RAPPORT Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa, u r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD)

26.11.2007 - (COM(2007)0484 – C6‑0283/2007 – 2007/0177(CNS)) - *

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Jan Mulder

Proċedura : 2007/0177(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0470/2007

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa, u r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD)

(COM (2007)0484 – C6‑0283/2007 –2007/0177 (CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0484),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37, paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, tat-Trattat KE, li permezz tiegħu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0283/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6-0470/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill jgħarraf lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi mill-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 1 A (ġdida)

 

(1a) Il-kundizzjonalità diġà uriet li hija strument importanti ħafna taħt il-Politika Agrikola Komuni riformata f’dak li jirrigwardja l-ġustifikazzjoni tan-nefqa. Il-kundizzjonalità la timponi obbligi ġodda fuq il-bdiewa u lanqas tintitolahom għal pagamenti ġodda wara l-konformità tagħhom. Iżda sempliċament tistabilixxi rabta bejn il-pagamenti diretti magħmula lill-bdiewa u s-servizzi pubbliċi li jagħtu lis-soċjetà b’mod ġenerali billi jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam ta' l-ambjent, tas-sikurezza ta' l-ikel u tal-benesseri ta' l-annimali. Ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni KE ġeneralment huma stretti ħafna meta mqabbla ma’ standards fil-bqija tad-dinja.

Emenda 2

PREMESSA 1 B (ġdida)

 

(1b) Jekk jiqies il-valur li l-UE tpoġġi fuq dawn l-istandards għojin, il-Politika Agrikola Komuni riformata ttrasformat b'mod effettiv l-ewwel pilastru tal-politika tagħha, f' politika ta' l-iżvilupp rurali de facto, għaliex il-bdiewa qed jiġu kumpensati talli qed jipprovdu għas-servizzi pubbliċi, minflok jirċievu pagamenti mingħajr ebda kundizzjoni marbuta mal-produzzjoni. Sabiex jintlaħqu l-objettivi tas-sistema tal-kundizzjonalità, huma neċessarji l-għarfien sħiħ tas-sistema u l-koperazzjoni tal-bdiewa - ħaġa li attwalment nieqsa, minħabba l-biża' li ħoloq ir-reġim fuq livell ta' biedja. Tkun aktar faċli għas-settur tal-biedja biex jikkonforma jekk dan ikun aktar infurmat. Madankollu, hija problema kbira mhux biss għall-bdiewa iżda wkoll għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri biex jifhmu d-dettalji tat-18-il Direttiva u Regolamenti speċifiċi ta' l-UE.

Emenda 3

PREMESSA 1 C (ġdida)

 

Il-Kundizzjonalità rabtet il-pagament ta' appoġġ għall-bdiewa mal-konformità mat-18 -il Direttiva u Regolament differenti ta' l-UE. Minħabba n-natura tagħha stess, il-monitoraġġ tal-kundizzjonalità hija kumplessa. Is-sistema tal-kundizzjonalità tirrikjedi li dawk li jwettqu l-kontrolli jkollhom għarfien sħiħ tal-biedja u jkunu familjari mas-setturi differenti tal-biedja. Huwa vitali li jkun hemm taħriġ xieraq għall-dawk li jwettqu l-kontrolli ta' l-attivitajiet tal-bdiewa. Barra minn hekk, l-ispetturi għandu jkollhom id-diskrezzjoni li jikkunsidraw fatturi mhux previsti u barra mill-istaġun li jnaqqsu l-konformità - bla ma jkollu ebda tort il-bidwi.

Emenda 4

PREMESSA 1 D (ġdida)

(1d) Is-sistema ta’ kundizzjonalità u/jew il-Politika Agrikola Komuni probabbilment se jkunu jeħtieġu aktar aġġustamenti fil-futur, peress li fil-preżent il-livell tal-pagamenti mhux dejjem jidher li hu bbilanċjat ma’ l-isforzi ta’ konformità magħmula mill-bdiewa kkonċernati, peress li l-pagamenti għadhom jiddependu ħafna fuq l-infiq storiku. B’mod partikolari, il-leġiżlazzjoni dwar il-benesseri ta’ l-annimali hija ta’ piż kbir għall-bdiewa li jrabbu l-annimali, li mhux rifless fil-livell tal-pagamenti tagħhom. Madankollu, jekk il-prodotti importati laħqu l-istess standards tal-benesseri ta’ l-annimali, imbagħad ma jkunx hemm il-bżonn li l-bdiewa jiġu kkumpensati għall-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni Komunitarja f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni għalhekk għandha taħdem għar-rikonoxximent tal-kwistjonijiet mhux kummerċjali bħala kriterji ta' importazzjoni fi ħdan in-negozjati tad-WTO.

 

Emenda 5

PREMESSA 1 E (ġdida)

(1e) Għandu jsir sforz kontinwu għas-simplifikazzjoni, għat-titjib u għall-armonizzazzjoni tas-sistema tal-kundizzjonalità. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tas-sistema tal-kundizzjonalità kull sentejn.

Emenda 6

PREMESSA 1 F (ġdida)

 

(1f) Piżijiet amministrattivi mnaqqsa, kontrolli armonizzati, amalgamazzjoni ta' kontrolli, inkluż fi ħdan l-istituzzjonijiet, u pagamenti fil-ħin iżidu l-appoġġ ġenerali bejn il-bdiewa għas-sistema tal-kundizzjonalità u b’hekk tiżdied l-effettività tal-politika.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li jsir sforż biex jintlaħaq bilanċ xieraq bejn il-kontrolli neċessarji sabiex tiġi żgurata l-kwalità u r-rekwiżiti tal-produzzjoni tal-produtturi. Dan jinkludi, per eżempju, koordinazzjoni u amalgamazzjoni tal-kontrolli fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej, b'mod partikolari fuq il-bażi taż-żieda li ġiet osservata reċentement fil-kontrolli mhux ikkoordinati fi ħdan dawn ta' l-aħħar (Il-Kummissjoni, il-Qorti ta' l-Awdituri, eċċ).

ì

Emenda 7

PREMESSA 1 G (ġdida)

 

(1g) Hija essenzjali notifika minn qabel, jekk wieħed jixtieq jippromwovi l-konformità. Hemm bżonn ukoll li l-bdiewa li l-biċċa l-kbira tagħhom jaħdmu fuq bażi part-time, jingħataw l-għajnuna, biex jippreparaw ruħhom għall-kontrolli. Kontrolli mhux annunċjati ma tantx huma utli fis-sistema, għaliex jikkontribwixxu għal sens ta' biża barra mill-proporzjoni iżda ġustifikat, fil-bdiewa fir-rigward tar-reġim tal-kundizzjonalità in ġenerali. Fejn ikun hemm suspett ta' ''frodi intenzjonali u serja'', għandhom jintużaw mezzi ta' attakk oħra, inkluża l-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru. Meta jitwettqu l-kontrolli mhux annunċjati dawn għandhom iseħħu biss jekk l-awtorità kompetenti tqis li tezisti problema serja f'razzett partikolari. Fl-istess ħin m'għandhiex titpoġġa f'periklu l-effettività ta' kontrolli fuq il-post.

Emenda 8

PREMESSA 1 H (ġdida)

 

(1h) Sabiex il-piż impoġġi fuq il-bdiewa jkun limitat, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jiġu mħeġġa biex iżommu sal-minimu kemm in-numru ta' kontrolli fuq il-post u n-numru ta' aġenżiji ta' kontroll, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi r-regoli ta' l-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità, tal-modulazzjoni u s-sistemi ta' kontroll imsemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003. L-Istati Membri għalhekk għandhom jitħallew jaħdmu l-persentaġġ ta’ kontroll minimu fil-livell ta’ l-aġenzija li tħallas. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu nkoraġġiti jieħdu miżuri addizzjonali sabiex jillimitaw in-numru ta' persuni li jagħmlu l-kontrolli u jiżguraw li dawk ikunu mħarrġa kif xieraq u jillimitaw il-perjodu li matulu jista' jsir kontroll fuq il-post f'razzett partikolari għal massimu ta' ġurnata waħda. Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri biex jilħqu r-rekwiżiti għas-selezzjonijiet integrati tal-kampjun. Is-selezzjoni tal-kampjun għall-kontrolli fuq il-post għandhom isiru indipendentament mill-persentaġġi ta’ kontroll minimu speċifiċi kif ipprovdut skond il-leġiżlazzjoni speċifika li taqa’ fl-ambitu tal-kundizzjonalità.

-------------------------------------------

ĠU L 141 tat-30.4.2004, p. 18. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 972/2007 (ĠU L 216, 21.8.2007, p. 3).

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li jsir sforż biex jintlaħaq bilanċ xieraq bejn il-kontrolli neċessarji sabiex tiġi żgurata l-kwalità u r-rekwiżiti tal-produzzjoni tal-produtturi. Jekk wieħed iżomm din f'moħħu, mhux biss l-Istati Membri iżda wkoll l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu dawn il-kontrolli li huma verament neċessarji.

Emenda 9

PREMESSA 1 I (ġdida)

 

(1i) Il-kontrolli amministrattivi u fuq il-post li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom isiru b'mod li tiġi żgurata l-verifikazzjoni effettiva tal-konformità mat-termini li permezz tagħhom jingħataw l-għajnuniet u tal-ħtiġiet u l-istandards relevanti għall-kundizzjonalità. Dawn għandhom isiru komplimentari fis-sistema integrata amministrattiva u ta' kontroll preżenti, sabiex jiġi evitat l-irduppjar u sabiex il-kontrolli kollha jkunu jistgħu jsiru waqt żjara ta' kontroll waħda.

 

Emenda 10

PREMESSA 1 J (ġdida)

(1j) L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-bdiewa ma jiġux ikkastigati darbtejn (tnaqqis jew esklużjoni tal-pagamenti, kif ukoll multa minħabba nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti) għall-istess każ ta’ nuqqas ta’ konformità.

Emenda 11

PREMESSA 1 K (ġdida)

 

(1k) It-tnaqqis mill-pagamenti li japplikaw f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità, l-obbligi u r-rekwiżiti jvarjaw, skond jekk in-nuqqas ta' konformità titqies bħala att intenzjonali jew riżultat ta' negliġenza. Bl-istess mod, dak it-tnaqqis għandu jkun proporzjonat ma' l-impotanza tal-qasam ta' l-attività kkonċernata min-nuqqas ta' konformità fir-razzett, b'mod partikolari meta dan ikun razzett fejn jitkabbar raba' mħallat (mixed crop) u jitrabbew il-bhejjem.

 

 

Emenda 12

PREMESSA 2

(2) L-Artikolu 44(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi li bdiewa għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tagħhom għal perjodu ta' talanqas 10 xhur il-ħbula ta’ art li jikkorrispondu għall-ettari eliġibbli. L-esperjenza turi li din il-kundizzjoni tista' tillimita ħafna l-funzjonament tas-suq ta' l-artijiet, u toħloq piż amministrattiv sinifikanti għall-bdiewa u għas-servizzi amministrattivi. Tnaqqis tal-perjodu msemmi ma jqegħidx fil-periklu t-tmexxija ta' l-obbligi ta' kundizzjonalità. Min-naħa l-oħra, huwa wkoll neċessarju li tiġi stabbilita data meta l-ħbula ta’ art għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bdiewa biex jiġu evitati talbiet doppji fuq l-istess art. Għaldaqstant ikun xieraq li jiġi stabbilit li l-bdiewa għandu jkollhom l-ħbula ta’ art għad-dispożizzjoni tagħhom fil-15 ta’ Ġunju tas-sena tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna. L-istess regola għandha tapplika fl-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona. Jixraq ukoll li jiġu stabbiliti regoli rigward ir-responsabbiltajiet fil-kundizzjonalità fil-każ ta' trasferiment ta' artijiet.

(2) L-Artikolu 44(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi li bdiewa għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tagħhom għal perjodu ta' talanqas 10 xhur il-ħbula ta’ art li jikkorrispondu għall-ettari eliġibbli. L-esperjenza turi li din il-kundizzjoni tista' tillimita ħafna l-funzjonament tas-suq ta' l-artijiet, u toħloq piż amministrattiv sinifikanti għall-bdiewa u għas-servizzi amministrattivi. Tnaqqis tal-perjodu msemmi ma jqegħidx fil-periklu t-tmexxija ta' l-obbligi ta' kundizzjonalità. Min-naħa l-oħra, huwa wkoll neċessarju li tiġi stabbilita data meta l-ħbula ta’ art għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bdiewa biex jiġu evitati talbiet doppji fuq l-istess art. Għaldaqstant ikun xieraq li jiġi stabbilit li l-bdiewa għandu jkollhom l-ħbula ta’ art għad-dispożizzjoni tagħhom fl-aħħar ġurnata possibbli għat-tressiq applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat tas-sena tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna. L-istess regola għandha tapplika fl-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona. Jixraq ukoll li jiġu stabbiliti regoli rigward ir-responsabbiltajiet fil-kundizzjonalità fil-każ ta' trasferiment ta' artijiet.

Ġustifikazzjoni

L-aħħar ġurnata possibbli għat-tressiq applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat hija data ta' identifikazzjoni aħjar. Inkella tkun impossibbli għall-bdiewa ta' Stati Membri fejn l-aħħar ġurnata għat-tressiq tkun qabel il-15 ta' Ġunju biex iressqu applikazzjoni tajba jekk xi ħbula ta' l-art inbiegħu waqt iż-żmien ta' bejn l-aħħar ġurnata għat-tressiq ta' l-applikazzjoni fi Stat Membru u l-15 ta' Ġunju.

Emenda 13

PREMESSA 7 A (ġdida)

 

(7a) Fl-applikazzjoni unika tiegħu, il-bidwi jiddikjara, inter alia, iz-zona li qed juża għal skopijiet agrikoli, l-iskema jew skemi involuti u l-pagamenti li huma intitolat għalihom, u jafferma li huwa konxju tal-kundizzjonijiet marbuta ma' l-għoti ta' l-għajnuna konċernata. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jikkorrispondu mhux biss mal-kriterji ta' eliġibilità għall-għajnuna iżda wkoll mal-kriterji tas-saħħa pubblika, is-saħħa ta' l-annimal u tal-pjanti, il-benesseri ta' l-annimal u r-rispett għall-ambjemt li huma suġġetti għall-għoti ta' dik l-għajnuna. B'dik id-dikjarazzjoni, il-bidwi jimpenja ruħu li jikkonforma ma' dawk il-kundizzjonijiet varji, u jintrabat li se jirrispettahom.

Emenda 14

ARTIKOLU 1, PUNT -1 (ġdid)

Artikolu 4, paragrafu 2, subparagrafu 1 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 1782/2003)

(-1) Fl-Artikolu 4, paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej::

 

''Fil-każ ta' Direttivi, il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-rekwiżiti legali tat-tmexxija fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1 jiġu trasposti b'mod armonizzat f'kull Stat Membru.''

Emenda 15

ARTIKOLU 1, PUNT 1, PUNT (A)

Artikolu 6 paragrafu 1 (Regolament (KE) Nru 1782/2003)

(a0 Il-paragrafu (1) jitbiddel b'li ġej:

 

"1. Meta r-rekwiżiti statutorji tal-ġestjoni jew il-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin ma jkunux rispettati f'sena kalendarja partikolari, (hawn taħt imsejħa “is-sena kalendarja kkonċernata”), it-total ta’ l-ammont tal-pagamenti diretti li għandu jingħata, wara l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 10 u 11 lill-bdiewa li ssottomettew applikazzjoni tul is-sena kalendarja kkonċernata, għandu jitnaqqas jew ikkanċellat skond ir-regoli dettaljati stipulati fl-Artikolu 7.

 

Bla ħsara għall-paragrafu 2, il-bidwi li jkun issottometta applikazzjoni għall-għajnuna għandu jinżamm responsabbli sakemm ma jirnexxilux juri li n-nuqqas ta’ konformità rilevanti ma hija la rriżultat ta’ att u lanqas ta’ nuqqas li jkun ħtija:

 

(a) tiegħu, jew

 

(b) fil-każ fejn l-art agrikola tkun ittrasferita tul is-sena kalendarja kkonċernata,

 

- ta’ dak li lilu ġiet trasferita l-art, fil-każ meta t-trasferiment ikun seħħ bejn id-data msemmija fl-Artikolu 44(3) u l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja sussegwenti;

 

- tat-trasferitur, fil-każ meta t-trasferiment ikun seħħ bejn l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja kkonċernata u d-data msemmija fl-Artikolu 44(3).”

imħassra

Ġustifikazzjoni

It-test attwali ta' l-Artikolu 6, paragrafu 1 huwa ppreferut. Il-bidwi li jippossjedi ħbula ta' l-art partikolari għandu jkun responsabbli biex jikkonforma mar-rekwiżiti legali tat-tmexxija u kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba, u għal perjodu meta jippossjedi l-ħbula ta' l-art biss. F'każ li tinsab nuqqas ta' konformità fi ħbula ta' l-art li tkun ta' xi bidwi li ma jkunx l-istess bidwi li ressaq l-applikazzjoni għall-għajnuna għal dawk il-ħbula ta' l-art partikolari, għandu jitnaqqas il-pagament dirett tas-sid il-ġdid biss. Dan jevita ġlied legali żejjed u jitħaffef il-proċess ta' deċiżjoni ta' l-aġenziji ta' kontroll. Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni qed titrasferixxi l-piż tal-provi fuq il-bidwi. Is-sitwazzjoni attwali għandha tinżamm, fejn l-aġenżija tkun dik li għandha tipprova li każ partikolari ta' nuqqas ta' konformità hija attribwita lil xi azzjoni jew omissjoni li tista' tiġi attribwita lill-bidwi konċernat.

Emenda 16

ARTIKOLU 1, PUNT 1, PUNT (B)

Artikolu 6, paragrafu 3, subparagrafu 1 (Regolament (KE) Nru 1782/2003)

3. Minkejja l-paragrafu 1 u skond il-kundizzjonjiet stipulati fir-regoli dettaljati msemmija fl-Artikolu 7(1), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx tnaqqis ta’ EUR 50 jew anqas kull bidwi u kull sena kalendarja.

3. Minkejja l-paragrafu 1 u skond il-kundizzjonjiet stipulati fir-regoli dettaljati msemmija fl-Artikolu 7(1), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx tnaqqis ta’ EUR 250 jew anqas għal kull miżura għal kull bidwi, kull programm u kull sena kalendarja.

Ġustifikazzjoni

Billi l-pagamenti diretti jservu biex iżidu d-dħul, u r-regoli huma ddettaljati u kumplessi ħafna, limitu ta' EUR 50 huwa baxx wisq. Għandu jkun ta' l-anqas EUR 250. L-applikanti huma mistennija li jaċċettaw limiti varji u tnaqqis aktar baxxi, għalhekk ma jkunx xieraq li hawnhekk jintużaw standards differenti. Il-limiti jgħinu ħafna lill-amministrazzjoni biex jillimitaw il-burokrazija. Bil-ħolqien ta' rabta mal-programm jonqos b'mod sinifikanti l-volum tax-xogħol amministrattiv.

Emenda 17

ARTIKOLU 1, PUNT 1, PUNT (B)

Artikolu 6, paragrafu 3, subparagrafu 2 (Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Kwalunkwe sejba ta’ nuqqas ta’ konformità xorta waħda għandha tkun suġġetta għal azzjoni ta' segwitu speċifika mill-awtorità kompetenti. Għal kwalunkwe sejba bħal din, il-miżuri ta’ segwitu u l-azzjoni ta’ rimedju li għandha tittieħed għandhom jiġu notifikati lill-bidwi.

Kwalunkwe sejba ta’ nuqqas ta’ konformità xorta waħda għandha tkun suġġetta għal azzjoni ta' segwitu speċifika fl-evalwazzjoni tar-riskju mill-awtorità kompetenti. Għal kwalunkwe sejba bħal din, il-miżuri ta’ segwitu u l-azzjoni ta’ rimedju li għandha tittieħed għandhom jiġu notifikati lill-bidwi. Dan is-subparagrafu m’għandux japplika fejn il-bidwi jkun ħa azzjoni ta’ rimedju minnufih u jwaqqaf in-nuqqas ta’ konformità misjuba.”

Ġustifikazzjoni

Kwalunkwe sejba ta' nuqqas ta' konformità għandu madankollu jkun suġġett għal azzjoni ta' segwitu speċifika fl-evalwazzjoni tar-riskju u m'għandhiex tobbliga aġenziji ta' kontroll biex iwettqu kontroll ripetut, għaliex dan jista' jfisser żieda inaċċettabbli fl-ispejjeż ta' kontroll għall-Istati Membri. L-aħħar linja tal-proposta inizjali tar-rapporteur tħalliet barra, għaliex ma tistax tiġi sostenuta legalment.

Emenda 18

ARTIKOLU 1, PUNT 2

Artikolu 7, paragrafu 2, subparagrafu 3 (Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Kwalunkwe sejba ta’ nuqqas minuri ta’ konformità għandha xorta wahda tkun suġġetta għal azzjoni ta' segwitu speċifika mill-awtorità kompetenti. Għal kwalunkwe sejba bħal din, il-miżuri ta’ segwitu u l-azzjoni ta’ rimedju li għandha tittieħed għandhom jiġu notifikati lill-bidwi. Dan is-subparagrafu m’għandux japplika fejn il-bidwi jkun ħa azzjoni ta’ rimedju minnufih u jwaqqaf in-nuqqas ta’ konformità misjuba.”

imħassra

Ġustifikazzjoni

L-aġenziji ta' kontroll m'għandhomx jiġu obbligati li jwettqu kontrolli ripetuti f'każ li jsibu nuqqas ta' konformità żgħira, għaliex dan jista' ukoll ifisser piż kbir fuq l-aġenziji ta' kontroll ta' l-Istati Membri.

Emenda 19

ARTIKOLU 1, PUNT 2 A (ġdid)

Artikolu 7, paragrafu 4, subparagrafu 1 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 1782/2003)

 

(2a) Fl-Artikolu 7(4) jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

''F'kwalunkwe każ, fl-Istati Membri l-ġodda, il-persentaġġ tat-tnaqqis msemmi fl-Artikolu 6(1) għandu jikkunsidra l-persentaġġ relevanti ta' l-iskeda taż-żidiet applikabbli f'sena partikolari bi qbil ma' l- Artikolu 143a''.

Emenda 20

ARTIKOLU 1, PUNT 2 B (ġdid)

Artikolu 7, paragrafu 4 b (ġdid) (Regolament (KE) Nru 1782/2003)

(2c) Fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4b. Fejn qed jiġi applikat tnaqqis jew esklużjoni ta' pagamenti wara nuqqas ta' konformità rreġistrat waqt kontroll fuq il-post kif imsemmi fl-Artikolu 25, m'għandha tiġi imposta l-ebda multa taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali korrispondenti għall-istess każ ta' nuqqas ta' konformità.

Fejn ġiet imposta multa wara nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, m’għandu jiġi impost l-ebda tnaqqis jew esklużjoni ta’ pagamenti għall-istess każ ta’ nuqqas ta’ konformità.”

Emenda 21

ARTIKOLU 1, PUNT 2 C (ġdid)

Artikolu 8 (Regolament (KE) Nru 1782/2003)

(2c) L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Artikolu 8

 

Reviżjoni

 

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2007, u kull sentejn minn dakinhar, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tas-sistema tal-kundizzjonalità, akkumpanjat minn, jekk meħtieġ, proposti xierqa b'mod partikolari bil-ħsieb li:

 

- tiġi emendata l-lista tar-rekwiżiti legali ta’ tmexxija stipulati fl-Anness III,

 

- tiġi ssimplifikata, deregolarizzata u mtejba l-leġiżlazzjoni taħt il-lista tar-rekwiżiti legali ta’ tmexxija, b’attenzjoni speċjali tingħata lil-leġiżlazzjoni dwar in-nitriti,

 

- jiġu ssimplifikati, imtejba u armonizzati is-sistemi ta' kontroll li joperaw, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-opportunitajiet offruti bl-iżvilupp ta' indikaturi u kontrolli ibbażati fuq ‘bottleneck’, ta’ kontrolli li diġà jsiru taħt skemi ta’ ċertifikazzjoni privata, ta’ kontrolli li diġà jsiru taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta r-rekwiżiti legali ta’ tmexxija u tat-teknoloġija ta' l-informatika u l-komunikazzjoni.

 

Ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll stima ta’ l-ispejjeż totali tal-kontroll taħt is-sistema tal-kundizzjonalità tas-sena ta' qabel is-sena li fiha r-rapport ikun se jiġi ppubblikat."

Ġustifikazzjoni

Għandhom isiru sforzi kontinwi biex tiġi ssimplifikata, imtejba u armonizzata s-sistema tal-kundizzjonalità, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-opportunitajiet offruti bl-iżvilupp ta' kontrolli ibbażati fuq indikaturi u fuq ‘bottleneck’, ta’ kontrolli li diġà jsiru taħt skemi ta’ ċertifikazzjoni privata, ta’ kontrolli li diġà jsiru taħt il-leġiżlazzjoni implimentata b’mod nazzjonali tar-rekwiżiti legali ta’ tmexxija u tat-teknoloġija ta' l-informatika u l-komunikazzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk għandha tħejji rapport kull sentejn sabiex tissorvelja l-progress magħmul u tippjana l-modifiki li jkun għad iridu jsiru. B’mod partikolari d-direttiva tan-nitriti tkun teħtieġ skrutinju kritiku. Finalment, ir-rapport għandu jinkludu stima speċifikata ta’ l-ispejjez biex tkun ikkontrollata il-kundizzjonalità.

Emenda 22

ARTIKOLU 1, PUNT 2 D (ġdid)

Artikolu 18, paragrafu 1, punt (e) (Regolament (KE) Nru 1782/2003)

 

(2d) Fl-Artikolu 18(1), il-punt (e) jinbidel b’dan li ġej:

'' (e) sistema ta' kontroll integrata li tinkludi l-verifika tal-kundizzjonijiet ta' eliġibilità u tar-rekwiżiti f'termini ta' kundizzjonalità,''

Emenda 23

ARTIKOLU 1, PUNT 2 E (ġdid)

Artikolu 25 (Regolament (KE) Nru 1782/2003)

 

(2e) L-Artikolu 25 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Artikolu 25

 

Kontrolli fuq il-kundizzjonalità

 

1. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli fuq il-post biex jivverifikaw jekk il-bidwi hux konformi ma’ l-obbligi msemmija fil-Kapitolu 1. Dawn il-kontrolli għandhom isiru f’perjodu ta' mhux aktar minn ġurnata waħda għal razzett partikolari.

 

2. L-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistemi amministrattivi u ta’ kontroll eżistenti tagħhom biex jassiguraw il-konformità mar-rekwiżiti legali ta’ tmexxija u mal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba msemmija fil-Kapitolu 1.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jillimitaw in-numru ta’ aġenziji ta’ kontroll u n-numru ta’ persuni li jagħmlu l-kontrolli fuq il-post f’razzett partikolari.

 

Dawn is-sistemi, u l-aktar is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali stabbilita skond id-Direttiva 92/102/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 u r-Regolament (KE) Nru 21/2004 għandhom ikunu kompatibbli, fis-sens ta' l-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament, mas-sistema integrata.

 

3. L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom li jippjanaw il-kontrolli b'tali mod li l-riziezet jkunu jistgħu jiġu kkontrollati l-aħjar f'perjodu partikolari matul is-sena, minħabba raġunijiet marbuta ma' l-istaġjun, jiġu tassew ikkontrollati f'dak il-perjodu. Madankollu, jekk l-aġenzija ta' kontroll ma tkunx tista' tikkontrolla rekwiżiti legali tat-tmexxija, jew parti minnhom, jew kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba waqt kontroll fuq il-post, minħabba raġunijiet marbuta ma' l-istaġjun, dawk ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet se jitqiesu bħala ssodisfati.

Ġustifikazzjoni

Jiżied il-punt 3 mal-proposta inizjali tar-rapporteur. Jekk l-Istati Membri jew obbligati jwettqu kontrolli ripetuti, f'każ li ċerti rekwiżiti jew kundizzjonijiet ma setgħux jiġu kontrollati minħabba raġunijiet marbuta ma' l-istaġun, dan jista' jwassal għal żieda inaċċettabbli fl-ispejjeż għall-kontrolli ta' l-Istati Membri.

Emenda 24

ARTIKOLU 1, PUNT 3

Artikolu 44 paragrafu 3 (Regolament (KE) Nru 1782/2003)

“Ħlief fil-każ ta' force majeure jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali, dawn il-ħbula ta’ art għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bidwi sal-15 ta’ Ġunju tas-sena tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni għall-għajnuna.”

“Ħlief fil-każ ta' force majeure jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali, dawn il-ħbula ta’ art għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bidwi fl-aħħar ġurnata possibbli għat-tressiq applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat-15 ta’ Ġunju tas-sena tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni għall-għajnuna.

Ġustifikazzjoni

L-aħħar ġurnata possibbli għat-tressiq applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat hija data ta' identifikazzjoni aħjar. Inkella tkun impossibbli għall-bdiewa ta' Stati Membri fejn l-aħħar ġurnata għat-tressiq tkun qabel il-15 ta' Ġunju biex iressqu applikazzjoni tajba jekk xi ħbula ta' l-art inbiegħu waqt iż-żmien ta' bejn l-aħħar ġurnata għat-tressiq ta' l-applikazzjoni fi Stat Membru u l-15 ta' Ġunju.

Emenda 25

ARTIKOLU 1, PUNT 5, PUNT (A)

Artikolu 143 b, paragrafu 5, subparagrafu 1, sentenza ġdida (Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Ħlief fil-każ ta' force majeure jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali, dawn il-ħbula ta’ art għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bidwi sal-15 ta’ Ġunju tas-sena tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni għall-għajnuna.”

Ħlief fil-każ ta' force majeure jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali, dawn il-ħbula ta’ art għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-bidwi fl-aħħar ġurnata possibbli għat-tressiq applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat-15 ta’ Ġunju tas-sena tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni għall-għajnuna.

Ġustifikazzjoni

L-aħħar ġurnata possibbli għat-tressiq applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat hija data ta' identifikazzjoni aħjar. Inkella tkun impossibbli għall-bdiewa ta' Stati Membri fejn l-aħħar ġurnata għat-tressiq tkun qabel il-15 ta' Ġunju biex iressqu applikazzjoni tajba jekk xi ħbula ta' l-art inbiegħu waqt iż-żmien ta' bejn l-aħħar ġurnata għat-tressiq ta' l-applikazzjoni fi Stat Membru u l-15 ta' Ġunju.

Emenda 26

ARTIKOLU 1, PUNT 5, PUNT (B)

Artikolu 143 b, paragrafu 6, subparagrafu 3 (Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2008, l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3, 4, 6, 7 u 9 għandha tkun fakultattiva għall-Istati Membri l-ġodda, safejn dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw ir-rekwiżiti legali ta' tmexxija. Mill-1 ta' Jannar 2009 'l quddiem, bidwi li jirċievi pagamenti fil-qafas ta’ l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandu jirrispetta r-rekwiżiti legali ta' tmexxija msemmija fl-Anness III, skond l-iskeda ta' żmien li ġejja:

"Mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2008, l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3, 4, 6, 7 u 9 għandha tkun fakultattiva għall-Istati Membri l-ġodda, safejn dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw ir-rekwiżiti legali ta' tmexxija. Mill-1 ta' Jannar 2009 'l quddiem, bidwi li jirċievi pagamenti fil-qafas ta’ l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandu jirrispetta r-rekwiżiti legali ta' tmexxija msemmija fl-Anness III, skond l-iskeda ta' żmien li ġejja:

(a) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt A għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2009;

(a) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt A għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2009;

(b) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt B għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2010;

(b) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt B għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2011;

(c) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt C għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2011.

(c) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt C għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2013.

Madankollu, għall-Bulgarija u r-Rumanija, l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3, 4, 6, 7 u 9 għandha tkun fakultattiva sal-31 ta' Diċembru 2011, safejn dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw ir-rekwiżiti legali ta' tmexxija. Mill-1 ta' Jannar 2012 'il quddiem, bidwi li jirċievi pagamenti fil-qafas ta' l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandu jirrispetta r-rekwiżiti legali ta' tmexxija msemmija fl-Anness III, skond l-iskeda ta' żmien li ġejja:

Madankollu, għall-Bulgarija u r-Rumanija, l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3, 4, 6, 7 u 9 għandha tkun fakultattiva sal-31 ta' Diċembru 2011, safejn dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw ir-rekwiżiti legali ta' tmexxija. Mill-1 ta' Jannar 2012 'il quddiem, bidwi li jirċievi pagamenti fil-qafas ta' l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandu jirrispetta r-rekwiżiti legali ta' tmexxija msemmija fl-Anness III, skond l-iskeda ta' żmien li ġejja:

(a) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt A għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2012;

(a) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt A għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2012;

(b) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt B għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2013;

(b) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt B għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014;

(c) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt C għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014.

(c) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt C għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016.

L-Istati l-Membri l-ġodda jistgħu japplikaw għal din l-alternattiva fil-każ meta jiddeċiedu li jwaqqfu l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona qabel tmiem il-perjodu ta’ l-applikazzjoni previst fil-paragrafu 9.

L-Istati l-Membri l-ġodda jistgħu japplikaw għal din l-alternattiva fil-każ li jiddeċiedu li jwaqqfu l-applikazzjoni ta’ l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona qabel tmiem il-perjodu ta’ l-applikazzjoni previst fil-paragrafu 9.

Emenda 27

ARTIKOLU 1, PUNT 5, PUNT (C)

Artikolu 143 b, paragrafu 9, l-ewwel sentenza (Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Għal kwalunkwe Stat Membru l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandha tkun disponibbli għal perjodu ta’ applikazzjoni sa tmiem l-2010.

Għal kwalunkwe Stat Membru l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandha tkun disponibbli għal perjodu ta’ applikazzjoni sa tmiem l-2013.

Ġustifikazzjoni

Ekonomikament ma tantx huwa possibbli li tiġġustifika għall-maġġoranza ta' l-Istati Membri l-ġodda l-bidla mis-sistema ta' ħlas dirett ta' l-SAPS għall-mudell ta' l-SPS li tibda mill-2010 minflok fl-2013. Sabiex tibda s-sistema ta' l-SPS fl-2010 l-Istati Membri l-ġodda għandhom jibdew minn issa x-xogħol ta' preparazzjoni u b'hekk jonfqu ammont kbir ta' flus fuq sistema li jista' jkun li taħdem biss għal sentejn jew tlieta. Dan se joħloq piż finanzjarju addizzjonali u bla bżonn fuq l-Istati Membri li se jiksbu l-100% tal-pagamenti diretti mhux qabel l-2013.

Emenda 28

ARTIKOLU 1, PUNT 5 A (ġdid)

Artikolu 145, punt (m) (Regolament (KE) Nru 1782/2003)

 

(5a) Fl-Artikolu 145, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

'' (m) regoli fuq il-kontrolli amministrattivi u ta' fuq il-post u l-kontrolli bir-'remote sensing. Fil-każ tal-kontrolli skond it-Titolu II Kapitolu 1, ir-regoli stipulati għandhom jipprovdu għal avviz minn qabel regolari u suffiċjenti tal-kontrolli fuq il-post meta dan ma jkunx jipperikola l-objettiv tal-kontrolli nnifishom. Ir-regoli għandhom jipprovdu wkoll inċentivi għall-Istati Membri sabiex idaħħlu fis-seħħ sistema ta' kontrolli koerenti u li jaħdmu tajjeb.''

Ġustifikazzjoni

Hemm kunsensus li, fejn possibbli, kontrolli fuq il-post huma meħtieġa, għaliex mhux ġust u raġonevoli li wieħed jistenna li bidwi modern ikollu l-ħin disponibbli għal kontrolli estensivi u li jieħdu l-ħin mingħajr avviż minn qabel. Kontrolli li diġà jkunu avżati għandhom ikunu limitati għal aspetti fejn l-avviż minn qabel jippermetti lill-bdiewa jimmanipulaw ir-riżultat.

Emenda 29

ARTIKOLU 2

Artikolu 51, paragrafu 3, subparagrafu 2 (Regolament (KE) Nru 1698/2005)

Id-deroga pprovduta fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2008. Mill-1 ta' Jannar 2009 'l quddiem, bidwi li jirċievi pagamenti fil-qafas ta’ l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandu jirrispetta r-rekwiżiti legali ta' tmexxija msemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, skond l-iskeda ta' żmien li ġejja:

Id-deroga pprovduta fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2008. Mill-1 ta' Jannar 2009 'l quddiem, bidwi li jirċievi pagamenti fil-qafas ta’ l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandu jirrispetta r-rekwiżiti legali ta' tmexxija msemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, skond l-iskeda ta' żmien li ġejja:

(a) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt A għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2009;

(a) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt A għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2009;

(b) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt B għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2010;

(b) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt B għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2011;

(c) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt C għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2011.

(c) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt C għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2013.

Madankollu, għall-Bulgarija u r-Rumanija, l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3, 4, 6, 7 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tkun fakultattiva sal-31 ta' Diċembru 2011, safejn dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw ir-rekwiżiti legali ta' tmexxija. Mill-1 ta' Jannar 2012 'il quddiem, bidwi li jirċievi pagamenti fil-qafas ta’ l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandu jirrispetta r-rekwiżiti legali ta' tmexxija msemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, skond l-iskeda ta' żmien li ġejja:

Madankollu, għall-Bulgarija u r-Rumanija, l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3, 4, 6, 7 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tkun fakultattiva sal-31 ta' Diċembru 2011, safejn dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw ir-rekwiżiti legali ta' tmexxija. Mill-1 ta' Jannar 2012 'il quddiem, bidwi li jirċievi pagamenti fil-qafas ta’ l-iskema ta' ħlas uniku għaż-żona għandu jirrispetta r-rekwiżiti legali ta' tmexxija msemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, skond l-iskeda ta' żmien li ġejja:

(a) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt A għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2012;

(a) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt A għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2012;

(b) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt B għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2013;

(b) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt B għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014;

(c) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt C għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014.

(c) ir-rekwiżiti msemmija fil-punt C għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni:

L-introduzzjoni tal-kundizzjonalità kienet element ewlieni fir-riforma ta’ l-2003 tal-Politika Agrikola Komuni. Il-kundizzjonalità kienet magħmula bħala prekundizzjoni għall-għajnuna pubblika lill-bdiewa. Dan wassal għat-tibdil fl-ewwel pilastru fid-direzzjoni tal-politika għall-iżvilupp rurali, hekk kif il-bdiewa qed jitħallsu għal servizzi li jagħtu lis-soċjetà aktar wiesgħa. Il-bdiewa qed jiġu kkumpensati talli jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja fis-settur ambjentali, pubbliku, tas-saħħa ta’ l-annimali u tal-pjanti u tal-benesseri ta’ annimali, li ġeneralment huma stretti ħafna meta mqabbla ma’ l-istandards fil-bqija tad-dinja.

Minkejja li appoġġjata b’mod wiesa’, il-kundizzjonalità kienet sa mill-bidu ltaqgħet ma' kritika minħabba l-piż burokratiku marbut ma’ l-applikazzjoni tagħha għall-bdiewa kif ukoll għall-amministrazzjonijiet ta’ l-Istati Membri.

Barra minn hekk, huwa diffiċli ħafna li tikkonċentra l-kontrolli b’korp wieħed ta’ kontroll peress li hu meħtieġ li jkunu involuti setturi u speċjalisti differenti. Ir-regoli ta’ l-implimentazzjoni tal-Kummissjoni jipprevedu li ma jingħata l-ebda avviż minn qabel tal-kontrolli, li, meta wieħed iqis id-daqs u t-tul tal-kontrolli kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-biedja tal-lum, ipoġġu piż tqil fuq spallejn il-bdiewa.

Madwar 68% tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità kienu kkunsidrati każijiet żgħar u waslu għal sanzjonijiet ta’ 1% tal-pagamenti diretti. 71% tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità kienu dwar ittikkettar u r-reġistrazzjoni tal-baqar (l-iktar it-telf ta’ marka ta’ widna waħda jew każijiet fejn il-baqar kienu reġistrati b’mod ċentrali iżda mhux fil-kotba li jinżammu fir-razzett, u b’hekk ma poġġewx fil-perikolu t-traċċabilità). Ir-regoli ta’ implimentazzjoni ma pprevedew l-ebda proċeduri għal każijiet żgħar ta’ nuqqas ta’ konformità u s-sistema lanqas kienet tippreveni possibilità li ma jiġux imposti sanzjonijiet f'dawn il-każijiet. Is-sistema ta’ sanzjonijiet għalhekk ħafna drabi kienet meqjusa bħala sproporzjonata mill-bdiewa kif ukoll bħala li tiddiskrimina kontra ċerti tipi ta’ rziezet, b’mod partikolari rziezet bl-annimali.

Il-kundizzjonalità hija implimentata b’mod differenti fi Stati Membri differenti u s-sistemi ta’ pariri għall-bdiewa ħafna drabi ma joperawx b’mod li jnaqqsu l-piż lill-bdiewa.

Il-Kummissjoni ppreżentat “Rapport dwar l-applikazzjoni tas-sistema tal-kundizzjonalità” (COM(2007) 147 fin.) li ġabar fil-qosor il-kritika.

Il-bidla fir-Regolament (KE) 1782/2003 proposta hija parti mill-isforz tal-Kummissjoni biex timplimenta l-konklużjonijiet tar-rapport tagħha. Il-bidliet għar-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni fil-preżent qed jiġu diskussi mal-Kunsill.

Il-Konklużjonijiet tar-Rapporteur

Ir-rapporteur jappoġġja s-sistema tal-kundizzjonalità peress li jemmen li hi strument importanti għall-ġustifikazzjoni ta’ l-għajnuna pubblika lill-bdiewa.

Madankollu, huwa ċar li sistema kkumplikata bħall-kundizzjonalità ma tistax taħdem mingħajr l-appoġġ tal-bdiewa kkonċernati. Għalhekk is-sistema tal-kundizzjonalità nnifisha, kif ukoll il-leġiżlazzjoni li taqa’ fl-ambitu tal-kundizzjonalità għandhom ikunu ssimplifikati, deregolarizzati u mtejba b’mod kontinwu.

Meta wieħed iħares lejn iċ-ċifri ppreżentati mill-Kummissjoni fir-rapport tagħha, jidher ċar li ħafna mill-irziezet ikkontrollati jikkonformaw ma’ l-istandards imfassla, bil-maġġoranza kbira tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità jikkonċernaw rekwiżiti legali żgħar jew ta’ importanza żgħira, jekk mhux superfluwi.

Ir-rapporteur għalhekk jappoġġja bis-sħiħ kull sforz biex il-kundizzjonalità tkun issimplifikata sakemm l-objettivi mfittxija ma jiġux ipperikolati. Il-proposta tal-Kummissjoni hija pass ċar 'il quddiem.

Minkejja dan, xi bidliet qed jiġu proposti sabiex jenfasizzaw li s-simplifikazzjoni, id-deregolarizzazzjoni, it-titjib u l-armonizzazzjoni huma proċess kontinwu. Għalhekk jiena pproponejt rappurtaġġ regolari mill-Kummissjoni li jiffoka wkoll dwar l-ispejjeż tas-sistema kollha ta' kontroll, sabiex fil-futur tkun tista’ ssir analiżi proprja ta' l-ispejjeż u tal-benefiċċji.

Jekk il-każijiet kollha ta’ nuqqas żgħir ta’ konformità wasslu għal żieda fil-kontrolli kif previst mill-Kummissjoni, dan ma jkunx proporzjonat u lanqas se jgħin lill-Istati Membri jlaħħqu max-xogħol amministrattiv. Għalhekk qed jiġu ppreżentati bidliet żgħar għall-proposta tal-Kummissjoni.

Xi standards, speċjalment dwar Natura-2000, m’humiex adattati għal sistema ta’ kontrolli sistematiċi fuq il-post. Għalhekk għandu jiġi kkunsidrat li l-kontrolli sistematiċi jieħdu post sistema li taħdem tajjeb tal-kundizzjonalità (fil-każ ta’ Natura-2000 kważi l-każijiet kollha ta’ nuqqas ta’ konformità xorta nstabu permezz tal-kundizzjonalità).

Stati Membri ġodda li qed jitħabtu biex jistabilixxu amministrazzjoni ta' razzett li tkopri t-talbiet kollha tal-leġiżlazzjoni estensiva Ewropea dwar l-irziezet u li għandhom ma jirċevux l-ammont sħiħ ta' għajnuna pubblika, għandhom jingħataw perjodu biex jagħmlu dan bil-mod, ftit itwal minn dak propost mill-Kummissjoni u konformi mad-dħul bil-mod tal-pagamenti diretti.

Konklużjoni

Ir-rapport ma jkoprix l-aspetti kollha tal-kundizzjonalità peress li ħafna mistoqsijiet jissemmew biss fir-regoli ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni u xi aspetti żgur jeħtieġ li jiġu diskussi aktar. Obbligu biex isir rappurtaġġ regolari jassigura li l-kundizzjonalità tibqa’ fuq l-aġenda.

Huwa ċar ukoll li l-partijiet kollha involuti, mhux biss il-Kummissjoni, iżda b'mod partikolari l-Istati Membri jeħtieġ li jassiguraw li jdaħħlu fis-seħħ sistema li taqdi l-bżonnijiet tas-soċjetà iżda li hija sempliċi kemm jista' jkun.

Estensjoni tas-sett ta’ l-istandards preżenti, kif diskussa minn xi wħud b’konnessjoni ma’ l-ispezzjonar tas-saħħa li jmiss tas-CAP, tista’ tkun ta’ ħsara għas-sistema b’mod ġenerali peress li għadna fi stadju bikri ta’ implimentazzjoni. Barra minn hekk, spejjeż ġodda ta’ amministrazzjoni u ta’ konformità marbuta ma’ pagamenti diretti għandhom jitqiesu b’suspett fid-dawl ta’ l-għajnuna li qed tonqos għall-bdiewa.

PROĊEDURA

Titolu

Skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, u r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD)

Referenzi

COM(2007)0484 - C6-0283/2007 - 2007/0177(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

13.9.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

24.9.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

24.9.2007

 

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

24.10.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Jan Mulder

12.9.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

11.9.2007

8.10.2007

21.11.2007

 

Data ta’ l-adozzjoni

21.11.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

25

1

2

Membri preżenti għall-vot finali

Vincenzo Aita, Peter Baco, Bernadette Bourzai, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Giuseppe Castiglione, Albert Deß, Duarte Freitas, Ioannis Gklavakis, Lutz Goepel, Bogdan Golik, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Diamanto Manolakou, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, Neil Parish, María Isabel Salinas García, Agnes Schierhuber, Czesław Adam Siekierski, Petya Stavreva, Donato Tommaso Veraldi

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Pilar Ayuso, Katerina Batzeli, Esther De Lange, Jan Mulder, James Nicholson, Zdzisław Zbigniew Podkański