RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar

26.11.2007 - (COM(2007)0069 – C6‑0078/2007 – 2007/0032(COD)) - ***I

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Ona Juknevičienė

Proċedura : 2007/0032(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0471/2007
Testi mressqa :
A6-0471/2007
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta ghal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar

(COM(2007)0069 – C6‑0078/2007 – 2007/0032(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0069)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0078/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0471/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 2

(2) Dejta perjodika statistika dwar il-popolazzjoni u dwar il-karatteristiċi prinċipali ta’ individwi fir-rigward tal-familja, dawk soċjali, dawk ekonomiċi u fir-rigward id-djar hija neċessarja għall-istudju u d-definizzjoni ta’ politika reġjonali u soċjali li taffetwa setturi partikolari fil-komunità.

(2) Data perjodika statistika dwar il-popolazzjoni u dwar il-karatteristiċi prinċipali ta’ individwi fir-rigward tal-familja, dawk soċjali, dawk ekonomiċi u fir-rigward id-djar hija neċessarja għall-istudju u d-definizzjoni ta’ politika reġjonali, soċjali, u ambjentali li taffetwa setturi partikolari fil-komunità; B'mod partikulari, hemm il-ħtieġa biex tinġabar informazzjoni dettaljata dwar id-djar fl-appoġġ ta' attivitajiet varji Komunitarji bħall-promozzjoni ta' l-inklużjoni soċjali u l-immonitorjar tal-koeżjoni soċjali fil-livell reġjonali, jew il-protezzjoni ta' l-ambjent u l-promozzjoni ta' l-effiċjenza fl-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Politiki ambjentali fil-preżent jinsabu fl-aġenda u għandhom ukoll ikunu implimentati u studjati fir-rigward ta’ l-informazzjoni demografika disponibbli.

Emenda 2

Premessa 3

(3) Sabiex isir użu f’waqtu tad-data fit-tqabbil bejn l-Istati Membri, din id-data għandha tirreferi għal sena partikolari li għadha trid tingħata;

(3) Sabiex jiżgura l-komparabilità tad-dejta fornuta mill-Istati Membri u għall-kwadri ġenerali affidabbli li għandhom jkunu ikkumpilati fil-livell ta' Unjoni, id-dejta użata għandha tirreferi għall-istess sena ta' referenza.

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla fit-test għandha l-iskop li turi rabta ċara bejn il-ħtieġa ta' dejta li għandha tkun fornuta għall-istess sena ta' referenza u l-bżonn bażiku għall-komparabilità rigward kwadri ġenerali kkumpilati fil-livell komunitarju.

Emenda 3

Premessa 4

(4) Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità li jikkostitwixxu l-qafas ta' referenza għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jeħtieġ li l-ġbir ta' l-istatistiċi jikkonforma ma' l-istandards ta' imparzjalità, affidabilità, oġġettività, indipendenza xjentifika, rapport bejn l-ispiża u l-effettività, u kunfidenzjalità ta’ l-istatistika;

(4) Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità li jikkostitwixxu l-qafas ta' referenza għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jeħtieġ li l-ġbir ta' l-istatistiċi jikkonforma ma' l-istandards ta' imparzjalità, trasparenza, affidabilità, oġġettività, indipendenza xjentifika, rapport bejn l-ispiża u l-effettività, u kunfidenzjalità ta’ l-istatistika.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jitwettaq il-punt li l-istatistiċi għandhom jinġabru fl-Istati Membri b'mod trasparenti, bil-ħsieb li l-proċeduri ma jkunux armonizzati.

Emenda 4

Premessa 8

(8) B’mod partikolari, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni tad-definizzjonijiet, tistabbilixxi s-snin ta’ referenza ulterjuri u tadotta l-programm tad-data ta' l-istatistika u l-metadata. Minħabba li dawn il-miżuri huma ta’ skop ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi li mhumiex meħtieġa ta’ dan ir-regolament, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE.

(8) B’mod partikolari, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tas-snin ta’ referenza li jmiss u tadotta l-programm tad-dejta ta' l-istatistika u l-metadejta. Minħabba li dawn il-miżuri huma ta’ skop ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi li mhumiex meħtieġa ta’ dan ir-regolament, dawn iridu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE.

Emenda 5Emenda 5

Artikolu 2, paragrafu 2, punt (a)

(a) "popolazzjoni" tfisser il-popolazzjoni nazzjonali u reġjonali bir-residenza tas-soltu fid-data ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 5 (2);

(a) "popolazzjoni" tfisser il-popolazzjoni nazzjonali, reġjonali u lokali bir-residenza tas-soltu fid-data ta’ referenza;

Ġustifikazzjoni

Il-popolazzjoni lokali kif inhi, i.e. zona ta’ awtorità muniċipali jew lokali, trid tkun koperta wkoll bl-istatistiċi.

Emenda 6

Artikolu 6, paragrafu 2, punt (b)

(b) "djar" tfisser unitajiet ta’ djar jew bini kif ukoll ir-relazzjoni bejn il-popolazzjoni u l-kwartieri ta' l-għixien fil-livelli nazzjoni u reġjonali fid-data ta' referenza. "Bini" tfisser dak il-bini li attwalment fih, jew potenzjalment jista' jkun fih, unitajiet ta' djar;

(b) "djar" tfisser kwartieri residenzjali jew bini kif ukoll arranġamenti ta' djar u r-relazzjoni bejn il-popolazzjoni u l-kwartieri ta' l-għixien fil-livelli nazzjoni u reġjonali fid-data ta' referenza;

(ba) "Bini" tfisser dak il-bini permanenti li fih kwartieri residenzjali mfassla għal għajxien ta' persuni, jew djar konvenzjonali li huma riservati għal użu staġjonali jew sekondarju jew li huma vojta;

Emenda 7

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (c)

(c) "residenza tas-soltu" tfisser il-post li fih persuna normalment tqatta’ l-perjodu tal-mistrieħ tagħha ta’ kuljum, irrispettivament minn assenzi temporanji għal għanijiet ta’ rikreazzjoni, vakanza, żjarat lill-ħbieb u l-qraba, negozju, kura medika jew pellegrinaġġ reliġjuż; jew, jekk mhux disponibbli, il-post ta' residenza legali jew reġistrat;

(c) "residenza tas-soltu" tfisser il-post li fih persuna normalment tqatta’ l-perjodu tal-mistrieħ tagħha ta’ kuljum, irrispettivament minn assenzi temporanji għal għanijiet ta’ rikreazzjoni, vakanza, żjarat lill-ħbieb u l-qraba, negozju, kura medika jew pellegrinaġġ reliġjuż. Il-persuni li ġejjin biss għandhom jitqiesu bħala residenti normali taz-zona ġeografika kkonċernata:

 

(i) dawk li għexu fir-residenza tas-soltu tagħhom għal perjodu kontinwu ta' mill-inqas tnax il-xahar qabel id-data ta' referenza; u

 

(ii) dawk li jkunu waslu fir-residenza tas-soltu tagħhom tul it-tnax il-xahar qabel id-data ta' referenza bl-intenzjoni li joqogħdu hemm għall-inqas għal sena.

 

 

 

Fejn iċ-ċirkustanzi deskritti fil-punt (i) jew (ii) ma jistgħux ikunu stabbiliti, "ir-residenza tas-soltu" tfisser il-post ta' residenza legali jew reġistrata.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' aktar ċarezza, fid-definizzjoni ta' "residenza tas-soltu" għandu jiġi inkluż perjodu speċifiku ta' żmien Qed jiġi propost li riferenza għal perjodu ta' tnax il-xahar tirrappreżenta l-perjodu minimu li persuna jkollha bżonn biex tikkunsidra post bħala "r-residenza tas-soltu". Għalhekk, din iż-żieda tiggarantixxi aħjar li fil-qafas taċ-ċensiment tinġabar informazzjoni u data aktar preċiżi.

Emenda 8

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (d)

(d) id-"data ta’ referenza" hija d-data li tirreferi għalija d- data ta’ l-Istati Membri rispettivi, b’konformita ma’ l-Artikolu 5 (2) ta’ dan ir-regolament;

(d) id-"data ta’ referenza" hija d-data li tirreferi għalija d- data ta’ l-Istati Membri rispettivi, b’konformita ma’ l-Artikolu 5 (1) ta’ dan ir-Regolament;

Emenda 9

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (f)

(f) "reġjonali" tfisser fil-livell 1 tan-NUTS, fil-livell 2 tan-NUTS u fil-livell 3 tan-NUTS, kif definit fil-verżjoni tal-klassifikazzjoni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistiċi (NUTS), stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-verżjoni tiegħu valida fid-data ta’ referenza, kif ukoll fil-livell 2 ta’ l-Unitajiet Amministrattivi Lokali (LAU livell 2);

(f) "reġjonali" tfisser fil-livell 1 tan-NUTS, fil-livell 2 tan-NUTS u fil-livell 3 tan-NUTS, kif definit fil-verżjoni tal-klassifikazzjoni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistiċi (NUTS), stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-verżjoni tiegħu valida fid-data ta’ referenza;

Ġustifikazzjoni

LAU livell 2 għandu jidher f’definizzjoni separata biex jiċċara l-ħtieġa għall-popolazzjoni lokali kif inhi, i.e. ta’ zona ta’ awtorità muniċipali jew lokali, trid tkun koperta wkoll bl-istatistiċi.

Emenda 10

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (f a) (ġdid)

 

(fa) “lokali” tfisser Unitajiet Lokali Amministrattivi livell 2 (LAU livell 2);

Ġustifikazzjoni

It-terminu ‘lokali’ huwa definit fih innifsu biex jiċċara l-ħtieġa għall-popolazzjoni lokali kif inhi, i.e. ta’ zona ta’ awtorità muniċipali jew lokali, trid tkun koperta wkoll bl-istatistiċi.

Emenda 11

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (h)

(h) "mikrodata anonimizzata" tfisser reġistri ta' statistika individwali li jkunu ġew modifikati sabiex inaqqsu, skond l-aqwa prassi attwali, ir-riskju ta' l-identifikazzjoni ta' l-unitajiet statistiċi li jirrelataw magħhom.

imħassar

Emenda 12

Artikolu 2, paragrafu 2

2. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tadotta d-definizzjonijiet irreferuti fil-paragrafu 1, skond il-proċedura rreferuta fl-Artikolu 7 (3).

imħassar

Emenda 13

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni (Eurostat) data dwar il-popolazzjoni u d-djar li tkopri karatteristiċi determinati demografiċi, soċjali, ekonomiċi u dwar id-djar ta’ individwi, familji, djar, unitajiet ta’ l-għixien u bini fil-livelli nazzjonali u reġjonali kif stipulati fl-Anness.

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni (Eurostat) data dwar il-popolazzjoni li tkopri karatteristiċi determinati demografiċi, soċjali u ekonomiċi ta’ persuni, familji, u djar, ta’ l-għixien kif ukoll dwar bini fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali kif stipulati fl-Anness.

Ġustifikazzjoni

Il-popolazzjoni lokali kif inhi, i.e. zona ta’ awtorità muniċipali jew lokali, trid tkun koperta wkoll bl-istatistiċi.

Emenda 14

Artikolu 4, Intestatura

Sorsi u kwalità tad-data

Sorsi ta’ dejta

Emenda 15

Artikolu 4, paragrafu 1, punt (e a) (ġdid)

 

(ea) kumbinazzjoni ta' ċensiment ibbażat fuq reġistru u kampjun ta' sondaġġ u ċensiment konvenzjonali;

Emenda 16

Artikolu 4, paragrafu 2

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sorsi tad-data u l-metodoloġija użati sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-regolament jilħqu kemm jista' jkun l-fatturi essenzjali taċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar kif definiti fl-Artikolu 2 (1).

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sorsi tad-data u l-metodoloġija użati sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-regolament jilħqu kemm jista' jkun l-fatturi essenzjali taċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar kif definiti fl-Artikolu 2 (1)(g).

Emenda 17

Artikolu 4, paragrafu 3

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kwalità tad-data u l-metadata li jiġu trasmessi. Il-Kummissjoni (Eurostat), b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, għandhom jipprovdu r-rakkomandazzjonijiet u r-rekwiżiti metodoloġiċi mfassla sabiex jiżguraw l-kwalità tad-data u metadata prodotti, b'mod partikolari r-Rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza ta' l-Istatistiċi Ewropej għaċ-Ċensimenti tal-Popolazzjoni u d-Djar.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Istati Membri stess dwar il-protezzjoni tad-data ma jiġux effettwati minn dan ir-regolament.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri huma responsabbli mill-protezzjoni tad-dejta li huma jkunu ġabru. Ir-regolament m’għandux jaffettwa b’mod negattiv id-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta ta’ l-Istati Membri stess.

Emenda 18

Artikolu 4, paragrafu 4

4. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar is-sorsi ta’ data użati, ir-raġunijiet għall-għażla ta’ dawn is-sorsi u l-effetti tas-sorsi ta' data magħżula fuq il-kwalità ta’ l-istatistiki (rapport ta' kwalità). F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar kemm is-sorsi ta' data u l-metodoloġija magħżula jissodisfaw il-fatturi essenzjali taċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar kif definiti fl-Artikolu 2(1).

imħassar

Emenda 19

Artikolu 4, paragrafu 5

5. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) mingħajr dewmien bir-reviżjonijiet u l-korrezzjonijiet ta’ l-istatistiċi pprovduti taħt dan ir-regolament, u dwar kwalunkwe tibdiliet fil-metodi u s-sorsi ta’ data użati.

5. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) bir-reviżjonijiet u l-korrezzjonijiet ta’ l-istatistiċi pprovduti taħt dan ir-regolament, kif ukoll dwar kwalunkwe tibdiliet fil-metodi u s-sorsi ta’ data użati, mhux aktar tard minn xahar qabel il-ħruġ tad-dejta riveduta.

Emenda 20

Artikolu 4, paragrafu 6

6. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-kontenut tar-rapport ta' kwalità kif ukoll il-kriterji ta’ kwalità għall-produzzjoni u t-tixrid tad-data skond il-proċedura rreferuta fl-Artikolu 7(3).

imħassar

Emenda 21

Artikolu 5, paragrafu 1

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’data u metadata verifikati kif speċifikat f'dan ir-regolament, priċipalment fil-bidu ta' kull deċennju.

1. Kull Stat Membru għandu jiddetermina data li tirreferi għaliha d-data tiegħu (data ta’ referenza). Din id-data ta’ referenza għandha tkun matul is-sena speċifikata fuq il-bażi ta’ dan ir-regolament (sena ta' referenza). L-ewwel sena ta' referenza għandha tkun is-sena 2011. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi snin ta’ referenza sussegwenti skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju rreferuta fl-Artikolu 7(3). Is-snin ta' referenza għandhom ikunu madwar fil-bidu ta' kull għaxar snin.

Emenda 22

Artikolu 5, paragrafu 2

2. Kull Stat Membru għandu jiddetermina data li tirreferi għaliha d-data tiegħu (data ta’ referenza). Din id-data ta’ referenza għandha tkun matul is-sena speċifikata fuq il-bażi ta’ dan ir-regolament (sena ta' referenza). Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi s-snin ta' referenza li jmiss bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 7(3).

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'dejta valida, finali u b'metadejta u dejta miġbura f’daqqa kif mitlub b'dan ir-regolament fi żmien 27 xahar wara t-tmiem tas-sena ta' referenza.

Emenda 23

Artikolu 5, paragrafu 3

3. Id-data għandha tingħata fi żmien 24 xahar wara t-tmiem tas-sena ta' referenza.

imħassar

Emenda 24

Artikolu 5, paragrafu 4

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta programm tad-data statistika u l-metadata li għandhom jiġu trasmessi sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-ġbir tad-data, skond il-proċedura irreferuta fl-Artikolu 7(3). Is-suġġetti li se jiġu koperti b’dan ir-regolament għal livell ġeografiku speċifiku ma jistgħux jkunu aktar minn dawk imniżżla fl-Anness għal dak il-livell ġeografiku.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta programm tad-data statistika u l-metadata li għandhom jiġu trasmessi sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju irreferuta fl-Artikolu 7(3).

Emenda 25

Artikolu 5, paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-suġġetti kif meħtieġ b'dan ir-Regolament kif ukoll it-tqassim indikattiv tagħhom, bi qbil mal-proċedura regolatorja stipulata fl-Artikolu 7(2).

Emenda 26

Artikolu 5, paragrafu 5

5. Il-programm tad-data statistika jista’ jinkludi, b’żieda mad-data aggregata (fil-forma ta’ table programme), kampjun ta’ mikrodata anonimizzata.

imħassar

Emenda 27

Artikolu 5, paragrafu 7

7. F’każi ta’ reviżjonijiet jew korrezzjonijiet skond l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-regolament, l-Istati Membri għandhom jgħaddu d-data modifikata fil-ħin lill-Kummissjoni (Eurostat).

7. F’każi ta’ reviżjonijiet jew korrezzjonijiet skond l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-regolament, l-Istati Membri għandhom jgħaddu d-data modifikata lill-Kummissjoni (Eurostat) mhux aktar tard mid-data tal-pubblikazzjoni tad-dejta riveduta.

Emenda 28

Artikolu 5 a (ġdid)

 

Artikolu 5a

 

Analiżi ta' kwalità

 

1. Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-dimensjonijiet ta' l-analiżi ta' kwalità mad-dejta biex tkun trażmessa li jmiss:

 

- "Relevanza" tirreferi għall-grad li għalih l-istatistiċi jilħqu l-ħtiġijiet attwali u potenzjali ta' l-utenti;

 

- "Akkuratezza" tirreferi għall-viċinanza ta' l-estimi mal-valuri reali mhux magħrufa;

 

- "Prontezza" u "Puntwalità" jirrelataw mad-dewmien fiż-żmien bejn il-perjodu ta' referenza u d-disponibilità ta' riżultati;

 

- "Aċċessibilità" u "Ċarezza" jirreferu għall-kundizzjonijiet u arranġamenti li skond dawn l-utenti jistgħu jakkwistaw, jużaw u jinterpretaw dejta;

 

- "Komparabilità" tirreferi għall-kejl ta' l-impatt ta' differenzi f'kunċetti ta' statistika applikati u għodod u proċeduri ta' kejl meta jitqabblu l-istatistiċi bejn zoni ġeografiċi, qasam settorjali jew tul ta' żmien;

 

- "Koerenza" tirreferi għall-adegwatezza tad-dejta li tkun magħquda b'mod effiċjenti b'modi differenti u għal użi varji.

 

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-Kummissjoni (Eurostat) b'rapport dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar kemm is-sorsi ta' dejta u l-metodoloġija magħżula jilħqu l-fatturi essenzjali taċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar kif definiti fl-Artikolu 2(g).

 

3. Fl-applikazzjoni tad-dimensjonijiet ta' kwalità stabbiliti fil-paragrafu 1 mad-dejta koperta b'dan ir-Regolament, l-arranġamenti li jikkonċernaw u l-istruttura tar-rapporti ta' kwalità għandhom ikunu definiti bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 7(2). Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tanalizza l-kwalità tad-dejta trażmessa.

 

4. Il-Kummissjoni (Eurostat), f'koperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, għandha tipprovdi rakkomandazzjonijiet metodoloġiċi mfassla biex jiżguraw il-kwalità tad-dejta u l-metadejta prodotti, u tagħraf, b'mod partikulari, ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza ta' l-Istatistiċi Ewropej għaċ-Ċensimenti ta' Popolazzjoni u Djar.

Emenda 29

Artikolu 6, paragrafu 1, punt (-a) (ġdid)

 

(-a) speċifikazzjonijiet tekniċi tas-suġġetti kif meħtieġ b'dan ir-regolament kif ukoll tat-tqassim indikattiv kif provdut fl-Artikolu 5(4a);

Emenda 30

Artikolu 6, paragrafu 1, punt (a a) (ġdid)

 

(aa) l-arranġamenti rigward u l-istruttura tar-rapporti ta' kwalità kif provdut fl-Artikolu 5a(3);

Emenda 31

Artikolu 6, paragrafu 1, punt (a b) (ġdid)

 

(ab) il-modalitajiet u l-istruttura tar-rapporti ta' kwalità kif provdut fl-Artikolu 5a(3).

Emenda 32

Artikolu 6, paragrafu 2, punt (a)

(a) l-adozzjoni tad-definizzjonijiet kif stipulati fl-Artikolu 2 (2);

imħassar

Emenda 33

Artikolu 6, paragrafu 2, punt (b)

(b) id-definizzjoni tal-kontenut tar-rapport ta’ kwalità kif stipulata fl-Artikolu 4(6);

imħassar

Emenda 34

Artikolu 6, paragrafu 2, punt (c)

(c) id-definizzjoni tal-kriterji ta’ kwalità kif stipulata fl-Artikolu 4 (6);

imħassar

Emenda 35

Artikolu 6, paragrafu 2, punt (d)

(d) is-snin ta’ referenza, kif stipulati fl-Artikolu 5 (2);

(d) is-snin ta’ referenza, kif stipulati fl-Artikolu 5 (1);

Emenda 36

Artikolu 6, paragrafu 3

3. Għandha tingħata konsiderazzjoni lill-prinċipju li l-benefiċċji ta' l-aġġornament għandhom ikunu akbar mill-ispejjeż, u lill-prinċipju li spejjeż supplimentari u l-piż jibqgħu taħt limitu raġonevoli.

3. Għandha tingħata konsiderazzjoni lill-prinċipju li l-benefiċċji tal-miżuri meħuda għandhom ikunu akbar mill-ispejjeż, u lill-prinċipju li spejjeż supplimentari u l-piż jibqgħu taħt limitu raġonevoli.

Emenda 37

Anness, paragrafu 1.2.1, inċiż 16 a (ġdid)

 

- Sigurtà ta’ l-impjieg (tul perjodu ta’ żmien stabbilit jew mod ieħor)

Ġustifikazzjoni

F’dawn iż-żminijiet, is-sigurtà ta’ l-impjieg huwa fattur li jista’ jimmodifika d-distribuzzjoni tal-popolazzjoni: għalhekk jeħtieġ li jkun studjat.

Emenda 38

Anness, paragrafu 1.2.1, inċiż 16 b (ġdid)

 

- Numru ta’ drabi li persuna tibdel l-impjieg

Ġustifikazzjoni

F’dawn iż-żminijiet, is-sigurtà ta’ l-impjieg huwa fattur li jista’ jimmodifika d-distribuzzjoni tal-popolazzjoni: għalhekk jeħtieġ li jkun studjat.

Emenda 39

Anness, paragrafu 1.3.2

1.3.2   Suġġetti mhux derivati

1.3.2    Suġġetti mhux derivati

- Lokalità ta’ l-iskola, il-kulleġġ jew l-università

- Distanza mill-post ta’ residenza tas-soltu sa spazji bil-veġetazzjoni u ta’ rikreazzjoni

- Mezz ta’ trasport għax-xogħol

- Distanza mwettqa bejn l-istabbiliment tal-kura tas-saħħa prinċipali u l-post ta’ residenza tas-soltu

- Mezz ta’ trasport għall-iskola, il-kulleġġ jew l-università

- Disponibilità ta’ ilma u dawl

- Distanza ta’ vjaġġar għax-xogħol u l-ħin meħtieġ

- Servizz tat-telefon u konnessjoni ta’ l-Internet standard u broadband

- Distanza ta’ vjaġġar għall-iskola, il-kulleġġ u l-università u l-ħin meħtieġ

 

- Stat ċivil de facto

 

- Numru ta’ tfal li twieldu ħajjin

 

- Data (Dati) ta’ żwieġ(ijiet) legali ta’ nisa li qatt iżżewġu: (i) l-ewwel żwieġ u (ii) iż-żwieġ attwali

 

- Data (Dati) tal-bidu ta’ l-unjoni(jiet) konsenswali ta’ nisa li qatt kienu f'unjoni konsenswali: (i) l-ewwel unjoni konsenswali u (ii) l-unjoni konsenswali attwali

 

- Stat ta’ attività tas-soltu

 

- Fornituri ta’ servizzi mhux imħallsa, voluntiera

 

- Tip ta' settur (unità istituzzjonali)

 

- Impjieg informali

 

- Tip ta’ post tax-xogħol

 

- Ħin normalment maħdum

 

- Nuqqas ta’ impjieg temporanju

 

- Żmien ta’ qgħad

 

- Għadd ta’ persuni li jaħdmu fl-unità lokali ta’ l-istabbiliment

 

- Sors prinċipali ta’ għixien

 

- Dħul

 

- Kwalifikazzjonijiet edukattivi

 

- Qasam ta' studju

 

- Attendenza ta’ l-iskola

 

- Litteriżmu

 

- Kompetenzi tal-komputer

 

- Pajjiż tar-residenza tas-soltu preċedenti barra

 

- Tul totali tar-residenza fil-pajjiż

 

- Post tar-residenza tas-soltu ħames snin qabel iċ-ċensiment

 

- Raġuni għall-migrazzjoni

 

- Pajjiż tat-twelid tal-ġenituri

 

- Kisba taċ-ċittadinanza

 

- Etniċità

 

- Ilsien

 

- Reliġjon

 

- Stat ta’ diżabilità

 

- Okkupanza waħda jew maqsuma

 

- Kera

 

- Prodotti għall-konsumatur li jservu fil-pussess tad-dar

 

- Għadd ta’ karozzi disponibbli għall-użu mid-dar

 

- Ipparkjar tal-karozzi disponibbli

 

- Servizz tat-telefon u ta’ l-internet

 

- Produzzjoni agrikola għal rasek (fil-livell tad-dar)

 

- Karatteristiċi tal-ħidmiet agrikoli kollha tul l-aħħar sena (fil-livell individwali)

 

Ġustifikazzjoni

L-aċċess li għandhom il-popolazzjonijiet għal faċilitajiet u kumditajiet provduti, illum, huwa indikatur importanti tal-progress soċjali fis-soċjetajiet tagħna: għalhekk l-informazzjoni dwar dan is-suġġett hija essenzjali.

Emenda 40

Anness, paragrafu 1.3.3

1.3.3   Suġġetti derivati

1.3.3   Suġġetti derivati

- Żoni urbani u rurali

- Unjonijiet bejn persuni ta’ l-istess sess u ta’ sess differenti

- Gruppi soċjo-ekonomiċi

 

- Persuni bi sfond barrani/nazzjonali

 

- Gruppi ta’ popolazzjoni rilevanti għall-migrazzjoni internazzjonali

 

- Popolazzjoni bi sfond ta’ refuġjat

 

- Nies imċaqalqa internament

 

- Unjonijiet bejn nies ta’ l-istess sess

 

- Stat tal-familja fil-kobor

 

- Tip ta' familja rikostitwita

 

- Tip ta' familja fil-kobor

 

- Kompożizzjoni tal-generazzjonijiet fi djar privati

 

Ġustifikazzjoni

Karatterizzazzjonijiet soċjali jridu jinterpretaw id-dejta bbażata fuq forom attwali ta’ relazzjonijiet interpersonali rikonoxxuti legalment.

Emenda 41

Anness , paragrafu 2, titolu

2. Fatturi varjabbli tad-djar

2. Suġġetti tad-djar

Ġustifikazzjoni

Il-bidla li jmiss twettqet biex tkun konsistenti ma’ l-artikoli l-oħrajn tar-Regolament propost.

Emenda 42

Anness, paragrafu 2.1.1, inċiż 7 a (ġdid)

 

- Daqs (kategorija)

Ġustifikazzjoni

Il-post u l-ispazju disponibbli għal kull membru tal-familja, u l-kwalità ta’ dan l-ispazju, huma ċentrali għal analiżi tal-kwalità tal-ħajja li għandhom il-popolazzjonijiet. Il-punt sa liema standards ambjentali u enerġetiċi jaqblu mar-rekwiżiti soċjali jservi wkoll biex titkejjel il-kwalità tal-ħajja.

Emenda 43

Anness, paragrafu 2.1.1, inċiż 7 b (ġdid)

 

- Data tal-kostruzzjoni u ta’ l-aħħar ħidma ta’ manutenzjoni strutturali

Ġustifikazzjoni

Il-post u l-ispazju disponibbli għal kull membru tal-familja, u l-kwalità ta’ dan l-ispazju, huma ċentrali għal analiżi tal-kwalità tal-ħajja li għandhom il-popolazzjonijiet. Il-punt sa liema standards ambjentali u enerġetiċi jaqblu mar-rekwiżiti soċjali jservi wkoll biex titkejjel il-kwalità tal-ħajja.

Emenda 44

Anness, paragrafu 2.1.1, inċiż 7 c (ġdid)

 

- Klassifika ambjentali u ta’ l-enerġija

Ġustifikazzjoni

Il-post u l-ispazju disponibbli għal kull membru tal-familja, u l-kwalità ta’ dan l-ispazju, huma ċentrali għal analiżi tal-kwalità tal-ħajja li għandhom il-popolazzjonijiet. Il-punt sa liema standards ambjentali u enerġetiċi jaqblu mar-rekwiżiti soċjali jservi wkoll biex titkejjel il-kwalità tal-ħajja.

Emenda 45

Anness, paragrafu 2.2.1, inċiż 8

- Sistema ta’ provvista ta’ l-ilma

- Sistema ta’ provvista ta’ l-ilma u ta’ kundizzjonijiet xierqa għal ħarsien tas-saħħa

Ġustifikazzjoni

Aċċess għal netwerks ta’ kundizzjonijiet xierqa għal ħarsien tas-saħħa bażiċi kif ukoll netwerks ta’ provvista ta’l-ilma jista' jinkludi differenzi ta' brevett f'sitwazzjonijiet soċjali.

Emenda 46

Anness, paragrafu 2.3.2

2.3.2   Suġġetti mhux derivati

2.3.2   Suġġetti mhux derivati

- Disponibbilità u karatteristiċi ta’ residenzi sekondarji, ta' l-istaġun u vakanti

- Aċċess għal bini pubbliku u privat għal persuni b’diżabilitajiet

- Okkupanza skond l-għadd ta’ djar privati

- Trasport u traffiku urban

- Tip ta' kmamar

- Mobilità fi ħdan il-bini u l-bini li jinkorpora fih id-dar

- Ilma sħun

 

- Tisħin ta’ l-ilma sanitarju

 

- Tip ta’ sistema ta’ rimi tad-dranaġġ

 

- Kċina

 

- Faċilitajiet għat-tisjir

 

- Sorsi ta' enerġija wżati għat-tisħin

 

- Insulazzjoni termali tar-residenza

 

- Provvista ta’ l-elettriku

 

- Produzzjoni ta’ l-elettriku

 

- Gass imwassal permezz ta’ pajpijiet

 

- Arja kkundizzjonata

 

- Ventilazzjoni

 

- Pożizzjoni ta’ residenza fil-bini

 

- Aċċessibilità għar-residenza

 

- Lift

 

- Residenzi skond l-għadd ta’ sulari fil-bini

 

- Residenzi skond il-materjali li minnu huma mibnija partijiet speċifiċi tal-bini li fih hemm ir-residenzi

 

- Residenzi skond l-istat ta’ tiswija tal-bini

 

- Separazzjoni ta’ l-iskart fid-djar

 

Ġustifikazzjoni

F’kull strument li aħna nipproduċu aħna rridu nfittxu li niggarantixxu d-drittijiet ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali.

  • [1]  Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

OPINIJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (20.11.2007)

għall-Kumitat Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta ghal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar

(COM(2007)0069 – C6‑0078/2007 – 2007/0032(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Wojciech Roszkowski

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Din l-opinjoni għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tikkonċerna l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar (COM(2007)0069), li għandha tkun adottata skond il-proċedura ta' kodeċiżjoni (2007/0032(COD)).

L-għan prinċipali ta' l-abbozz ta' regolament huwa li jiċċara u jagħmel komparabbli d-data miġbura fiċ-ċensimenti mwettqa fl-Istati Membri individwali ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari rigward id-djar.

Il-forniment min-naħa ta' l-Istati Membri ta' data koerenti, kompleta u affidabbli huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' indikaturi kredibbli li jagħtu evalwazzjoni preċiża tas-sitwazzjoni soċjo-ekonomika fil-livelli reġjonali, nazzjonali u ta' l-Unjoni Ewropea.

L-importanza ta' dati ta' riferenza għad-data miġbura u l-puntwalità min-naħa ta' l-Istati Membri fit-trażmissjoni tad-data lill-Kummissjoni (Eurostat) għandha tkun ukoll enfasizzata f'dan ir-rigward, ladarba huwa biss meta tkun disponibbli data relatata ma' l-istess perjodu ta' żmien għal kull unità territorjali fl-istess ħin nistgħu ġenwinament inqabblu l-informazzjoni u nipproduċu kwadri ġenerali u analiżi ta' min joqgħod fuqhom.

Ir-rapporteur jenfasizza bir-raġun il-bżonn li tkun armonizzata s-sistema għall-forniment tad-data bbażata fuq standards komuni applikabbli għall-Istati Membri kollha u jsemmi d-diffikultajiet tekniċi u proċedurali li ħarġu waqt il-proċess.

Wieħed għandu wkoll iżomm f'moħħu li dawn l-istatistiċi u l-kwadri ġenerali ta' l-istruttura u l-karatteristiċi tal-popolazzjoni jikkostitwixxu indikatur fundamentali fl-ippjanar u l-monitoraġġ tal-politika ta' koeżjoni u fl-evalwazzjoni ta' l-effettività ta' l-implimentazzjoni tal-Fond Strutturali. Il-klassifikazzjoni tar-reġjuni għall-għanijiet ta' propju dan il-fond hija bbażata fuq data li tikkonċerna l-popolazzjonijiet ta' dawk ir-reġjuni, jiġifieri li hemm konsegwenzi finanzjarji diretti kemm għar-reġjuni u kemm għall-Istati Membri.

Il-proposta għal regolament li qed tkun diskussa f'din l-opinjoni tikkonċerna kwistjonijiet li huma fundamentali għall-iżvilupp ta' politika reġjonali u ta' koeżjoni.

Għandu jkun enfasizzat ukoll, li waqt li d-data taċ-ċensiment dwar il-post tar-residenza tas-soltu tal-persuni hija integrali biex tkun evalwata s-sitwazzjoni tad-djar, fil-każ ta' analiżi ta' aspetti oħra l-enfasi għandha tkun fuq data oħra, pereżempju l-pajjiż taċ-ċittadinanza, is-sess, l-età jew numru ta' tfal.

Xi kunċetti m'humiex iddefiniti b'mod ċar fl-abbozz ta' regolament, bħall-'post tar-residenza tas-soltu', li għandu jirreferi għal perjodu speċifiku ta' żmien qabel il-punt ta' riferenza, jiġifieri d-data taċ-ċensiment. Għandha tingħata wkoll attenzjoni għall-preċiżjoni tat-traduzzjonijiet tat-test.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[1]

 

 

Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 2

(2) Data perjodika statistika dwar il-popolazzjoni u dwar il-karatteristiċi prinċipali ta’ individwi fir-rigward tal-familja, dawk soċjali, dawk ekonomiċi u fir-rigward id-djar hija neċessarja għall-istudju u d-definizzjoni ta’ politika reġjonali u soċjali li taffetwa setturi partikolari fil-komunità;

(2) Data perjodika statistika dwar il-popolazzjoni u dwar il-karatteristiċi prinċipali ta’ individwi fir-rigward tal-familja, dawk soċjali, dawk ekonomiċi u fir-rigward id-djar hija neċessarja għall-istudju u d-definizzjoni ta’ politika reġjonali, soċjali, u ambjentali li taffetwa setturi partikolari fil-komunità. B'mod partikulari, hemm il-ħtieġa li tinġabar informazzjoni preċiża dwar id-djar b'appoġġ għal attivitajiet Komunitarji varji bħall-promozzjoni ta' l-inklużjoni soċjali u l-immonitorjar tal-koeżjoni soċjali fil-livell reġjonali jew il-ħarsien ta' l-ambjent jew il-promozzjoni ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija;

Ġustifikazzjoni

L-Unjoni Ewropea m'għandhiex kompetenza fil-politika tad-djar. Madankollu, sabiex tissawwar il-politika Komunitarja fil-qasam ta' l-integrazzjoni u l-koeżjoni soċjali, tal-ħarsien ta' l-ambjent u l-effiċjenza ta' l-enerġija hemm bżonn ta' data li tikkonċerna s-sitwazzjoni tad-djar.

Emenda 2

Premessa 3

(3) Sabiex isir użu f’waqtu tad-data fit-tqabbil bejn l-Istati Membri, din id- data għandha tirreferi għal sena partikolari li għadha trid tingħata;

(3) Sabiex tkun żgurata l-komparabilità tad-data fornuta mill-Istati Membri u biex ikunu kkumpilati kwadri ġenerali affidabbli fil-livell ta' Unjoni, id-data użata għandha tirreferi għall-istess sena ta' referenza;

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla fit-test għandha l-iskop li turi rabta ċara bejn il-ħtieġa ta' data li għandha tkun fornuta għall-istess sena ta' referenza u l-bżonn bażiku għall-komparabilità rigward kwadri ġenerali kkumpilati fil-livell Komunitarju.

Emenda 3

Premessa 4

(4) Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità li jikkostitwixxu l-qafas ta' referenza għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jeħtieġ li l-ġbir ta' l-istatistiċi jikkonforma ma' l-istandards ta' imparzjalità, affidabilità, oġġettività, indipendenza xjentifika, rapport bejn l-ispiża u l-effettività, u kunfidenzjalità ta’ l-istatistika;

(4) Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità li jikkostitwixxu l-qafas ta' referenza għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jeħtieġ li l-ġbir ta' l-istatistiċi jikkonforma ma' l-istandards ta' imparzjalità, trasparenza, affidabilità, oġġettività, indipendenza xjentifika, rapport bejn l-ispiża u l-effettività, u kunfidenzjalità ta’ l-istatistika;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li ssir riferenza għat-trasparenza tal-proċedura ta' ġbir ta' statistika fl-Istati Membri, peress li l-proċeduri mhux ser ikunu armonizzati.

Emenda 4

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a)

(a) "popolazzjoni" tfisser il-popolazzjoni nazzjonali u reġjonali bir-residenza tas-soltu fid-data ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 5 (2);

(a) "popolazzjoni" tfisser il-popolazzjoni nazzjonali, reġjonali u nazzjonali bir-residenza tas-soltu fid-data ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 5 (2);

Ġustifikazzjoni

Il-popolazzjoni lokali fiha nfisha, jiġifieri ta' muniċipalità jew żona li taqa' taħt awtorità lokali, trid ukoll tkun koperta mill-istatistika.

Emenda 5

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b)

b) "djar" tfisser unitajiet ta’ djar jew bini kif ukoll ir-relazzjoni bejn il-popolazzjoni u l-kwartieri ta' l-għixien fil-livelli nazzjoni u reġjonali fid-data ta' referenza. "bini" tfisser dak il-bini li attwalment fih, jew potenzjalment jista' jkun fih, unitajiet ta' djar;

Ma tapplikax għall-verżjoni Maltija.

Emenda 6

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (c)

(c) "residenza tas-soltu" tfisser il-post li fih persuna normalment tqatta’ l-perjodu tal-mistrieħ tagħha ta’ kuljum, irrispettivament minn assenzi temporanji għal għanijiet ta’ rikreazzjoni, vakanza, żjarat lill-ħbieb u l-qraba, negozju, kura medika jew pellegrinaġġ reliġjuż; jew, jekk mhux disponibbli, il-post ta' residenza legali jew reġistrat;

(c) "residenza tas-soltu" tfisser il-post li fih persuna normalment tqatta’ l-perjodu tal-mistrieħ tagħha ta’ kuljum, irrispettivament minn assenzi temporanji għal għanijiet ta’ rikreazzjoni, vakanza, żjarat lill-ħbieb u l-qraba, negozju, kura medika jew pellegrinaġġ reliġjuż.
Biss il-persuni li:

 

(i) ikunu għexu fir-residenza tas-soltu tagħhom għal perjodu kontinwu ta' mill-inqas tnax-il xahar qabel id-data ta' referenza; jew

 

(ii) jkunu waslu fir-residenza tas-soltu tagħhom tul it-tnax-il xahar qabel id-data ta' referenza bl-intenzjoni li joqogħdu hemm għall-inqas għal sena,

 

għandhom jitqiesu bħala residenti normali taż-żona ġeografika kkonċernata.

 

Jekk dan ma jkunx jista' jiġi stabbilit, "ir-residenza tas-soltu" tfisser il-post ta' residenza legali jew reġistrata.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' aktar ċarezza, fid-definizzjoni ta' "residenza tas-soltu" għandu jiġi inkluż perjodu speċifiku ta' żmien. Qed jiġi ssuġġerit li riferenza għal perjodu ta' tnax-il xahar tirrappreżenta l-perjodu minimu ta' żmien li persuna jkollha bżonn biex tikkunsidra post bħala "r-residenza tas-soltu". Għalhekk, din iż-żieda tiggarantixxi aħjar li jinġabru informazzjoni u data aktar preċiżi fiċ-ċensimenti in kwistjoni.

Emenda 7

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (g)

"fatturi essenzjali taċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar" tfisser elenku individwali, simultanjetà, universalità fi ħdan territorju definit, disponabbilità ta' data dwar żoni żgħar u perjodità definita;

Ma tapplikax għall-verżjoni Maltija.

Emenda 8

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni (Eurostat) data dwar il-popolazzjoni u d-djar li tkopri karatteristiċi determinati demografiċi, soċjali, ekonomiċi u dwar id-djar ta’ individwi, familji, djar, unitajiet ta’ l-għixien u bini fil-livelli nazzjonali u reġjonali kif stipulati fl-Anness.

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni (Eurostat) data dwar il-popolazzjoni u d-djar li tkopri karatteristiċi determinati demografiċi, soċjali, ekonomiċi u dwar id-djar ta’ individwi, familji, djar, unitajiet ta’ l-għixien u bini fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali kif stipulat fl-Anness, waqt li jkunu ċerti mill-affidabilità u l-kwalità tad-data li jippreżentaw u jiżguraw li jkunu puntwali meta jiġu biex jippreżentawha.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji fundamentali għad-data miġbura għandhom jissemmew b'mod espliċitu mill-ewwel.

Emenda 9

Artikolu 4, paragrafu 2

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sorsi tad-data u l-metodoloġija użati sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-regolament jilħqu kemm jista' jkun l-fatturi essenzjali taċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar kif definiti fl-Artikolu 2 (1).

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sorsi tad-data u l-metodoloġija użati sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-regolament jilħqu kemm jista' jkun il-fatturi essenzjali taċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar kif definiti fl-Artikolu 2 (1), u jippermettu li tkun prodotta data li tkun koerenti, kompleta u affidabbli kemm jista' jkun.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji fundamentali rigward il-kwalità għad-data fornuta għandhom ikunu enfasizzati minħabba li din hija prekundizzjoni biex ikunu kkumpilati kwadri ġenerali affidabbli u jsir tqabbil ta' data affidabbli fil-livell Komunitarju.

Emenda 10

Artikolu 4, paragrafu 3

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kwalità tad-data u l-metadata li jiġu trasmessi. Il-Kummissjoni (Eurostat), b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, għandhom jipprovdu r-rakkomandazzjonijiet u r-rekwiżiti metodoloġiċi mfassla sabiex jiżguraw l-kwalità tad-data u metadata prodotti, b'mod partikolari r-Rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza ta' l-Istatistiċi Ewropej għaċ-Ċensimenti tal-Popolazzjoni u d-Djar.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kwalità u l-preċiżjoni tad-data u l-metadata li jiġu trasmessi. Il-Kummissjoni (Eurostat), b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, għandhom jipprovdu r-rakkomandazzjonijiet u r-rekwiżiti metodoloġiċi mfassla sabiex jiżguraw l-kwalità u l-preċiżjoni tad-data u metadata prodotti, b'mod partikolari r-Rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza ta' l-Istatistiki Ewropej għaċ-Ċensimenti tal-Popolazzjoni u d-Djar.

Ġustifikazzjoni

L-affidabilità ma tistax tiġi separata mill-kwalità li hija meħtieġa mid-data li tinġabar fl-Istati Membri.

Emenda 11

Artikolu 5, paragrafu 7

7. F’każi ta’ reviżjonijiet jew korrezzjonijiet skond l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-regolament, l-Istati Membri għandhom jgħaddu d-data modifikata fil-ħin lill-Kummissjoni (Eurostat).

7. F’każi ta’ reviżjonijiet jew korrezzjonijiet skond l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-regolament, l-Istati Membri għandhom jgħaddu d-data modifikata fil-ħin lill-Kummissjoni (Eurostat), l-iktar tard fil-mument tal-pubblikazzjoni tad-data riveduta.

Emenda 12

Anness, sezzjoni 1.3

1.3 Suġġetti irrakkomandati għall-livelli ġeografiċi:

Livell nazzjonali, NUTS 1, NUTS 2, NUTS 3, LAU 2

imħassra

1.3.1   L-Istati Membri huma rrakkomandati jirrapportaw dwar is-suġġetti kollha li huma obbligatorji għal-livell reġjonali NUTS 2, kif ukoll dwar il-livell reġjonali aktar fil-fond, propju sa' l-iktar livell reġjonali fil-fond disponibbli.

 

1.3.2   Suġġetti mhux derivati

- Lokalità ta’ l-iskola, il-kulleġġ jew l-università

- Mezz ta’ trasport għax-xogħol

- Mezz ta’ trasport għall-iskola, il-kulleġġ jew l-università

- Distanza ta’ vjaġġar għax-xogħol u l-ħin meħtieġ

- Distanza ta’ vjaġġar għall-iskola, il-kulleġġ u l-università u l-ħin meħtieġ

- Stat ċivil de facto

- Numru ta’ tfal li twieldu ħajjin

 

- Data (Dati) ta’ żwieġ(ijiet) legali ta’ nisa li qatt iżżewġu: (i) l-ewwel żwieġ u (ii) iż-żwieġ attwali

- Data (Dati) tal-bidu ta’ l-unjoni(jiet) konsenswali ta’ nisa li qatt kienu f'unjoni konsenswali: (i) l-ewwel unjoni konsenswali u (ii) l-unjoni konsenswali attwali

- Stat ta’ attività tas-soltu

- Fornituri ta’ servizzi mhux imħallsa, voluntiera

- Tip ta' settur (unità istituzzjonali)

- Impjieg informali

- Tip ta’ post tax-xogħol

- Ħin normalment maħdum

- Nuqqas ta’ impjieg temporanju

- Żmien ta’ qgħad

 

- Għadd ta’ persuni li jaħdmu fl-unità lokali ta’ l-istabbiliment

- Sors prinċipali ta’ għixien

- Dħul

- Kwalifikazzjonijiet edukattivi

- Qasam ta' studju

- Attendenza ta’ l-iskola

- Litteriżmu

- Kompetenzi tal-komputer

- Pajjiż tar-residenza tas-soltu preċedenti barra

- Tul totali tar-residenza fil-pajjiż

- Post tar-residenza tas-soltu ħames snin qabel iċ-ċensiment

- Raġuni għall-migrazzjoni

- Pajjiż tat-twelid tal-ġenituri

 

- Kisba taċ-ċittadinanza

- Etniċità

- Ilsien

- Reliġjon

- Stat ta’ diżabilità

- Okkupanza waħda jew maqsuma

- Kera

- Prodotti għall-konsumatur li jservu fil-pussess tad-dar

- Għadd ta’ karozzi disponibbli għall-użu mid-dar

- Ipparkjar tal-karozzi disponibbli

- Servizz tat-telefon u ta’ l-internet

- Produzzjoni agrikola għal rasek (fil-livell tad-dar)

- Karatteristiċi tal-ħidmiet agrikoli kollha tul l-aħħar sena (fil-livell individwali)

 

1.3.3   Suġġetti derivati

- Żoni urbani u rurali

- Gruppi soċjo-ekonomiċi

- Persuni bi sfond barrani/nazzjonali

- Gruppi ta’ popolazzjoni rilevanti għall-migrazzjoni internazzjonali

- Popolazzjoni bi sfond ta’ refuġjat

- Nies imċaqalqa internament

- Unjonijiet bejn nies ta’ l-istess sess

- Stat tal-familja fil-kobor

- Tip ta' familja rikostitwita

- Tip ta' familja fil-kobor

- Kompożizzjoni tal-generazzjonijiet fi djar privati

 

Emenda 13

Anness, sezzjoni 2.1.1 inċiż 7 a (ġdid)

 

- Daqs tal-ġnien tad-dar

Ġustifikazzjoni

Jekk niġbru din l-informazzjoni estensiva kollha, nistgħu nżidu wkoll data dwar il-ġonna, biex ikollna element ieħor għat-tqabbil u l-analiżi.

Emenda 14

Anness, sezzjoni 2.1.1, inċiż 7 c (ġdid)

 

- Klassifikazzjoni ambjentali u ta' l-enerġija

Ġustifikazzjoni

Il-lokalità u l-ispazju disponibbli għal kull membru tan-nukleu familjari, u l-kwalità ta' dan l-ispazju, huma ċentrali għall-analiżi tal-kwalità ta' ħajja tal-popolazzjoni. Il-kwalità tal-ħajja titkejjel ukoll minn kemm jiġu sodisfatti l-esiġenzi soċjali fil-qasam ambjentali kif ukoll fil-qasam ta' l-enerġija.

Emenda 15

Anness, sezzjoni 2.2.1, inċiż 8

- Sistema ta’ provvista ta’ l-ilma

- Sistema ta’ provvista ta’ l-ilma u ta' sanitazzjoni

Ġustifikazzjoni

Mhux biss l-aċċess għall-provvista ta' l-ilma iżda wkoll l-aċċess għas-sistema bażika tad-dranaġġ ifissru differenza ġeneralment rikonoxxuta bejn ċirkustanzi soċjali.

Emenda 16

Anness, sezzjoni 2.3

2.3      Suġġetti rrakkomandati għall-livelli ġeografiċi:

Livell nazzjonali, NUTS 1, NUTS 2, NUTS 3, LAU 2

 

2.3.1   L-Istati Membri huma rrakkomandati jirrapportaw dwar is-suġġetti kollha li huma obbligatorji għal-livell reġjonali NUTS 2, kif ukoll dwar il-livell reġjonali aktar fil-fond, propju sa' l-iktar livell reġjonali fil-fond disponibbli.

imħassra

2.3.2   Suġġetti mhux derivati

- Disponibbilità u karatteristiċi ta’ residenzi sekondarji, ta' l-istaġun u vakanti

- Okkupanza skond l-għadd ta’ djar privati

- Tip ta' kmamar

- Ilma sħun

- Tisħin ta’ l-ilma sanitarju

- Tip ta’ sistema ta’ rimi tad-dranaġġ

- Kċina

- Faċilitajiet għat-tisjir

- Sorsi ta' enerġija wżati għat-tisħin

 

- Insulazzjoni termali tar-residenza

- Provvista ta’ l-elettriku

- Produzzjoni ta’ l-elettriku

- Gass imwassal permezz ta’ pajpijiet

- Arja kkundizzjonata

- Ventilazzjoni

- Pożizzjoni ta’ residenza fil-bini

- Aċċessibilità għar-residenza

- Lift

- Residenzi skond l-għadd ta’ sulari fil-bini

- Residenzi skond il-materjali li minnu huma mibnija partijiet speċifiċi tal-bini li fih hemm ir-residenzi

- Residenzi skond l-istat ta’ tiswija tal-bini

- Separazzjoni ta’ l-iskart fid-djar

 

PROĊEDURA

Titolu

Ċensimenti dwar il-popolazzjoni u d-djar

Referenzi

COM(2007)0069 - C6-0078/2007 - 2007/0032(COD)

Kumitat responsabbli

EMPL

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

13.3.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Date appointed

Wojciech Roszkowski

7.6.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

3.10.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

20.11.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alfonso Andria, Emmanouil Angelakas, Elspeth Attwooll, Jean Marie Beaupuy, Jana Bobošíková, Wolfgang Bulfon, Antonio De Blasio, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Eugenijus Gentvilas, Ambroise Guellec, Marian Harkin, Jim Higgins, Mieczysław Edmund Janowski, Rumiana Jeleva, Gisela Kallenbach, Tunne Kelam, Evgeni Kirilov, Jamila Madeira, James Nicholson, Jan Olbrycht, Markus Pieper, Bernard Poignant, Pierre Pribetich, Wojciech Roszkowski, Elisabeth Schroedter, Grażyna Staniszewska, Catherine Stihler, Kyriacos Triantaphyllides, Lambert van Nistelrooij

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Bernadette Bourzai, Den Dover, Francesco Ferrari, Ovidiu Victor Ganţ, Zita Pleštinská, Christa Prets, Czesław Adam Siekierski, Nikolaos Vakalis

  • [1]  Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.

PROĊEDURA

Titolu

Iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u d-djar

Referenzi

COM(2007)0069 - C6-0078/2007 - 2007/0032(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.2.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

13.3.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

13.3.2007

REGI

13.3.2007

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

8.3.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Ona Juknevičienė

21.3.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

9.10.2007

20.11.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

21.11.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

24

2

7

Membri preżenti għall-vot finali

Jan Andersson, Alexandru Athanasiu, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Philip Bushill-Matthews, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Luigi Cocilovo, Jean Louis Cottigny, Harald Ettl, Richard Falbr, Carlo Fatuzzo, Ilda Figueiredo, Stephen Hughes, Ona Juknevičienė, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Ana Mato Adrover, Maria Matsouka, Mary Lou McDonald, Siiri Oviir, Pier Antonio Panzeri, Bilyana Ilieva Raeva, Elisabeth Schroedter, José Albino Silva Peneda, Gabriele Stauner, Ewa Tomaszewska

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Françoise Castex, Donata Gottardi, Sepp Kusstatscher, Jamila Madeira, Roberto Musacchio, Glenis Willmott