C.../Testi adottati ta'..., P6_TA(0000)0000.

NOTA SPJEGATTIVA

1. Il-kuntest generali

Fit-12 ta' Diċembru 2006, il-Parlament Ewropew adotta r-Rapport tiegħu fl-ewwel qari, mingħajr l-ebda emendi għall-proposta. Fit-23 ta' Lulju 2007 il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu. Il-Kummissjoni taqbel mal-pożizzjoni komuni.

2. L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni

L-għan tad-Deċiżjoni proposta huwa li jinħoloq strument għall-implimentazzjoni ta' sistemi awtomatizzati tad-dwana li jkunu interoperabbli u aċċessibbli, kemm fil-qafas tal-Kodiċi tad-Dwana attwali kif ukoll il-Kodiċi tad-Dwana mmodernizzat tal-ġejjieni, u għal proċessi u servizzi koordinati. Dan l-istrument huwa maħsub sabiex joħloq l-impenji meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' sistemi elettroniċi differenti tad-dwana u l-kundizzjonijiet għal impenji fil-ġejjieni għall-kunċetti tat-'Tieqa Unika' (Single Window) u tal-'One-Stop Shop'. L-għan ewlieni tiegħu huwa li jiġi ddeterminat x'azzjoni jeħtieġ li tittieħed u xi skadenzi jridu jintlaħqu minn dawk kollha interessati sabiex jinkiseb l-għan ta' ambjent sempliċi u bl-anqas karti possibbli għad-dwana u l-kummerċ sa meta l-Kodiċi Mmodernizzat tad-Dwana jidħol fis-seħħ.

3. Pożizzjoni Komuni

Fil-pożizzjoni komuni tiegħu, il-Kunsill jaqsam l-objettiv ta' din il-proposta li hu li jkun stabbilit ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ.

Flimkien mal-modifiki tekniċi u riferenza speċifika għall-ħarsien ta' dejta personali, il-pożizzjoni komuni tintroduċi bidliet fir-rigward ta’ l-iskadenzi għall-istabbiliment tas-sistemi individwali. Fejn jidħlu ċerti sistemi, tinħoloq distinzjoni bejn l-iskadenzi għall-istabbiliment ta' speċifikazzjonijiet funzjonali u dawk għat-tħaddim tas-sistema. Barra minn hekk, hija tistabbilixxi l-possibilità li l-iskadenzi jiġu estiżi skond il-proċedura ta' komitoloġija (proċedura regolatorja bi skrutinju) u li xi proġetti jitwaqqfu wara li tkun saret evalwazzjoni negattiva ta' l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali.

Minħabba d-diffikultajiet tekniċi li huma marbuta ma' proġett daqstant ambizzjuż, li huwa marbut mar-riżorsi sostanzjali li se jiġu allokati mill-amministrazzjonijiet nazzjonali, il-Kunsill huwa favur strateġija 'pass-pass' li tippermetti l-implimentazzjoni tas-sistemi elettroniċi f'fażijiet suċċessivi. Għalhekk, il-bidliet ewlenin fil-pożizzjoni komuni għall-proposta tal-Kummissjoni jikkonċernaw l-Artikolu 4 (Sistemi, servizzi u l-kalendarju), l-Artikolu 5 (Komponenti u responsabilitajiet), l-Artikolu 6 (Ħidmiet tal-Kummissjoni) u Artikolu 7 (Ħidmiet ta' l-Istati Membri).

4. Konklużjoni

Il-Parlament Ewropew għandu jaqbel mal-pożizzjoni komuni peress li tibqa' tiżgura li jinżammu l-iskadenzi fil-proposta sabiex jinħoloq impenn mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Ambjent simplifikat u mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ

Referenzi

08520/4/2007 - C6-0267/2007 - 2005/0247(COD)

Data ta’ l-1 qari tal-PE - Numru P

12.12.2006                     T6-0539/2006

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2005)0609 - C6-0420/2005

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni

6.9.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

6.9.2007

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Christopher Heaton-Harris

30.1.2006

 

 

Eżami fil-kumitat

12.9.2007

3.10.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

22.11.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Malcolm Harbour, Alexander Lambsdorff, Kurt Lechner, Nickolay Mladenov, Bill Newton Dunn, Zita Pleštinská, Karin Riis-Jørgensen, Luisa Fernanda Rudi Ubeda, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Eva-Britt Svensson, Bernadette Vergnaud

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emmanouil Angelakas, André Brie, Wolfgang Bulfon, Colm Burke, Manuel Medina Ortega

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mojca Drčar Murko

Data tat-tressiq

26.11.2007