RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf l-"Impriża Komuni ENIAC"

29.11.2007 - (COM(2007)0356 – C6‑0275/2007 – 2007/0122(CNS)) - *

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Nikolaos Vakalis

Proċedura : 2007/0122(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0486/2007
Testi mressqa :
A6-0486/2007
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar li jwaqqaf l-"Impriża Komuni ENIAC"

(COM(2007)0356 – C6‑0275/2007 – 2007/0122(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0356),

–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1] (Regolament Finanzjarju), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod[2](IIA), u b'mod partikulari l-Punt 47 tagħha,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 171 u 172 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0275/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0486/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Iqis li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva jrid ikun kompatibbli mal-limitu massimu ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali 2007 - 2013 attwali u mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006; jinnota li kull finanzjament lilhinn mill-2013 għandu jkun evalwat fil-kuntest tan-negozjati dwar il-qafas finanzjarju li jmiss;

3.  Ifakkar li l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat għall-Baġits ma tantiċipax ir-riżultat tal-proċedura stipulata fil-Punt 47 ta’ l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 li tapplika għat-twaqqif ta' l-Impriża Komuni ENIAC;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

5.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

6.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 8

(8) Il-JTI dwar in-Nanoelettronika għandha toħloq sħubija pubblika privata sostenibbli u żżid u tqawwi l-investiment privat u pubbliku fis-settur tan-nanoelettronika fl-Ewropa, li għall-iskop ta' dan ir-Regolament jinkludi l-Istati Membri u l-Pajjiżi assoċjati mas-Seba' Programm Kwadru. Il-JTI dwar in-Nanoelettronika għandha ġġib ukoll koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi u l-finanzjament mill-Programm Kwadru, l-industrija, l-programmi nazzjonali ta' l-R&D u l-iskemi intergovernattivi ta' l-R&D, u b'hekk tikkontribwixxi għat-tisħiħ tat-tkabbir, il-kompetittività u l-iżvilupp sostenibbli tal-ġejjieni fl-Ewropa. Fl-aħħarnett, l-għan tagħha għandu jkun li trawwem kollaborazzjoni bejn il-partijiet kollha kkonċernati bħalma huma l-industrija, l-awtoritajiet nazzjonali, iċ-ċentri akkademiċi u ta' riċerka li jiġbru flimkien u jiffokaw l-isforz fuq ir-riċerka.

(8) Il-JTI dwar in-Nanoelettronika għandha toħloq sħubija pubblika-privata sostenibbli u żżid u tqawwi l-investiment privat u pubbliku fis-settur tan-nanoelettronika fl-Ewropa, li għall-iskop ta' dan ir-Regolament jinkludi l-Istati Membri u l-Pajjiżi assoċjati mas-Seba' Programm Kwadru. Il-JTI dwar in-Nanoelettronika għandha ġġib ukoll koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi u l-finanzjament mill-Programm Kwadru, l-industrija, l-programmi nazzjonali ta' l-R&D u l-iskemi intergovernattivi ta' l-R&D, u b'hekk tikkontribwixxi għat-tisħiħ tat-tkabbir, il-kompetittività u l-iżvilupp sostenibbli tal-ġejjieni fl-Ewropa. Fl-aħħarnett, l-għan tagħha għandu jkun li trawwem kollaborazzjoni bejn il-partijiet kollha kkonċernati bħalma huma l-industrija, inklużi intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), l-awtoritajiet nazzjonali, iċ-ċentri akkademiċi u ċ-ċentri ta' riċerka billi jiġbdu flimkien u jiffokaw l-isforz fuq ir-riċerka.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkun speċifikat l-irwol ta' l-SMEs fl-objettivi.

Emenda 2

Premessa 11

(11) L-ambizzjoni u l-ambitu ta' l-għanijiet mistqarra tal-JTI dwar in-Nanoelettronika, l-iskala tar-riżorsi finanzjarji u tekniċi li hemm bżonn li jkunu mobilizzati, u l-bżonn li tinkiseb koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi u l-finanzjament, jitolbu azzjoni li trid tittieħed mill-Komunità. Għalhekk, jeħtieġ li titwaqqaf Impriża Komuni (minn hawn 'il quddiem "Impriża Komuni ENIAC") taħt l-Artikolu 71 tat-Trattat bħala entità ġuridika responsabbli għall-implimentazzjoni tal-JTI dwar in-Nanoelettronika. Biex tkun żgurata ġestjoni xierqa ta' l-attivitajiet ta' l-R&D mibdija fis-Seba' Programm Kwadru (2007-2013), l-Impriża Komuni ENIAC għandha titwaqqaf għal perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017 li jista' jkun estiż.

L-ambizzjoni u l-ambitu ta' l-għanijiet mistqarra tal-JTI dwar in-Nanoelettronika, l-iskala tar-riżorsi finanzjarji u tekniċi li hemm bżonn li jkunu mobilizzati, u l-bżonn li tinkiseb koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi u l-finanzjament, jitolbu azzjoni li trid tittieħed mill-Komunità. Għalhekk, jeħtieġ li titwaqqaf Impriża Komuni (minn hawn 'il quddiem "Impriża Komuni ENIAC") taħt l-Artikolu 171 tat-Trattat bħala entità ġuridika responsabbli għall-implimentazzjoni tal-JTI dwar in-Nanoelettronika. Biex tkun żgurata ġestjoni xierqa ta' l-attivitajiet ta' l-R&D mibdija fis-Seba' Programm Kwadru, l-Impriża Komuni ENIAC għandha titwaqqaf għal perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017. Għandu jkun żgurat li wara l-aħħar sejħa għal proposti fl-2013 il-proġetti li jkunu għadhom għaddejjin ikunu implimentati, immonitorjati u ffinanzjati sa l-2017.

Emenda 3

Premessa 12

(12) L-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun entità mwaqqfa mill-Komunitajiet u l-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Iridu madankollu jitqiesu l-ispeċifiċitajiet li jirriżultaw min-natura tal-JTIs bħala sħubijiet privati-pubbliċi u b'mod partikolari mill-kontribut tas-settur privat għall-baġit.

(12) L-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun entità mwaqqfa mill-Komunitajiet u l-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, filwaqt li jikkunsidra rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

B'analoġija mal-konklużjonijiet tat-Trilogu tas-7 ta' Marzu 2007 dwar l-Impriża Konġunta għall-ITER, il-Parlament Ewropew għandu jingħata responsabilità sħiħa u mingħajr kundizzjonijiet biex jawtorizza l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

Emenda 4

Premessa 12 a (ġdid)

(12a) Il-Komunità u l-parteċipanti pubbliċi għandhom jippruvaw jirrikonoxxu l-opportunitajiet ippreżentati mill-Inizjattivi Komuni għat-Teknoloġija bħala mekkaniżmi ġodda għall-implimentazzjoni ta' sħubijiet pubbliċi-privati, u jaħdmu flimkien ma' parteċipanti privati biex tinstab soluzzjoni aktar effiċjenti bil-għan li jkun hemm kwittanza tal-Baġit Komunitarju.

Ġustifikazzjoni

Għall-PPPs, hu mixtieq li jinstab metodu aktar mgħaġġel biex tiġi konkluża l-Kwittanza tal-Baġit Komunitarju. It-tiftix ta’ metodi biex issir ħidma flimkien ma’ l-uffiċċji ewlenin ta’ sħabna fis-settur privat, għalhekk, għandu jkun inkuraġġut biex jiġu evitati verifiki doppji.

Emenda 5

Premessa 14

(14) L-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom jitwettqu billi jinġabru r-riżorsi mis-setturi pubbliċi u privati biex jappoġġaw l-attivitajiet ta' l-R&D fil-forma ta' proġetti. Għal dan l-iskop, l-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun kapaċi torganizza sejħiet kompetittivi għall-proposti għall-proġetti biex jimplimentaw l-Aġenda ta' Riċerka. L-Attivitajiet R&D għandhom jirrispettaw l-prinċipji etiċi fundamentali applikabbli fis-Seba' Programm Kwadru.

(14) L-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom jitwettqu billi jinġabru r-riżorsi mis-setturi pubbliċi u privati biex jappoġġjaw l-attivitajiet ta' l-R&D u ta’ prototipi fil-forma ta' proġetti. Għal dan l-iskop, l-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun kapaċi torganizza sejħiet kompetittivi għall-proposti għall-proġetti biex ikunu implimentati partijiet mill-Aġenda ta' Riċerka. L-Attivitajiet R&D għandhom jirrispettaw l-prinċipji etiċi fundamentali applikabbli fis-Seba' Programm Kwadru.

Ġustifikazzjoni

L-SMEs Ewropej li huma attivi fis-settur tat-tagħmir u tal-materjal fl-industrija tan-nanoelettronika għandhom bżonn ikunu appoġġjati sabiex jiżviluppaw l-għodod u l-applikazzjonijiet il-ġodda tagħhom. B'mod partikulari jeħtieġu appoġġ fil-ħolqien ta' netwerks mal-manifatturi ewlenin Ewropej ta' tagħmir nanoelettroniku. Dan l-ostaklu jista’ jitnaqqas jekk l-SMEs ikunu jistgħu jiksbu aċċess għal prototip bi spiża baxxa.

Emenda 6

Premessa 22

(22) Il-bżonn li jkunu żgurati kundizzjonijiet stabbli ta' xogħol u trattament ugwali lill-impjegati, u sabiex jkunu attratti impjegati xjentifiċi u tekniċi speċjalizzati ta' l-ogħla kalibru, jeħtieġ l-applikazzjoni tar-Regolamenti għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, ("ir-Regolament tal-Persunal") lill-impjegati kollha impjegati rreklutati mill-Impriża Komuni ENIAC.

(22) Il-bżonn li jkun żgurat operat effiċjenti ta' l-Impriża Komuni ENIAC u li jkunu attratti impjegati xjentifiċi u tekniċi speċjalizzati ta' l-ogħla kalibru, jeħtieġ li, fi qbil mal-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Impriża Komuni ENIAC, il-Kummissjoni u l-Istati Membri parteċipanti jkunu jistgħu jissekondaw numru kemm ikun hemm bżonn ta’ uffiċjali ma’ l-Impriża Komuni ENIAC u jirreklutaw il-bqija ta’ l-istaff meħtieġ permezz ta’ kuntratt, filwaqt li jqisu l-fatt li l-ispejjeż ta’ l-istaff għandhom jinżammu baxxi u li ż-żmien biex tiġi stabbilita l-Impriża Komuni ENIAC hu qasir.

Emenda 7

Premessa 26

(26) L-Impriża Komuni ENIAC għandha jkollha, suġġett għal kunsensi minn qabel mal-Kummissjoni, regoli finanzjarji separati bbażati li jikkunsidraw il-bżonnijiet operattivi speċifiċi li jinqalgħu, b'mod partikolari, mill-bżonn li jingħaqdu flimkien il-finanzjament Komunitarju u nazzjonali biex ikunu appoġġati l-Attivitajiet R&D b'mod effiċjenti u fil-ħin. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1.

(26) Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Komuni ENIAC m’għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-entitajiet msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1, sakemm il-bżonnijiet operattivi speċifiċi tagħha jkunu jeħtieġu dan, b'mod partikolari l-bżonn li jingħaqdu flimkien il-finanzjament Komunitarju u dak nazzjonali biex ikunu appoġġjati l-Attivitajiet R&D b'mod effiċjenti u fil-ħin. Hu meħtieġ il-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni biex tiġi adottata kwalunkwe regola li titbiegħed mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata dwar kwalunkwe deroga bħal din.

_____________________

1 ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72

_____________________

1 ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Corrigendum fil-ĠU L 2, 7.1.2003, p. 39.

Ġustifikazzjoni

Id-derogi mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 għandhom jinżammu f'minimu assolut. L-Impriża Komuni trid tipprova bla ebda dubju li deroga ta' dan it-tip hija l-uniku mod biex jiġi ggarantit it-tħaddim xieraq tagħha fil-limiti tar-regolament li bih ġiet stabbilita.

Emenda 8

Artikolu 1, paragrafu 1

1. Għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Komuni għat-Teknoloġija (JTI) dwar in-Nanoelettronika, Impriża Komuni fit-tifsira ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat) minn hawn 'il quddiem "l-Impriża Komuni ENIAC") titwaqqaf hawnhekk għall-perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017. Dan il-perjodu jista' jkun estiż b'reviżjoni ta' dan ir-Regolament.

1. Għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Komuni għat-Teknoloġija (minn hawn ’il quddiem JTI) dwar in-Nanoelettronika, Impriża Komuni fit-tifsira ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat (minn hawn 'il quddiem "l-Impriża Komuni ENIAC") titwaqqaf hawnhekk għall-perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017. Għandu jkun żgurat li wara l-aħħar sejħa għal proposti fl-2013 il-proġetti li jkunu għadhom għaddejjin ikunu implimentati, immonitorjati u ffinanzjati sa l-2017. L-Impriża Komuni ENIAC hi entità kif hemm imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u fil-Punt 47 ta’ l-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006.

Emenda 9

Artikolu 2, punt (b)

(b) tappoġġa l-attivitajiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Aġenda ta' Riċerka (minn hawn 'il quddiem Attivitajiet R&D), notevolment biex tagħti finanzjament lill-parteċipanti fi proġetti magħżula wara sejħiet kompetittivi għall-proposti;

(b) tappoġġja l-attivitajiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Aġenda ta' Riċerka (minn hawn 'il quddiem Attivitajiet R&D), notevolment biex tagħti finanzjament lill-parteċipanti fi proġetti magħżula wara sejħiet kompetittivi għall-proposti għal attivitajiet ta’ R&D u ta’ prototipi;

Ġustifikazzjoni

L-SMEs Ewropej li huma attivi fis-settur tat-tagħmir u tal-materjal fl-industrija tan-nanoelettronika għandhom bżonn ikunu appoġġjati sabiex jiżviluppaw l-għodod u l-applikazzjonijiet il-ġodda tagħhom. B'mod partikulari jeħtieġu appoġġ fil-ħolqien ta' netwerks mal-manifatturi ewlenin Ewropej ta' tagħmir nanoelettroniku. Dan l-ostaklu jista’ jitnaqqas jekk l-SMEs ikunu jistgħu jiksbu aċċess għal prototip bi spiża baxxa.

Emenda 10

Artikolu 2, punt (c)

(c) tippromwovi sħubijiet pubbliku-privati bil-għan li jiġu mobilizzati u jinġabru flimkien l-isforzi Komunitarji, nazzjonali u privati, li jżid l-investimenti globali fl-R&D fil-qasam tan-Nanoelettronika, u trawwem kollaborazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati;

(c) tippromwovi sħubija pubblika-privata bil-għan li jiġu mobilizzati u jinġabru flimkien l-isforzi Komunitarji, nazzjonali u privati, li żżid l-investimenti totali fl-R&D fil-qasam tan-Nanoelettronika, trawwem kollaborazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati u toħloq sinerġiji fost il-parteċipanti fl-industrija tan-Nanoelettronika, inklużi l-atturi korporattivi, l-SMEs u l-istituti ta’ l-R&D;

Ġustifikazzjoni

L-SMEs Ewropej li huma attivi fis-settur tat-tagħmir u tal-materjal fl-industrija tan-nanoelettronika għandhom bżonn ikunu appoġġjati sabiex jiżviluppaw l-għodod u l-applikazzjonijiet il-ġodda tagħhom. L-SMEs m'għandhomx ikunu ristretti biss għall-irwol tradizzjonali tagħhom ta' sottokuntratturi, imma għandhom ikunu kapaċi jressqu l-vantaġġi kompetittivi prinċipali tagħhom billi joħolqu sinerġiji ma' korporazzjonijiet akbar u ma' istituti ta' l-R&D.

Emenda 11

Artikolu 2, punt (d)

(d) tiżgura l-effiċjenza u d-durabbiltà tal-JTI dwar in-Nanoelettronika ;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din ir-referenza ma tistax titniżżel bħala objettiv ta' natura simili għal dik tal-punti a, b, c u e. L-"effiċjenza" tidher li hi objettiv evidenti minnu nnifsu, filwaqt li "d-durabbiltà" m'għandhiex tkun wieħed minnhom.

Emenda 12

Artikolu 3, paragrafu 2, punt (b)

(b) kwalunkwe pajjiż li mhux membru, kandidat jew assoċjat ta' l-UE (minn hawn 'il quddiem "Pajjiż Terz") li qed isegwi politika jew programmi dwar l-R&D fil-qasam tan-Nanoelettronika ;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-JTIs għandhom bżonn jibqgħu ffukati fuq l-Ewropa. Huma mfassla bil-għan li l-Ewropa ssir l-ewwel fid-dinja f'ċerti oqsma. Jidher li l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi ma tikkontribwixxix għal din il-loġika.

Emenda 13

Artikolu 4, paragrafu 2, punt (b)

(b) kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità sa EUR 10 miljun;

(b) kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità sa EUR 10 miljun, pagabbli f’rati sa massimu ta’ EUR 1.5 miljun fis-sena jew permezz ta’somma ugwali għal 50% tal-kontribuzzjoni mill-AENEAS, skond liema figura tkun iktar baxxa; kwalunkwe parti ta’ din il-kontribuzzjoni li ma tintefaqx matul is-sena għandha tkun disponibbli fis-snin ta’ wara għall-attivitajiet R&D;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tnaqqas sa l-inqas possibbli n-nefqa fuq l-ispejjeż ta’ l-operat, filwaqt li żżid sal-massimu possibbli r-riżorsi disponibbli għall-attivitajiet R&D. Irridu nibagħtu sinjal ċar ta' tnaqqis ta' spejjeż amministrattivi u ta' xaqlib tal-miżien favur l-R&D, u nistgħu niksbu dan billi nipprovdu aktar flessibilità lill-immaniġġjar tar-riżorsi ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

Emenda 14

Artikolu 4, paragrafu 3, punt (a)

(a) kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità sa EUR 440 miljun biex jiffinanzjaw il-Proġetti;

(a) kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità sa EUR 440 miljun biex ikunu ffinanzjati l-Proġetti, li jistgħu jiżdiedu bi kwalunkwe parti li ma tkunx intefqet tal-kontribuzzjoni mill-Komunità għall-ispejjeż ta' l-operat, kif stipulat fil-paragrafu 2(b);

Emenda 15

Artikolu 6, titolu u paragrafu 1

Regolament Finanzjarju

1. L-Impriża Komuni ENIAC għandha tadotta regoli finanzjarji speċifiċi bbażati fuq il-prinċipji tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. Tista' tiddevja minn dak ir-Regolament meta l-bżonnijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Komuni ENIAC hekk jitolbu u suġġett għall-konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni.

Regoli finanzjarji

1. Ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-Impriża Komuni ENIAC ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm dan ma jkunx meħtieġ minħabba l-bżonnijiet operattivi speċifiċi tagħha u sakemm dan ikun suġġett għall-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata bi kwalunkwe deroga bħal din.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 5.

Emenda 16

Artikolu 8, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, bi ftehim mal-Bord tat-Tmexxija, jistgħu jissekondaw numru ta’ uffiċjali ma’ l-Impriża Komuni ENIAC.

Emenda 17

Artikolu 8, paragrafu 3

3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jadotta l-miżuri neċessarji ta' implimentazzjoni skond l-arranġamenti pprovduti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' l-Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

3. Il-Bord tat-Tmexxija, bi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri neċessarji ta' implimentazzjoni biex jiġu ssekondati uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u ta' l-Istati Membri parteċipanti u biex jiġi impjegat staff addizzjonali.

Emenda 18

Artikolu 10, paragrafu 1 a (ġdid)

1a. L-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun unikament responsabbli biex twettaq l-obbligi tagħha.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li jiddaħħlu xi klawsoli essenzjali mill-Artikolu 18 ta' l-Istatut ta' l-Impriża Komuni ENIAC (Anness) biex tkun evitata diskrepanza bejn l-Artikoli tar-Regolament u dawk ta' l-Istatut.

Emenda 19

Artikolu 10, paragrafu 1 b (ġdid)

1b. L-Impriża Komuni ENIAC m’għandhiex tkun responsabbli biex twettaq l-obbligi finanzjarji tal-Membri tagħha. M'għandhiex tkun responsabbli għan-nuqqas ta' kwalunkwe Stat Membru ta’ l-ENIAC li jwettaq l-obbligi tiegħu li jirriżultaw minn sejħiet għal proposti mibdija mill-Impriża Komuni ENIAC.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li jiddaħħlu xi klawsoli essenzjali mill-Artikolu 18 ta' l-Istatut ta' l-Impriża Komuni ENIAC (Anness) biex tkun evitata diskrepanza bejn l-Artikoli tar-Regolament u dawk ta' l-Istatut.

Emenda 20

Artikolu 10, paragrafu 1 c (ġdid)

1c. Il-Membri m’għandhom ikunu responsabbli għall-ebda obbligu ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Ir-responsabilità finanzjarja tal-Membri għandha tkun responsabilità interna lejn l-Impriża Komuni ENIAC biss, u tkun limitata għall-impenn tagħhom li jikkontribwixxu għar-riżorsi kif stipulat fl-Artikolu 4.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li jiddaħħlu xi klawsoli essenzjali mill-Artikolu 18 ta' l-Istatut ta' l-Impriża Komuni ENIAC (Anness) biex tkun evitata diskrepanza bejn l-Artikoli tar-Regolament u dawk ta' l-Istatut.

Emenda 21

Artikolu 12, paragrafu 2

2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċmebru 2010 u l-31 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tmexxi evalwazzjonijiet interim ta' l-Impriża Komuni ENIAC bl-assistenza ta' esperti indipendenti. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-Impriża Komuni ENIAC u l-progress lejn l-għanijiet stipulati. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' dan, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011 il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni ta' l-Impriża Komuni ENIAC ippreparata bl-assistenza ta' esperti indipendenti. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-Impriża Komuni ENIAC u l-progress lejn l-għanijiet stipulati. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' din, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-riżultati ta’ l-evalwazzjoni għadhom jiġu kkunsidrati sabiex terġa’ tiġi orjentata, jekk ikun hemm il-bżonn, l-Aġenda ta’ Riċerka.

Emenda 22

Artikolu 12, paragrafu 4

4. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

4. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, filwaqt li jikkunsidra rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 4.

Emenda 23

Artikolu 16

Il-Kummissjoni u l-AENEAS għandhom jieħdu l-miżuri ta' tħejjija meħtieġa kollha biex iwaqqfu l-Impriża Komuni ENIAC sakemm l-Entitajiet tagħha jkunu saru għal kollox operattivi.

 

Il-Kummissjoni u l-AENEAS għandhom jieħdu l-miżuri preparatorji kollha neċessarji biex iwaqqfu l-Impriża Komuni ENIAC sakemm l-Entitajiet tagħha jkunu saru għal kollox operattivi u għandhom jiżguraw li l-Impriża Komuni ENIAC tkun qed topera bi sħiħ fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Hemm ħtieġa li jinħoloq obbligu biex il-Kummissjoni tistabbilixxi l-Impriża Komuni ENIAC fi żmien 3 xhur mill-adozzjoni tar-Regolament. Dan huwa estremament importanti għas-settur privat li impenja ruħu li jipparteċipa fil-proġett.

Emenda 24

Artikolu 17

Ftehim ospitanti għandu jiġi konkluż bejn l-Impriża Komuni ENIAC u l-Belġju fir-rigward ta' postijiet għall-uffiċini, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Komuni ENIAC

Ftehim ta’ l-ospitant għandu jiġi konkluż bejn l-Impriża Komuni ENIAC u l-Belġju li jikkonċerna l-għajnuna fir-rigward ta’ postijiet għall-uffiċini, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Komuni ENIAC.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi stipulat b'mod ċar li l-pajjiż ospitanti ta' kwalunkwe aġenzija jew entità Komunitarja simili hu mistenni li jipprovdi għajnuna finanzjarja u kull assistenza oħra meħtieġa biex jiġu ffaċilitati t-twaqqif u t-tħaddim ta' l-entità Komunitarja.

Emenda 25

Artikolu 18

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017.

Ġustifikazzjoni

L-ENIAC għandha bżonn "klawsola ta' estinzjoni" ċara. Għandu jkun ċar għall-parteċipanti kollha li dan l-istrument għandu skadenza stretta u jrid jagħti riżultati fil-limiti ta’ żmien mogħtija. Mhux struttura permanenti. Wara kollox, l-innovazzjoni m'għandhiex bżonn aktar minn 10 snin biex tispiċċa ċ-ċiklu tagħha.

Emenda 26

Anness, Artikolu 1, paragrafu 3, subparagrafu 1

3. L-Impriża Komuni ENIAC għandha tiġi stabbilita mill-pubblikazzjoni ta' dawn l-Istatuti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017.

3. L-Impriża Komuni ENIAC għandha tiġi stabbilita mill-pubblikazzjoni ta' dawn l-Istatuti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għal perjodu li jintemm sal-31 ta' Diċembru 2017. Għandu jkun żgurat li wara l-aħħar sejħa għal proposti fl-2013 il-proġetti li jkunu għadhom għaddejjin ikunu implimentati, immonitorjati u ffinanzjati sa l-2017.

Emenda 27

Anness, Artikolu 1, paragrafu 5 a (ġdid)

 

5a. L-Impriża Komuni ENIAC hi entità kif hemm imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u fil-Punt 47 ta’ l-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006.

Emenda 28

Anness, Artikolu 1, paragrafu 4

4. Il-perjodu jista' jiġi estiż billi dawn l-Istatuti jiġu emendati skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 22, billi jitqies il-progress li sar lejn l-ilħiq ta' l-għanijiet ta' Impriża Komuni ENIAC u sakemm tkun żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-ENIAC għandha bżonn "klawsola ta' estinzjoni" ċara. Għandu jkun ċar għall-parteċipanti kollha li dan l-istrument għandu skadenza stretta u jrid jagħti riżultati fil-limiti ta’ żmien mogħtija. Mhux struttura permanenti. Wara kollox, l-innovazzjoni m'għandhiex bżonn aktar minn 10 snin biex tispiċċa ċ-ċiklu tagħha.

Emenda 29

Anness, Artikolu 2, paragrafu 1, punt (c)

(c) tippromwovi parternarjat pubbliku privat bil-għan li jkunu mobilizzati u jinġabru flimkien l-isforzi Komunitarji, nazzjonali u privati, li jżid l-investimenti globali fl-R&D fil-qasam tan-Nanoelettronika, u jrawwem kollaborazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati;

(c) tippromwovi sħubija pubblika-privata bil-għan li jkunu mobilizzati u jinġabru flimkien l-isforzi Komunitarji, nazzjonali u privati, li żżid l-investimenti totali fl-R&D fil-qasam tan-Nanoelettronika, trawwem kollaborazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati u toħloq sinerġiji fost il-parteċipanti kollha ta' l-industrija tan-Nanoelettronika, inklużi l-atturi korporattivi, l-SMEs u l-istituti ta' l-R&D;

Ġustifikazzjoni

L-SMEs Ewropej li huma attivi fis-settur tat-tagħmir u tal-materjal ta’ l-industrija tan-nanoelettronika għandhom bżonn ikunu appoġġjati sabiex jiżviluppaw l-għodod u l-applikazzjonijiet il-ġodda tagħhom. L-SMEs m'għandhomx ikunu ristretti biss għall-irwol tradizzjonali tagħhom ta' sottokuntratturi, imma għandhom ikunu kapaċi jressqu l-vantaġġi prinċipali kompetittivi tagħhom billi joħolqu sinerġiji ma' korporazzjonijiet akbar u ma' istituti ta' l-R&D.

Emenda 30

Anness, Artikolu 2, paragrafu 1, punt (d)

(d) tiżgura l-effiċjenza u d-durabbiltà tal-JTI dwar in-Nanoelettronika ;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din ir-referenza ma tistax titniżżel bħala objettiv ta' natura simili għal dik tal-punti a, b, c u d. L-"effiċjenza" tidher li hi objettiv evidenti minnu nnifsu, filwaqt li "d-durabbiltà" m'għandhiex tkun wieħed minnhom.

Emenda 31

Anness, Artikolu 2, paragrafu 2, punt (e a) (ġdid)

(ea) tiżgura l-parteċipazzjoni ta' l-SMEs sabiex ikun possibbli li mill-inqas 15% tal-fondi disponibbli jingħataw lilhom.

Emenda 32

Anness, Artikolu 2, paragrafu 2, punt (g)

(g) tmexxi l-komunikazzjoni u t-tixrid ta' l-attivitajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC soġġett għall-obbligi ta' kunfidenzjalità;

(g) tmexxi l-komunikazzjoni u t-tixrid ta' l-attivitajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC skond l-obbligi ta' kunfidenzjalità, b'enfasi speċjali fuq il-komunikazzjoni u t-tixrid lill-SMEs u liċ-ċentri ta' riċerka;

Ġustifikazzjoni

L-SMEs u ċ-ċentri ta' riċerka għandhom ir-riżorsi l-iktar limitati biex ikunu involuti fl-inizjattiva, imma min-naħa l-oħra, dawn għandhom l-akbar potenzjal għall-innovazzjoni u s-segwitu tal-proċessi ta' l-R&D ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Huma għandhom ikunu megħjuna biex jiġu involuti fil-proċess.

Emenda 33

Anness, Artikolu 2, paragrafu 2, punt (h)

(h) tippubblika informazzjoni dwar il-Proġetti, inkluż isem il-parteċipanti u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-Impriża Komuni ENIAC

(h) tippubblika informazzjoni dwar il-Proġetti, inkluż l-ismijiet tal-parteċipanti, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja ta’ kull parteċipant ta’ l-Impriża Komuni ENIAC u informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni ta’ l-SMEs;

Emenda 34

Anness, Artikolu 3, paragrafu 2, punt (b)

(b) kwalunkwe pajjiż li mhux membru, kandidat jew assoċjat ta' l-UE (minn hawn 'il quddiem "Pajjiż Terz") li qed isegwi politika jew programmi dwar l-R&D fil-qasam tan-Nanoelettronika;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-JTIs għandhom bżonn jibqgħu ffukati fuq l-Ewropa. Huma mfassla bil-għan li l-Ewropa ssir l-ewwel fid-dinja f'ċerti oqsma. Jidher li l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi ma tikkontribwixxix għal din il-loġika.

Emenda 35

Anness, Artikolu 4, paragrafu 3

3. Kull applikazzjoni għall-isħubija fl-Impriża Komuni ENIAC minn Pajjiżi Terzi għandha tkun titqies mill-Bord tat-Tmexxija, li għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tagħmel proposta sabiex temenda dan ir-Regolament dwar l-adeżjoni tal-Pajjiż Terz, soġġett għat-tlestija b'suċċess tan-negozjati ma' l-Impriża Komuni ENIAC.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-JTIs għandhom bżonn jibqgħu ffukati fuq l-Ewropa. Huma mfassla bil-għan li l-Ewropa tkun l-ewwel fid-dinja f'ċerti oqsma. Jidher li l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi ma tikkontribwixxix lejn din il-loġika.

Emenda 36

Anness, Artikolu 4, paragrafu 4

4. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' kull entità ġuridika oħra jew rakkomandazzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' Pajjiżi Terzi għandha ssir billi jitqiesu r-rilevanza u l-valur miżjud potenzjali ta' l-applikant għall-kisba ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC .

4. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' kull entità ġurdika oħra għandha ssir billi jitqiesu r-rilevanza u l-valur miżjud potenzjali ta' l-applikant għall-kisba ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC .

Ġustifikazzjoni

Il-JTIs għandhom bżonn jibqgħu ffukati fuq l-Ewropa. Huma mfassla bil-għan li l-Ewropa tkun l-ewwel fid-dinja f'ċerti oqsma. Jidher li l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi ma tikkontribwixxix lejn din il-loġika.

Emenda 37

Anness, Artikolu 4, paragrafu 5

5. Kull Membru jista' jirtira mill-Impriża Komuni ENIAC. L-irtirar għandu jsir effettiv u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lil Stati Membri oħra li warajhom l-ex-Membru jiġi rrilaxxat minn kull obbligu għajr dawk li diġà kienu jeżistu qabel l-irtirar tiegħu.

5. Kull Membru jista' jirtira mill-Impriża Komuni ENIAC. L-irtirar għandu jsir effettiv u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-Istati Membri l-oħra, li warajhom l-ex-Membru jiġi rrilaxxat minn kull obbligu għajr dawk li diġà jkun impenja ruħhu għalihom qabel l-irtirar tiegħu permezz ta' deċiżjonijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC skond dawn l-Istatuti.

Ġustifikazzjoni

Ir-rilaxx ta' Membri li jirtiraw minn kull obligu futur mhux ċar. Il-kjarifika tiżgura li l-impenn dirett ta' membri għall-appoġġ ta’ l-ispejjeż ta' tħaddim kif stipulati fl-10.04 mhux "obbligu eżistenti" li jkun eskluż mir-rilaxx.

Emenda 38

Anness, Artikolu 6, paragrafu 1, punt (g)

(g) Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati b'maġġoranza ta' mill-inqas 75% tal-voti ħlief jekk iddikjarat espliċitament mod ieħor f'dawn l-Istatuti. Il-Komunità għandu jkollu dritt tal-veto fuq id-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-Bord fir-rigward ta' l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha, il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura, kull emenda għal dawn l-Istatuti u r-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

(g) Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati b'maġġoranza ta' mill-inqas 75% tal-voti ħlief jekk iddikjarat espliċitament mod ieħor f'dawn l-Istatuti. Il-Komunità għandu jkollha dritt tal-veto fuq id-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-Bord fir-rigward ta' l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha, il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura, kull emenda għal dawn l-Istatuti u r-regoli finanżjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 5.

Emenda 39

Anness, Artikolu 6, paragrafu 2, punt (c)

(c) japprova r-Regolamenti Finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC skond l-Artikolu 12 ta' dawn l-Istatuti;

(c) japprova r-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC skond l-Artikolu 12 ta' dawn l-Istatuti, wara li jkun ikkonsulta mal-Kummissjoni;

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 5.

Emenda 40

Anness, Artikolu 7, paragrafu 1, punt (f a) (ġdid)

(fa) Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi jista' jippermetti lil Stati Membri oħra li m’humiex Stati Membri ta' l-ENIAC li jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha bħala osservaturi.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri mhux membri ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom jingħataw il-possibilità li jkunu involuti fl-operazzjonijiet ENIAC. Din il-possibilità tista' tqajjem l-interess tagħhom li eventwalment jipparteċipaw f'din l-inizjattiva Ewropea. F'kull każ, għandna nżommu lill-Istati Membri ENIAC infurmati dwar l-iżviluppi teknoloġiċi l-ġodda fil-qasam u l-potenzjal ta' applikazzjonijiet soċjali fil-futur, għal liema l-politiki nazzjonali għandhom ikunu preparati fil-ħin.

Emenda 41

Anness, Artikolu 7 paragrafu 3, punt (b)

(b) Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jeleġġi l-President tiegħu.

(b) Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jeleġġi l-President tiegħu kull sentejn.

Emenda 42

Anness, Artikolu 9, paragrafu 2

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, għal perjodu sa tliet snin. Wara evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord jista' jestendi l-mandat tiegħu darba għal perjodu ulterjuri ta' mhux inqas minn erba' snin.

2. Id-Direttur Eżektuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija fuq il-bażi ta' lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni wara sejħa għal espressjoni ta' interess ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, fuq l-internet u fl-istampa fl-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea, għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet snin. Wara evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord jista' jestendi l-mandat tiegħu għal perjodu ulterjuri ta' mhux aktar minn tliet snin, u wara t-tmien tal-perjodu tiġi ppublikata sejħa għal espressjoni ta' interess bl-istess mod.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li żżid it-trasparenza u trawwem l-effiċjenza ta' l-operat ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Għandu jkun possibbli għad-Direttur Eżekuttiv li jaqdi dmirijietu għal perjodu ta' żmien sostanzjali biżżejjed biex ikun evalwat, u jkun maħtur mill-ġdid jekk juri l-kapaċità tiegħu. Fi tmiem tal-mandat tiegħu, għandu jkun hemm sejħa miftuħa, li d-Direttur fil-kariga ma għandux ikun eskluż minnha bħala kwistjoni ta' prinċipju.

Emenda 43

Anness, Artikolu 9, paragrafu 3, punt (k)

(k) iwettaq verifiki finanzjarji, direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, dwar parteċipanti fil-Proġetti kif meħtieġ, skond ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC;

(k) iwettaq verifiki finanzjarji, direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, dwar parteċipanti fil-Proġetti kif meħtieġ, skond ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC;

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 5.

Emenda 44

Anness, Artikolu 9, paragrafu 4, punt (f)

(f) il-ġestjoni ta' sejħiet għall-offerti għall-ħtiġijiet għal oġġetti/servizzi għall-Impriża Komuni ENIAC skond ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

(f) il-ġestjoni ta' sejħiet għall-offerti għall-ħtiġijiet għal oġġetti/servizzi għall-Impriża Komuni ENIAC skond ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 5.

Emenda 45

Anness, Artikolu 9, paragrafu 5

5. Kompiti mhux finanzjarji tas-Segretarjat għandhom jitqabbdu mill-Impriża Komuni ENIAC lil fornituri esterni tas-servizzi. Kuntratti bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

5. Kompiti mhux finanzjarji tas-Segretarjat għandhom jitqabbdu mill-Impriża Komuni ENIAC lil fornituri esterni tas-servizzi. Kuntratti bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

Ġustifikazzjoni

Ara Emenda 5.

Emenda 46

Anness, Artikolu 10, paragrafu 5, punt (c)

(c) kontribuzzjonijiet in natura mill-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp biex jerfgħu s-sehem tagħhom ta' l-ispiża neċessarja biex jitwettqu l-Proġetti. Il-kontribuzzjoni kumplessiva tul l-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun daqs jew akbar mill-kontribuzzjoni ta' l-awtoritajiet pubbliċi.

(c) kontribuzzjonijiet in natura li għandhom ikunu suġġetti għal evalwazzjoni tal-valur u tar-relevanza tagħhom għall-attivitajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC kif ukoll li jkunu aċċettati mill-Bord tat-Tmexxija. Il-proċedura għall-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura għandha tkun adottata mill-Bord tat-Tmexxija u għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:

· l-approċċ globali se jkun ibbażat fuq il-modus operandi tas-Seba' Programm ta' Qafas, fejn il-kontribuzzjonijiet in natura għal proġetti jiġu evalwati fil-livell ta' reviżjoni;

· ir-regoli ta' implimentazzjoni tar-regolamenti finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom jintużaw bħala linji gwida;

· elementi addizzjonali għandhom ikunu koperti bl-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità;

· l-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet titwettaq skond l-ispejjeż aċċettati ġeneralment fis-suq konċernat (Artikolu 172(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju).

Il-verifika għandha titwettaq minn awditur indipendenti.

Emenda 47

Anness, Artikolu 10, paragrafu 7

7. Jekk xi Membru ta' l-Impriża Komuni ENIAC jonqos mill-impenni tiegħu fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja miftehma tiegħu lill-Impriża Komuni ENIAC, id-Direttur Eżekuttiv għandu jlaqqa' lill-Bord tat-Tmexxija biex jiddeċiedi jekk il-Membri li jkun fadal għandhomx jirrevokaw is-sħubija tal-Membru li qed jonqos jew jekk xi miżuri oħra għandhomx jittieħdu sakemm jintlaħqu l-obbligi.

7. Jekk xi Membru ta' l-Impriża Komuni ENIAC jonqos mill-impenji tiegħu fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja miftehma tiegħu lill-Impriża Komuni ENIAC, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika bil-miktub lil tali Membru u għandu jistipula perjodu raġonevoli fejn dan in-nuqqas ikun jista' jiġi rrimedjat. Jekk dan in-nuqqas ma jkunx ġie rrimedjat f’dan il-perjodu, id-Direttur Eżekuttiv għandu jlaqqa' lill-Bord tat-Tmexxija biex jiddeċiedi jekk għandhiex tiġi rrevokata s-sħubija tal-Membru li qed jonqos jew jekk xi miżuri oħra għandhomx jittieħdu sakemm jintlaħqu l-obbligi.

Ġustifikazzjoni

Din il-possibilità trid tingħata sabiex ikunu evitati konflitti.

Emenda 48

Anness, Artikolu 12

Regolament Finanzjarju

1. Ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija.

Regoli finanzjarji

1. Ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni.

2. Ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju strutturali u għandu jinkludi dispożizzjonijiet għall-ipjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Ir-Regolament Finanzjarju jista' jiddevja mir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas meta l-bżonnijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Komuni ENIAC hekk jitolbu u soġġett għall-konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni.

2. Ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm dan mhux meħtieġ għall-bżonnijiet operattivi speċifiċi tiegħu u sakemm ikun hemm il-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata b'dawn id-derogi.

3. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

3. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq kunsiderazzjoni ta' rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

 

 

Ġustifikazzjoni

Ara Emenda 5.

Emenda 49

Anness, Artikolu 13, paragrafu 1

1. Il-Pjan Strateġiku Multijannwali għandu jispeċifika l-istrateġija u l-pjanijiet għall-ilħuq ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC, inkluż l-Aġenda ta' Riċerka.

1. Il-Pjan Strateġiku Plurijennali għandu jispeċifika l-istrateġija u l-pjanijiet għall-ilħuq ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC, inkluż l-Aġenda ta' Riċerka. Meta jkun approvat mill-Bord tat-Tmexxija, il-Pjan Strateġiku Plurijennali għandu jsir pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Il-Pjan Strateġiku Plurijennali, li jiddeskrivi l-attivitajiet pjanati għas-snin li ġejjin, huwa ta' importanza kbira għall-parteċipanti futuri possibbli.

Emenda 50

Anness, Artikolu 13, paragrafu 2

2. Il-Programm ta' Ħidma Annwali għandu jiddeskrivi l-ambitu u l-baġit tas-sejħiet għall-proposti meħtieġa għall-implimnetazzjoni ta' l-Aġenda ta' Riċerka għal sena partikolari.

2. Il-Programm ta' Ħidma Annwali għandu jiddeskrivi l-ambitu u l-baġit tas-sejħiet għall-proposti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Aġenda ta' Riċerka għal sena partikolari. Meta jkun appovat mill-Bord tat-Tmexxija, il-Programm ta' Ħidma Annwali għandu jsir pubbliku.

Ġustifikazzjoni

M'hemmx għalfejn wieħed jenfasizza r-relevanza tal-Programm ta' Ħidma Annwali għall-applikanti potenzjali għas-Sejħiet.

Emenda 51

Anness, Artikolu 13, paragrafu 3

3. Il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għandu jispeċifika l-pjan għall-eżekuzzjoni ta' l-attivitajiet kollha ta' l-Impriża Komuni ENIAC għal sena partikolari, inkluż is-sejħiet ippjanati għall-proposti u l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati permezz ta' Sejħiet għall-offerti. Il-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Pjan Annwali tal-Baġit.

3. Il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għandu jispeċifika l-pjan għall-eżekuzzjoni ta' l-attivitajiet kollha ta' l-Impriża Komuni ENIAC għal sena partikolari, inkluż is-sejħiet ippjanati għall-proposti u l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati permezz ta' Sejħiet għall-offerti. Il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Pjan Annwali tal-Baġit.Meta jkun appovat mill-Bord tat-Tmexxija, il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għandu jsir pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' informazzjoni u trasparenza dwar l-attivitajiet ta' implimentazzjoni ta' l-ENIAC.

Emenda 52

Anness, Artikolu 13, paragrafu 5, subparagrafu 2

Ir-Rapport Annwali ta' l-Attività għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ.

Ir-Rapport Annwali ta' l-Attività għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ. Ir-Rapport Annwali dwar l-Attività għandu jidentifika l-parteċipazzjoni ta' l-SMEs fl-Impriża Komuni ENIAC u fl-attivitajiet ta' R&D.

Ġustifikazzjoni

Dan huwa aspett importanti li jwassal għal aktar parteċipazzjoni mill-SMEs.

Emenda 53

Anness, Artikolu 13, paragrafu 6

6. Fi żmien xahrejn wara tmiem is-sena finanzjarja, il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża komuni għandhom jitressqu lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej ('il-Qorti ta' l-Awdituri'). Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha, sal-15 ta' Ġunju wara tmien kull sena finanzjarja, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża Komuni.

6. Fi żmien xahrejn wara tmiem is-sena finanzjarja, il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża Komuni għandhom jitressqu lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej ('il-Qorti ta' l-Awdituri') u lill-awtorità baġitarja. Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha, sal-15 ta' Ġunju wara tmien kull sena finanzjarja, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża Komuni.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li l-kontijiet u l-karti tal-bilanċ jintbagħtu liż-żewġ fergħat ta' l-awtorità baġitarja bħala informazzjoni.

Emenda 54

Anness, Artikolu 14, paragrafu 3

3. Sabiex tiġi megħjuna l-implimentazzjoni tal-Proġetti u l-għoti ta' fondi pubbliċi, l-Impriża Komuni ENIAC għandha tistabbilixxi arranġamenti amministrattivi ma' l-entitajiet nazzjonali nnominati mill-Istati Membri ENIAC għal dak il-għan, f'Konformità mar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

3. Sabiex tiġi megħjuna l-implimentazzjoni tal-Proġetti u l-għoti ta' fondi pubbliċi, l-Impriża Komuni ENIAC għandha tistabbilixxi arranġamenti amministrattivi ma' l-entitajiet nazzjonali nnominati mill-Istati Membri ENIAC għal dak il-għan, f'Konformità mar-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

Ġustifikazzjoni

Ara Emenda 5.

Emenda 55

Anness, Artikolu 15, paragrafu 4, punt (a)

(a) Is-sejħiet għall-proposti varati mill-Impriża Komuni ENIAC għandhom jinfetħu għall-parteċipanti stabbiliti fl-Istati Membri ENIAC u fi kwalunkwe Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea jew il-Pajjiż Assoċjat.

(a) Is-sejħiet għall-proposti varati mill-Impriża Komuni ENIAC għandhom jinfetħu għall-parteċipanti stabbiliti fl-Istati Membri ENIAC u fi kwalunkwe Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea jew il-Pajjiż Assoċjat. Sejħiet għal proposti għandhom isiru b'mod pubbliku sa fejn huwa possibbli, inkluż fuq l-Internet u fl-istampa fl-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Dan sabiex tkun promossa parteċipazzjoni miftuħa u wiesgħa fl-attivitajiet ta' l-ENIAC R&D.

Emenda 56

Anness, Artikolu 17, paragrafu 1

1. In-numru tal-persunal għandu jiġi ddeterminat fi pjan ta' stabbiliment li għandu jiġi stipulat fil-Pjan Annwali tal-Baġit.

1. In-numru tal-persunal għandu jiġi ddeterminat fi pjan ta' stabbiliment li għandu jiġi stipulat fil-Pjan Annwali tal-Baġit u jiġi mgħoddi mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' l-abbozz preliminari tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Bħal fil-każ ta' l-Impriżi Komuni li diġà jeżistu, il-pjan ta' stabbiliment ta' l-ENIAC għandu jiġi ppubblikat mill-Kummissjoni flimkien mal-PDB.

Emenda 57

Anness, Artikolu 17, paragrafu 2

2. Il-membri tal-persunal ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom ikunu aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali u għandhom ikollhom kuntratti b'terminu definit li jistgħu jiġu estiżi darba biss sa perjodu massimu totali ta' seba' snin.

2. Il-membri tal-persunal ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom ikunu aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali u għandu jkollhom kuntratti b'terminu definit li jistgħu jiġu estiżi darbtejn sa perjodu massimu totali ta' għaxar snin. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista', bi ftehim mal-Bord tat-Tmexxija, tissekonda uffiċjali għall-Impriża Komuni ENIAC.

Ġustifikazzjoni

L-istruttura ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun ħafifa u flessibbli. L-għażla ta' l-istruttura ta' korp Komunitarju ma teskludix l-adozzjoni ta' proċedura ta' reklutaġġ aktar flessibbli, aktar mgħaġġla u li tiswa anqas flus. Din l-emenda tippermetti lill-Impriża Komuni ENIAC li tibda taħdem immedjatament, filwaqt li jekk jinżammu l-proċeduri tar-'Regolament ta' l-Istaff" ikun hemm dewmien li ma jistax jiġi evitat. L-istaff li juri li huwa kapaċi għandu jżomm l-impieg tiegħu sa l-aħħar ta' l-2017, peress li mhix effiċjenza li jiġi impjegat staff ġdid għaż-żmien qasir li jkun fadal.

Emenda 58

Anness, Artikolu 21, paragrafu 5

5. Meta kwalunkwe assi fiżiku jkun ġiet ttrattat kif ipprovdut fil-paragrafu 5, kull assi oħra ulterjuri għandhom jintużaw biex ikopru r-responsabbiltajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC u l-ispejjeż marbuta ma' l-istralċ tagħha. Kwalunkwe bilanċ jew żbilanċ għandu jitqassam fost jew jiġġarrab mill-Membri eżistenti fi żmien l-istralċ fi proporzjon mal-kontribuzzjoni annwali tagħhom għall-Impriża Komuni ENIAC.

5. Meta kwalunkwe assi fiżiku jkun ġie ttrattat kif ipprovdut fil-paragrafu 5, kull assi oħra ulterjuri għandhom jintużaw biex ikopru r-responsabiltajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC u l-ispejjeż marbuta ma' l-istralċ tagħha. Kwalunkwe bilanċ għandu jitqassam fost il-Membri eżistenti fi żmien l-istralċ fi proporzjon mal-kontribuzzjoni annwali tagħhom għall-Impriża Komuni ENIAC.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għal-"żbilanċ" għandha tiġi mħassra, peress li dan jimplika responsabilità tal-membri ta' l-Impriża Komuni ENIAC, u dan imur kontra l-Artikolu 18.6 ta' l-Istatut u l-Artikolu 10 tar-Regolament.

Emenda 59

Anness, Artikolu 22, paragrafu 3

3. Proposti għall-emendi għall-Istatuti għandhom jiġu approvati mill-Bord tat-Tmexxija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 u jitressqu lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni.

3. Proposti għall-emendi għall-Istatuti għandhom jiġu approvati mill-Bord tat-Tmexxija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 u jitressqu lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni wara li jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li l-Parlament Ewropew jiġi kkonsultat dwar kull bidla importanti għall-istatuti tal-JU.

Emenda 60

Anness, Artikolu 23, paragrafu 2, punt (a)

(a) "Informazzjoni" għandha tfisser kull tpinġija, speċifikazzjoni, ritratt, kampjun, mudell, proċess, proċedura, istituzzjoni, softwer, rapport, rapporti dwar studji, jew kull informazzjoni teknika u/jew kummerċjali oħra, għarfien prattiku, dejta, jew dokumenti ta' kull tip, inkluż informazzjoni orali, li mhix materjal protett mid-"Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali" (IPR);

(a) "Informazzjoni" għandha tfisser kull tpinġija, speċifikazzjoni, ritratt, kampjun, mudell, proċess, proċedura, istituzzjoni, softwer, rapport, rapporti dwar studji, jew kull informazzjoni teknika u/jew kummerċjali oħra, għarfien prattiku, dejta, jew dokumenti ta' kull tip, inkluż informazzjoni orali, li mhix "Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali" (IPR);

Ġustifikazzjoni

Mingħajr dan it-tħassir, id-definizzjoni tista' tkun ambigwa, peress li ħafna "Informazzjoni" tista' tkun materjal kopert mill-IPR.

Emenda 61

Anness, Artikolu 23, paragrafu 2, punt (i)

(i) "Dritt ta' l-Aċċess" tfisser liċenzji mhux esklussivi u drittijiet ta' l-utenti għat-Tagħrif Eżistenti jew Miksub, liema drittijiet m'għandhomx jinkludu d-dritt ta-subliċenzjar ħlief jekk maqbul mod ieħor fil-Ftehim tal-Proġett;

(i) "Dritt ta' l-Aċċess" tfisser liċenzji mhux esklussivi u drittijiet ta' l-utenti għat-Tagħrif Eżistenti jew Miksub, mogħtija mill-Ftehimiet tal-Proġett, liema drittijiet m'għandhomx jinkludu d-dritt ta-subliċenzjar ħlief jekk maqbul mod ieħor fil-Ftehim tal-Proġett;

Ġustifikazzjoni

Id-drittijiet ta' l-Aċċess għandhom jingħataw skond il-Ftehimiet tal-Proġett li jistipulaw it-termini u l-kundizzjonijiet ta' proġett speċifiku, inkluża l-politika dwar l-IPR tal-proġett. Il-ftehima ta' l-għotja għandha tirreferi biss għal din il-politika ta' l-IPR u tistipula li l-parteċipanti fil-proġett għandhom jikkonkludu ftehima IPR li ma tkunx f'kunflitt ma' din il-politika.

Emenda 62

Anness, Artikolu 23, paragrafu 3, subparagrafu 3.2.1

3.2.1. Parteċipanti fi proġett fl-istess Proġett għandhom jikkonkludu bejniethom Ftehim ta' Proġett li għandu jirregola, fost l-oħrajn, id-Drittijiet ta' l-Aċċess li għandhom jingħataw skond dan l-Artikolu. Il-parteċipanti fi proġett jistgħu jiddefinixxu t-Tagħrif Eżistenti meħtieġ għall-finijiet tal-proġett u, fejn ikun xieraq, jistgħu jeskludu Tagħrif Eżistenti speċifiku.

3.2.1. Parteċipanti fi proġett fl-istess Proġett għandhom jikkonkludu bejniethom Ftehim ta' Proġett li għandu jirregola, fost l-oħrajn, id-Drittijiet ta' l-Aċċess li għandhom jingħataw skond dan l-Artikolu. Il-parteċipanti fi proġett jistgħu jiddeċiedu li jagħtu Drittijiet ta' l-Aċċess usa' minn dawk mitluba minn dan l-Artikolu. Il-parteċipanti fi proġett jistgħu jiddefinixxu t-Tagħrif Eżistenti meħtieġ għall-finijiet tal-proġett u, fejn ikun xieraq, jistgħu jeskludu Tagħrif Eżistenti speċifiku.

Ġustifikazzjoni

Id-Drittijiet ta' l-Aċċess mogħtija skond dan l-Artikolu għandhom jingħataw dejjem, imma l-parteċipanti fi Proġett għandu jkollhom il- flessibilità li jagħtu Drittijiet ta' Aċċess usa', jekk jaqblu bejniethom.

Emenda 63

Anness, Artikolu 23, paragrafu 3, subparagrafu 3.2.4

3.2.4. Il-parteċipanti fl-istess Proġett għandhom igawdu minn Drittijiet ta' l-Aċċess għat-Tagħrif Eżistenti jekk dan ikun meħtieġ għall-Użu tat-Tagħrif Miksub tagħhom ta' dak il-Proġett, dejjem sakemm sid it-Tagħrif Eżistenti jkun intitolat jagħti dawk id-drittijiet. Dawn id-Drittijiet ta' l-Aċċess għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklussiva b'kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji.

3.2.4. Il-parteċipanti fl-istess Proġett għandhom igawdu minn Drittijiet ta' l-Aċċess għat-Tagħrif Eżistenti jekk dan ikun meħtieġ għall-Użu tat-Tagħrif Miksub tagħhom ta' dak il-Proġett, dejjem sakemm sid it-Tagħrif Eżistenti jkun intitolat jagħti dawk id-drittijiet. Dawn id-Drittijiet ta' l-Aċċess għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklussiva u mhux trasferibbli, b'kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji.

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda saret biex ikun evitat li din il-klawsola tkun interpretata bħala għotja ta' drittijiet ta' aċċess "trasferibbli", minħabba d-differenza mill-paragrafu 3.2.3.

Emenda 64

Anness, Artikolu 23, paragrafu 3, subparagrafu 3.3.1

3.3.1. Meta t-Tagħrif Miksub ikun jista' jiġi sfruttat bi qliegħ, is-sid (i) għandu jipprovdi għall-protezzjoni xierqa u effettiva tiegħu, billi jqis sew l-interessi leġittimi ta' dan it-tagħrif, partikolarment l-interessi kummerċjali, u dawk tal-parteċipanti l-oħra fil-Proġett ikkonċernat u (ii) għandu jużah jew jiżgura li jintuża.

3.3.1. Meta t-Tagħrif Miksub ikun jista' jiġi sfruttat bi qliegħ, is-sid (i) għandu jipprovdi għall-protezzjoni xierqa u effettiva tiegħu, u (ii) għandu jużawh, jew jagħti liċenzja għall-użu tiegħu fuq bażi ta' bla ħlas jew fuq termini ġusti, raġjonevoli u mhux diskriminatorji, billi jqis sew l-interessi leġittimi ta' dan it-tagħrif, partikolarment l-interessi kummerċjali, u dawk tal-parteċipanti l-oħra fil-Proġett ikkonċernat.

Ġustifikazzjoni

Mhux possibbli li tassigura li xi ħaġa tkun użata, imma għandu jkun inkluż obbligu ta' għoti ta' liċenzji (suġett għal interessi leġittimi) lil xi ħadd li jixtieq jikseb liċenzja. 'Interess kummerċjali partikulari' għandu jirreferi kemm għan-naħa li tipprovdi Tagħrif Miksub kif ukoll għall-parteċipanti l-oħra fil-Proġett.

Emenda 65

Anness, Artikolu 23, paragrafu 3, subparagrafu 3.4.1

3.4.1. Meta parteċipant jittrasferixxi s-sjieda tat-Tagħrif Miksub, għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu fir-rigward ta' dan it-Tagħrif Miksub lit-trasferatarju, inkluż l-obbligu biex dawn l-obbligi jgħaddu lil kwalunkwe trasferatarju sussegwneti. Dawn l-obbligi għandhom jinkludu dawk li jikkonċernaw l-għoti ta' Drittijiet ta' l-Aċċess, u t-tixrid u l-użu.

3.4.1. Meta parteċipant jittrasferixxi l-pussess tat-Tagħrif Miksub, għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu fir-rigward ta' dan it-Tagħrif Miksub lit-trasferatarju, inkluż l-obbligu biex dawn l-obbligi jgħaddu lil kwalunkwe trasferatarju sussegwenti. Dawn l-obbligi għandhom jinkludu dawk li jikkonċernaw l-għoti ta' Drittijiet ta' l-Aċċess, u t-tixrid u l-użu. Fil-każ ta' tali trasferiment, il-parteċipant ikkonċernat għandu jinnotifika bil-quddiem lill-parteċipanti l-oħra fl-istess Proġett dwar l-isem u d-dettalji tal-kuntratt tat-trasferatarju.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 3.4.1 diġà fih l-obbligu li jsir kwalunkwe trasferiment suġġett għal obbligi relatati mad-Drittijiet ta' Aċċess, allura l-Artikolu 3.4.2 għandu jitħassar. Għandu jkun imħassar ukoll għaliex huwa ta' piż għall-industrija. Din l-emenda tiżgura b'mod sostanzjali l-protezzjoni ta' l-obbligi ta' notifika stipulati fl-Artikolu 3.4.2, filwaqt li tevita proċedura li hija ta' piż għall-industrija.

Emenda 66

Anness, Artikolu 23, paragrafu 3, subparagrafu 3.4.2

3.4.2. Soġġett għall-obbligi dwar il-kunfidenzjalità, meta parteċipant fi Proġett ikun meħtieġ jgħaddi l-obbligi tiegħu biex jipprovdi d-drittijiet ta' l-aċċess, għandu jagħti mill-inqas 45 jum avviż minn qabel lill-parteċipanti l-oħra dwar it-trasferiment ippjanat, flimkien ma' biżżejjed informazzjoni dwar dak li jkun maħsub li se jkun is-sid il-ġdid tat-Tagħrif Miksub, sabiex il-parteċipanti l-oħra jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet ta' l-aċċess tagħhom. Wara n-notifika, kull parteċipant ieħor jista' joġġezzjona fi żmien 30 jum jew f'limitu ta' żmien differenti maqbul bil-miktub, għal kull trasferiment ta' sjieda ppjanat fuq il-bażi li jeffettwa b'mod avvers id-drittijiet ta' l-aċċess tiegħu. Meta kwalunkwe mill-parteċipanti l-oħra juri li d-drittijiet ta' l-aċċess tiegħu jiġu effettwati b'mod avvers, it-trasferiment maħsub m'għandux iseħħ sakemm jintlaħaq qbil bejn il-parteċipanti kkonċernati.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu mħassar 3.4.2 mhuwiex neċessarju għaliex l-Artikolu 3.4.1 diġà fih l-obbligu li jqiegħed kwalunkwe trasferiment suġġett għall-obbligi relatati mad-Drittijiet ta' Aċċess. Għandu jkun imħassar ukoll għaliex huwa ta' piż għall-industrija.

  • [1]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
  • [2]  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Bħala riżultat ta' frammentazzjoni ta' l-isforzi tagħha, l-UE qed tiffaċċja r-riskju ta' telf kostanti ta' kompetittività f'ħafna oqsma ta' riċerka li jistgħu jikkawżaw li tibqa' lura fil-konfront ta' l-Asja u ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika. Sabiex dawn l-isfidi jintlaħqu, il-programm speċifiku "Koperazzjoni" tas-Seba' Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet dimostrattivi, jintroduċi l-Inizjattivi ta' Teknoloġija Konġunti (JTIs) bħala mod ġdid biex jinbnew sħubijiet pubbliċi-privati fil-qasam tar-riċerka f'livell Ewropew. In-nanoelettronika hija waħda mill-oqsma fejn il-JTI jista' jkollha relevanza partikulari.

Il-mikroelettronika – bi programmi fil-kompjuters, fit-telefowns ċellulari, fit-televiżjoni diġitali, fit-tagħmir mediku, fin-navigazzjoni tal-karozzi – bidlet id-dinja tagħna u l-ħajja ta' kuljum tagħna. Issa n-nanoelettronika tirrapreżenta l-pass revoluzzjonarju li jmiss. Hija strateġija teknoloġika importanti għall-Ewropa. Tirrapreżenta suq li qed jikber malajr u li jiġġenera impjiegi kwalifikati ħafna, tikkontribwixxi lejn żvilupp sostenibbli u tistimola l-innovazzjoni billi tibni l-komunikazzjoni u l-intelligenza kważi f'kollox. Il-komponenti nanoelettroniċi integrati f'sistemi elettroniċi u ta' komunikazzjoni, f'karozzi, f'ajruplani, f'binjiet, f'tagħmir mediku, u anki fi ħwejjeġ, jippermettu suq ta' 1,250 biljun Ewro b'rata medja annwali u b'saħħitha ta' tkabbir. L-industriji affetwati l-aktar min-nanoelettronika (bħas-settur multimedjali, it-telekomunikazzjonijiet, it-trasport, is-saħħa, l-ambjent, l-ipproċessar industrijali, eċċ) jammontaw għal madwar 5,000 biljuni Ewro. L-R&D fin-nanoelettronika fl-Ewropa timpjega madwar 10,000 riċerkatur. Għalhekk in-nanoelettronika tista' tkun ikkunsidrata bħala "negozju kbir" fiha nnifisha.

Jekk wieħed jibni fuq l-esperjenza tal-Pjattaforma Ewropea għat-Teknoloġija fin-Nanoelettronika mwaqqfa fl-2004, il-JTI għan-nanoelettronika (ENIAC JTI) għandha l-għan li toħloq programm ta' riċerka u żvilupp mifrux fl-Ewropa kollha, li għandu jgħin lill-industrija ta' l-UE biex tikseb pożizzjoni ta' tmexxija fid-dinja fil-qasam tan-nanoelettronika billi tikkombina massa kritika ta' riżorsi tal-Komunità, nazzjonali u privati f'qafas legali wieħed, koerenti, flessibbli u effiċjenti. Bħalissa s-sitwazzjoni tar-riċerka ta' l-industrija qed tiffaċċja riskji mill-frammentazzjoni. Fuq il-livell nazzjonali, jeżistu ħafna programmi fl-istess ħin, imma l-attivitajiet ta' riċerka rilevanti huma mifruxa fuq ħafna programmi, li ħafna drabi mhumiex konnessi flimkien. Is-sistema attwali, imxerrda u bla struttura, hija ineffettiva u ineffiċjenti. Hemm bżonn li jitwaqqaf programm iffukat u koerenti sabiex ikun aktar faċli għall-Ewropa li ssir il-mexxejja fit-tellieqa dinjija fin-nanoelettronika.

Pożizzjonijiet tar-Rapporteur

A. Ir-Rapporteur iqis b'mod pożittiv it-twaqqif ta' Impriża Komuni (JU) fil-qasam tan-nanoelettronika.

Is-settur tan-nanoelettronika diġà għandu valur miżjud Ewropew importanti, peress li bl-innovazzjoni li se jwassal lil numru ta' applikazzjonijiet mhux biss se jinfluwenza l-ħajja ta' kuljum ta' kulħadd, imma se jkollu wkoll influwenza diretta fuq ħafna politiki Komunitarji (per eżempju l-effiċjenza fl-enerġija u s-siġurtà tal-provvista ta' l-enerġija; il-mobilità tad-dejta, tal-merkanzija u tal-persuni; il-kura tas-saħħa; ix-xjuħija attiva; il-politiki ambjentali, etc.) Madankollu, il-kumplessità tas-settur kif ukoll il-bżonn ta' riżorsi finanzjarji sostanzjali u għall-interazzjoni bejn parteċipanti differenti (ċentri ta' riċerka u universitajiet, produtturi ewlenin ta' semikundutturi, materjali, tagħmir u applikazzjonijiet, SMEs b'teknoloġija avanzata, awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, u istituzzjonijiet finanzjarji) teħtieġ azzjoni koordinata, imsaħħa minn qafas legali sod, jekk l-UE verament trid tikkompeti fuq il-livell dinji. Irridu nappoġġjaw l-isforzi Ewropej favur ir-riċerka u l-manifattura fin-nanoelettronika.

B. Ir-Rapporteur jixtieq jenfasizza t-tliet karatteristiċi ta' l-istrument il-ġdid ta' l-JU, li hu qed jagħtihom importanza kbira:

1. Il-JU propost sawwar (flimkien mat-tliet proposti l-oħra) l-ewwel sħubija Ewropea pubblika-privata li għandha tiġi ttestjata fil-prattika fl-UE. Dan ifisser responsabilità kbira sabiex ikun żgurat li ma hemmx ostakoli tal-bidu fl-istruttura u fil-mod ta' l-operat. Jekk irridu nkunu ta' suċċess u nużaw dan il-mudell fil-futur: is-settur privat għandu jkun irrispettat bħala msieħeb ugwali; ir-regoli u l-proċeduri għandhom bżonn ikunu flessibbli, u fejn neċessarju l-affarijiet għandhom jinbdew bil-użu tal-metodu tradizzjonali, u jirrispondu għall-bżonnijiet speċjali ta' din l-istruttura arkitettonika ta' sħubija pubblika-privata.

2. Il-JU għandu jiffoka fuq l-Ewropa. It-teknoloġija żviluppata mill-ENIAC JU għandha tinbena u tinżamm fl-Ewropa jekk hemm l-aspirazzjoni li l-UE ssir mexxejja dinji fin-nanoteknoloġija.

3. It-teknoloġija fin-nanoelettronika mistennija tirriżulta f'benefiċċji kbar għall-ekonomiji ta' l-Ewropa, dawk nazzjonali u reġjonali f'termini ta' kompetittività ta' l-industrija, l-iżvilupp tan-negozju, l-impjiegi u l-benessri ġenerali taċ-ċittadini. Għalhekk, peress li bħala fatt il-JU jista' biss jitwettaq bl-appoġġ tal-Komunità, ta' min jirrikmanda li l-JU ma jiżviluppax fi klabb esklussiv ta' membri. Għandhom jiġu stabbiliti konnessjonijiet fl-Ewropa ma' dawk li jmexxu l-innovazzjoni (per eżempju l-SMEs u timijiet żgħar ta' riċerka) u ma' l-Istati Membri kollha irrispettivament mis-sħubija tagħhom fl-ENIAC JU.

C. B'hekk, u wara li kkunsidra l-aspetti kollha ta' hawn fuq, ir-Rapporteur huwa ta' l-opinjoni li għandhom jiġu kkunsidrati l-proposti li ġejjin:

1. L-ENIAC għandha bżonn ta' "klawsola ta' estinzjoni". Għandha tkun ċara lill-partiċipanti kollha li ma teżistix struttura permanenti, imma strument li għandu skadenza stretta u li jrid jiżviluppa r-riżultati fil-limiti ta' żmien mogħtija. L-iskadenza għandha tkun l-aħħar ta' l-2017, peress li huwa aċċettat b'mod wiesa' li l-innovazzjoni m'għandiex bżonn ta' aktar minn għaxar snin biex tispiċċa ċ-ċiklu tagħha. Rapport interim wieħed u rapport finali wieħed għandhom ikunu biżżejjed sabiex ikunu evalwati l-attivitajiet ENIAC.

2. L-istruttura ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun ħafifa u flessibbli. L-għażla ta' l-istruttura ta' korp Komunitarju ma teskludix l-adozzjoni ta' proċedura ta' reklutaġġ aktar flessibbli, aktar mgħaġġla u li tiswa anqas flus. Il-karattru pubbliku-privat tal-JTI jitlob li l-Impriża Komuni ENIAC tkun tista' tibda taħdem immedjatament, però jekk jiġu segwiti mingħajr derogi l-proċeduri tar-"Regolamenti ta' l-Istaff", dan se jirriżulta f'ittardjar inevitabbli. Għalhekk, il-Kummissjoni tista' tissekonda numru ta' uffiċjali għall-ENIAC JU, filwaqt li l-kumplament ta' l-istaff jista' jkun impjegat bħala aġent kuntrattwali. Ir-Rapporteur jipproponi li l-ispejjeż ta' l-istaff jinżammu baxxi kemm jista' jkun u juri l-possibilità li jiġu trasferiti flus mhux minfuqa favur l-ispejjeż ta' tħaddim ta' l-attivitajiet ta' R&D. Barra minn hekk jitlob li jitqiegħed obbligu fuq il-Kummissjoni sabiex twaqqaf l-Impriża Komuni ENIAC fi żmien 3 xhur mill-adozzjoni tar-Regolament. Dan huwa estremament importanti għas-settur privat li impenja ruħu li jipparteċipa fil-proġett.

3. Ir-Rapporteur jipproponi li l-parteċipazzjoni fl-ENIAC JU tingħata biss lill-Istati Membri ta' l-UE (u pajjiżi assoċjati). L-ENIAC JU għandha bżonn tibqa' tiffoka fuq l-Ewropa, bħal ma huwa l-każ fiż-żewġ inizjattivi JU l-oħra: Sema nadifa u Mediċina Innovattiva. Il-JUs huma ddisinjati bil-għan li l-Ewropa tkun l-ewwel fid-dinja f'ċertu oqsma. Jidher li l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi ma tikkontribwixxix lejn din il-loġika. Barra minn hekk, is-Seba' Programm ta' Qafas jagħti ħafna possibilitajiet oħra għal koperazzjoni internazzjonali fil-qasam tar-riċerka, inkluż fil-qasam tan-nanoelettronika.

4. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-involviment ta' ċentri ta' riċerka żgħar u lill-SMEs, peress li dawn għandhom l-akbar possibilità ta' potenzjal fid-dħul ta' l-innovazzjoni u segwitu tal-proċess ta' R&D ta' l-ENIAC JU. Dawn għandhom ikunu megħjuna biex jiġu involuti fil-proċess. Il-komunikazzjoni u t-tixrid xieraq ta' l-attivitajiet ta' l-ENIAC JU għandhom jgħinu fil-mixja lejn din id-direzzjoni.

5. Ir-Rapporteur jipproponi li l-Istati Membri li mhumiex Stati Membri ENIAC ikollhom il-possibilità li jipparteċipaw fl-attivitajiet JU bħala osservaturi. Ir-Rapporteur huwa ta' l-opinjoni li din il-possibilità, min-naħa l-waħda, se tqajjem l-interess ta' l-Istati Membri biex jipparteċipaw f'din l-inizjattiva Ewropea. Min-naħa l-oħra, ta' min jirrikmanda li l-Istati Membri li m'għandhomx interess dirett ta' natura industrijali f'dan il-qasam, xorta jkollhom il-possibilità li jsegwu l-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam, peress li dawn huma marbuta ma' applikazzjonijiet soċjali importanti fil-futur, li għalihom il-politiki nazzjonali għandhom ikunu ppreparati fil-ħin u kif meħtieġ.

6. Irid isir kull sforz biex tiżdied it-trasparenza u titrawwem l-effiċjenza ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Għalhekk, il-Pjan Strateġiku Plurijennali ta' l-ENIAC, il-Programm Annwali ta' Ħidma, u l-Pjan ta' Implimentazzjoni, kif ukoll is-sejħiet kollha tagħha għal proposti għandhom ikunu pubbliċi. Id-Direttur Eżekuttiv, li għandu rwol kruċjali fl-operazzjoni ta' l-ENIAC, għandu jintgħażel fuq il-bażi ta' sejħa miftuha għal espressjoni ta' interess u għandu jitħalla jservi sakemm ikun għadu meqjus kapaċi. Bl-istess mod, l-istaff li juri li huwa kapaċi għandu jżomm l-impieg tiegħu sa l-aħħar ta' l-2017, peress li mhix effiċjenza li jiġi impjegat staff ġdid għaż-żmien qasir li jkun fadal.

7. Kwistjonijiet ta' proprjetà intelletwali għandhom ikunu aġġustati skond in-natura speċifika tas-sħubija pubblika-privata. Għandu jinkiseb bilanċ bejn l-interessi tal-kumpaniji korporattivi kbar u l-parteċipanti iżgħar, bħall-SMEs u ċ-ċentri ta' riċerka. Il-parteċipanti fil-proġett għandu jkollhom il-flessibilità li jagħtu drittijiet ta' aċċess bi ftehim. L-interessi kummerċjali tal-parteċipanti kollha għandhom jitqiesu dejjem qabel tingħata liċenzja għall-użu ta' Tagħrif Miksub. Fl-aħħarnett, kwalunkwe trasferiment ta' pussess permezz ta' Tagħrif Miksub għandu jkun akkumpanjat minn xi garanziji bażiċi, li fl-istess ħin m'għandhomx ikunu ta' piż fuq l-industrija.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS (13.11.2007)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf l-"Impriża Komuni ENIAC"
(COM(2007)0356 – C6‑0275/2007 – 2007/0122(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Proposta tal-Kummissjoni

L-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (JTIs) qed jiġu introdotti fis-Seba' Programm ta' Qafas[1] (FP7) bħala mod ġdid biex jintlaħqu sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat fir-riċerka fil-livell Ewropew. Fil-biċċa l-kbira, il-JTIs huma frott il-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej (ETPs). F'għadd żgħir ta' każi, l-ETPs kisbu skala u skop tant ambizzjużi li se jkunu jeħtieġu mobilizzazzjoni ta' investimenti pubbliċi u privati konsiderevoli, minbarra riżorsi sostanzjali għar-riċerka, sabiex jiġu implimentati elementi importanti mill-Aġendi Strateġiċi ta' Riċerka tagħhom. Il-JTIs huma proposti bħala mezz effettiv ta' kif jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta' dan l-għadd żgħir ta' ETPs.

Fil-Programm Speċifiku "Koperazzjoni"[2] hemm sitt oqsma identifikati fejn JTI jista' jkollha relevanza partikulari: iċ-ċelluli tal-fjuwil u l-idroġenu, l-aeronawtika u t-trasport bl-ajru, il-mediċina innovattiva, is-sistemi ta’ kompjuters integrati, in-nanoelettronika u l-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES).

F'dan il-kuntest, l-Impriża Komun ENIAC (ENIAC JU) hija l-entità legali li se tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar in-nanoelettronika (ENIAC JTI). L-għan huwa li jinħoloq programm wieħed ta' riċerka u żvilupp madwar l-Ewropa kollha li jkun ta' għajnuna għall-industrija ta' l-UE sabiex din tkun l-aqwa fid-dinja fin-nanoelettronika.

Id-daqs tas-suq tan-negozju tan-nanoelettronika bħalissa jirrappreżenta kważi 1% tal-GDP tad-dinja kollha b'rata ta' tkabbir medja annwali b'saħħitha (madwar 15%). Madankollu, l-industriji li taffettwa (bħat-telekomunikazzjonijiet, il-prodotti tal-konsumatur u l-edukazzjoni, is-servizzi multimedjali, it-trasport, il-kura tas-saħħa, is-sigurtà/sikurezza, l-ambjent) flimkien għandhom piż kumplessiv li huwa bosta drabi ogħla (stmat li huwa madwar €5 000 biljun). Għalhekk, inizjattiva effettiva f'livell ta' l-UE jkollha impatt ta' daqs sinifikanti minħabba l-effett ta' xprun ta' din it-teknoloġija ta' bażi. Is-settur tan-nanoelettronika huwa wkoll għajn sinifikanti li tiġġenera impjiegi bi kwalifiki għolja, u jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli.

Il-proposta attwali tal-Kummissjoni hija marbuta mat-twaqqif ta' l-Impriża Komuni ENIAC skond l-Artikolu 171 tat-Trattat. Għandha titqies bħala korp Komunitarju u tiġi stabbilita għal perjodu li jintemm nhar il-31 ta' Diċembru 2017. Is-sede tagħha tkun fi Brussell, il-Belġju.

Implikazzjonijiet finanzjarji

Skond l-evalwazzjoni baġitarja, hi meħtieġa spiża Komunitarja massima ta' €450 miljun għall-perjodu inizjali ta' l-ENIAC JU (sa l-2017), spiża li madankollu trid tkun ġiet allokata qabel il-31 ta' Diċembru 2013 meta jasal fi tmiemu l-baġit ta' l-FP7. Fl-2008 jrid ikun allokat ammont inizjali ta' 42.5 miljun euro.

Se jinħolqu żewġ linji ta' baġit ġodda għall-kontribut ta' l-UE:

09 04 01 30 "Attivitajiet ta' Riċerka u Żvilupp ta' l-ENIAC JTI"

09 04 01 40 "Nefqa ta' appoġġ għall-ENIAC JTI"

il-profil tan-nefqa tagħhom se jkun kif ġej:

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

It-tip tan-nefqa

Nru tat-taqsima

 

 

Sena 2007

 

Sena 2008

 

Sena 2009

 

Sena 2010

 

Sena 2011

Sena 2012 u wara

 

Total

Nefqa għall-operazzjoni[3]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Approprjazzjonijiet ta' Impenn (AI)

8.1

a

0

41.5

55

68.5

85

190

440

Approprjazzjonijiet ta' Ħlas (AĦ)[4]

 

 

b

0

13.85

32.2

55

73.65

265.3

440

Nefqa amministrattiva[5] fil-limiti ta' l-ammont ta' referenza[6]

 

 

 

 

 

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA)

8.2.4

c

0

1.5

2

1.5

2

3

10

AMMONT TOTALI TA' REFERENZA[7]

 

 

 

 

 

 

 

 

Approprjazzjonijiet ta' Impenn

 

a+c

0

43

57

70

87

193

450

Approprjazzjonijiet ta' Ħlas

 

b+c

0

15.35

34.2

56.5

75.65

268.3

450

L-evalwazzjoni

L-emendi tar-rapporteur għal opinjoni huma prinċipalment ibbażati fuq żewġ preokkupazzjonijiet:

1) L-Impriża Komuni hija stabbilita għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017 (li jista' anke jiġi estiż għal data aktar 'il quddiem), waqt li l-MFF ikopri biss il-perjodu sa l-2013. Għalhekk, kwalunkwe talba għal fondi Komunitarji għall-ENIAC JU wara l-2013 iridu jiġu evalwati mill-ġdid fil-kuntest tan-negozjati għal qafas finanzjarju ġdid.

Fir-rigward tal-perjodu attwali, il-proposta - għalkemm taqa' taħt l-Intestatura 1a bil-marġini tagħha dejjem jonqsu - hija kumpatibbli ma' l-MFF, għas-sempliċi raġuni li l-kontribut meħtieġ ta' l-UE qed jittieħed mis-Seba' Programm ta' Qafas u fir-realtà diġà ġie inkluż fil-pjanijiet finanzjarji tal-Kummissjoni.

Madanakollu, ir-rapporteur għal opinjoni tixtieq tirrimarka li ma jista' jsir l-ebda impenn finanzjarju għall-perjodu wara l-MFF attwali (Emenda 1).

2) B'analoġija man-negozjati dwar l-Impriża Komuni ITER fil-bidu ta' l-2007, li wasslu għall-Konklużjonijiet miftiehma fit-Trilogu tas-7 ta' Marzu 2007, l-ENIAC JU trid titqies bħala aġenzija fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 186 FR u hija għalhekk suġġetta għal ftehim mill-awtorità baġitarja dwar l-iffinanzjar tagħha (Emendi 2, 3, 6, 10).

Fl-istess ħin, jekk wieħed jassumi li l-ENIAC JU għandha tkun ikkunsidrata bħala aġenzija minħabba skopijiet baġitarji, dan għandu jkun konsistenti ma' l-approċċ ġenerali għall-aġenziji li l-Kumitat għal Baġits żviluppa matul dawn l-aħħar snin. Ir-rapporteur għal opinjoni għalhekk qed tressaq sensiela ta' emendi li jiggarantixxu approċċ konsistenti bħal dan (Emendi 4-5, 7-9, 11-21).

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda 1

Paragrafu 1 a (ġdid)

1a. Iqis li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva jrid ikun kumpatibbli mal-limitu massimu ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali attwali għall-2007-2013 u mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006; jinnota li kull finanzjament lil hinn mill-2013 għandu jkun evalwat fil-kuntest tal-qafas finanzjarju li jmiss;

Emenda 2

Paragrafu 1 a (ġdid)

1b. Ifakkar li l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat għall-Baġits hija bla ħsara għar-riżultat tal-proċedura stabbilita fil-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 li tapplika għat-twaqqif ta' l-Impriża Komuni ENIAC;

Proposta għal regolament

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 3

Ċitazzjonijiet 1a u 1b (ġodda)

 

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1 (Regolament Finanzjarju), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod2 (IIA), u b’mod partikulari l-Punt 47 tagħha,

_____________________________

1 ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

2 ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

Ġustifikazzjoni

B'analoġija mal-konklużjonijiet tat-trilogu tas-7 ta' Marzu 2007 dwar l-Impriża Komuni għal ITER, l-ENIAC JU wkoll trid titqies bħala aġenzija Komunitarja għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tal-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali. Dan irid jidher fil-bażijiet legali msemmijin fir-Regolament.

Emenda 4

Premessa 12

L-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun entità mwaqqfa mill-Komunitajiet u l-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Iridu madankollu jitqiesu l-ispeċifiċitajiet li jirriżultaw min-natura tal-JTIs bħala sħubijiet privati-pubbliċi u b'mod partikolari mill-kontribut tas-settur privat għall-baġit.

(12) L-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun entità mwaqqfa mill-Komunitajiet u l-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, filwaqt li titqies rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

B'analoġija mal-konklużjonijiet tat-trilogu tas-7 ta' Marzu 2007 dwar l-Impriża Komuni għal ITER, il-Parlament Ewropew għandu jingħata responsabilità sħiħa u mingħajr kundizzjonijiet biex jawtorizza l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-ENIAC JU.

Emenda 5

Premessa 26

L-Impriża Komuni ENIAC għandha jkollha, suġġett għal kunsensi minn qabel mal-Kummissjoni, regoli finanzjarji separati bbażati li jikkunsidraw il-bżonnijiet operattivi speċifiċi li jinqalgħu, b'mod partikolari, mill-bżonn li jingħaqdu flimkien il-finanzjament Komunitarju u nazzjonali biex ikunu appoġġati l-Attivitajiet R&D b'mod effiċjenti u fil-ħin. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

(26) Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Komuni ENIAC m'għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, sakemm dan ma jkunx speċifikament meħtieġ għall-bżonnijiet operattivi tagħha, b'mod partikulari, il-bżonn li jingħaqdu flimkien l-iffinanzjar Komunitarju u nazzjonali biex ikunu appoġġjati l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp b'mod effiċjenti u f'waqtu. Għandu jkun meħtieġ il-kunsens minn qabel min-naħa tal-Kummissjoni biex tiġi adottata kwalunkwe deroga mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata dwar derogi bħal dawn.

_____________________

1 ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

_____________________

1 ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72; corrigendum fil-ĠU L 2, 7.1.2003, p. 39.

Ġustifikazzjoni

Id-derogi mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 għandhom ikunu kemm jista' jkun mill-inqas. L-Impriża Komuni trid tipprova bla ebda dubju li deroga ta' dan it-tip hija l-uniku mod biex jiġi ggarantit l-operat tajjeb tagħha fil-limiti tar-regolament li waqqafha.

Emenda 6

Artikolu 1, paragrafu 1

1. Għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Komuni għat-Teknoloġija (JTI) dwar in-Nanoelettronika, Impriża Komuni fit-tifsira ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat) minn hawn 'il quddiem "l-Impriża Komuni ENIAC") titwaqqaf hawnhekk għall-perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017. Dan il-perjodu jista’ jiġi mtawwal b'reviżjoni ta' dan ir-Regolament.

1. Għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Komuni għat-Teknoloġija (JTI) dwar in-Nanoelettronika, Impriża Komuni fit-tifsira ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat) minn hawn 'il quddiem "l-Impriża Komuni ENIAC") titwaqqaf hawnhekk għall-perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017. Dan il-perjodu jista’ jittawwal b'reviżjoni ta' dan ir-Regolament. L-Impriża Komuni ENIAC hija korp imwaqqaf skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u l-Punt 47 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 3.

Emenda 7

Artikolu 6, titolu u paragrafu 1

Ir-Regolament Finanzjarju

1. L-Impriża Komuni ENIAC għandha tadotta regoli finanzjarji speċifiċi bbażati fuq il-prinċipji tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. Tista' tiddevja minn dak ir-Regolament meta l-bżonnijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Komuni ENIAC hekk jitolbu u suġġett għall-konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni.

Ir-regoli finanzjarji

1. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Komuni ENIAC ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm dan mhux speċifikament meħtieġ għall-ħtiġijiet operattivi tiegħu u sakemm il-Kummissjoni tagħti l-kunsens minn qabel. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata dwar derogi bħal dawn.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 5.

Emenda 8

Artikolu 12, paragrafu 4

4. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

4. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, filwaqt li titqies rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 4.

Emenda 9

Artikolu 17

Ftehim ospitanti għandu jiġi konkluż bejn l-Impriża Komuni ENIAC u l-Belġju fir-rigward ta' postijiet għall-uffiċini, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Komuni ENIAC

Ftehim ospitanti għandu jiġi konkluż bejn l-Impriża Komuni ENIAC u l-Belġju dwar l-għajnuna tal-pajjiż ospitanti fir-rigward ta' postijiet għall-uffiċini, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Komuni ENIAC.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi stipulat b'mod ċar li l-pajjiż ospitanti ta' kwalunkwe aġenzija jew entità Komunitarja simili, mistenni li jipprovdi għajnuna finanzjarja u kull assistenza oħra meħtieġa biex jiġu ffaċilitati t-twaqqif u t-tħaddim tal-korp Komunitarju.

Emenda 10

Anness, Artikolu 1, paragrafu 3

3. L-Impriża Komuni ENIAC għandha tiġi stabbilita mill-pubblikazzjoni ta' dawn l-Istatuti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017.

3. L-Impriża Komuni ENIAC għandha tiġi stabbilita mill-pubblikazzjoni ta' dawn l-Istatuti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017. L-Impriża Komuni ENIAC hija korp imwaqqaf skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u l-Punt 47 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 3.

Emenda 11

Anness, Artikolu 6, paragrafu 1, punt (g)

Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati b'maġġoranza ta' mill-inqas 75% tal-voti ħlief jekk iddikjarat espliċitament mod ieħor f'dawn l-Istatuti. Il-Komunità għandu jkollu dritt tal-veto fuq id-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-Bord fir-rigward ta' l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha, il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura, kull emenda għal dawn l-Istatuti u r-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

(g) Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati b'maġġoranza ta' mill-inqas 75% tal-voti ħlief jekk iddikjarat espliċitament mod ieħor f'dawn l-Istatuti. Il-Komunità għandu jkollha dritt tal-veto fuq id-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-Bord fir-rigward ta' l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha, il-metodoloġija għall-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura, kull emenda għal dawn l-Istatuti u r-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 5.

Emenda 12

Anness, Artikolu 6, paragrafu 2, punt (c)

japprova r-Regolamenti Finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC skond l-Artikolu 12 ta' dawn l-Istatuti;

(c) japprova r-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC skond l-Artikolu 12 ta' dawn l-Istatuti, wara li jkun ikkonsulta lill-Kummissjoni;

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 5.

Emenda 13

Anness, Artikolu 9, paragrafu 3, punt (k)

iwettaq verifiki finanzjarji, direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, dwar parteċipanti fil-Proġetti kif meħtieġ, skond ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC;

(k) iwettaq verifiki finanzjarji, direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, dwar parteċipanti fil-Proġetti kif meħtieġ, skond ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC;

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 5.

Emenda 14

Anness, Artikolu 9, paragrafu 4, punt (f)

il-ġestjoni ta' sejħiet għall-offerti għall-ħtiġijiet għal oġġetti/servizzi għall-Impriża Komuni ENIAC skond ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

(f) il-ġestjoni ta' sejħiet għall-offerti għall-ħtiġijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC fir-rigward ta' oġġetti/servizzi skond ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 5.

Emenda 15

Anness, Artikolu 9, paragrafu 5

5. Kompiti mhux finanzjarji tas-Segretarjat għandhom jitqabbdu mill-Impriża Komuni ENIAC lil fornituri esterni tas-servizzi. Kuntratti bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

5. Kompiti mhux finanzjarji tas-Segretarjat għandhom jingħataw b'kuntratt mill-Impriża Komuni ENIAC lil fornituri esterni tas-servizzi. Kuntratti bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 5.

Emenda 16

Anness, Artikolu 12

Ir-Regolament Finanzjarju

1. Ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija.

Ir-regoli finanzjarji

1. Ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija.

2. Ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju strutturali u għandu jinkludi dispożizzjonijiet għall-ipjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Ir-Regolament Finanzjarju jista' jiddevja mir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas meta l-bżonnijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Komuni ENIAC hekk jitolbu u soġġett għall-konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni.

2. Ir-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm dan ma jkunx neċessarju għall-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tagħha. Għandu jkun meħtieġ il-kunsens minn qabel min-naħa tal-Kummissjoni biex tiġi adottata kwalunkwe deroga mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata dwar derogi bħal dawn.

3. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

3. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, filwaqt li titqies rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

_____________

1 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72; corrigendum fil-ĠU L 2, 7.1.2003, p. 39.

 

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 5.

Emenda 17

Anness, Artikolu 13, paragrafu 6

6. Fi żmien xahrejn wara tmiem is-sena finanzjarja, il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża komuni għandhom jitressqu lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej ('il-Qorti ta' l-Awdituri'). Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha, sal-15 ta' Ġunju wara tmien kull sena finanzjarja, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża Komuni.

6. Fi żmien xahrejn wara tmiem kull sena finanzjarja, il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża Komuni għandhom jitressqu lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej ('il-Qorti ta' l-Awdituri') kif ukoll lill-awtorità baġitarja. Il-Qorti ta' l-Awdituri, sal-15 ta' Ġunju wara tmien kull sena finanzjarja, għandha tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża Komuni.

Ġustifikazzjoni

Jeħieġ li l-kontijiet u l-karti tal-bilanċ jintbagħtu liż-żewġ fergħat ta' l-awtorità baġitarja biex tkun infurmata.

Emenda 18

Anness, Artikolu 14, paragrafu 3

3. Sabiex tiġi megħjuna l-implimentazzjoni tal-Proġetti u l-għoti ta' fondi pubbliċi, l-Impriża Komuni ENIAC għandha tistabbilixxi arranġamenti amministrattivi ma' l-entitajiet nazzjonali nnominati mill-Istati Membri ENIAC għal dak il-għan, f'Konformità mar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

3. Sabiex tiġi megħjuna l-implimentazzjoni tal-Proġetti u l-għoti ta' fondi pubbliċi, l-Impriża Komuni ENIAC għandha tistabbilixxi arranġamenti amministrattivi ma' l-entitajiet nazzjonali nnominati mill-Istati Membri ENIAC għal dak il-għan, f'konformità mar-regoli finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 5.

Emenda 19

Anness, Artikolu 17, paragrafu 1

1. In-numru tal-persunal għandu jiġi ddeterminat fi pjan ta' stabbiliment li għandu jiġi stipulat fil-Pjan Annwali tal-Baġit.

1. In-numru tal-persunal għandu jiġi ddeterminat fi pjan ta' stabbiliment li għandu jiġi stipulat fil-Pjan Annwali tal-Baġit u jitressaq mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' l-abbozz preliminari tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Bħal fil-każ ta' l-Impriżi Komuni li diġà jeżistu, il-pjan ta' stabbiliment ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandu jkun ippubblikat mill-Kummissjoni flimkien mal-PDB.

Emenda 20

Anness, Artikolu 22, paragrafu 3

3. Proposti għall-emendi għall-Istatuti għandhom jiġu approvati mill-Bord tat-Tmexxija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 u jitressqu lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni.

3. Proposti għall-emendi għall-Istatuti għandhom jiġu approvati mill-Bord tat-Tmexxija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 u jitressqu lill-Kummissjoni għal deċiżjoni, wara li jkun ġie kkonsultat il-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-Parlament Ewropew jiġi kkonsultat dwar kull bidla importanti għall-istatuti tal-JU.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf l-Impriża Komuni ENIAC

Referenzi

COM(2007)0356 - C6-0275/2007 - 2007/0122(CNS)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

24.9.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni:

       Data tal-ħatra

Jutta Haug

20.9.2004

 

 

Eżami fil-kumitat

12.11.2007

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

12.11.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Gérard Deprez, Valdis Dombrovskis, Brigitte Douay, James Elles, Salvador Garriga Polledo, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Margaritis Schinas, László Surján, Gary Titley, Kyösti Virrankoski

  • [1]  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.
  • [2]  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 66-241.
  • [3]  Nefqa 09 04 01 30 "Attivitajiet ta' Riċerka u Żvilupp ta' l-ENIAC JTI".
  • [4]  L-approprjazzjonijiet ta' ħlas huma kkalkolati fuq il-bażi tal-medja ta' kemm idumu l-proġetti (3 snin) u pagamenti fuq erba' snin li minnhom 30% huma fl-ewwel sena (ħlas bil-quddiem), 10% fir-raba' sena, u 30% fit-tieni u t-tielet sena.
  • [5]  Nefqa biex jiġu koperti l-ispejjeż operattivi tal-JTI.
  • [6]  Nefqa 09 04 01 40 "Nefqa ta' appoġġ għall-ENIAC JTI".
  • [7]  L-ammont ta' referenza huwa l-ammont tal-kontribut finanzjarju tal-Kummissjoni lill-Impriża Komuni ENIAC kif imsemmi fl-istrument ġuridiku (€450 miljun).

PROĊEDURA

Titolu

Twaqqif tal-kumpanija konġunta ENIAC

Referenzi

COM(2007)0356 - C6-0275/2007 - 2007/0122(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

10.9.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

24.9.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

24.9.2007

CONT

24.9.2007

IMCO

24.9.2007

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

CONT

17.7.2007

IMCO

16.7.2007

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Nikolaos Vakalis

16.7.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

5.11.2007

22.11.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

22.11.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

32

0

1

Membri preżenti għall-vot finali

Jan Březina, Philippe Busquin, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Den Dover, Nicole Fontaine, Adam Gierek, Norbert Glante, Umberto Guidoni, András Gyürk, Erna Hennicot-Schoepges, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Anne Laperrouze, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Andres Tarand, Radu Ţîrle, Catherine Trautmann, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Pilar Ayuso, Etelka Barsi-Pataky, Avril Doyle, Vladimir Urutchev, Lambert van Nistelrooij

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Carl Schlyter

Data tat-tressiq

29.11.2007