RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 515/97 tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 1997 dwar l-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi fl-oqsma tad-dwana u l-agrikoltura QAFAS ABM / ABB (ġestjoni/stabbiliment tal-baġit skond l-attivitajiet)

4.12.2007 - ((COM(2006)0866 – C6‑0033/2007 – 2006/0290(COD)) - ***I

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Bill Newton Dunn
Rapporteur għal opinjoni (*):
Jean-Pierre Audy, Kumitat għall-Kontroll Baġitarju
(*) Proċedura mal-kumitati assoċjati– Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

Proċedura : 2006/0290(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0488/2007

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jemenda r-Regolament (KE) Nru 515/97 tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 1997 dwar l-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi fl-oqsma tad-dwana u l-agrikoltura QAFAS ABM / ABB (ġestjoni/stabbiliment tal-baġit skond l-attivitajiet)

((COM(2006)0866 – C6‑0033/2007 – 2006/0290(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0866)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 135 u 280 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0033/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0488/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi mill-Parlament

Emenda 1

ĊITAZZJONI 4 A (ġdida)

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data1,

____________________

1 ĠU C 94, 28.4.2007, p. 3.

Ġustifikazzjoni

Żieda konformi mal-karattru obbligatorju ta' l-art.28 (2) ta' Reg.45/2001, li jitlob konsultazzjoni ma' l-EDPS

Emenda 2

ĊITAZZJONI 4 B (ġdida)

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri1,

____________

1 ĠU C 101, 4.5.2007, p. 4.

Ġustifikazzjoni

Il-konsultazzjoni mal-Qorti ta' l-Awdituri hija obbligatorja skond l-Artikolu 280 tat-Trattat li li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Emenda 3

PREMESSA 10 A (ġdida)

(10a) Sabiex tiġi promossa koerenza bejn l-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni, il-korpi u l-aġenziji l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea u organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali oħra, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata biex tagħmel skambju ta' l-aħjar prattika ma' dawk il-korpi, u b'mod partikulari mal-Europol u ma' l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija ta' Koperazzjoni Operattiva fuq il-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (il-Frontex).

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa l-ġdida tippermetti li tiddaħħal emenda fuq l-istess suġġett.

Emenda 4

PREMESSA 12

(12) Għandha tinħoloq infrastruttura permanenti fi ħdan il-Kummissjoni, li tippermetti li jsiru operazzjonijiet doganali konġunti matul is-sena kalendarja kollha u li tilqa', għaż-żmien neċessarju, għat-twettiq ta' operazzjoni partikolari waħda jew iktar, rappreżentanti ta' Stati Membri, kif ukoll, jekk ikun hemm bżonn, ta' uffiċjali ta' koordinazzjoni ta' pajjiżi terzi, ta' organizzazzjonijiet u aġenziji Ewropej jew internazzjonali, partikolarment il-Europol u l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwani (ODD) u l-Interpol.

(12) Għandha tinħoloq infrastruttura permanenti fi ħdan il-Kummissjoni, li tippermetti li l-operazzjonijiet doganali konġunti jkunu jistgħu jiġu kkoordinati matul is-sena kalendarja kollha u li tilqa', għaż-żmien neċessarju, għat-twettiq ta' operazzjoni partikolari waħda jew iktar, rappreżentanti ta' Stati Membri, kif ukoll, jekk ikun hemm bżonn, ta' uffiċjali ta' koordinazzjoni ta' pajjiżi terzi, ta' organizzazzjonijiet u aġenziji Ewropej jew internazzjonali, partikolarment il-Europol u l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwani (ODD) u l-Interpol.

Ġustifikazzjoni

Terminu aktar adattat għall-irwol ta' koordinament tal-Kummissjoni

Emenda 5

PREMESSA 12 A (ġdida)

(12a) Sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta' superviżojni relatati mas-CIS, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (l-EDPS) għandu jsejjaħ laqgħa ma' l-awtoritajiet nazzjonali għall-kontroll tal-ħarsien tad-data ta' l-anqas darba fis-sena.

Ġustifikazzjoni

Tipprovdi konsistenza ma' l-emendi 8 u 9

Emenda 6

PREMESSA 17 A (ġdida)

(17a) Skambji ta' data ma' pajjiżi terzi rregolati b'dan ir-Regolament għandhom ikun suġġetti għal verifika bill-quddiem li r-regoli tal-protezzjoni tad-data fil-pajjiż reċipjent, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali, joffru livell ta' protezzjoni ekwivalenti għal dak offrut mir-regoli ta' l-UE.

Ġustifikazzjoni

Pajjiżi terzi li jiksbu data minn Stati Membri ta' l-UE fil-qafas ta' kooperazzjoni doganali għandhom ikunu f'pożizzjoni li jiggarantixxu standards xierqa ta' protezzjoni ta' data komparabbli ma' l-istandards ta' l-UE. Premessa marbuta ma' l-aħħar paragrafu ta' l-art.19 (ġdid).

Emenda 7

ARTIKOLU 1, PUNT 3
Artikolu 15, paragrafu 2 (Regolament (KE) Nru 515/97)

2. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jistgħu wkoll jikkomunikaw l-informazzjoni li tikkonċerna l-operazzjonijiet li jmorru kontra jew li jidhru li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni doganali u agrikola, progressivament jew f'intervalli regolari, f'format strutturat jew mhux strutturat.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jistgħu wkoll jikkomunikaw l-informazzjoni li tikkonċerna l-operazzjonijiet li jmorru kontra jew li jidhru li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni doganali jew agrikola.

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tat-test

Emenda 8

ARTIKOLU 1, PUNT 5
Artikolu 18a, paragrafu 2, punt (c) (Regolament (KE) Nru 515/97)

(c) li tagħmel id-data f'dan id-direttorju aċċessibbli għall-awtoritajiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 1(1), għall-unika skop li jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

(c) li tagħmel id-data f'dan id-direttorju aċċessibbli, permezz ta' l-użu ta' tekniki elettroniċi ta' l-ipproċessar tad-data, għall-awtoritajiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 1(1), għall-uniku skop li jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament u f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

Emenda 9

ARTIKOLU 1, PUNT 5
Artikolu 18b, paragrafu 1 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 515/97)

Il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata sabiex tipprovdi kull forma ta' assistenza teknika u taħriġ lill-uffiċjali ta' koordinazzjoni ta' pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet u aġenziji Ewropej jew internazzjonali, inklużi l-Europol u l-Frontex.

Emenda 10

ARTIKOLU 1, PUNT 14
Artikolu 36, paragrafu 2, l-aħħar sentenza (Regolament (KE) Nru 515/97)

Fi kwalunkwe każ, l-aċċess huwa projbit lil kwalunkwe persuna li d-data tagħha hija jew mhijiex ipproċessata matul il-perjodu li fih jitwettqu l-azzjonijiet għall-għanijiet ta' l-osservazzjoni u ta' rappurtar jew ta' sorveljanza diskreta kif ukoll matul il-perjodu li fih tkun qed issir l-analiżi operattiva tad-data jew l-investigazzjoni.

Fi kwalunkwe każ, l-aċċess jista' jiġi projbit lil kwalunkwe persuna li d-data tagħha tiġi pproċessata matul il-perjodu li fih jitwettqu l-azzjonijiet għall-għanijiet ta' l-osservazzjoni u ta' rappurtar jew ta' sorveljanza diskreta kif ukoll matul il-perjodu li fih tkun qed issir l-analiżi operattiva tad-data jew l-investigazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi assigurata konsistenza mar-Regolament 45/2001 li jikkonċerna l-aċċess għad-data personali

Emenda 11

ARTIKOLU 1, PUNT 15, PUNT (A)
Artikolu 37, paragrafu 2 (Regolament (KE) Nru 515/97)

2. Kwalunkwe persuna tista' titlob lil kwalunkwe awtorità ta' superviżjoni prevista fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE jew lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data previst fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, skond jekk id-data kinitx inkluża fis-SID minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni, biex ikollha aċċess għad-data personali li tikkonċernaha biex tivverifika li d-data hija preċiża u biex issir taf għalxiex kienet qed tintuża. Dan id-dritt huwa rregolat rispettivament bil-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta' l-Istat Membru li fih issir it-talba u bir-Regolament (KE) Nru 45/2001. Jekk din id-data tkun ġiet imdaħħla minn Stat Mmebru ieħor jew mill-Kummissjoni, il-verifika ssir b'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-awtorità ta' kontroll nazzjonali ta' dan l-Istat Membru jew mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

2. Kwalunkwe persuna tista' titlob lil kwalunkwe awtorità ta' superviżjoni prevista fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE jew lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data previst fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, skond jekk id-drittijiet ikunux ġew invokati ma' l-awtoritajiet nazzjonali ta' superviżjoni jew ma' l-EDPS, biex ikollha aċċess għad-data personali li tikkonċernaha biex tivverifika li d-data hija preċiża u biex issir taf għalxiex kienet qed tintuża. Dan id-dritt huwa rregolat rispettivament bil-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta' l-Istat Membru li fih issir it-talba u bir-Regolament (KE) Nru 45/2001. Jekk din id-data tkun ġiet imdaħħla minn Stat Mmebru ieħor jew mill-Kummissjoni, il-verifika ssir b'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-awtorità ta' kontroll nazzjonali ta' dan l-Istat Membru jew mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun żgurata konsistenza mat-talba ta' aċċess għad-data personali

Emenda 12

ARTIKOLU 1, PUNT 15, PUNT (A A) (ġdid)
Artikolu 37, paragrafu 3 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 515/97)

(aa) il-paragrafu li ġej għandu jiġi inserit:

"3a. L-EDPS għandu jwettaq superviżjoni tal-konformità tas-CIS mar-Regolament (KE) Nru. 45/2001."

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi rikonoxxut l-irwol superviżorju ta' l-EDPS fir-rigward tas-CIS, b'kunsistenza mar-Reg. 45/2001

Emenda 13

ARTIKOLU 1, PUNT 15, PUNT (B A) (ġdid)
Artikolu 37, paragrafu 4a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 515/97)

(ba) il-paragrafu li ġej għandu jiġi inserit:

"4a. L-EDPS għandu jsejjaħ laqgħa ma' l-awtoritajiet nazzjonali kollha għall-kontroll tal-protezzjoni tad-data, ta' l-anqas darba fis-sena sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta' superviżjoni relatati mas-CIS".

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni ma' l-EDPS u l-awtoritajiet nazzjonali ta' kontroll

Emenda 14

ARTIKOLU 1, PUNT 17
Artikolu 41b, paragrafu 2, punt b (Regolament (KE) Nru 515/97)

(b) għall-intrapriżi: l-isem tan-negozju, l-isem użat mill-intrapriża fl-attività tagħha, il-bini ta' l-intrapriża u l-identifikatur tal-VAT.

(b) għall-intrapriżi: l-isem tan-negozju, l-isem użat mill-intrapriża fl-attività tagħha, il-bini ta' l-intrapriża, l-identifikatur tal-VAT u n-numru ta' l-identifikazzjoni tat-taxxa tas-sisa skond l-Artikolu 22(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2073/2004 tas-16 ta' Novembru 2004 dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxi tas-sisa1.

_________________________

1 ĠU L 359, 4.12.2004, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tappoġġja l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri li l-inklużjoni tan-numru ta' l-identifikazzjoni tat-taxxa tas-sisa fil-FIDE tiffaċilita aktar l-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni u ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u l-kontrolli b'mod ġenerali.

Emenda 15

ARTIKOLU 1, PUNT 17
Artikolu 41c, paragrafu 2, punt b (Regolament (KE) Nru 515/97)

(b) għall-intrapriżi: l-isem tan-negozju, l-isem użat mill-intrapriża fl-attività tagħha u/jew l-identifikatur tal-VAT.

(b) għall-intrapriżi: l-isem tan-negozju, l-isem użat mill-intrapriża fl-attività tagħha u/jew l-identifikatur tal-VAT u n-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa tas-sisa skond l-Artikolu 22(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2073/2004 tas-16 ta' Novembru 2004 dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxi tas-sisa1.

_________________________

1 ĠU L 359, 4.12.2004, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tappoġġja l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri li l-inklużjoni tan-numru ta' l-identifikazzjoni tat-taxxa tas-sisa fil-FIDE tiffaċilita aktar l-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni u ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u l-kontrolli b'mod ġenerali.

Emenda 16

ARTIKOLU 1, PUNT 19
Artikolu 42a, paragrafu 1 (Regolament (KE) Nru 515/97)

1. Dan ir-Regolament huwa l-att bażiku li fuqu huwa bbażat il-finanzjamnet ta' l-ispejjeż li ġejjin:

1. Dan ir-Regolament huwa l-att bażiku li fuqu huwa bbażat il-finanzjamnet ta' l-azzjonijiet kollha tal-Komunità stipulati hawnhekk, inklużi:

(a) L-ispejjeż kollha ta' installazzjoni u manteniment ta' l-infrastruttura teknika permanenti li jagħmlu disponibbli lill-Istati Membri l-mezzi ta' loġistika, riżorsi li jgħinuk taħdem fl-uffiċċju, u riżorsi ta' l-informatika biex tkun żgurata l-koordinazzjoni ta' l-operazzjonijiet doganali konġunti, speċjalment is-sorveljanzi speċjali msemmija fl-Artikolu 7;

(a) l-ispejjeż kollha ta' installazzjoni u manteniment ta' l-infrastruttura teknika permanenti li jagħmlu disponibbli lill-Istati Membri l-mezzi ta' loġistika, riżorsi li jgħinuk taħdem fl-uffiċċju, u riżorsi ta' l-informatika biex tkun żgurata l-koordinazzjoni ta' l-operazzjonijiet doganali konġunti, speċjalment is-sorveljanzi speċjali msemmija fl-Artikolu 7;

(b) Ir-rimborż ta' l-ispejjeż tat-trasport, ta' akkomodazzjoni u ta' għejxien ta' kuljum tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-missjonijiet Komunitarji msemmija fl-Artikolu 20, għall-operazzjonijiet doganali konġunti organizzati minn jew b'mod konġunt mal-Kummissjoni kif ukoll għas-sessjonijiet ta' taħriġ, għal-laqgħat ad hoc u għal-laqgħat perparatorji ta' investigazzjonijiet amministrattivi jew ta' azzjonijiet operattivi mmexxija mill-Istati Membri meta dawn ikunu organizzati minn jew f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni.

(b) ir-rimborż ta' l-ispejjeż tat-trasport, ta' akkomodazzjoni u ta' għejxien ta' kuljum tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-missjonijiet Komunitarji msemmija fl-Artikolu 20, għall-operazzjonijiet doganali konġunti organizzati minn jew b'mod konġunt mal-Kummissjoni kif ukoll għas-sessjonijiet ta' taħriġ, għal-laqgħat ad hoc u għal-laqgħat perparatorji ta' investigazzjonijiet amministrattivi jew ta' azzjonijiet operattivi mmexxija mill-Istati Membri meta dawn ikunu organizzati minn jew f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni.

Meta l-infrastruttura teknika permanenti msemmija taħt punt (a) tintuża għall-għanijiet tal-kooperazzjoni doganali prevista fit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-ispejjeż tat-trasport, ta' l-akkomodazzjoni kif ukoll ta' l-għejxien ta' kuljum tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri għandhom jitħallsu mill-Istati Membri.

(c) L-ispejjeż marbutin mal-kisba, l-istudju, l-iżvilupp u l-manteniment ta' l-infrastruttura ta' l-informatika (ħardwer) u tas-softwer u l-konnessjonijiet ta' netwerk maħsub għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi kif ukoll is-servizzi ta' produzzjoni, ta' appoġġ u ta' taħriġ;

(c) l-ispejjeż marbutin mal-kisba, l-istudju, l-iżvilupp u l-manteniment ta' l-infrastruttura ta' l-informatika (ħardwer) u tas-softwer u l-konnessjonijiet ta' netwerk u s-servizzi relatati ta' produzzjoni, ta' appoġġ u ta' taħriġ sabiex jitwettqu l-azzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, b'mod partikulari għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi;

(d) L-ispejjeż marbutin mal-provvista ta' informazzjoni u l-ispejjeż fuq azzjonijiet relatati li jippermettu l-aċċess għall-informazzjoni, id-data u s-sorsi tad-data għall-għanijiet tal-prevenzjoni tal-frodi fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-interessi finanzjari u interessi oħra tal-Komunità.

(d) L-ispejjeż marbutin mal-provvista ta' informazzjoni u l-ispejjeż fuq azzjonijiet relatati li jippermettu l-aċċess għall-informazzjoni, id-data u s-sorsi tad-data għall-għanijiet li jitwettqu l-azzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, b'mod partikulari għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi;

(e) L-ispejjeż marbuta ma' użu tas-sistema ta' informazzjoni doganali previsti minn strumenti adottati taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija u l-informatika fil-qasam tad-dwana stabbilita b'att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995 fejn dawn l-istrumenti jipprevedu li dawn l-ispejjeż jitħallsu mill-baġit Komunitarju.

In-nefqa għandha tikkorrispondi għad-doveri stipulati f'dan ir-Regolament u għandha tinżamm l-enfasi fuq il-ġlieda kontra l-frodi.

Emenda 17

ARTIKOLU 1, PUNT 19
Artikolu 42a, paragrafu 2 (Regolament (KE) Nru 515/97)

2. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat previst fl-Artikolu 43, tista' tiddeċiedi li tistabbilixxi jew tikseb sistemi oħra ta' komunikazzjoni u ta' skambju ta' informazzjoni meqjusa neċessarji.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għandha tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-korpi leġiżlattivi, b'mod partikulari tal-Parlament Ewropew, fil-ħolqien ta' sistemi ġodda għall-iskambju ta' l-informazzjoni.

Emenda 18

ARTIKOLU 1, PUNT 20, PUNT (-A) (ġdid)

Artikolu 43, paragrafu 2 (Regolament (KE) Nru 515/97)

(-a) il-paragrafu 2 għandu jinbidel bit-test li ġej:

"(2) Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a (1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha."

Ġustifikazzjoni

Kien hemm bżonn li l-emenda tal-kumitoloġija tintroduċi l-proċedura regolatorja l-ġdida bi skrutinju, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/512/KE

Emenda 19

ARTIKOLU 1, PUNT 20, PUNT (-AA) (ġdid)

Artikolu 43, paragrafu 3 (Regolament (KE) Nru 515/97)

(-aa) il-paragrafu 3 huwa mħassar.

Ġustifikazzjoni

Ċarezza legali: tħassir ta' referenza ċirkolari (l-Artikoli 23(4) u 25 diġà jirreferu għall-Artikolu 43 skond il-proċedura tal-kumitoloġija li ssegwi, għaldaqstant m'hemmx bżonn li l-Artikolu 43 jerġa' jagħmel referenza għal dawn l-Artikoli).

Emenda 20

ARTIKOLU 1, PUNT 20, PUNT (B)
Artikolu 43, paragrafu 5 (Regolament (KE) Nru 515/97)

(b) fil-paragrafu 5, it-tielet sentenza, il-kliem "L-Ombudsman riferut fl-Artikolu 37(4)" għandhom jinbidlu bil-kliem: "il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data previst fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001",

(b) il-paragrafu 5 għandu jinbidel bit-test li ġej:

"Il-Kumitat, flimkien mal-grupp ta' superviżjoni msemmi fl-Artikolu ..., għandu jeżamina l-problemi kollha relatati ma' l-operazzjoni tas-CIS, li jiltaqgħu magħhom l-awtoritajiet nazzjonali ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 37. Il-kumitat għandu jiltaqa' fil-formazzjoni ad hoc tiegħu ta' l-anqas darba fis-sena."

Ġustifikazzjoni

Isegwi l-mudell adottat għat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)

Emenda 21

ARTIKOLU 1, PUNT 21, PUNT A (ġdid)
Artikolu 51 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 515/97)

(21a) L-Artikolu li ġej għandu jiġi inserit:

"Artikolu 51a

Il-Kummissjoni, b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tippreżenta kull sena, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport dwar il-miżuri meħuda fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament."

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipprova tiċċara li, skond l-Artikolu 280 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tirrapporta kull sena lill-Parlament u lill-Kunsill dwar il-miżuri meħuda biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunità, inkluża l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

  • [1]  Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

NOTA SPJEGATTIVA

L-għan ta' dan ir-regolament huwa li jaġġorna r-Regolament tal-Kunsill (EC) 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 eżistenti biex ikun konformi mal-poteri l-ġodda Komunitarji fil-qasam tal-koperazzjoni doganali, filwaqt li fl-istess waqt isaħħaħ il-koperazzjoni u l-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Minkejja li l-prevenzjoni tal-frodi kontra d-dwana Komunitarja u l-leġiżlazzjoni dwar il-biedja kisbu riżultati tajbin wara l-introduzzjoni tar-Regolament 515/97, jeżistu numru ta' raġunijiet li jirrikjedu emenda għal dak ir-Regolament, mhux lanqas minħabba l-aħħar żewġ sensiliet ta' tkabbir ta' l-UE, li ċaqalqu u firxu konsiderevolment il-konfini ta' l-art u tal-baħar ta' l-Unjoni Ewropea. Numru ta' kwistjonijiet ta' ħarsien ta' data, b'mod partikulari d-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll ta' data personali pproċessata fi ħdan is-CIS, ġew ukoll indirizzati u ttrattati fid-dettal mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (l-EDPS)[1] fl-opinjoni tiegħu tat 22 ta' Frar 2007. Bl-istess mod, il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri ħarġet opinjoni fil-21 ta' Marzu 2007[2].

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 ipprovda l-bażi legali għal talbiet għal għajnuna bejn l-awtoritajiet Doganali ta' l-Istati Membri sabiex jiġġieldu kontra l-irregolaritajiet u l-frodi, u wassal għall-ħolqien ta' bażi ta' data speċifika - is-Sistema ta' Informazzjoni Doganali (CIS) - li llum tgħaqqad 1500 terminal ma' 3000 utent akkreditat fis-27 Stat Membru kollha, u b'hekk ippermettiet lill-awtoritajiet amministrattivi rilevanti sabiex javżaw lill-isħab Ewropej tagħhom dwar kwalunkwe riskju jew suspett ta' operazzjoniiet irregolari. Din il-proposta għal Regolament timmira li żżid il-funzjonalità tas-CIS, billi toħloq Direttorju Ewropew tad-Data (EDD) addizzjonali li jirrifletti l-movimenti ta' kontejners u mezzi ta' trasport, kif ukoll ta' merkanzija u persuni kkonċernati. Barra minn hekk, il-Bażi ta' Data ta' Identifikazzjoni tal-Fajls tad-Dwana (FIDE), oriġinarjament maħluqa mill-Istati Membri għall-iskambju ta' informazzjoni fi ħdan it-tielet pilastru, issa tidħol taħt il-Liġi Komunitarja, u b'hekk isservi kemm għall-immoniterjar ta' l-azzjonijiet Komunitarji u kif ukoll għat-talbiet tat-tielet pilastru.

Filwaqt li l-iffaċilitar tal-kummerċ huwa element essenzjali tal-politika kummerċjali ta' l-UE, dan huwa dejjem fil-periklu li jiġi sfruttat mill-kriminalità ekonomika u finanzjarja internazzjonali: l-organizzazzjonijiet tal-frodi jevadu l-kontrolli u l-ħlas ta' dazji, jibbenefikaw minn tnaqqis jew sospensjonijiet ta' dazji mingħajr ma jkunu intitolati għalihom, u - min-naħa tan-nefqa - jidhru li jiffukaw fuq ħlasijiet ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli u prodotti pproċessati li jħallu t-territorju doganali tal-Komunità. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jirriżultaw f'telf finanzjarju sostanzjali għall-Komunitajiet Ewropej, għaliex id-dazji doganali fuq l-importazzjoni, id-dazji agrikoli u l-VAT fuq l-importazzjoni, li jiġbru l-Istati Membri meta l-formalitajiet doganali jitlestew, jiġġeneraw parti sostanzjali mid-dħul fil-baġit Komunitarju.

Din il-proposta għal Regolament tipprovdi wkoll aġġornamenti legali u tekniċi f'numru ta' oqsma, b'mod partikolari:

- L-Adattament tad-definizzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali għall-konvenzjoni Napli II[3]

- L-iskambju awtomatiku tad-data mingħajr il-ħtieġa ta' talba bil-quddiem mill-Istati Membri li jirċievu d-data

- Is-simplifikazzjoni tal-proċedura sabiex data riċevuta minn Stat Membru ieħor, tingħata lill-pajjiż terz, bil-kunsens ta' dak ta' l-ewwel

- Il-permess ta' l-użu tas-CIS għal raġunijiet strateġiċi u operazzjonali

Rigward il-proċeduri ta' komitoloġija: ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 515/97 oriġinali kien ibbażat fuq l-Art. 43 u 235 tat-Trattat u adottat permezz tal-proċedura ta' konsultazzjoni, filwaqt li l-att li jemenda (bbażat fuq l-Art. 135 u 280 tat-Trattat) ser jgħaddi minn proċedura ta' kodeċiżjoni.Billi dan ta' l-aħħar huwa mmirat li jemenda inter alia l-Artikolu 43 tar-Regolament, li jistabbilixxi kumitat ta' komitoloġija, jidher li hemm bżonn ta' adattazzjoni ta' l-Artikoli 23, 25 u 43 f'konformità mal-qafas il-ġdid ta' komitoloġija .

  • [1]  B'konformità mar-Reg. 45/2001 l-EDPS ħa post l-Ombudsman Ewropew għal kwistjonijiet ta' ħarsien tad-data.
  • [2]  ĠU C101 ta' l-4.5.2007, paġna 4
  • [3]  Att tal-Kunsill 98/C 24/01 tat-18 ta' Diċmebru 1997 li jfassal, fuq il-bażi ta' l-Artikolu K3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropej, il-Konvenzjoni dwar l-għajnuna u l-kooperazzjoni reċiproċi bejn l-amministrazzjonijiet doganali [Ġurnal Uffiċjali C 24 tat-23.01.1998].

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (*) (18.7.2007)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar l-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi fl-oqsma tad-dwana u l-agrikoltura
(COM(2006)0866 – C6‑0033/2007 – 2006/0290(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Jean-Pierre Audy

(*) Proċedura mal-kumitati assoċjati– Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta preżenti tal-Kummissjoni hija maħsuba sabiex tadatta r-Regolament tal-Kunsill Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 għall-kompetenzi ġodda relatati mal-koperazzjoni doganali previsti fl-Artikolu 135 tat-Trattati li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 280 ta' l-imsemmi trattat relatat mal-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità. Il-Qorti ta' l-Awdituri[1] u l-Kontrollur Ewropew għal Protezzjoni tad-Dejta[2] taw l-opinjoni tagħhom dwar din il-proposta.

L-opinjoni preżenti tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit hija ppreżentata b'koperazzjoni msaħħa mal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur skond l-Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura.

L-objettiv prinċipali tal-proposta huwa t-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni bil-għan li l-ġlieda kontra l-frodi tkompli tikber fil-kuntest ta' l-unjoni doganali u l-politika agrikola komuni.

L-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar kwistjonijiet doganali u agrikoli għandha rwol deċiżiv fit-tħaddim tajjeb tas-suq intern. Hija tifforma wkoll parti sostanzjali minn strateġija effettiva fil-qasam tal-kummerċ internazzjonali, b'mod partikulari rigward l-applikazzjoni ta' strumenti għad-difiża kummerċjali. Barra minn hekk, hija essenzjali fir-rigward tal-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji, naturalment mhux biss tal-Kummissjoni, iżda wkoll b'mod aktar ġenerali, ta' l-operaturi ekonomiċi Ewropej u taċ-ċittadini.

L-estensjoni tal-fruntieri territorjali u marittimi ta' l-Unjoni wara t-tkabbir marbut ma' l-unifikazzjoni mill-ġdid tal-kontinent Ewropew u l-fatt li, bl-eċċezzjoni tal-Kroazja, il-fruntieri m'għandhomx jinbidlu b'mod sinifikanti fis-snin li ġejjin, ifisser li teżisti opportunità li wieħed juża dan il-perjodu sabiex jissaħħu l-arranġamenti doganali Ewropej. Madanakollu, l-istrumenti legali relatati ma' din il-koperazzjoni huma partikularment kumplessi minħabba l-firda tal-bażijiet legali bejn l-ewwel u t-tielet pilastru. Ir-rapporteur għal opinjoni jilqa' b'sodisfazzjoni il-fatt li l-Kummissjoni qed tipprova tiffaċilita koperazzjoni prattika bejn il-parteċipanti differenti. Barra minn hekk, ir-rapporteur għal opinjoni jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li ġie meqjus il-ħarsien ta' persuni naturali fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u l-ħarsien tal-privatezza.

1. FIDE

Id-'database' ta' l-identifikazzjoni tal-fajls doganali (FIDE) tippermetti lill-awtoritajiet relevanti ta' l-Istati Membri u kif ukoll lill-Kummissjoni sabiex jidentifikaw il-persuni jew l-intrapriżi li huma suġġetti għal inkjesta jew għal sanzjonijiet amministrattivi jew ġudizzjarji minħabba attività li hija kontra jew potenzjalment kontra l-leġiżlazzjoni doganali jew agrikola. Għalhekk, il-FIDE tippermetti kordinazzjoni aktar effettiva bejn is-servizzi varji. Fl-2002, il-Parlament kien laqa' b'sodisfazzjon dan il-pjan innovattiv għall-ħolqien ta' 'database' bħal din fi ħdan it-tielet pilastru[3]. Għalhekk, ir-rapporteur għal opinjoni huwa sodisfatt bil-proposta tal-Kummissjoni li tinkludi wkoll lill-FIDE fl-ewwel pilastru. Parti mill-emendi huma maħsuba sabiex jiġu implimentati l-proposti tal-Qorti ta' l-Awdituri sabiex il-FIDE ssit aktar utli għas-servizzi kkonċernati.

Ir-rapporteur għal opinjoni bħall-Qorti jinsab imħasseb rigward l-approċċ integrat fit-tmexxija tad-'databases' varji fil-ġlieda kontra l-frodi, iżda jikkunsidra li din id-diskussjoni tmur lil hinn minn dan ir-Regolament u għalhekk għandha titwettaq f'kuntest differenti.

2. Koperazzjoni koerenti fuq livell Ewropew

Ir-rapporteur għal opinjoni jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni, immirati biex jippromwovu l-valur miżjud tal-koperazzjoni fuq livell Ewropew, b'mod partikulari id-direttorju Ewropew tad-data u l-pjattaforma ts-servizzi. Madanakollu, fl-interess li titjieb l-effikaċja ta' l-Olaf u l-koperazzjoni tagħha mal-parteċipanti l-oħra responsabbli għall-ġlieda kontra l-frodi, huwa jqis li l-leġiżlatur għandu jikkunsidra l-iżviluppi istituzzjonali riċenti fuq livell Ewropew. Mingħajr ma jixtieq jitlob għal setgħat ġodda għall-Komunità f'dan il-qasam, huwa jissuġġerixxi li l-leġiżlatur jesprimi b'mod ċar l-appoġġ tiegħu għall-iskambju ta' l-aħjar prattiki bejn l-OLAF u l-organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali l-oħra responsabbli għall-ġlieda kontra l-frodi. Fin-nuqqas ta' qafas ġuridiku aktar uniformi, l-iskambju ta' l-aħjar prattiki huwa meħtieġ sabiex ikun żgurat li d-diversi organizzazzjonijiet jadottaw approċċ dejjem iktar koerenti fuq tul ta' żmien medju.

3. Finanzjament

Rigward il-kwistjoni ta' finanzjament, ir-rapporteur għal opinjoni jenfasizza li l-ispejjeż għandhom ikunu direttament marbuta mal-kompiti mogħtija lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali msemmija f'dan ir-Regolament, sabiex tiġi evitata kwalunkwe koinċidenza bejn din il-proposta u strumenti oħra, per eżempju l-programm Hercule II. Finalment, ir-rapporteur għal opinjoni jixtieq iżomm il-proċedura leġiżlattiva - inkluża l-opinjoni obbligatorja tal-Qorti ta' l-Awdituri - għad-deċiżjoni dwar sistemi oħra ta' komunikazzjoni u skambju ta' informazzjoni minflok l-applikazzjoni tal-proċedura ta' 'kumitoloġija'.

Ir-rapporteur għal opinjoni jixtieq jenfasizza l-bżonn li l-Kummissjoni tikkonsolida dan ir-Regolament ma' dak li temenda permezz ta' l-adattament tal-premessi. Ir-rapporteur għal opinjoni ma ħejjix emenda f'dan is-sens minħabba li din m'hijiex kompetenza tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew. Madanakollu, huwa jqis xieraq li l-Kummissjoni għandha tintalab sabiex tikkonsolida b'mod sistematiku t-testi tal-Komunità emendati sabiex jitjieb il-ftehim u l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja mill-utilizzaturi tagħha.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill- Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[4]Emendi mill-Parlament

Emenda 22

PREAMBOLU, ĊITAZZJONI 4 A (ġdida)

wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri1.

____________

1 ĠU C 101, 4.5.2007, p. 4.

Ġustifikazzjoni

Il-konsultazzjoni mal-Qorti ta' l-Awdituri hija obbligatorja skond l-Artikolu 280 tat-Trattat li li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Emenda 23

PREMESSA 10 A (ġdida)

(10a) Sabiex tiġi promossa koerenza fl-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni, il-korpi u l-aġenziji l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea u organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali oħra, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata biex tagħmel skambju ta' l-aħjar prattika mal-korpi msemmija qabel, u b'mod partikulari mal-Europol u ma' l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija ta' koperazzjoni operattiva fuq il-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (il-Frontex).

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa l-ġdida tippermetti li tiddaħħal emenda fuq l-istess suġġett.

Emenda 24

ARTIKOLU 1, PUNT 5
Artikolu 18a, paragrafu 2 c (Regolament (KE) Nru 515/97)

(c) li tagħmel id-data f'dan id-direttorju aċċessibbli għall-awtoritajiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 1(1), għall-unika skop li jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

(c) li tagħmel id-data f'dan id-direttorju disponibbli permezz ta' tekniki elettroniċi ta' l-ipproċessar tad-data għall-awtoritajiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 1(1), għall-uniku skop li jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament u f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

Emenda 25

ARTIKOLU 1, PUNT 5
Artikolu 18b, paragrafu 1 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 515/97)

Il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata sabiex tipprovdi kull forma ta' assistenza teknika u taħriġ lill-uffiċjali ta' koordinazzjoni ta' pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet u aġenziji Ewropej jew internazzjonali, inklużi l-Europol u l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija ta' koperazzjoni operattiva fuq il-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (il-Frontex).

Emenda 26

ARTIKOLU 1, PUNT 17
Artikolu 41b, paragrafu 2, punt b (Regolament (KE) Nru 515/97)

(b) għall-intrapriżi: l-isem tan-negozju, l-isem użat mill-intrapriża fl-attività tagħha, il-bini ta' l-intrapriża u l-identifikatur tal-VAT.

(b) għall-intrapriżi: l-isem tan-negozju, l-isem użat mill-intrapriża fl-attività tagħha, il-bini ta' l-intrapriża, l-identifikatur tal-VAT u n-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa tas-sisa skond l-Artikolu 22(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2073/2004 tas-16 ta' Novembru 2004 dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxi tas-sisa1. u l-Artikolu 15a(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti suġġetti għal taxxa tas-sisa u dwar iż-żamma, il-moviment u s-superviżjoni ta' dawn il-prodotti2, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 92/108/KEE3.

_________________________

1 ĠU L 359, 4.12.2004, p. 1.

2 ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1.

3 ĠUJ L 390, 31.12.1992, p. 124.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tappoġġja l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri li l-inklużjoni tan-numru ta' l-identifikazzjoni tat-taxxa tas-sisa fil-FIDE tiffaċilita aktar l-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni u ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u l-kontrolli b'mod ġenerali.

Emenda 27

ARTIKOLU 1, PUNT 17
Artikolu 41 c, paragrafu 2, punt b (Regolament (KE) Nru 515/97)

(b) għall-intrapriżi: l-isem tan-negozju, l-isem użat mill-intrapriża fl-attività tagħha u/jew l-identifikatur tal-VAT.

(b) għall-intrapriżi: l-isem tan-negozju, l-isem użat mill-intrapriża fl-attività tagħhau/jew l-identifikatur tal-VAT u n-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa tas-sisa skond l-Artikolu 22(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2073/2004 tas-16 ta' Novembru 2004 dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxi tas-sisa1 u l-Artikolu 15a(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti suġġetti għal taxxa tas-sisa u dwar iż-żamma, il-moviment u s-superviżjoni ta' dawn il-prodotti2, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 92/108/KEE3.

_________________________

1 ĠU L 359, 4.12.2004, p. 1.

2 ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1.

3 ĠU L 390, 31.12.1992, p. 124.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tappoġġja l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri li l-inklużjoni tan-numru ta' l-identifikazzjoni tat-taxxa tas-sisa fil-FIDE tiffaċilita aktar l-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni u ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u l-kontrolli b'mod ġenerali.

Emenda 28

ARTIKOLU 1, PUNT 19
Artikolu 42 a, paragrafu 1 (Regolament (KE) Nru 515/97)

1. Dan ir-Regolament huwa l-att bażiku li fuqu huwa bbażat il-finanzjamnet ta' l-ispejjeż li ġejjin:

1. Dan ir-Regolament huwa l-att bażiku li fuqu huwa bbażat il-finanzjamnet ta' l-azzjonijiet kollha tal-Komunità stipulati hawnhekk, inklużi:

(a) L-ispejjeż kollha ta' installazzjoni u manteniment ta' l-infrastruttura teknika permanenti li jagħmlu disponibbli lill-Istati Membri l-mezzi ta' loġistika, riżorsi li jgħinuk taħdem fl-uffiċċju, u riżorsi ta' l-informatika biex tkun żgurata l-koordinazzjoni ta' l-operazzjonijiet doganali konġunti, speċjalment is-sorveljanzi speċjali msemmija fl-Artikolu 7;

(a) L-ispejjeż kollha ta' installazzjoni u manteniment ta' l-infrastruttura teknika permanenti li jagħmlu disponibbli lill-Istati Membri l-mezzi ta' loġistika, riżorsi li jgħinuk taħdem fl-uffiċċju, u riżorsi ta' l-informatika biex tkun żgurata l-koordinazzjoni ta' l-operazzjonijiet doganali konġunti, speċjalment is-sorveljanzi speċjali msemmija fl-Artikolu 7;

(b) Ir-rimborż ta' l-ispejjeż tat-trasport, ta' akkomodazzjoni u ta' għejxien ta' kuljum tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-missjonijiet Komunitarji msemmija fl-Artikolu 20, għall-operazzjonijiet doganali konġunti organizzati minn jew b'mod konġunt mal-Kummissjoni kif ukoll għas-sessjonijiet ta' taħriġ, għal-laqgħat ad hoc u għal-laqgħat perparatorji ta' investigazzjonijiet amministrattivi jew ta' azzjonijiet operattivi mmexxija mill-Istati Membri meta dawn ikunu organizzati minn jew f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni.

(b) Ir-rimborż ta' l-ispejjeż tat-trasport, ta' akkomodazzjoni u ta' għejxien ta' kuljum tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-missjonijiet Komunitarji msemmija fl-Artikolu 20, għall-operazzjonijiet doganali konġunti organizzati minn jew b'mod konġunt mal-Kummissjoni kif ukoll għas-sessjonijiet ta' taħriġ, għal-laqgħat ad hoc u għal-laqgħat perparatorji ta' investigazzjonijiet amministrattivi jew ta' azzjonijiet operattivi mmexxija mill-Istati Membri meta dawn ikunu organizzati minn jew f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni.

Meta l-infrastruttura teknika permanenti msemmija taħt punt (a) tintuża għall-għanijiet tal-kooperazzjoni doganali prevista fit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-ispejjeż tat-trasport, ta' l-akkomodazzjoni kif ukoll ta' l-għejxien ta' kuljum tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri għandhom jitħallsu mill-Istati Membri.

Meta l-infrastruttura teknika permanenti msemmija taħt punt (a) tintuża għall-għanijiet tal-kooperazzjoni doganali prevista fit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-ispejjeż tat-trasport, ta' l-akkomodazzjoni kif ukoll ta' l-għejxien ta' kuljum tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri għandhom jitħallsu mill-Istati Membri.

(c) L-ispejjeż marbutin mal-kisba, l-istudju, l-iżvilupp u l-manteniment ta' l-infrastruttura ta' l-informatika (ħardwer) u tas-softwer u l-konnessjonijiet ta' netwerk maħsub għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi kif ukoll is-servizzi ta' produzzjoni, ta' appoġġ u ta' taħriġ;

(c) l-ispejjeż marbutin mal-kisba, l-istudju, l-iżvilupp u l-manteniment ta' l-infrastruttura ta' l-informatika (ħardwer) u tas-softwer u l-konnessjonijiet ta' netwerk u s-servizzi relatati ta' produzzjoni, ta' appoġġ u ta' taħriġ għat-tewttiq ta' l-azzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, b'mod partikulari għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi;

(d) L-ispejjeż marbutin mal-provvista ta' informazzjoni u l-ispejjeż fuq azzjonijiet relatati li jippermettu l-aċċess għall-informazzjoni, id-data u s-sorsi tad-data għall-għanijiet tal-prevenzjoni tal-frodi fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-interessi finanzjari u interessi oħra tal-Komunità.

(d) l-ispejjeż marbutin mal-provvista ta' informazzjoni u l-ispejjeż fuq azzjonijiet relatati li jippermettu l-aċċess għall-informazzjoni, id-data u s-sorsi tad-data għall-għanijiet li jitwettqu l-azzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, b'mod partikulari għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi;

(e) L-ispejjeż marbuta ma' użu tas-sistema ta' informazzjoni doganali previsti minn strumenti adottati taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija u l-informatika fil-qasam tad-dwana stabbilita b'att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995 fejn dawn l-istrumenti jipprevedu li dawn l-ispejjeż jitħallsu mill-baġit Komunitarju.

(e) L-ispejjeż marbuta ma' użu tas-sistema ta' informazzjoni doganali previsti minn strumenti adottati taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija u l-informatika fil-qasam tad-dwana stabbilita b'att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995 fejn dawn l-istrumenti jipprevedu li dawn l-ispejjeż jitħallsu mill-baġit Komunitarju.

Ġustifikazzjoni

In-nefqa għandha tikkorrispondi għad-doveri stipulati f'dan ir-Regolament u għandha tinżamm l-enfasi fuq il-ġlieda kontra l-frodi.

Emenda 29

ARTIKOLU 1, PUNT 19
Artikolu 42 a, paragrafu 2 (Regolament (KE) Nru 515/97)

2. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat previst fl-Artikolu 43, tista' tiddeċiedi li tistabbilixxi jew tikseb sistemi oħra ta' komunikazzjoni u ta' skambju ta' informazzjoni meqjusa neċessarji.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għandha tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-korpi leġiżlattivi, b'mod partikulari l-Parlament Ewropew, fil-ħolqien ta' sistemi ġodda għall-iskambju ta' l-informazzjoni.

Emenda 30

ARTIKOLU 1, PUNT 20, Punt (-a) (ġdid)
Artikolu 43, paragrafu 2 (Regolament (KE) Nru 515/97)

(-a) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel bit-test li ġej:

"2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha."

Ġustifikazzjoni

Kien hemm bżonn li l-emenda tal-komitoloġija tintroduċi l-proċedura regolatorja l-ġdida bi skrutinju, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/512/KE.

Emenda 31

ARTIKOLU 1, PUNT 20, punt -aa (ġdid)
Artikolu 43, paragrafu 3 (Regolament (KE) Nru 515/97)

(-aa) Il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

Ġustifikazzjoni

Ċarezza legali: Tħassir ta' referenza ċirkolari, skond l-Artikolu 16 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar il-Kwalità ta' l-Abbozzar (l-Artikoli 23(4) u 25 diġà jirreferu għall-Artikolu 43 skond il-proċedura tal-komitoloġija li ssegwi, għaldaqstant m'hemmx bżonn li l-Artikolu 43 jerġa' jagħmel referenza għal dawn l-Artikoli).

Emenda 32

ARTIKOLU 1, PUNT 21, PUNT A (ġdid)
Artikolu 51 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 515/97)

(21a) L-Artikolu 51a li ġej għandu jiġi inserit:

"Artikolu 51a

Il-Kummissjoni, b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tippreżenta kull sena, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport dwar il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament."

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipprova tiċċara li, skond l-Artikolu 280 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tirrapporta kull sena lill-Parlament u lill-Kunsill dwar il-miżuri meħuda biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunità, inkluża l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

PROĊEDURA

Titolu

Għajnuna reċiproka u koperazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-applikazzjoni tar-regolamenti doganali u agrikoli

Referenzi

COM(2006)0866 - C6-0033/2007 - 2006/0290(COD)

Kumitat responsabbli

IMCO

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

15.2.2007

Koperazzjoni msaħħa - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

24.5.2007

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jean-Pierre Audy

27.3.2007

Data ta' l-adozzjoni

16.7.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Herbert Bösch, Mogens N.J. Camre, Paulo Casaca, Ingeborg Gräßle, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Bogusław Liberadzki, Marusya Ivanova Lyubcheva, Jan Mulder, Francesco Musotto, José Javier Pomés Ruiz, Bart Staes

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Valdis Dombrovskis, Salvador Garriga Polledo, Petre Popeangă, Pierre Pribetich, Petya Stavreva

  • [1]  Opinjoni Nru 3/2007, ĠU XXX.
  • [2]  Opinjoni tat-22 ta' Frar 2007.
  • [3]  Riżoluzzjoni leġiżlattiva tat-18 ta' Diċembru 2002, ĠU C31 E, 5.2.2004, p. 171.
  • [4]  ĠU C 0000, 11.5.2007, p. 00.

PROĊEDURA

Titolu

Għajnuna reċiproka u koperazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-applikazzjoni tar-regolamenti doganali u agrikoli

Referenzi

COM(2006)0866 - C6-0033/2007 - 2006/0290(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

22.12.2006

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

15.2.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

15.2.2007

BUDG

15.2.2007

CONT

15.2.2007

AGRI

15.2.2007

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

INTA

23.1.2007

BUDG

14.2.2007

AGRI

26.2.2007

Kumitat(i) assoċjat(i)

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

24.5.2007

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Bill Newton Dunn

1.3.2007

Diskussjoni fil-kumitat

12.4.2007

4.6.2007

27.6.2007

13.9.2007

Data ta’ l-adozzjoni

22.11.2007

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

25

0

0

Membri preżenti għall-vot finali

Charlotte Cederschiöld, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Malcolm Harbour, Pierre Jonckheer, Alexander Lambsdorff, Kurt Lechner, Toine Manders, Nickolay Mladenov, Bill Newton Dunn, Zita Pleštinská, Karin Riis-Jørgensen, Giovanni Rivera, Luisa Fernanda Rudi Ubeda, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Eva-Britt Svensson, Bernadette Vergnaud

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Emmanouil Angelakas, André Brie, Wolfgang Bulfon, Colm Burke, Manuel Medina Ortega

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Mojca Drčar Murko