RAPPORT dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007
4.12.2007 - (15715/2007 – C6‑0434/2007 – 2007/2237(BUD))
Taqsima III – il-Kummissjoni
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: James Elles,
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima III – il-Kummisjoni
(15715/2007 – C6‑0434/2007 – 2007/2237(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, kif ġie adottat finalment fid-data14 Diċembru 2006[2],
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida[3],
– wara li kkunsidra l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, ippreżentat mill-Kummissjoni fid-data 7 Novembru 2007 (SEC(2007)0687),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 7/2007, imħejji mill-Kunsill fid-data 26 Novembru 2007 (15715/2007 – C6‑0434/2007)
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit (A6‑0493/2007),
A. billi l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007 għall-Baġit Ġenerali 2007 jkopri l-punti li ġejjin:
– żieda sostanzjali fit-tbassir tad-dħul, b’mod partikolari fir-reviżjonijiet tat-tbassiriet għall-bilanċi tal-VAT u tad-DGN (EUR 3,830 miljun);
– tnaqqis ulterjuri fl-approprjazzjonijiet ta' pagamenti fil-linji tal-baġit taħt l-intestaturi 1a, 1b, 2 u 3a (EUR 1 651,4 miljun), wara t-tqassim mill-ġdid propost fit-trasferiment globali DEC36/2007 (EUR 425 miljun),
B. billi l-iskop ta' l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007 huwa li dawn ir-riżorsi baġitarji u l-aġġustamenti tekniċi jiddaħħlu b'mod formali fil-baġit ta' l-2007,
1. Jieħu nota ta' l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 7/2007;
2. Jagħraf li l-fatt li bħalissa m’hemmx implimentazzjoni biżżejjed ta’ ċerti linji jista’ jkun konsegwenza ta’ l-adozzjoni li saret tard tal-bażijiet legali fl-ewwel sena tal-qafas finanzjarju plurijennali; jinsisti li jsir monitoraġġ mill-qrib ta' l-implimentazzjoni tal-Baġit ta' l-2008 permezz tad-diversi għodod bħat-twissija regolari tat-tbassir baġitarju (Budgetary Forecast Alert) u l-gruppi ta' monitoraġġ; jistieden lill-kumitati speċjalizzati tiegħu biex jagħtu input bikri fir-rigward tal-fondi li huma meħtieġa u tal-problemi li jista' jkun hemm relatati ma' l-implimentazzjoni fir-rigward tal-programmi plurijennali;
3. Jenfasizza li żgur se jkun hemm ħtieġa ta’ ammont ogħla f’pagamenti fil-baġit ta’ l-2008;
4. Japprova bla emendi l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
NOTA SPJEGATTIVA
L-Abbozz ta' Baġit ta' Emenda Nru 7/2007 jikkonċerna l-intestaturi 1a, 1b, 2 u 3a tal-qafas finanzjarju.
Fit-12 ta' Novembru, is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu ittra liċ-Chairperson li kien fiha aġġustamenti ulterjuri, jiġifieri żjieda ulterjuri ta' EUR 1,015 miljun fit-tbassir tad-dħul, żjieda oħra fid-dħul ieħor (interessi fuq ħlasijiet wara ż-żmien u multi) ta' EUR 76 miljun, u tnaqqis fl-approprjazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Intestatura 2 (EAGF) għas-somma ta' EUR 4000 (CA u PA).
Din kienet parti mill-ftehima milħuqa fit-23 ta' Novembru 2007, bejn il-PE u l-Kunsill, dwar il-Baġit 2008. Il-Kunsill AGRI adottaha bħala punt "A" fis-26 ta' Novembru. Skond l-Artikolu 37 tar-Regolamenti Finanzjarji[1], il-Kummissjoni tista' tippreżenta abbozzi preliminari ta' baġit ta' emenda, f'każ li jkun hemm "ċirkustanzi inevitabbli, eċċezzjonali jew mhux mistennija". Skond l-Artikolu 26 tar-regoli ta' implimentazzjoni għar-Regolament Finanzjarju[2], l-abbozzi preliminari ta' baġit ta' emenda jrid ikollhom magħhom dikjarazzjonijiet tal-bażi u t-tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja preċedenti u dik attwali li kien disponibbli meta dawn kienu stabbiliti, sabiex sa l-aħħar tas-sena jitnaqqas in-nuqqas mistenni ta' implimentazzjoni.
Skond il-ġustifikazzjoni tal-Kummissjoni, it-tnaqqis (- EUR 1,251.4 miljun) fl-ammont ta' approprjazzjonijiet ta' ħlas mitluba huwa l-aktar minħabba l-fatturi li ġejjin:
– talbiet baxxi minn xi Stati Membri fejn tidħol il-nefqa tal-Koeżjoni
– ħlasijiet tard fiż-żmien jew ħlasijiet aktar baxxi mill-oqsfa finanzjarji preċedenti (eż. fir-Riċerka)
– l-adozzjoni tard ta’ bażijiet legali, u d-dewmien li jirriżulta fit-tnedija ta’ programmi ġodda; kif ukoll
– diffikultajiet biex jiġu implimentati ċerti proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
Meta wieħed iħares lejn ir-raġunijiet mogħtija mill-Kummissjoni, mhux dejjem huwa ċar liema huma ċ-"ċirkustanzi inevitabbli, eċċezzjonali jew mhux mistennija" li wasslu lill-Kummissjoni sabiex tipproponi l-PDAB Nru 7 li tikkonċerna l-linji differenti. Pereżempju, fir-rigward tal-linja 07 03 07 (LIFE+), il-Kummissjoni qed titlob tnaqqis fil-ħlasijiet ta' EUR 2.3 miljun permezz tat-trasferiment globali u EUR 88.7 miljun oħra permezz ta' l-AB. Dwar il-linja 08 21 02 01 (tlestija tal-FP 5), qed jiġi propost tnaqqis ta' EUR 29 miljun permezz tat-trasferiment globali u EUR 60.3 miljun oħra permezz ta' l-AB 7. Dan ifisser li f'każ minnhom, iċ-ċirkustanzi kienu evitabbli u mistennija u, fil-każ l-ieħor, kienu inevitabbli u mhux mistennija?
Iċ-ċifri ddettaljati dwar id-diversi linji tal-Baġit huma murija fit-tabella li tinsab ma' l-Anness.
L-iskemi pilota li ġew ivvutati mill-PE
Il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji li ġejjin huma kkonċernati minn tnaqqis ta' 100% (tnaqqis totali ta' 12-il miljun Euro) propost fl-Abbozz Preliminari ta' Baġit ta' Emenda Nru 7/2007:
02 02 03 02 - Appoġġ għall-SMEs fl-ambjent finanzjarju l-ġdid (tnaqqis ta' EUR 5 miljuni minn EUR 7 miljuni)
02 02 03 04 - Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ (tnaqqis ta' EUR 1.5 miljun minn EUR 3 miljuni)
02 02 05 05 - Miżuri li jippromwovu l-koperazzjoni u l-isħubijiet bejn il-mikro-intrapriżi, l-intrapriżi żgħar u dawk ta' daqs medju (jinħall l-ammont komplut ta' EUR 2 miljuni)
02 02 09 - L-UE tassumi r-rwol tagħha f’dinja globalizzata (tnaqqis ta' EUR 2 miljuni minn 3 miljuni):
06 04 07 - Sigurtà fl-Enerġija – Bijofjuwils (jinħall l-ammont komplut ta' EUR 2 miljuni).
- [1] Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej kif emendat mir-regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament 1605/2002, ĠU L 390/2006 tat-30 ta’ Diċembru 2006.
- [2] Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 478/2007 tat-23 ta' April 2007 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej
PROĊEDURA
Titlu |
L-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2007 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima III - il-Kummissjoni |
|||||||
Referenzi |
15715/2007– C6-0434/2007 – 2007/2237(BUD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
BUDG |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
|
|
|
|
|
|||
Rapporteur(s) |
James Elles |
|||||||
Rapporteur(s) preċedenti |
|
|||||||
Data tat-tħejjija ta' l-abbozz tal-baġit ta' emenda mill-Kunsill |
26.11.2007 |
|||||||
Data meta l-Kunsill bagħat l-abbozz ta' baġit ta' emenda |
0.00.2007 |
|||||||
Eżami fil-kumitat |
27.11.2007 |
29.11.2007 |
|
|
|
|||
Data ta' l-adozzjoni |
29.11.2007 |
|||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27
|
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Reimer Böge, Konstantinos Botopoulos, Gérard Deprez, Valdis Dombrovskis, Brigitte Douay, Göran Färm, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Monica Maria Iacob-Ridzi, Ville Itälä, Anne E. Jensen, Janusz Lewandowski, Nils Lundgren, Vladimír Maňka, Gérard Onesta, Esko Seppänen,, László Surján, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter, Richard James Ashworth |
|||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Paul Rübig, Peter Šťastný |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Samuli Pohjamo |
|||||||
Data tat-tressiq |
4.12.2007 |
|||||||
Kummenti |
... |
|||||||