RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' l-"Impriża Komuni ARTEMIS" biex timplimenta Inizjattiva Teknoloġika Konġunta fis-Sistemi Integrati tal-Kompjuter Impriża Komuni ARTEMIS
28.11.2007 - (COM(2007)0243 – C6‑0172/2007 – 2007/0088(CNS)) - *
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Gianni De Michelis
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' l-"Impriża Komuni ARTEMIS" biex timplimenta Inizjattiva Teknoloġika Konġunta fis-Sistemi Integrati tal-Kompjuter Impriża Komuni ARTEMIS
(COM(2007)0243 – C6‑0172/2007 – 2007/0088(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0243),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1] (Regolament Finanzjarju)], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda[2] (IIA), u b'mod partikulari l-Punt 47 tagħha,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 171 u 172 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6‑0172/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0484/2007),
1. Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;
2. Iqis li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva jrid ikun kompatibbli mal-limitu massimu ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali 2007-2013 attwali u mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006; jinnota li kull finanzjament lilhinn mill-2013 għandu jkun evalwat fil-kuntest tan-negozjati għall-qafas finanzjarju li jmiss;
3. Ifakkar li l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat għall-Baġits ma tantiċipax ir-riżultat tal-proċedura stabbilita fil-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 li tapplika għat-twaqqif ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS;
4. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità ma' l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE u l-Artikolu 119, it-tieni inċiż, tat-Trattat Euratom;
5. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
6. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emendi mill-Parlament |
|
Emenda 1 Premessa 11 | |
(11) L-ambizzjoni u l-ambitu ta' l-għanijiet mistqarra tal-JTI dwar is-Sistemi Integrati tal-Kompjuter, l-iskala tar-riżorsi finanzjarji u tekniċi li hemm bżonn li jkunu mobilizzati, u l-bżonn li tinkiseb koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi u l-finanzjament, jitolbu azzjoni li trid tittieħed mill-Komunità. Għalhekk, hu neċessarju li titwaqqaf Impriża Komuni (minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala "Impriża Komuni ARTEMIS") taħt l-Artikolu 71 tat-Trattat bħala entità ġuridika responsabbli għall-implimentazzjoni tal-JTI dwar is-"Sistemi Integrati tal-Kompjuter ". Biex tkun żgurata ġestjoni xierqa ta' l-attivitajiet ta' l-R&D mibdija fis-Seba' Programm Kwadru (2007-2013), l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha titwaqqaf għal perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017 li jista' jkun estiż. |
L-ambizzjoni u l-ambitu ta' l-għanijiet mistqarra tal-JTI dwar is-Sistemi Integrati tal-Kompjuter, l-iskala tar-riżorsi finanzjarji u tekniċi li hemm bżonn li jkunu mobilizzati, u l-bżonn li tinkiseb koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi u l-finanzjament, jitolbu azzjoni li trid tittieħed mill-Komunità. Għalhekk, hu neċessarju li titwaqqaf Impriża Komuni (minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala "Impriża Komuni ARTEMIS") taħt l-Artikolu 71 tat-Trattat bħala entità ġuridika responsabbli għall-implimentazzjoni tal-JTI dwar is-"Sistemi Integrati tal-Kompjuter ". Biex tkun żgurata ġestjoni xierqa ta' l-attivitajiet ta' l-R&D mibdija fis-Seba' Programm Kwadru (2007-2013), l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha titwaqqaf għal perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017 li jista' jkun estiż. Għandu jkun żgurat li wara l-aħħar sejħa għall-proposti fl-2013 il-proġetti li jkunu għadhom għaddejjin jiġu implimentati, immonitorjati u ffinanzjati sa l-2017. |
|
Jekk tiġi adottata, din l-emenda għandha tapplika matul it-test kollu |
Ġustifikazzjoni. | |
1. Kif miftiehem, il-JTI ikollha tul ta’ żmien limitat. Imbagħad klawsola għal tmiem gradwali tkun inkluża fil-Premessa 11, Artikolu 1.1., Artikolu 18.1. | |
2. Tul ta’ żmien: preferibilment, il-JTI għandha tispiċċa fl-2017. Għandna nassiguraw li wara l-aħħar sejħa għall-proposti fl-2013 il-proġetti jkunu implimentati, monitorjati u ffinanzjati sa l-2017, u li l-istruttura amministrattiva tkun qed titħaddem sakemm il-proġetti kollha jkunu twettqu. Ir-rapporteur jippreferi li dan ikun iddikjarata b’mod ċar fir-regolament. | |
Emenda 2 Premessa 12 | |
(12) L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tkun organu mwaqqaf mill-Komunitajiet u għandha tingħata r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha mill-Parlament Ewropew[3], fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, filwaqt li madankollu jitqiesu l-ispeċifitajiet li jirriżultaw min-natura tal-JTIs bħala partenarjati pubbliċi-privati u b'mod partikolari mill-kontribuzzjoni tas-settur privat lill-baġit.
|
(12) L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tirrispetta l-kompetenza tal-Qorti ta’ l-Awdituri li teżamina l-kontijiet tad-dħul u tal-ħruġ ta’ l-entitajiet kollha mwaqqfa mill-Komunitajiet Ewropej u għandha tagħraf l-ispeċifitajiet ta’ l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti bħala mekkaniżmi ġodda sabiex jimplimentaw sħubijiet pubbliċi-privati, sabiex tinsab soluzzjoni aktar effettiva għall-kwittanza tal-baġit Komunitarju. |
Emenda 3 Premessa 21 | |
(21) Il-bżonn li jkunu żgurati kundizzjonijiet stabbli ta' xogħol u trattament ugwali lill-impjegati, u sabiex jkunu attratti impjegati xjentifiċi u tekniċi speċjalizzati ta' l-ogħla kalibru, jeħtieġ l-applikazzjoni tar-Regolamenti għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, ("ir-Regolament tal-Persunal") lill-impjegati kollha impjegati rreklutati mill-Impriża Komuni ARTEMIS. |
(21) Il-bżonn li jkunu żgurati kundizzjonijiet stabbli ta' xogħol u trattament ugwali lill-impjegati, u sabiex ikunu attratti impjegati xjentifiċi u tekniċi speċjalizzati ta' l-ogħla kalibru, jeħtieġ li l-Kummissjoni tiġi awtorizzata tissekonda kemm hemm bżonn uffiċjali għall-Impriża Komuni ARTEMIS. Il-bqija ta' l-istaff għandu jiġi impjegat mill-Impriża Komuni ARTEMIS bi qbil mar-regolamenti ta' l-impjieg tal-pajjiż ospitanti. |
Emenda 4 Premessa 25 | |
(25) L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha jkollha, suġġett għal konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni, regolament finanzjarju separat ibbażat fuq il-prinċipji tar-regolament dwar il-qafas finanzjarju li jikkunsidra l-bżonnijiet operattivi speċifiċi li jinqalgħu, b'mod partikolari, mill-bżonn li jingħaqdu flimkien il-finanzjament Komunitarju u nazzjonali biex ikunu appoġġati l-Attivitajiet R&D b'mod effiċjenti u fil-ħin. |
(25) Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Komuni ARTEMIS ma għandhomx jitbegħdu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal- 25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, sakemm dan ma jkunx speċifikament meħtieġ għall-bżonnijiet operattivi tagħha, b'mod partikolari l-bżonn li jingħaqdu flimkien il-finanzjament Komunitarju u nazzjonali biex ikunu appoġġati l-Attivitajiet R&D b'mod effiċjenti u fil-ħin. Huwa meħtieġ il-kunsens minn qabel min-naħa tal-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ kull regola li tiddevja mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. L-awtorità baġitarja għandha tkun informata b'dawn id-derogi. _____________________ 1 ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Corrigendum fil-ĠU L 2, 7.1.2003, p. 39 |
Ġustifikazzjoni. | |
Id-derogi mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 għandhom jinżammu f'minimu assolut. L-Impriża Komuni trid tipprova bla ebda dubju li deroga ta' dan it-tip hija l-uniku mod biex jiġi ggarantit it-tħaddim sew tagħha fil-limiti tar-regolament li waqqafha. | |
Emenda 5 Artikolu 1, paragrafu 1 | |
1. Għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Komuni għat-Teknoloġija (JTI) dwar is-Sistemi Integrati tal-Kompjuter, Impriża Komuni fit-tifsira ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala "l-Impriża Komuni ARTEMIS" titwaqqaf hawnhekk għall-perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017. Dan il-perjodu jista' jkun estiż b'reviżjoni ta' dan ir-Regolament. |
1. Għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Komuni għat-Teknoloġija (JTI) dwar is-Sistemi Integrati tal-Kompjuter, Impriża Komuni fit-tifsira ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala "l-Impriża Komuni ARTEMIS" titwaqqaf hawnhekk għall-perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017. Ikun żgurat li wara l-aħħar sejħa għall-proposti fl-2013 il-proġetti li jkunu għadhom għaddejjin jiġu implimentati, immonitorjati u ffinanzjati sa l-2017. |
Emenda 6 Artikolu 2, punt d | |
(d) tiżgura l-effiċjenza u d-durabilità tal-JTI dwar is-Sistemi Integrati tal-Kompjuter; |
imħassar |
Ġustifikazzjoni. | |
Id-definizzjoni ta' "JTI" m’hix ċara. L-objettivi l-oħra definiti f'2.1 mhux diġà jikkonsistu mill-JTI kollha kemm hi? Jekk le, x'iżid b'mod speċifiku l-punt d lil dawn l-objettivi l-oħra? L-objettivi a, b, c u e jiddefinixxu l-istrutturi u l-objettivi konkreti dwar kif tiġi implimentata l-JTI permezz ta' l-Impriża Komuni, imma d tiddikjara biss li l-attivitajiet għandhom isiru biex "jiġu żgurati l-effiċjenza u d-durabilità" tal-JTI. Dan mhuwiex konkret u jista' jfisser li l-iskop tal-JU jista' jkun usa' minn dak speċifikat skond a,b,c u e. | |
Emenda 7 Artikolu 2, punt (d a) (ġdid) | |
|
(da) tippromwovi l-involviment ta’ l-SMEs fl-attivitajiet tagħha; |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li fl-objettivi jiġi speċifikat l-irwol ta' l-SMEs. | |
Emenda 8 Artikolu 4, paragrafu 2, punt (a) | |
(a) kontribuzzjoni finanzjarja mill-ARTEMISIA sa EUR 20 miljun jew sa 1% ta' l-ispejjeż globali tal-Proġetti, liema figura tkun l-ogħla, iżda li ma taqbiżx EUR [30] miljun; |
(a) kontribuzzjoni finanzjarja mill-ARTEMISIA sa EUR 20 miljun jew sa 1% ta' l-ispejjeż globali tal-Proġetti, liema figura tkun l-ogħla, iżda li ma taqbiżx EUR 30 miljun; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-parentesi jridu jitneħħew sabiex tinżamm konsistenza ma’ l-Artikolu 10.4 (a) ta’ l-istatuti ta’ l-Impriża Komuni. | |
Emenda 9 Artikolu 4, paragrafu 2, subparagrafu 1a (ġdid) | |
|
Is-somma tal-kontribuzzjonijiet imsemmija f'punti (a) u (b) m'għandiex taqbes 5% tal-baġit totali ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. |
Emenda 10 Artikolu 4, paragrafu 3, punt b | |
(b) kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri ARTEMIS magħmula f'forma ta' impenji annwali biex jintefqu direttament fuq l-Organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp li jipparteċipaw fil-Proġetti ta' l-R&D; |
(b) kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri ARTEMIS magħmula f'forma ta' impenji annwali biex jintefqu direttament fuq l-Organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp li jipparteċipaw fil-Proġetti ta' l-R&D; l-Istati Membri ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandhom jiżguraw li l-fondi nazzjonali huma allokati fl-iqsar dewmien possibbli. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa essenzjali għall-parteċipanti għas-sejħiet ta' l-ARTEMIS li jkunu jafu li l-iffinanzjar nazzjonali huwa allokat fl-iqsar dewmien possibbli ladarba l-evalwazzjoni tal-livell ta' l-UE tkun kompluta. Huwa estremament importanti, speċjalment għan-negozji, li jkun hemm ċertezza legali u skeda ta' min joqgħod fuqha biex l-investimenti meħtieġa jiġu ppjanati ħalli jitwettqu l-proġetti rebbieħa. | |
Emenda 11 Artikolu 4, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
3a. Kontribuzzjonijiet finanzjarja għall-ispejjeż tal-Proġetti mill-fondi pubbliċi għandhom jiddependu mill-kontribuzzjonijiet mhux bi flus lill-Proġetti ppreżentati bir-riċerka u l-organizzazzjonijiet ta' żvilupp biex ikopru s-sehem tagħhom ta' l-ispejjeż biex jitwettqu l-Proġetti. |
Ġustifikazzjoni | |
Kontribuzzjonijiet mhux bi flus m’humiex sorsi ta’ finanzjament ta’ l-Impriża Komuni, iżda kontribuzzjonijiet għal Proġetti li huma parzjalment iffinanzjati permezz ta’ l-Impriża Komuni imma li jsiru barra minnha. L-iskop tal-klawsola hu probabilment biex ikun ċar li Proġetti jkunu biss parzjalment iffinanzjati mill-awtoritajiet pubbliċi u li dawk attivi fl-R&D għandhom jagħtu kontribut lill-Proġetti wkoll. Billi dawn il-kontribuzzjonijiet isiru kundizzjoni għall-iffinanzjar pubbliku, dan il-prinċipju jkun imfisser b’mod aktar ċar. | |
Emenda 12 Artikolu 6, paragrafu 1 | |
1. Ir-Regolament finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju ta' Qafas. Tista' tiddevja mir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas meta l-bżonnijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS hekk jitolbu u suġġett għall-konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni. |
1. Ir-regoli finanzjarji ta’ l-Impriża Komuni ARTEMIS ma jistgħux jitbegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm dan ma jkunx speċifikament meħtieġ mill-bżonnijiet operattivi speċifiċi tagħha, u suġġett għal kunsens minn qabel tal-Kummissjoni. L-awtorità baġitarja għandha tkun informata b'dawn id-derogi. |
Emenda 13 Artikolu 7, paragrafu 5, punt (c) | |
(c) Il-valutazzjoni u l-proċess ta' għażla għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS isegwu l-prinċipji ta' livelli eċċellenti u kompetizzjoni. |
c) L-evalwazzjoni u l-proċess ta' għażla, li jitwettqu bl-assistenza ta’ esperti barranin, għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS issegwi l-prinċipji ta' livelli eċċellenti u kompetizzjoni |
Ġustifikazzjoni | |
Tiċċara l-prinċipju msemmi kemm-il darba fit-test imma qatt iddikkjarat b’mod espliċitu, li l-proċess ta’ evalwazzjoni huwa mmexxi bl-għajnuna ta’ bordijiet b’esperti esterni u indipendenti. | |
Emenda 14 Artikolu 8, paragrafu 1 | |
1. Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' l-Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea għall-iskopijiet biex ikunu applikati dawn ir-Regolamenti tal-persunal u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għandhom japplikaw għall-persunal ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS u d-Direttur Eżekuttiv tagħha. |
1. L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha timpjega l-persunal tagħha skond ir-regolamenti applikabbli tal-pajjiż ospitanti. Il-Kummissjoni tista' tissekonda kemm meħtieġ uffiċjali lill-Impriża Komuni ARTEMIS. |
Emenda 15 Artikolu 8, paragrafu 2 | |
2. Fir-rispett tal-persunal, l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha teżerċita l-poteri mogħtija lill-awtorità li tinnomina mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fuq l-awtorità mogħtija l-poter li tikkonkludi l-kuntratti skond il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej. |
imħassar |
Emenda 16 Artikolu 8, paragrafu 3 | |
3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jadotta l-miżuri neċessarji ta' implimentazzjoni skond l-arranġamenti pprovduti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' l-Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej. |
3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jadotta l-miżuri neċessarji ta' implimentazzjoni rigward l-issekondar ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. |
Emenda 17 Artikolu 9 | |
Artikolu 9 |
|
Il-Privileġġi u l-Immunitajiet |
|
Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jgħoddu għall-Impriża Komuni ARTEMIS u l-impjegati tagħha. |
imħassar |
Emenda 18 Artikolu 10, paragrafu 1 | |
1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tkun irregolata mil-liġi applikabbli għad-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti. |
1. Ir-responsabiltà kuntrattwali ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti u mil-liġi applikabbli għall-ftehim jew il-kuntratt in kwistjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Iddaħħlu xi klawsoli essenzjali mill-Artikolu 19 ta' l-Istatuti ta’ l-Impriża Komuni sabiex ikun żgurat li ma hemm l-ebda diskrepanza bejn dan l-artikolu u l-Artikolu 19 ta’ l-Istatuti. | |
Emenda 19 Artikolu 10, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
3a. L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tkun unikament responsabbli għall-twettieq ta' l-obbligazzjonijiet tagħha. |
Ġustifikazzjoni | |
Iddaħħlu xi klawsoli essenzjali mill-Artikolu 19 ta' l-Istatuti ta’ l-Impriża Komuni sabiex ikun żgurat li ma hemm l-ebda diskrepanza bejn dan l-Artikolu u l-Artikolu 19 ta’ l-Istatuti. | |
Emenda 20 Artikolu 10 paragrafu 3 b (ġdid) | |
|
3b. L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tkun unikament responsabbli għall-konformità ma' l-obbligazzjonijiet tal-Membri tagħha. M'għandhiex tkun responsabbli għan-nuqqas ta' Stat Membru ARTEMIS li jwettaq l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mis-sejħiet għall-proposti varati mill-Impriża Komuni ARTEMIS. |
Ġustifikazzjoni | |
Iddaħħlu xi klawsoli essenzjali mill-Artikolu 19 ta' l-Istatuti ta’ l-Impriża Komuni sabiex ikun żgurat li ma hemm l-ebda diskrepanza bejn dan l-Artikolu u l-Artikolu 19 ta’ l-Istatuti. | |
Emenda 21 Artikolu 10, paragrafu 3 c (ġdid) | |
|
3c. Il-Membri ma jkunux responsabbli għal ebda mill-obbligi finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. Ir-responsabiltà finanzjarja tal-Membri tkun responsabiltà interna lejn l-Impriża Komuni ARTEMIS biss, limitata għall-impenn tagħhom li jikkontribwixxu għar-riżorsi kif stipulat fl-Artikolu 4. |
Ġustifikazzjoni | |
Iddaħħlu xi klawsoli essenzjali mill-Artikolu 19 ta' l-Istatuti ta’ l-Impriża Komuni sabiex ikun żgurat li ma hemm l-ebda diskrepanza bejn dan l-Artikolu u l-Artikolu 19 ta’ l-Istatuti. | |
Emenda 22 Artikolu 12, paragrafu 2 | |
2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċmebru 2010 u l-31 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tmexxi evalwazzjonijiet interim ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS bl-assistenza ta' esperti indipendenti. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS u l-progress lejn l-għanijiet stipulati. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' dan, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni interim ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill imħejji bl-assistenza ta' esperti indipendenti. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS u l-progress lejn l-għanijiet stipulati. |
Ġustifikazzjoni | |
1. Ir-rapporteur jissuġġerixxi li l-2010 tinżamm għal xebħ mal-prattika FP7 u wkoll sabiex jitħalla biżżejjed żmien għar-reviżjoni eventwali tar-regolament. | |
2. L-evalwazzjoni fl-2015 m’hix meħtieġa. | |
3. Għandu jkun iddikjarat b’mod ċar li l-evalwazzjoni interim titwettaq u tkun preżentata lill-PE u lill-Kunsill sa l-2010. | |
Emenda 23 Artikolu 12, paragrafu 3 | |
3. Sal-31 ta' Marzu 2018, il-Kummissjoni għandha tmexxi evalwazzjoni finali ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS bl-assistenza ta' esperti indipendenti. Ir-riżultati ta' din l-evalwazzjoni finali għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
imħassar |
Emenda 24 Artikolu 12, punt 4 | |
Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. |
Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS, filwaqt li tkun irrispettata l-kompetenza tal-Qorti ta’ l-Awdituri li teżamina l-kontijiet tad-dħul u tal-ħruġ ta’ l-entitajiet kollha mwaqqfa mill-Komunitajiet Ewropej u li jingħarfu l-ispeċifitajiet ta’ l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti bħala mekkaniżmi ġodda sabiex jimplimentaw sħubijiet pubbliċi-privati, sabiex tinsab soluzzjoni aktar effettiva għall-kwittanza tal-baġit Komunitarju. |
Emenda 25 Artikolu 17 | |
Ftehim ospitanti għandu jiġi konkluż bejn l-Impriża Komuni ARTEMIS u l-Istat ospitanti fir-rigward ta' postijiet għall-uffiċini, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Komuni ARTEMIS |
Ftehim ospitanti għandu jiġi konkluż bejn l-Impriża Komuni ARTEMIS u l-Istat ospitanti fir-rigward ta' assistenza li tikkonċerna postijiet għall-uffiċini, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Komuni ARTEMIS |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jiġi stipulat b'mod ċar li l-pajjiż ospitanti ta' kwalunkwe aġenzija jew entità Komunitarja simili hu mistenni li jipprovdi għajnuna finanzjarja u kull assistenza oħra meħtieġa biex jiġu ffaċilitati t-twaqqif u t-tħaddim ta' l-entità Komunitarja. | |
Emenda 26 Anness, Artikolu 1, paragrafu 3 | |
3. L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tiġi stabbilita mill-pubblikazzjoni ta' dawn l-Istatuti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017. |
3. L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tiġi stabbilita mill-pubblikazzjoni ta' dawn l-Istatuti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017. Ikun żgurat li wara l-aħħar sejħa għall-proposti fl-2013 il-proġetti li jkunu għadhom għaddejjin jiġu implimentati, immonitorjati u ffinanzjati sa l-2017. |
Ġustifikazzjoni | |
L-istess bħall-premessa 11. | |
Emenda 27 Anness, Artikolu 1, paragrafu 5 a (ġdid) | |
|
5a. L-Impriża Komuni ARTEMIS hija entità kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u fil-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006. |
Emenda 28 Anness, Artikolu 1, paragrafu 4 | |
4. Il-perjodu jista' jiġi estiż billi dawn l-Istatuti jiġu emendati skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 23, billi jitqies il-progress li sar lejn il-kisba ta' l-għanijiet ta' Impriża Komuni ARTEMIS u sakemm tkun żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja. |
imħassar |
Emenda 29 Anness, Artikolu 2, paragrafu 1, punt (d) | |
(d) tiżgura l-effiċjenza u d-durabilità tal-JTI dwar is-Sistemi Integrati tal-Kompjuter ; |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Kif deskritt fir-rigward ta’ l-Artikolu 2 d emendat tar-Regolament tal-Kunsill, id-definizzjoni tal-"JTI" m’hix ċara. Għalhekk 2.1.d għandha titħassar. | |
Emenda 30 Anness, Artikolu 2, paragrafu 2, punt (d a) (ġdid) | |
|
(da) tippromwovi l-involviment ta’ l-SMEs fl-attivitajiet tagħha; |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li fl-objettivi jiġi speċifikat l-irwol ta' l-SMEs. | |
Emenda 31 Anness, Artikolu 2, paragrafu 2, punt (h) | |
(h) tippubblika informazzjoni dwar il-Proġetti, inkluż isem il-parteċipanti u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-Impriża Komuni ARTEMIS; |
(h) tippubblika informazzjoni dwar il-Proġetti, inkluż isem il-parteċipanti u l-ammont kull parteċipant tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-Impriża Komuni ARTEMIS; |
Ġustifikazzjoni | |
Din iż-żieda tgħin lill-Artemis tiddetermina l-kontribuzzjonijiet dovuti mill-membri tagħha lill-Artemis, liema kontribuzzjonijiet huma bbażati fuq l-ispejjeż tagħhom fil-Proġetti. Dawn il-kontribuzzjonijiet huma essenzjali biex l-Artemis tiffinanzja l-parteċipazzjoni tagħha fl-Impriża Komuni. | |
Emenda 32 Anness, Artikolu 4, paragrafu 4 | |
4. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' kull entità ġuridika oħra jew rakkomandazzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' Pajjiżi Terzi għandha ssir billi jitqiesu r-rilevanza u l-valur miżjud potenzjali ta' l-applikant għall-kisba ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS . |
4. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' kull entità ġuridika oħra jew rakkomandazzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' Pajjiżi Terzi għandha ssir billi jitqiesu r-rilevanza u l-valur miżjud potenzjali ta' l-applikant għall-kisba ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS . Fl-eventwalità ta’ applikazzjoi għas-sħubija, il-Bord tat-Tmexxija jipprovdi lill-Kunsill b’informazzjoni f’waqtha dwar l-evalwazzjonijiet ta’ l-applikant u, fejn applikabbli, dwar ir-rakkomandazzjoni jew id-deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-Kunsill. |
Ġustifikazzjoni | |
Fl-interess tat-trasparenza, hija meħtieġa informazzjoni dwar l-isħubija fl-ARTEMIS. | |
Emenda 33 Anness, Artikolu 4, paragrafu 5 | |
5. Kull Membru jista' jirtira mill-Impriża Komuni ARTEMIS. L-irtirar għandu jsir effettiv u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lil Stati Membri oħra li warajhom l-ex-Membru jiġi rrilaxxat minn kull obbligu għajr dawk li diġà kienu jeżistu qabel l-irtirar tiegħu. |
5. Kull Membru jista' jirtira mill-Impriża Komuni ARTEMIS. L-irtirar għandu jsir effettiv u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lil Stati Membri oħra li warajhom l-ex-Membru jiġi rrilaxxat minn kull obbligu għajr dawk li diġà impenja ruħu għalihom permezz tad-deċiżjonijiet ta’ l-Impriża Komuni ARTEMIS b’konformità ma' dawn l-Istatuti, qabel l-irtirar tal-Membru. L-obbligu li jingħata avviż ta' sitt xhur m'għandux japplika meta l-irtirar ta' Membru jkun ibbażat fuq l-emendi ta' dawn l-Istatuti jew ikun konsegwenza diretta ta' dawn l-istess Statuti. |
Ġustifikazzjoni | |
Kieku fil-futur il-Kummissjoni, u mhux il-bord tat-Tmexxija, tkun tista' temenda l-Istatuti, kieku l-Membri jkunu kapaċi jirreaġixxu għall-emendi ta' l-Istatuti. | |
Emenda 34 Anness, Artikolu 6, paragrafu 2, punt (c) | |
(c) japprova r-Regolamenti Finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS skond l-Artikolu 13 ta' dawn l-Istatuti; |
(c) japprova r-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS skond l-Artikolu 13 ta' dawn l-Istatuti, wara li jkun ikkonsulta mal-Kummissjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
Ara Premessa 25. | |
Emenda 35 Anness, Artikolu 7, paragrafu 2, punt (e) | |
(e) japprova t-tnedija tas-sejħiet għall-proposti; |
(e) japprova l-kontenut, l-għanijiet u t-tnedija tas-sejħiet għall-proposti; |
Ġustifikazzjoni | |
Kjarifika dwar il-ħidma tal-Bord ta’ l-Awtoritajiet Pubbliċi fir-rigward tas-sejħiet għall-proposti. | |
Emenda 36 Anness, Artikolu 7 paragrafu 3, punt (b) | |
(b) Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jeleġġi l-President tiegħu. |
(b) Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jeleġġi l-President tiegħu kull sentejn. L-istess Chairperson ma jistax jerġa jiġi elett aktar minn darbtejn. |
Ġustifikazzjoni | |
Mandat itwal għaċ-chairperson jiżgura ppjanar 'il quddiem aħjar u iżjed effiċjenti fuq naħa filwaqt li ċertu limitu ta' żmien jipprovdi wkoll għall-bilanċ ta' poter u l-post jista' xorta jinbidel bejn il-membri. Li tiġi llimitata l-possibilità għal elezzjoni mill-ġdid taħdem favur il-protezzjoni kontra l-monopolizzazzjoni tal-post. | |
Emenda 37 Anness, Artikolu 9, paragrafu 2 | |
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, għal perjodu sa tliet snin. Wara evalwazzjoni tar-rendiment tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord jista' jestendi l-mandat tiegħu darba għal perjodu ulterjuri ta' mhux inqas minn erba' snin. |
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija skond lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni wara sejħa għall-espressjoni ta' interess ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u f’rivisti oħra jew fuq siti ta’ l-Internet, għal perjodu sa tliet snin. Wara evalwazzjoni tar-rendiment tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord jista' jestendi l-mandat tiegħu darba għal perjodu ulterjuri ta' mhux inqas minn tliet snin. |
Ġustifikazzjoni | |
Fl-interess tat-trasparenza u tal-konsistenza huma proposti l-istess proċeduri tal-ħatra adottati għall-Impriża Konġunta ITER u Entitajiet Komunitarji oħra. Seba’ snin fil-kariga jidhru eċċessivi. Bħala regola ġenerali, il-perjodu ta’ estensjoni ma għandiex taqbeż il-mandat inizjali. | |
Emenda 38 Anness, Artikolu 10 paragrafu 2, punt (b) | |
(b) kontribuzzjoni Komunitarja għall-finanzjament ta' l-Attivitajiet R&D; |
(b) kontribuzzjoni Komunitarja għall-finanzjament tal-Proġetti; |
Ġustifikazzjoni | |
Fir-Regolament tal-Kunsill kif ukoll fl-Istatuti tal-JU, id-definizzjonijiet ta' "l-Attivitajiet R&D" u "l-Proġetti" jidħlu parzjalment f'xulxin u jwasslu għal konfużjoni u inkonsistenzi. Fost affarijiet oħra, aħna nixtiequ għalhekk inġibu l-Artikolu 10.2.b f’konformità ma' l-Artikolu 10.5.a. | |
Emenda 39 Anness, Artikolu 10 paragrafu 4, punt (a) | |
(a) kontribuzzjoni finanzjarja mill-ARTEMISIA sa EUR 20 miljun jew sa 1% ta' l-ispejjeż globali tal-Proġetti, liema figura tkun l-ogħla, iżda li ma taqbiżx EUR 30 miljun; |
(a) kontribuzzjoni finanzjarja mill-ARTEMISIA sa EUR 20 miljun jew sa 1% ta' l-ispejjeż globali tal-Proġetti, liema figura tkun l-ogħla, iżda li ma taqbiżx EUR 30 miljun; Bi spejjeż globali wieħed ifisser is-somma ta’ l-ispejjeż totali (kif iddefinit fin-nota tal-qiegħ 32) tal-Proġetti kollha; |
Ġustifikazzjoni | |
Hija meħtieġa definizzjoni ċara u mingħajr ambigwità ta’ “l-ispejjeż globali” bħala l-bażi tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-ARTEMIS għall-ispejjeż amministrattivi. | |
Emenda 40 Anness, Artikolu 10, paragrafu 4, punt (d a) (ġdid) | |
|
(da) Is-somma tal-kontribuzzjonijiet imsemmija f'punti (a) u (b) m'għandhomx jaqbżu 5% tal-baġit totali ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. |
Emenda 41 Anness, Artikolu 10, paragrafu 5, punt (c) | |
(c) kontribuzzjonijiet in natura mill-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp biex jerfgħu s-sehem tagħhom ta' l-ispiża neċessarja biex jitwettqu l-Proġetti. Il-kontribuzzjoni kumplessiva tul l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tkun daqs jew akbar mill-kontribuzzjoni ta' l-awtoritajiet pubbliċi. |
(c) kontribuzzjonijiet in natura mill-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp li qed jieħdu sehem fil-Proġetti, li jkunu soġġetti għal evalwazzjoni tal-valur u tar-relevanza tagħhom għat-twettiq ta' l-attivitajiet ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS u għall-aċċettazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija. Il-proċedura għall-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet mhux bi flus għandha tiġi adottata mill-Bord tat-Tmexxija. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin: · l-approċċ globali għandu jkun ibbażat fuq il-modus operandi tas-Seba' Programm ta' Qafas, fejn dak li jaqa' taħt il-kontribuzzjonijiet mhux bi flus għal proġetti jiġi assessjat fil-livell ta' reviżjoni · ir-regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolamenti Finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandhom jintużaw bħala gwida; · oġġetti addizzjonali għandhom jiġu koperti minn Standards tal-Verifika Internazzjonali; · l-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għandha ssir f'konformità mal-valuri li jkunu ġeneralment aċċettati fis-suq ikkonċernat (Artikolu 172(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju). Il-Verifika għandha ssir minn awditur indipendenti. |
Emenda 42 Anness, Artikolu 10, paragrafu 7 | |
7. Jekk xi Membru ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS jonqos mill-impenni tiegħu fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja miftehma tiegħu lill-Impriża Komuni ARTEMIS, id-Direttur Eżekuttiv għandu jlaqqa' lill-Bord tat-Tmexxija biex jiddeċiedi jekk il-Membri li jkun fadal għandhomx jirrevokaw is-sħubija tal-Membru li qed jonqos jew jekk xi miżuri oħra għandhomx jittieħdu sakemm jintlaħqu l-obbligi. |
7. Jekk xi Membru ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS jonqos mill-impenni tiegħu fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja miftehma tiegħu lill-Impriża Komuni ARTEMIS, id-Direttur Eżekuttiv għandu jgħarraf bil-miktub lil dan il-Membru b’dan u jistipula perjodu raġonevoli sabiex dan in-nuqqas jitranġa. Jekk dan in-nuqqas ma jkunx tranġa f’dan il-perjodu, id-Direttur Eżekuttiv għandu jlaqqa' lill-Bord tat-Tmexxija biex jiddeċiedi jekk għandhiex tiġi rrevokata s-sħubija tal-Membru li qed jonqos jew jekk xi miżuri oħra għandhomx jittieħdu sakemm jintlaħqu l-obbligi. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan biex ikunu evitati kunflitti bejn din il-klawsola u l-klawsola 6.2(b). | |
Emenda 43 Anness, Artikolu 13, punti (1) sa (3) | |
Regolament Finanzjarju 1. Ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija. |
Regoli finanzjarji 1. Ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. |
2. L-għan tar-Regolament Finanzjarju huwa li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda u ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. |
2. L-għan tar-regoli finanzjarji huwa li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda (tħassir) ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. |
3. Ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju strutturali u għandu jinkludi dispożizzjonijiet għall-ipjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. Ir-Regolament Finanzjarju jista' jiddevja mir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas meta l-bżonnijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS hekk jitolbu u soġġett għall-konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni. |
3. Ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Konġunta ta' l-IMI ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm dan mhux neċessarju għall-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tiegħu. Għandu jkun meħtieġ il-kunsens minn qabel min-naħa tal-Kummissjoni biex tiġi adottata kull regola li tidderoga mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. L-awtorità baġitarja għandha tkun informata b'dawn id-derogi. |
|
|
Ġustifikazzjoni | |
Ara Premessa 25. | |
44 Anness, Artikolu 13, punt 4 | |
Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. |
Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS, filwaqt li tkun irrispettata l-kompetenza tal-Qorti ta’ l-Awdituri li teżamina l-kontijiet tad-dħul u tal-ħruġ ta’ l-entitajiet kollha mwaqqfa mill-Komunitajiet Ewropej u li jingħarfu l-ispeċifitajiet ta’ l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti bħala mekkaniżmi ġodda sabiex jimplimentaw sħubijiet pubbliċi-privati, sabiex tinsab soluzzjoni aktar effettiva għall-kwittanza tal-baġit Komunitarju. |
Emenda 45 Anness, Artikolu 14, paragrafu 1 | |
1. Il-Pjan Strateġiku Multijannwali għandu jispeċifika l-istrateġija u l-pjanijiet għall-ilħuq ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS, inkluż l-Aġenda ta' Riċerka. |
1. Il-Pjan Strateġiku Multijannwali għandu jispeċifika l-istrateġija u l-pjanijiet għall-ilħuq ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS, inkluż l-Aġenda ta' Riċerka. Ladarba approvat mil-Bord tat-Tmexxija, il-Pjan Strateġiku Multijannwali jiġi ppubblikat. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Pjan Strateġiku Multiannwali, li jiddeskrivi l-attivitajiet pjanati għas-snin li ġejjin, huwa ta' importanza kbira għal parteċipanti futuri possibbli. | |
Emenda 46 Anness, Artikolu 14, paragrafu 2 | |
2. Il-Programm ta' Ħidma Annwali għandu jiddeskrivi l-ambitu u l-baġit tas-sejħiet għall-proposti meħtieġa għall-implimnetazzjoni ta' l-Aġenda ta' Riċerka għal sena partikolari. |
2. Il-Programm ta' Ħidma Annwali għandu jiddeskrivi l-ambitu u l-baġit tas-sejħiet għall-proposti meħtieġa għall-implimnetazzjoni ta' l-Aġenda ta' Riċerka għal sena partikolari. Ladarba approvat mil-Bord tat-Tmexxija, il-Programm ta' Ħidma Annwali jiġi ppubblikat. |
Ġustifikazzjoni | |
Ma hemmx għalfejn wieħed jenfasizza r-rilevanza tal-Programm ta' Ħidma Annwali għall-applikanti potenzjali tas-Sejħiet. | |
Emenda 47 Anness, Artikolu 14, paragrafu 3 | |
3. Il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għandu jispeċifika l-pjan għall-eżekuzzjoni ta' l-attivitajiet kollha ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għal sena partikolari, inkluż is-sejħiet ippjanati għall-proposti u l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati permezz ta' Sejħiet għall-offerti. Il-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Pjan Annwali tal-Baġit. |
3. Il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għandu jispeċifika l-pjan għall-eżekuzzjoni ta' l-attivitajiet kollha ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għal sena partikolari, inkluż is-sejħiet ippjanati għall-proposti u l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati permezz ta' Sejħiet għall-offerti. Il-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Pjan Annwali tal-Baġit. Ladarba approvat mil-Bord tat-Tmexxija, il-Pjan Annwali ta’ Implimentazzjoni jiġi ppubblikat. |
Ġustifikazzjoni | |
Għall-informazzjoni u t-trasparenza dwar attivitajiet implimentati ta’ l-Artemis. | |
Emenda 48 Anness, Artikolu 14, paragrafu 5 | |
5. Ir-Rapport Annwali ta' l-Attività għandu jippreżenta l-progress li jkun sar mill-Impriża Komuni ARTEMIS f'kull sena kalendarja, b'mod partikolari f'relazzjoni mal-Pjan Strateġiku Multijannwali u l-Pjan Multijannwali ta' Implimentazzjoni għal dik is-sena. Ir-Rapport Annwali ta' l-Attività għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ. |
5. Ir-Rapport Annwali ta' l-Attività għandu jippreżenta l-progress li jkun sar mill-Impriża Komuni ARTEMIS f'kull sena kalendarja, b'mod partikolari f'relazzjoni mal-Pjan Strateġiku Multijannwali u l-Pjan Multijannwali ta' Implimentazzjoni għal dik is-sena. Ir-Rapport Annwali ta' l-Attività għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ. Dan ir-Rapport Annwali ta' l-Attività għandu jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ l-SMEs fl-attivitajiet R&D ta’ l-Impriża Komuni ARTEMIS. |
Emenda 49 Anness, Artikolu 14, paragrafu 6 | |
6. Il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ: fi żmien xahrejn mill-għeluq ta' kull sena finanzjarja, il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena ta' qabel għandhom jitressq mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni. Il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena ta' qabel għandhom jitressqu lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri. |
6. Il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ: fi żmien xahrejn mill-għeluq ta' kull sena finanzjarja, il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena ta' qabel għandhom jitressq mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni. Il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena ta' qabel għandhom jitressqu lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u lill-awtorità baġitarja. |
Ġustifikazzjoni | |
Hemm bżonn li l-kontijiet u l-karti tal-bilanċ jintbagħtu liż-żewġ fergħat ta' l-awtorità baġitarja għal skopijiet ta' tagħrif. | |
Emenda 50 Anness, Artikolu 15, paragrafu 2 | |
2. L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tikkonkludi ftehimiet ta' għoti mal-parteċipanti fil-Proġett għall-implimentazzjoni tal-Proġetti. Il-ftehimiet ta' l-għoti għandhom jirreferu għal u, fejn xieraq, jistrieħu fuq ftehimiet nazzjonali ta' l-għoti korrispondenti kif imsemmi fl-Artikolu 16(5)(b). |
2. L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tikkonkludi ftehimiet ta' għoti mal-parteċipanti fil-Proġett għall-implimentazzjoni tal-Proġetti. It-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ftehimiet ta’ l-għoti jkunu skond ir-Regolament Fianzjarju ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS u jirreferu għal u, fejn xieraq, jistrieħu fuq ftehimiet nazzjonali ta' l-għoti korrispondenti kif imsemmi fl-Artikolu 16(5)(b). |
Ġustifikazzjoni | |
It-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehimiet ta’ l-għoti għandhu ikunu dejjem skond ir-Regolament Finanzjarju (anke fejn ma teżisti l-ebda ftehima ta’ l-għotja). | |
Emenda 51 Anness, Artikolu 16 paragrafu 4, punt (a) | |
(a) Is-sejħiet għall-proposti varati mill-Impriża Komuni ARTEMIS għandhom jinfetħu għall-parteċipanti stabbiliti fl-Istati Membri ARTEMIS u fi kwalunkwe Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea jew il-Pajjiż Assoċjat. |
a) Is-sejħiet għall-proposti varati mill-Impriża Komuni ARTEMIS għandhom jinfetħu għall-parteċipanti stabbiliti fl-Istati Membri ARTEMIS u fi kwalunkwe Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea jew il-Pajjiż Assoċjat. Is-sejħiet għall-proposti għandhom ikunu ppubblikati kemm jista’ jkun permezz ta’ rivisti, siti Internet eċċ. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tiġi promossa parteċipazzjoni miftuħa u wiesgħa għall-attivitajiet R&D ta’ l-Artemis. | |
Emenda 52 Anness, Artikolu 18, paragrafu 1 | |
1. In-numru tal-persunal għandu jiġi ddeterminat fi pjan ta' stabbiliment li għandu jiġi stipulat fil-Pjan Annwali tal-Baġit. |
1. In-numru tal-persunal għandu jiġi ddeterminat fi pjan ta' stabbiliment li għandu jiġi stipulat fil-Pjan Annwali tal-Baġit u jiġi mgħoddi mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' l-abbozz preliminari tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni | |
Bħal m'hu l-każ ta' l-Impriżi Konġunti li diġa jeżistu, l-organigramma ta' l-ARTEMIS JU għandu jiġi ppublikat mill-Kummissjoni flimkien mal-PDB. | |
Emenda 53 Anness, Artikolu 18, paragrafu 2 | |
2. Il-membri tal-persunal ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandhom ikunu aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali u għandhom ikollhom kuntratti b'terminu definit li jistgħu jiġu estiżi darba biss sa perjodu massimu totali ta' seba' snin. |
imħassar |
Emenda 54 Anness, Artikolu 19, paragrafu 6 | |
6. Il-Membri mhumiex responabbli għal ebda mill-obbligi finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-Membri hija responsabbiltà interna lejn l-Impriża Komuni ARTEMIS biss, u hija limitata għall-impenn tagħhom li jikkontribwixxu għar-riżorsi kif stipulat fl-Artikolu 10(2). |
6. Il-Membri mhumiex responsabbli għal ebda mill-obbligi ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. Ir-responsabiltà finanzjarja tal-Membri hija responsabiltà interna lejn l-Impriża Komuni ARTEMIS biss, u hija limitata għall-impenn tagħhom li jikkontribwixxu għar-riżorsi kif stipulat fl-Artikolu 10(2). |
Ġustifikazzjoni | |
L-esklużjoni tar-responsabiltà għandha tapplika għall-obbligi kollha ta’ l-Impriża Komuni. “Obbligi finanzjarji” tista’ tiġi interpretata b’mod aktar ristrettiv mill-obbligi msemmija fl-Artikolu 19.4. | |
Emenda 55 Anness, Artikolu 19, paragrafu 7 | |
7. Ir-responsabbiltà finanzjarja ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għad-djun tagħha hija limitata għall-kontribuzzjonijiet li għamlu l-Membri għall-ispejjeż operattivi kif stipulat fl-Artikolu 10(2). |
7. Bl-eċċezzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji dovuti lill-parteċipanti fil-Proġett skond l-Artikolu 16(5)(a), ir-responsabiltà finanzjarja ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għad-djun tagħha hija limitata għall-kontribuzzjonijiet li għamlu l-Membri għall-ispejjeż operattivi kif stipulat fl-Artikolu 10(2). |
Ġustifikazzjoni | |
Mingħajr din iż-żieda, dan l-artikolu jista’ jkollu l-effett mhux maħsub li ftehimiet ta’ għoti ta’ l-Impriża Komuni m’humiex infurzabbli mill-parteċipanti fil-Proġett sakemm il-ftehimiet ta’ l-għoti ikollhom valur lilhinn mill-kontribuzzjonijiet tal-Membri sabiex jappoġġjaw l-ispejjeż ta’ l-aministrazzjoni ta’ l-Impriża Komuni. F’varji ġurisdizzjonijiet nazzjonali ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE, jekk mhux f’kollha, l-obbligi li jirriżultaw minn kuntratti, huma kkunsidrati bħala “dejn”. | |
Emenda 56 Anness, Artikolu 22, paragrafu 5 | |
5. Meta kwalunkwe assi fiżiku jkun ġiet ttrattat kif ipprovdut fil-paragrafu 5, kull assi oħra ulterjuri għandhom jintużaw biex ikopru r-responsabbiltajiet ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS u l-ispejjeż marbuta ma' l-istralċ tagħha. Kwalunkwe bilanċ jew żbilanċ għandu jitqassam fost jew jiġġarrab mill-Membri eżistenti fi żmien l-istralċ fi proporzjon mal-kontribuzzjoni annwali tagħhom għall-Impriża Komuni ARTEMIS. |
5. Meta kwalunkwe assi fiżiku jkun ġiet ttrattat kif ipprovdut fil-paragrafu 4, kull assi oħra ulterjuri għandhom jintużaw biex ikopru r-responsabbiltajiet ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS u l-ispejjeż marbuta ma' l-istralċ tagħha. Kwalunkwe bilanċ favorevoli għandu jitqassam fost il-Membri eżistenti fi żmien l-istralċ fi proporzjon mal-kontribuzzjoni annwali tagħhom għall-Impriża Komuni ARTEMIS. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-referenza għal “żbilanċ” għandha tkun imħassra, peress li din timplika responsabiltà tal-membri lejn l-obbligi ta’ l-Impriża Komuni, b’kontradizzjoni ma’ l-Artikolu 19.6. | |
Emenda 57 Anness, Artikolu 23, paragrafu 3 | |
3. Proposti għall-emendi għall-Istatuti għandhom jiġu approvati mill-Bord tat-Tmexxija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 u jitressqu lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni. |
3. Proposti għall-emendi għall-Istatuti għandhom jiġu approvati mill-Bord tat-Tmexxija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 u jitressqu lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. |
Ġustifikazzjoni | |
Hemm bżonn li l-Parlament Ewropew jiġi kkonsultat dwar kull bidla importanti għall-istatui ta’ l-Impriża Komuni. | |
Emenda 58 Anness, Artikolu 23, paragrafu 4 | |
4. Minkejja l-paragrfau 2, kull emenda proposta għall-Artikolu 1(3), Artikolu 4(3), Artikolu 10(4)(b), u Artikolu 10(50(a) għandha titqies bħala aspett essenzjali u għalhekk soġġetta għal reviżjoni ta' dan ir-Regolament. |
4. Minkejja l-paragrfau 3, kull emenda proposta għall-Artikolu 1(3), Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 9(2), Artikolu 10(4)(b), u Artikolu 10(5)(a) u l-Artikolu 19 għandha titqies bħala aspett essenzjali u għalhekk soġġetta għal reviżjoni ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
L-artikoli msemmija jikkonċernaw kwistjonijiet sensittivi li għandhom x'jaqsmu ma’ l-operat, ma’ l-effettività, mal-kredibilità u mat-trasparenza ta’ l-Artemis. Kwalunkwe bidla teħtieġ Deċiżjoni Istituzzjonali. | |
Emenda 59 Anness, Artikolu 24 paragrafu 2, punt (a) | |
(a) "Informazzjoni" għandha tfisser kull tpinġija, speċifikazzjoni, ritratt, kampjun, mudell, proċess, proċedura, istituzzjoni, softwer, rapport, rapporti dwar studji, jew kull informazzjoni teknika u/jew kummerċjali oħra, għarfien prattiku, dejta, jew dokumenti ta' kull tip, inkluż informazzjoni orali, li mhix materjal protett mid-"Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali" (IPR); |
(a) "Informazzjoni" għandha tfisser kull tpinġija, speċifikazzjoni, ritratt, kampjun, mudell, proċess, proċedura, istituzzjoni, softwer, rapport, rapporti dwar studji, jew kull informazzjoni teknika u/jew kummerċjali oħra, għarfien prattiku, dejta, jew dokumenti ta' kull tip, inkluż informazzjoni orali, li mhix "Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali" (IPR); |
Ġustifikazzjoni | |
Mingħajr it-tħassir tagħna, id-definizzjoni tista’ ma tkunx ċara, peress li ħafna mill-“Informazzjoni” tista’ tkun materjal kopert mill-IPR. | |
Emenda 60 Anness, Artikolu 24, paragrafu 2, punt (i) | |
(i) "Dritt ta' l-Aċċess" tfisser liċenzji mhux esklussivi u drittijiet ta' l-utenti għat-Tagħrif Eżistenti jew Miksub, liema drittijiet m'għandhomx jinkludu d-dritt ta-subliċenzjar ħlief jekk maqbul mod ieħor fil-Ftehim tal-Proġett; |
(i) "Dritt ta' l-Aċċess" tfisser liċenzji mhux esklussivi u drittijiet ta' l-utenti għat-Tagħrif Eżistenti jew Miksub li għandhom jingħataw skond il-Ftehima tal-Proġett, liema drittijiet m'għandhomx jinkludu d-dritt ta-subliċenzjar ħlief jekk miftiehem mod ieħor fil-Ftehim tal-Proġett; |
Ġustifikazzjoni | |
Iż-żieda tiċċara li se jingħataw id-drittijiet ta' l-aċċess skond il-Ftehima tal-Proġett u ngħidu aħna mhux bħal fil-proġetti ta' l-FP bil-ftehima ta' l-għoti (ukoll). Il-ftehima ta' l-għoti għandha tirreferi għal din il-politika ta' l-IPR biss u għandha tistipula li l-parteċipanti tal-proġett iridu jagħmlu arranġament ta' l-IPR li mhuwiex f'kunflitt ma' din il-politika. | |
Emenda 61 Anness, Artikolu 24, paragrafu 2, punt (j) | |
(j) "Meħtieġ" għandha tfisser "teknikament essenzjali" għall-implimentazzjoni tal-Proġett u/jew fir-rigward tat-Tagħrif Eżistenti u, fejn huma kkonċernati d-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, għandha tfisser li dawk id-Drittijiet tal-Prorjetà Intellettwali jinkisru li kieku ma jingħatawx id-Drittijiet ta' l-Aċċess; |
(j) "Meħtieġ" għandha tfisser "teknikament essenzjali" għall-implimentazzjoni tal-Proġett u/jew fir-rigward tat-Tagħrif Eżistenti u, fejn huma kkonċernati d-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, għandha tfisser li dawk id-Drittijiet tal-Prorjetà Intellettwali jinkisru li kieku ma jingħatawx id-Drittijiet ta' l-Aċċess; |
Ġustifikazzjoni | |
Since 'Use' is a term defined in this contract it should be written with a capital 'U'. | |
« | |
Ma tapplikax għall-verżjoni Maltija. | |
Emenda 62 Anness, Artikolu 24, paragrafu 3, subparagrafu 3.2.1. | |
3.2.1. Parteċipanti fi proġett fl-istess Proġett għandhom jikkonkludu bejniethom Ftehim ta' Proġett li għandu jirregola, fost l-oħrajn, id-Drittijiet ta' l-Aċċess li għandhom jingħataw skond dan l-Artikolu. Il-parteċipanti fi proġett jistgħu jiddefinixxu t-tagħrif eżistenti meħtieġ għall-finijiet tal-proġett u, fejn ikun xieraq, jistgħu jeskludu tagħrif eżistenti speċifiku. |
3.2.1. Parteċipanti fi proġett fl-istess Proġett għandhom jikkonkludu bejniethom Ftehim ta' Proġett li għandu jirregola, fost l-oħrajn, id-Drittijiet ta' l-Aċċess li għandhom jingħataw skond dan l-Artikolu. Il-parteċipanti fil-proġett jistgħu jiddeċiedu li jagħtu Drittijiet ta’ l-Aċċess aktar wesgħin minn dawk meħtieġa minn dan l-Artikolu. Il-parteċipanti fi proġett jistgħu jiddefinixxu t-tagħrif eżistenti meħtieġ għall-finijiet tal-proġett u, fejn ikun xieraq, jistgħu jeskludu tagħrif eżistenti speċifiku. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-Drittijiet ta’ l-Aċċess li għandhom jingħataw skond dan l-Artikolu għandhom jingħataw dejjem, iżda il-Parteċipanti fil-Proġett jistgħu jiddeċiedu jagħtu Drittijiet ta’ l-Aċċess usa’. | |
Emenda 63 Anness, Artikolu 24, paragrafu 3, subparagrafu 3.2.4. | |
3.2.4. Il-parteċipanti fl-istess Proġett għandhom igawdu minn Drittijiet ta' l-Aċċess għat-Tagħrif Eżistenti jekk dan ikun meħtieġ għall-Użu tat-Tagħrif Miksub tagħhom ta' dak il-Proġett, dejjem sakemm sid it-Tagħrif Eżistenti jkun intitolat jagħti dawk id-drittijiet. Dawn id-Drittijiet ta' l-Aċċess għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklussiva b'kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji. |
3.2.4. Il-parteċipanti fl-istess Proġett għandhom igawdu minn Drittijiet ta' l-Aċċess għat-Tagħrif Eżistenti jekk dan ikun meħtieġ għall-Użu tat-Tagħrif Miksub tagħhom ta' dak il-Proġett, dejjem sakemm sid it-Tagħrif Eżistenti jkun intitolat jagħti dawk id-drittijiet. Dawn id-Drittijiet ta' l-Aċċess għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklussiva, mhux trasferibbli b'kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji. |
Ġustifikazzjoni | |
Iż-żieda saret sabiex ikun evitat li minħabba d-differenza ma’ 3.2.3 din il-klawsola tista’ tiġi interpretata bħala l-għoti ta’ drittijiet ta’ l-aċċess “trasferibbli”. | |
Emenda 64 Anness, Artikolu 24, paragrafu 3, subparagrafu 3.3.1. | |
3.3.1. Meta t-Tagħrif Miksub ikun jista' jiġi sfruttat bi qliegħ, is-sid (i) għandu jipprovdi għall-protezzjoni xierqa u effettiva tiegħu, billi jqis sew l-interessi leġittmi ta' dan it-tagħrif, partikolarment l-interessi kummerċjali, u dawk tal-parteċipanti l-oħra fil-Proġett ikkonċernat u (ii) għandu jużah jew jiżgura li jintuża. |
3.3.1. Meta t-Tagħrif Miksub ikun jista' jiġi sfruttat bi qliegħ, is-sid (i) għandu jipprovdi għall-protezzjoni xierqa u effettiva tiegħu, billi jqis sew l-interessi leġittmi ta' dan it-tagħrif u l-interessi leġittimi ta’ parteċipanti oħra fil-Proġett ikkonċernat, partikolarment l-interessi kummerċjali u (ii) għandu jużah jew jiżgura li jintuża. |
Ġustifikazzjoni | |
“Partikolarment l-interessi kummerċjali” għandha tirreferi kemm għall-Partit li jipprovdi t-Tagħrif Miksub kif ukoll għall-parteċipanti l-oħra fil-Proġett. | |
Emenda 65 Anness, Artikolu 24, paragrafu 3, subparagrafu 3.4, punt 3.4.1. | |
3.4.1. Meta parteċipant jittrasferixxi s-sjieda tat-Tagħrif Miksub, għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu fir-rigward ta' dan it-Tagħrif Miksub lit-trasferatarju, inkluż l-obbligu biex dawn l-obbligi jgħaddu lil kwalunkwe trasferatarju sussegwneti. Dawn l-obbligi għandhom jinkludu dawk li jikkonċernaw l-għoti ta' Drittijiet ta' l-Aċċess, u t-tixrid u l-użu. |
3.4.1. Meta parteċipant jittrasferixxi s-sjieda tat-Tagħrif Miksub, għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu fir-rigward ta' dan it-Tagħrif Miksub lit-trasferitarju, b'mod partikolari lil dawk li jikkonċernaw l-għoti ta' Drittijiet ta' l-Aċċess, u t-tixrid u l-użu tagħhom. Ma' kull trasferiment bħal dan, il-parteċipant ikkonċernat għandu javża lill-parteċipanti l-oħra fl-istess Proġett dwar l-isem u d-dettalji li jistgħu jintużaw biex jiġi kkuntattjat it-trasferatarju. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex il-proċess isir iżjed favur l-industrija, it-test t'hawn fuq għandu jinbidel u l-klawsola (24.3.4.2) imħassra. | |
Emenda 66 Anness, Artikolu 24, paragrafu 3, subparagrafu 3.4, punt 3.4.2. | |
3.4.2. Soġġett għall-obbligi dwar il-kunfidenzjalità, meta parteċipant fi Proġett ikun meħtieġ jgħaddi l-obbligi tiegħu biex jipprovdi d-drittijiet ta' l-aċċess, għandu jagħti mill-inqas 45 jum avviż minn qabel lill-parteċipanti l-oħra dwar it-trasferiment ippjanat, flimkien ma' biżżejjed informazzjoni dwar dak li jkun maħsub li se jkun is-sid il-ġdid tat-Tagħrif Miksub, sabiex il-parteċipanti l-oħra jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet ta' l-aċċess tagħhom. Wara n-notifika, kull parteċipant ieħor jista' joġġezzjona fi żmien 30 jum jew f'limitu ta' żmien differenti maqbul bil-miktub, għal kull trasferiment ta' sjieda ppjanat fuq il-bażi li jeffettwa b'mod avvers id-drittijiet ta' l-aċċess tiegħu. Meta kwalunkwe mill-parteċipanti l-oħra juri li d-drittijiet ta' l-aċċess tiegħu jiġu effettwati b'mod avvers, it-trasferiment maħsub m'għandux iseħħ sakemm jintlaħaq qbil bejn il-parteċipanti kkonċernati. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Rekwiżiti dwar trasferimenti huma piż żejjed bla bżonn. L-interessi ta' parteċipanti oħra huma protetti mill-obbligi dwar trasferimenti fl-Artikolu 24.3.4.1. biex jiġu rrispettati d-drittijiet ta' dawk il-parteċipanti l-oħra. |
- [1] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
- [2] ĠU C 139, 14.6.2006, p.1.
- [3] L-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli ghall-baġit tal-Komunitajiet Ewropej, ĠU L 357, 31.12.2002 p. 72; corrigendum fil-ĠU L 2, 7.1.2003, p. 39
NOTA SPJEGATTIVA
Sfond
Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (JTIs) iddaħħlu fil-Programm Speċifiku “Koperazzjoni” tas-Seba' Programm ta’ Qafas (FP7) bħala mekkaniżmu ġdid sabiex jiġu implimentati sħubijiet pubbliċi privati għall-R&D. Huma frott tal-ħidma ta’ Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej (ETPs) imnedija fis-Sitt Programm ta’ Qafas li “jlaqqa’ flimkien il-partijiet interessati pubbliċi u privati sabiex iwaqqfu u jimplimentaw aġendi ta' riċerka komuni fl-oqsma ta’ rilevanza industrijali.”
Numru ta’ ETPs żviluppaw Aġendi ta' Riċerka Strateġika ta’ tali skop u daqs li jeħtieġu il-mobilizzazzjoni sostanzjali ta’ riżorsi pubbliċi u privati sabiex jiġu implimentati.
Il-JTI ARTEMIS tipprova toħloq programm waħdieni ta' R&D madwar l-Ewropa kollha li jkun ta' għajnuna għall-industrija ta' l-UE sabiex din tkun l-aqwa fid-dinja f'teknoloġiji ta' kompjuters inkorporati. Għal dan l-għan għandha tħallat riżorsi nazzjonali, UE u privati f'qafas legali, Impriża Komuni skond l-Artikolu 171 tat-Trattat.
Għalfejn hemm bżonn l-ARTEMIS?
L-Ewropa qed tiffaċċja l-isfidi tal-ġenerazzjoni li jmiss ta' sistemi ta' teknoloġija ta' l-informatika, l-“inkorporazzjoni ta’ l-intelliġenza” li żżid il-valur għal kull xorta ta’ prodott minn karozzi u ajruplani sa mowbajls u pacemakers. Is-sistemi inkorporati se jżidu l-potenzjal ta’ l-innovazzjoni u kompetittività għall-industriji Ewropej eżistenti u jgħinu biex jinħolqu swieq ġodda u applikazzjonijiet minn sistemi sanitarji personali sa monitoraġġ ta’ l-ambjent.
Is-sistemi inkorporati huma dawk il-kompjuters li jintużaw f'sistemi akbar sabiex jikkontrollaw tagħmir u funzjonijiet. Diġa’ fis-sena 2000, 98% tat-tagħmir tal-kompjuters mibjugħa madwar id-dinja kienu inkorporati f'prodotti. It-tbassir juri li ser ikun hemm aktar minn 16-il biljun tagħmir inkorporat sa l-2010 u aktar minn 40 biljun sa l-2020. Fil-ħames snin li ġejjin, is-sehem ta' sistemi inkorporati fil-valur tal-prodott finali mistenni jilħaq livelli rekord f'setturi industrijali ewlenin (pereżempju, 36% fil-awtomotiv, 37% fit-telekomunikazzjonijiet u 41% fl-oġġetti elettroniċi għall-konsumaturi).
Madankollu, l-investiment ta' l-UE fir-riċerka ta' sistemi inkorporati għadu ferm aktar lura minn dak ta' l-Istati Uniti u tal-Ġappun. Fl-Ewropa l-finanzjament attwali għall-R&D huwa wieħed frammentat fi programmi nazzjonali, programmi transnazzjonali (pereżempju EUREKA) u programmi Komunitarji mingħajr ebda għan komuni.
Il-kumplessità u s-sofistikazzjoni dejjem akbar tas-sistemi inkorporati jeħtieġu ħiliet avvanzati li huma skarsi u jirriżultaw fi sfidi teknoloġiċi kbar ta’ R&D u ta’ innovazzjoni li attwalment ma jistgħux jintlaħqu.
Jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni jistgħu jiġu identifikati numru ta’ impatti negattivi. L-Ewropa ma tkunx tista’ tieħu l-benefiċji tas-swieq ġodda li jinħolqu permezz ta’ l-“inkorporazzjoni ta’ l-intelliġenza”, issir dipendenti fuq teknoloġija mhux Ewropea (kif diġà kien ġara bl-isplużjoni fl-użu tad-destop kompjuters u l-ICT ta’ l-internet), u ma tkunx kapaċi trawwem u żżomm it-talent meħtieġa fl-oqsma relevanti.
Il-Kummissjoni tistenna li l-ARTEMIS tikseb l-integrazzjoni ta’ l-isforzi nazzjonali billi ssegwi għanijiet komuni, tkabbar l-effett ta’ l-iffinanzjar tal-Komunità mill-Istati Membri, żmien imnaqqas għall-projjezzjoni u l-impatt ekonomiku permezz tat-teknoloġija.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur
Ir-rapporteur iqis l-introduzzjoni ta’ l-Inizjattivi ta’ Teknoloġija Konġunta (JTIs), kif propost mill-KE, hija pożittiva għal żewġ raġunijiet prinċipali:
1. tippermetti kollaborazzjoni effiċjenti u konkreta bejn is-settur pubbliku u dak privat;
2. tippromwovi ż-żieda ta’ l-użu tar-riżorsi finanzjarji tal-Komunità.
Ir-rapporteur jenfasizza wkoll il-fatt li l-JTIs proposti kollha, u b’mod partikulari l-ARTEMIS, għandhom jitqiesu bħala eżempji konkreti ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona fuq livell Ewropew, u għal din ir-raġuni huma ta’ rilevanza partikulari għall-industrija ta’ l-UE.
Ir-rapporteur jaqsam it-tħassib diġà muri minn bosta atturi, li t-twaqqif bla bżonn ta’ aġenziji Komunitarji addizzjonali ma spejjeż amministrattivi eċċessivi għandhom ikunu evitati. Madankollu, filwaqt li jqis dan it-tħassib, ir-rapporteur jikkunsidra li l-istruttura judizzjarja proposta mill-Kummissjoni (entità Komunitarja) hija l-aħjar soluzzjoni possibbli sabiex tiġi implimentata sħubija privata-pubblika u jinnota d-distinzjoni bejn l-għan tagħha u l-għan ta' l-aġenziji Komunitarji. Soluzzjoni prattika għal dawn it-tħassib tista’ tinsab bl-introduzzjoni ta’ klawsola għal tmiem gradwali għall-mekkaniżmi proposti, li jillimitaw it-tul tal-ħajja ta’ l-ARTEMIS u jippermettu l-valutazzjoni bikrija u l-waqfien jekk meħtieġ.
Il-Parlament Ewropew għandu jqis il-pożizzjoni pożittiva tas-settur ta’ l-industrija dwar il-proposta tal-KE. Fir-rigward ta’ kwalunkwe inkwiet dwar spejjeż amministrattivi u burokratiċi eċċessivi fl-entitajiet Komunitarji, l-industrija ta' l-ARTEMIS taċċetta li tħallas il-maġġoranza ta' l-ispejjeż amministrattivi ta’ l-Impriża Komuni: din il-parteċipazzjoni privata hija l-aħjar garanzija tal-kontroll ta’ l-ispejjż.
Ir-rapporteur jaqsam it-tħassib ta’ l-industrija dwar iż-żmien magħżul għall-adozzjoni tal-JTI, sabiex ma jintilifx ħin prezzjuż fl-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ riċerka. Jekk il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri ma jilħqux ftehim u jadottaw il-proposta qabel l-aħħar tas-sena 2007, l-industrija u r-riċerka ta’ l-Ewropa tista’ tintilef sena sħiħa ta’ attivitajiet. Dan ikollu effetti serji fuq il-kompetittività ta’ l-UE fuq livell globali, b’mod partikulari fis-settur tas-sistemi integrati tal-kompjuter, fejn l-industriji ta’ l-Istati Uniti u l-Ġappun huma kompetituri qawwija ħafna.
Fir-rigward tal-kwistjoni sensittiva ta' l-SMEs, ir-rapporteur jixtieq jenfasizza li, minn naħa waħda huwa importanti li jkun segwit l-approċċ tal-PE li jassigura l-parteċipazzjoni ta’ l-SMEs fl-attivitajiet ta’ riċerka 7FP. Minn naħa l-oħra, l-istabbiliment ta’ limiti minimi għall-parteċipazzjoni ta’ l-SMEs ikun bla bżonn u possibilment kontroproduttiv. Il-livell ta’ parteċipazzjoni ta’ l-SMEs fl-Impriża Komuni ARTEMIS, fil-fatt mistenni jkun ogħla mill-mira ta’ kompromess stabbilita għas-7FP (15%) peress li f’dan il-qasam partikulari ta’ riċerka, il-parteċipazzjoni medja ta’ l-SMEs fis-7FP tkun qrib it-30%. Peress li l-JTI se tappoġġja aktar riċerka applikata milli fis-7FP nistgħu inkunu ottimistiċi li l-parteċipazzjoni ta’ l-SMEs tkun akbar.
Ir-rapporteur jissuġġerixxi li kull sena jsir rapport dwar il-parteċipazzjoni effettiva ta’ l-SMEs fl-attivitajiet ta’ riċerka.
Bħala konklużjoni, is-suġġeriment tar-rapporteur lill-PE hu li jappoġġja l-proposta tal-KE bil-ħsieb li tinħoloq sħubija li tlaqqa’ flimkien ir-riżorsi privati, nazzjonali u Komunitarji biex jappoġġjaw il-miri tar-riċerka industrijali ta’ l-UE permezz ta’ proċess fuq livell Komunitarju, u biex jirrispondu għall-ħtiġijiet ta’ l-industrija, filwaqt li jiġu approvati deċiżjonijiet li jassiguraw l-effiċjenza fil-ħin u fin-nefqa u sempliċità fit-tħaddim tal-mekkaniżmu propost.
Naturalment, dan l-approċċ huwa totalment kompatibbli ma’ l-abbozzar puntwali ta’ emendi dwar suġġetti speċifiċi, ladarba jkun intlaħaq ftehim xieraq bejn l-istituzzjonijiet ta’ l-UE fuq l-istruttura ġenerali ta’ l-ARTEMIS.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS (13.11.2007)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' l-"Impriża Komuni ARTEMIS" biex timplimenta Inizjattiva Teknoloġika Konġunta fis-Sistemi Integrati tal-Kompjuter
(COM(2007)0243 – C6‑0172/2007 – 2007/0088(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Proposta tal-Kummissjoni
L-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (JTIs) qed jiġu introdotti fis-Seba' Programm ta' Qafas[1] (FP7) bħala mod ġdid biex jintlaħqu sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat fir-riċerka fil-livell Ewropew. Fil-biċċa l-kbira, il-JTIs huma frott ta' Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej (ETPs). F'għadd żgħir ta' każi, l-ETPs laħqu skala u skop tant ambizzjużi li se jkunu jeħtieġu mobilizzazzjoni ta' investimenti pubbliċi u privati konsiderevoli, apparti riżorsi sostanzjali għar-riċerka, sabiex jimplimentaw elementi importanti mill-Aġendi Strateġiċi ta' Riċerka tagħhom. Il-JTIs huma proposti bħala mezz effettiv ta' kif jiġu jitlaħqu l-bżonnijiet ta' dan l-għadd żgħir ta' ETPs.
Fil-Programm Speċifiku "Koperazzjoni"[2] hemm sitt oqsma identifikat fejn JTI jista' jkollha relevanza partikulari: ċelloli ta' l-idroġenu u tal-fjuwil, aeronawtika u trasport bl-ajru, mediċini innovattivi, sistemi informatiċi inkorporati, nanoelettronika, u GMES (sorveljanza globali għall-ambjent u s-sigurtà).
Fuq dan l-isfond, l-Impriża Komuni ARTEMIS (ARTEMIS JU) hija l-entità legali li se tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta fis-sistemi ta' kompjuters integrati (ARTEMIS JTI). Is-sistemi integrati huma dawk il-kompjuters li jintużaw f'sistemi akbar sabiex jikkontrollaw apparat bħal karozzi, apparat għad-dar, apparat ta' komunikazzjoni, sistemi ta' kontroll u tagħmir li jintuża fl-uffiċini. Aktar minn 90% ta' l-apparat kompjuterizzat huwa integrat, u t-tbassir juri li ser ikun hemm aktar minn € 16 biljun apparat integrat sa l-2010 u aktar minn 40 biljun sa l-2020. Sa ħames snin oħra, is-sehem ta' sistemi integrati fil-valur tal-prodott finali mistenni li jilħaq livelli qatt milħuqa qabel fis-setturi industrijali ewlenin (pereżempju, 36% fis-settur awtomobilistiku, 37% fit-telekomunikazzjonijiet u 41% fl-elettronika għall-konsumatur).
Il-proposta attwali tal-Kummissjoni hija relatata ma' l-istabbiliment ta' l-ARTEMIS JU skond l-Artikolu 171 tat-Trattat. Għandha titqies bħala entità Komunitarja u tiġi stabbilita għal perjodu li jintemm nhar il-31 ta' Diċembru 2017. Is-sede tagħha se tkun fi Brussell, il-Belġju.
Implikazzjonijiet Finanzjarji
Skond l-evalwazzjoni baġitarja, hi meħtieġa spiża Komunitarja massima ta' EUR 420 miljun għall-perjodu inizjali ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS (sa l-2017), spiża li madankollu trid tkun ġiet impenjata qabel il-31 ta' Diċembru 2013 meta jasal fi tmiemu l-baġit ta' l-FP7. L-ewwel EUR 42,500,000 miljun għandhom jiġu impenjati fl-2008. |
|
Se jinħolqu żewġ linji baġitarji ġodda għall-kontribut ta' l-UE:
09 04 01 10 "Attivitajiet ta' Riċerka u Żvilupp tal-JTI ARTEMIS "
09 04 01 20 "Nefqa ta' appoġġ għall-JTI ARTEMIS "
bil-profil ta' nefqa li ġej:
EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)
It-tip tan-nefqa |
Numru tat-taqsima |
|
Sena 2007 |
Sena 2008 |
Sena 2009 |
Sena 2010 |
Sena 2011 |
Sena 2012 u wara |
Totali |
|
Nefqa operattiva[3]
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
Approprjazzjonijiet ta' Impenn (CA) |
8.1 |
a |
0 |
41 |
53.5 |
63.5 |
75.5 |
176.5 |
410 |
|
Approprjazzonijiet ta' Ħlas (PA)[4]
|
|
b |
0 |
12.45 |
28.5 |
47.55 |
61.9 |
259.6 |
410 |
|
Nefqa amministrattiva[5] fl-ammont ta’ referenza[6]
|
|
|
|
|
||||||
Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) |
8.2.4 |
c |
0 |
1.5 |
2.0 |
2.0 |
1.5 |
3 |
10 |
|
AMMONT TOTALI TA' REFERENZA[7]
|
|
|
|
|
|
|
|
|||
Approprjazzjonijiet ta' Impenn |
|
a+c |
0 |
42.5 |
55.5 |
65.5 |
77 |
179.5 |
420 |
|
Approprjazzjonijiet ta' Ħlas |
|
b+c |
0 |
13.95 |
30.5 |
49.55 |
63.4 |
262.6 |
420 |
|
Evalwazzjoni
L-emendi tar-rapporteur għal opinjoni huma prinċipalment ibbażati fuq żewġ preokkupazzjonijiet:
1) Il-JU huwa stabbilit għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017 (li jista' jiġi estiż ukoll għal data wara), filwaqt li l-MFF ikopri biss il-perjodu sa l-2013. Għalhekk, kull talba għal fondi Komunitarji għall-ARTEMIS JU wara l-2013 trid tiġi evalwata mill-ġdid fil-kuntest tan-negozjati għal qafas finanzjarju ġdid.
Fir-rigward tal-perjodu attwali, il-proposta - għalkemm taqa' taħt l-Intestatura 1a bil-marġini tagħha dejjem jonqsu - hija kumpatibbli ma' l-MFF, għas-sempliċi raġuni li l-kontribut ta' l-UE meħtieġ qed jittieħed mis-Seba' Programm ta' Qafas u fir-realtà diġà ġiet inkluża fil-pjanijiet finanzjarji tal-Kummissjoni.
Madanakollu, ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom tixtieq tirrimarka li ma jista' jsir l-ebda impenn finanzjarju għall-perjodu wara l-MFF attwali (Emenda 1).
2) B'analoġija man-negozjati dwar l-Impriża Komuni ITER fil-bidu ta' l-2007, li wasslu għall-Konklużjonijiet miftehma fit-Trilogu tas-7 ta' Marzu 2007, l-ARTEMIS JU trid titqies bħala aġenzija fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 185 FR u hija għalhekk suġġetta għal ftehima mill-awtorità baġitarja dwar l-iffinanzjar tagħha (Emendi 2, 3, 6 u 10).
Fl-istess ħin, jekk is-suppożizzjoni bażika hi li l-ARTEMIS JU trid tiġi trattata bħala aġenzija għal skopijiet baġitarji, trid tkun konsistenti ma' l-approċċ ġenerali dwar l-aġenziji li l-Kumitat għall-Baġits żviluppa fis-snin li għaddew. Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom għalhekk qed tressaq sensiela ta' emendi li jiggarantixxu approċċ ta' din il-konsistenza (Emendi 4-5, 7-9, 11-15).
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Emenda 1 Paragrafu 1 a (ġdid) | |
1a. Iqis li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva jrid ikun kumpatibbli mal-limitu massimu ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali 2007-2013 attwali u mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006; jinnota li kull finanzjament lil hinn mill-2013 għandu jkun evalwat fil-kuntest tal-qafas finanzjarju li jmiss; | |
Emenda 2 Paragrafu 1 b (ġdid) | |
1b. Ifakkar li l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat għall-Baġits ma teskludix minn qabel lir-riżultat tal-proċedura stabbilita fil-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 li tapplika għat-twaqqif ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS; |
Proposta għal regolament
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi mill-Parlament |
Emenda 3 Ċitazzjonijiet 1a u 1b (ġodda) | |
|
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1 (Regolament Finanzjarju), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida2, u b'mod partikulari l-Punt 47 tagħha, |
|
_____________________________ 1 ĠU L 248,16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L. 390, 30.12.2006, p. 1). |
|
2 ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. |
Ġustifikazzjoni. | |
B'analoġija mal-konklużjonijiet tat-trilogu tas-7 ta' Marzu 2007 dwar l-Impriża Komuni għal ITER, l-ARTEMIS JU ukoll trid titqies bħala aġenzija Komunitarja għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tal-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali. Dan għandu jkun rifless fil-bażijiet legali msemmija f'dan ir-Regolament. | |
Emenda 4 Premessa 12 | |
(12) L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tkun organu mwaqqaf mill-Komunitajiet u għandha tingħata r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, filwaqt li madankollu jitqiesu l-ispeċifitajiet li jirriżultaw min-natura tal-JTIs bħala partenarjati pubbliċi-privati u b'mod partikolari mill-kontribuzzjoni tas-settur privat lill-baġit. |
(12) L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tkun organu mwaqqaf mill-Komunitajiet u għandha tingħata r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha mill-Parlament Ewropew, waqt li titqies rakkomandazzjoni mill-Kunsill, |
Ġustifikazzjoni. | |
B'analoġija mal-konklużjonijiet tat-trilogu tas-7 ta' Marzu 2007 dwar l-Impriża Komuni għal ITER, il-Parlament Ewropew għandu jingħata responsabilità sħiħa u bla kundizzjonijiet għall-kwittanza ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-ARTEMIS JU. | |
Emenda 5 Premessa 25 | |
(25) L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha jkollha, suġġett għal konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni, regolament finanzjarju separat ibbażat fuq il-prinċipji tar-regolament dwar il-qafas finanzjarju li jikkunsidra l-bżonnijiet operattivi speċifiċi li jinqalgħu, b'mod partikolari, mill-bżonn li jingħaqdu flimkien il-finanzjament Komunitarju u nazzjonali biex ikunu appoġġati l-Attivitajiet R&D b'mod effiċjenti u fil-ħin. |
(25) Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Komuni ARTEMIS ma jistgħux jitbegħdu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, sakemm dan ma jkunx speċifikament meħtieġ għall-bżonnijiet operattivi tagħha, li jirriżultaw, b'mod partikolari, mill-bżonn li jingħaqdu flimkien il-finanzjament Komunitarju u nazzjonali biex ikunu appoġġati l-Attivitajiet R&D b'mod effiċjenti u fil-ħin. Għandu jkun meħtieġ il-kunsens minn qabel min-naħa tal-Kummissjoni biex tiġi adottata kull regola li tidderoga mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. L-awtorità baġitarja għandha tkun informata b'dawn id-derogi. _____________________ 1 ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72; corrigendum fil-ĠU L 2, 7.1.2003, p. 39 |
Ġustifikazzjoni. | |
Id-derogi mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 għandhom jinżammu f'minimu assolut. L-Impriża Komuni għandha tipprova b'ċertezza lil hinn minn kull dubju li deroga ta' dan it-tip hija l-uniku mod kif ikun garantit it-tħaddim tajjeb tagħha fil-limiti tar-regolament li hija msejsa fuqu. | |
Emenda 6 Artikolu 1, paragrafu 1 | |
1. Għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Komuni għat-Teknoloġija (JTI) dwar is-Sistemi Integrati tal-Kompjuter, Impriża Komuni fit-tifsira ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala "l-Impriża Komuni ARTEMIS" titwaqqaf hawnhekk għall-perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż permezz ta' reviżjoni ta' dan ir-Regolament.
|
1. Għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Komuni għat-Teknoloġija (JTI) dwar is-Sistemi Integrati tal-Kompjuter, Impriża Komuni fit-tifsira ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala "l-Impriża Komuni ARTEMIS" titwaqqaf hawnhekk għall-perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż permezz ta' reviżjoni ta' dan ir-Regolament. L-Impriża Komuni Artemis hija entità stabbilita bi qbil ma' l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u l-Punt 47 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006. |
Ġustifikazzjoni. | |
Ara l-Emenda 3. | |
Emenda 7 Artikolu 6, paragrafu 1 | |
1. Ir-Regolament finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju ta' Qafas. Tista' tiddevja mir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas meta l-bżonnijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS hekk jitolbu u suġġett għall-konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni. |
1. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Komuni ARTEMIS ma jistgħux jitbegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm dan ma jkunx speċifikament meħtieġ mill-bżonnijiet operattivi tagħha, u suġġett għal kunsens minn qabel mal-Kummissjoni. L-awtorità baġitarja għandha tkun informata dwar derogi ta' dan it-tip. |
Ġustifikazzjoni. | |
Ara l-Emenda 5. | |
Emenda 8 Artikolu 12, paragrafu 4 | |
4. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. |
4. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, waqt li titqies rakkomandazzjoni mill-Kunsill, |
Ġustifikazzjoni. | |
Ara l-Emenda 4. | |
Emenda 9 Artikolu 17 | |
Ftehim ospitanti għandu jiġi konkluż bejn l-Impriża Komuni ARTEMIS u l-Istat ospitanti fir-rigward ta' postijiet għall-uffiċini, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Komuni ARTEMIS |
Ftehim ospitanti għandu jiġi konkluż bejn l-Impriża Komuni ARTEMIS u l-Istat ospitanti fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat ospitanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' postijiet għall-uffiċini, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Komuni ARTEMIS |
Ġustifikazzjoni. | |
Għandu jkun stipulat b'mod ċar li l-pajjiż ospitu ta' kwalunkwe aġenzija jew entità simili tal-Komunità huwa mistenni li jipprovdi għajnuna finanzjarja u kull għajnuna oħra meħtieġa sabiex ikun iffaċilitat it-twaqqif u l-operat ta' l-entità Komunitarja. | |
Emenda 10 Anness, Artikolu 1, paragrafu 3 | |
3. L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tiġi stabbilita mill-pubblikazzjoni ta' dawn l-Istatuti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017. |
3. L-Impriża Komuni ARTEMIS għandha tiġi stabbilita mill-pubblikazzjoni ta' dawn l-Istatuti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017. Hija entità stabbilita bi qbil ma' l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u l-Punt 47 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006. |
Ġustifikazzjoni. | |
Ara l-Emenda 3. | |
Emenda 11 Anness, Artikolu 6, paragrafu 2, punt (c) | |
(c) japprova r-Regolamenti Finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS skond l-Artikolu 13 ta' dawn l-Istatuti; |
(c) japprova r-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS skond l-Artikolu 13 ta' dawn l-Istatuti wara li jkun ikkonsulta mal-Kummissjoni; |
Ġustifikazzjoni. | |
Ara l-Emenda 5. | |
Emenda 12 Anness, Artikolu 13 | |
Regolament Finanzjarju 1. Ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija. |
Regoli finanzjarji 1. Ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija, wara li jkun ikkonsulta mal-Kummissjoni. |
2. L-għan tar-Regolament Finanzjarju huwa li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda u ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. |
2. L-għan tar-regoli finanzjarji huwa li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda u ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. |
3. Ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju strutturali u għandu jinkludi dispożizzjonijiet għall-ipjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. Ir-Regolament Finanzjarju jista' jiddevja mir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas meta l-bżonnijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS hekk jitolbu u soġġett għall-konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni. |
3. Ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm dan mhux neċessarju għall-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tiegħu. Għandu jkun meħtieġ il-kunsens minn qabel min-naħa tal-Kummissjoni biex tiġi adottata kull regola li tidderoga mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. L-awtorità baġitarja għandha tkun informata dwar derogi ta' dan it-tip. |
4. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. |
4. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, waqt li titqies rakkomandazzjoni mill-Kunsill, skond proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS. |
Ġustifikazzjoni. | |
Ara l-Emenda 5. | |
Emenda 13 Anness, Artikolu 14, paragrafu 6 | |
6. Il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ: fi żmien xahrejn mill-għeluq ta' kull sena finanzjarja, il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena ta' qabel għandhom jitressq mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni. Il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena ta' qabel għandhom jitressqu lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri. |
6. Il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ: fi żmien xahrejn mill-għeluq ta' kull sena finanzjarja, il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena ta' qabel għandhom jitressq mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni. Il-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena ta' qabel għandhom jitressqu lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u lill-awtorità baġitarja. |
Ġustifikazzjoni. | |
Il-kontijiet annwali u l-karti tal-bilanċ għandhom jintbagħtu liż-żewġ fergħat ta' l-awtorità baġitarja sabiex ikunu infurmati. | |
Emenda 14 Anness, Artikolu 18, paragrafu 1 | |
1. In-numru tal-persunal għandu jiġi ddeterminat fi pjan ta' stabbiliment li għandu jiġi stipulat fil-Pjan Annwali tal-Baġit. |
1. In-numru tal-persunal għandu jiġi ddeterminat fi pjan ta' stabbiliment li għandu jiġi stipulat fil-Pjan Annwali tal-Baġit u jiġi mgħoddi mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' l-abbozz preliminari tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni. | |
Bħal m'hu l-każ ta' l-Impriżi Konġunti li diġa jeżistu, l-organigramma ta' l-ARTEMIS JU għandu jiġi ppublikat mill-Kummissjoni flimkien mal-PDB. | |
Emenda 15 Anness, Artikolu 23, paragrafu 3 | |
3. Proposti għall-emendi għall-Istatuti għandhom jiġu approvati mill-Bord tat-Tmexxija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 u jitressqu lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni. |
3. Proposti għall-emendi għall-Istatuti għandhom jiġu approvati mill-Bord tat-Tmexxija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 u jitressqu lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni, wara li jkun ġie kkonsultat il-Parlament Ewropew. |
Ġustifikazzjoni. | |
Hemm bżonn li l-Parlament Ewropew jiġi kkonsultat dwar kull bidla importanti għall-istatui tal-JU. |
PROĊEDURA
Titlu |
Twaqqif ta' l-Impriża Komuni ARTEMIS |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0243 - C6-0172/2007 - 2007/0088(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ITRE |
|||||||
Opinjoni mressqa minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 19.6.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Jutta Haug 20.9.2004 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
8.10.2007 |
12.11.2007 |
|
|
||||
Data ta' l-adozzjoni |
12.11.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
15 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Reimer Böge, Gérard Deprez, Valdis Dombrovskis, Brigitte Douay, James Elles, Salvador Garriga Polledo, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Margaritis Schinas, László Surján, Gary Titley, Kyösti Virrankoski |
|||||||
- [1] ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.
- [2] ĠU L 400, 30.12.2006, p. 66-241.
- [3] Nefqa 09 04 01 10 "Attivitajiet ta' Riċerka u Żvilupp tal-JTI ARTEMIS "
- [4] L-approprjazzjonijiet ta' ħlas huma kkalkolati fuq il-bażi tad-dewmien medju tal-proġetti (2,5 snin) u pagamenti fuq erba' snin li minnhom 30% huma fl-ewwel sena (ħlas bil-quddiem), 10% fir-raba' sena, u 30% fit-tieni u t-tielet sena
- [5] Nefqa biex jiġu koperti l-ispejjeż operattivi tal-JTI.
- [6] Nefqa 09 04 01 20 "Nefqa ta' appoġġ għall-JTI ARTEMIS"
- [7] l-ammont ta' referenza huwa l-ammont tal-kontribut finanzjarju tal-Kummissjoni lill-Impriża Komuni ARTEMIS kif imsemmi fl-istrument legali (EUR 420 miljun).
PROĊEDURA
Titolu |
Twaqqif ta’ l-”Impriża Komuni ARTEMIS” |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0243 - C6-0172/2007 - 2007/0088(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
11.6.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 19.6.2007 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 19.6.2007 |
CONT 19.6.2007 |
JURI 19.6.2007 |
|
||||
Opinjoni mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
CONT 17.7.2007 |
JURI 3.10.2007 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Gianni De Michelis 7.6.2007 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
5.11.2007 |
|
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
12.11.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Březina, Renato Brunetta, Jerzy Buzek, Giles Chichester, Gianni De Michelis, Den Dover, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Anne Laperrouze, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Andres Tarand, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Nikolaos Vakalis, Dominique Vlasto |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Pilar Ayuso, Ivo Belet, Danutė Budreikaitė, Avril Doyle, Robert Goebbels, Satu Hassi, Edit Herczog, Vittorio Prodi, Hannes Swoboda, Lambert van Nistelrooij |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Eva Lichtenberger |
|||||||
Data tat-tressiq |
28.11.2007 |
|||||||