Proċedura : 2007/0019(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0496/2007

Testi mressqa :

A6-0496/2007

Dibattiti :

PV 16/12/2008 - 14
CRE 16/12/2008 - 14

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2008 - 5.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0613

RAPPORT     ***I
PDF 390kWORD 693k
6.12.2007
PE 392.119v01-00 A6-0496/2007

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, id-diżil u n-nafta (gas-oil) u l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu biex ikun hemm monitoraġġ u tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra mill-użu tal-fjuwils għat-trasport fit-toroq u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE, fir-rigward ta' l-ispeċifikazzjoni tal-fjuwil użat minn bastimenti ta' l-ilmijiet interni u li tirrevoka d-Direttiva 93/12/KEE

(COM(2007)0018 – C6‑0061/2007 – 2007/0019(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

Rapporteur: Dorette Corbey

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, id-diżil u n-nafta (gas-oil) u l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu biex ikun hemm monitoraġġ u tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra mill-użu tal-fjuwils għat-trasport fit-toroq u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE, fir-rigward ta' l-ispeċifikazzjoni tal-fjuwil użat minn bastimenti ta' l-ilmijiet interni u li tirrevoka d-Direttiva 93/12/KEE

(COM(2007)0018 – C6‑0061/2007 – 2007/0019(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0018)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 95 u 175(1) tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0061/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0496/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni  Emenda tal-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 2

(2) The Communication from the Commission to the Council and the European Parliament – Thematic Strategy on Air Pollution established goals to reduce emissions of pollutant emissions until 2020. These goals flowed from an extensive analysis of costs and benefits. In particular goals are set to reduce SO2 emissions by 82%, NOx emissions by 60%, volatile organic compounds (VOCs) by 51% and primary PM2.5 by 59% relative to emissions in 2000. The consequences of the amendments of Directive 98/70/EC on VOC emissions from petrol stations should be addressed in future legislation.

(2) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Strateġija Tematika dwar it-Tniġġis ta' l-Arja stabbiliet għanijiet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' emissjonijiet li jniġġsu sa l-2020. Dawn l-għanijiet ħarġu minn analiżi estensiva ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji. B'mod partikulari l-għanijiet huma stabbiliti biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' SO2 bi 82%, l-emissjonijiet ta' l-NOx b'60%, il-komposti organiċi volatili (VOCs) b'51% u l-PM2.5 primarji b'59% meta mqabbla ma' l-emissjonijiet fl-2000. Madankollu, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2006 dwar l-istrateġija tematika dwar it-tniġġis ta' l-arja1, il-Parlament Ewropew talab miri aktar ambizzjużi ta' tnaqqis, jiġifieri ta' 65% għall-emissjonijiet tan-NOx, 55% għall-emissjonijiet tal-VOCs u 61% għall-PM2.5 primarji. Din l-ambizzjoni għandha tiġi riflessa f'din id-Direttiva. l-konsegwenzi ta' l-emendi tad-Direttiva 98/70/KE dwar l-emissjonijiet tal-VOC mill-pompi tal-petrol għandhom jiġu indirizzati wkoll fil-leġiżlazzjonijiet futuri.

 

___________________________

1 ĠU C 306 E tal-15.12.2006, p. 176.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew talab li jkun hemm politika aktar ambizzjuża kontra t-tniġġis ta' l-arja. Il-leġiżlazzjonijiet kollha dwar it-tniġġis ta' l-arja għandhom jaqblu ma' din l-ambizzjoni.

Meta wieħed iqis l-importanza li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra, kif ukoll l-implikazzjonijiet għall-produtturi tal-fjuwil u tal-karozzi, kwalunkwe bidla fil-leġiżlazzjoni għandha tkun ibbażata fuq rapport ta' progress li jistipula l-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali ta' kull proposta.

Emenda 2

PREMESSA 3

(3) The Community has committed itself under the Kyoto protocol to Greenhouse Gas emission targets for the period 2008-12. Inland transport currently accounts for almost 20% of these emissions. The Community is considering what level of Greenhouse Gas savings should be sought beyond the Kyoto commitment. All sectors will need to contribute to the future goals.

(3) Il-Kummissjoni impenjat ruħha skond il-Protokoll ta' Kyoto għal miri ta' emissjonijiet ta' gass b'effett serra għall-perjodu 2008-12. It-trasporti terrestri attwalment jikkawża kważi 20% ta' dawn l-emissjonijiet. Il-Komunità impenjat ruħha wkoll għal tnaqqis ta' 30% ta' l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra sa l-2020 fil-kuntest ta' ftehima globali u għal tnaqqis ta' 20% b'mod unilaterali. Is-setturi kollha se jkun jeħtiġilhom li jikkontribwixxu għal dawn l-għanijiet.

Ġustifikazzjoni

L-objettiv ta' wara l-2012 ta' 30% jew 20% propost mill-Kummissjoni huwa appoġġjat kemm mill-Kunsill u kif ukoll mill-Parlament. Il-leġiżlazzjonijiet kollha dwar it-tnaqqis ta' gassijiet b'effett serra għandhom jaqblu ma' din l-ambizzjoni.

Emenda 3

PREMESSA 6

(6) Directive 2003/30/EC of 8 May 2003 of the European Parliament and of the Council on the promotion of the use of biofuels or other renewable fuels for transport aims at promoting the use of biofuels within the Community. The Community Strategy on Biofuels has been further elaborated in the Communication from the Commission of 2006 - An EU Strategy for Biofuels. While indicating the willingness to further develop biofuels and biofuel technology, the Communication makes clear that the growth of biofuels should not lead to an increase in environmental damage and emphasised the need for improving the greenhouse gas saving. The Communication also recognises the need to encourage further development of biofuel technology.

(6) Id-Direttiva 2003/30/KE tat-8 ta' Mejju 2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta' l-użu ta' bijofjuwils jew fjuwils oħra li jiġġeddu għat-trasport għandha l-għan li tippromwovi l-użu ta' fjuwils li jiġġeddu fi ħdan il-Komunità. L-Istrateġija Komunitarja għal-Bijofjuwils ġiet elaborata aktar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-2006 - Strateġija ta' l-Unjoni Ewropea għall-Bijofjuwils. Filwaqt li tindika r-rieda favur li tiġi żviluppata aktar it-teknoloġija ta’ fjuwils li m'humiex fossili, il-Komunikazzjoni tagħmilha ċara li żieda fl-użu tal-bijomassa għall-fjuwils m'għandhiex twassal għal żieda fi ħsara fl-ambjent u enfasizzat il-ħtieġa li għandu jkun hemm titjib fit-tnaqqis ta' l-effett serra. Sabiex jiġi garantit li t-tħeġġiġ ulterjuri għall-iżvilupp ta' fjuwils mhux fossili li hawn f'din id-Direttiva ma jwassalx għal impatti ambjentali negattivi, qed jitwaqqaf qafas minimu ta’ kriterji għall-bijodiversità u għas-sostenibilità soċjali f'din id-Direttiva. Il-kriterji dettaljati se jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata f'din id-Direttiva u bbażata fuq prerogattivi ambjentali. Il-komunikazzjoni tagħraf ukoll il-ħtieġa li jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp ulterjuri tat-teknoloġija tal-bijofjuwils. Il-kriterji ta' sostenibilità introdotti f'din id-Direttiva jikkonsistu f'sett minimu li jista' jkompli jiġi estiż fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttiva 2003/30/KE.

Emenda 4

PREMESSA 6 A (ġdida)

 

(6a). Il-bijofjuwils, li jirrappreżentaw mezz wieħed għall-kisba tal-miri stipulati mill-Unjoni Ewropea għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, aktar speċifikament fis-settur tat-trasport, għandhom juru tnaqqis fil-gass b’effet ta’ serra ta’ mill-inqas 50% meta mqabbel ma’ fjuwils fossili sabiex ipattu għall-effetti negattivi tat-tkabbir ta’ uċuħ tar-raba għall-fjuwils, bħall-effetti ambjentali negattivi (l-użu tal-fertilizzanti, pestiċidji), aktar kompetizzjoni għall-art, l-ilma u l-ikel, u aktar pressjoni fuq il-foresti naturali u l-komunitajiet lokali. Ikun xieraq li jsir investiment f’attivitajiet ta’ riċerka relatati ma’ bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni, minħabba li l-kompetizzjoni fuq l-użu ta’ l-art għall-uċuħ tar-raba għall-ikel fuq naħa l-waħda, u għal uċuħ tar-raba għall-bijofjuwil min-naħa l-oħra, għandhom ikunu evitati.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi prodotta l-bijomassa, il-bijofjuwils jeħtieġu inputs bħal art fertili, ilma u fertilizzant kif ukoll il-pestiċidji sabiex jikkumbatti l-mard u l-ipproċessar ta’ l-uċuħ tar-raba maħsuda. Ir-riċerka turi li diversi bijofjuwils bħall-etanol mill-qamħ jew il-bijodiżil mill-fażola tas-sojja ikollhom prestazzjoni ambjentali agħar mill-fjuwils fossili. Il-bijofjuwils f’xi każi joħolqu stress soċjali meta kumpaniji kbar jokkupaw art li n-nies ilhom jgħixu fuqha għal sekli sħaħ. It-tkabbir intensiv ta’ l-uċuħ għall-prodotti użati bħala sors għall-bijofjuwils huwa theddida għall-foresti naturali. Għaldaqstant, il-bijofjuwils bi tnaqqis żgħir fil-gassijiet b’effett serra ma jibbilanċjawx biżżejjed mal-ħafna effetti negattivi potenzjali tat-tkabbir ta’ għelejjel għall-fjuwils.

Il-bijofjuwils huma importanti sabiex tonqos il-bidla fil-klima, imma l-uċuħ għall-bijofjuwils m’għandhomx jieħdu post l-uċuħ għall-ikel jew jirriżultaw f’żieda eċċessiva fil-prezz tal-prodotti ta’ l-ikel mill-biedja.

Emenda 5

PREMESSA 6 B (ġdida)

 

(6b) il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sussidji pubbliċi għal fjuwils li m'humiex fossili jkunu restritti għal dawk il-fjuwils li jissodisfaw il-kriterji ta' sostenibilità stipulati fl-Anness VIb tad-Direttiva 98/70/KE u li jkollhom rendiment ta' ffrankar ta' gass b'effett serra li jkun 20% aħjar mill-kriterji ta' linja bażi. Sa l-2015 kwalunkwe fjuwils mhux fossili li jkunu qed jirċievi sussidji pubbliċi għandhom juru prestazzjoni ta’ ffrankar ta’ gassijiet b’effett serra li tkun 80% aħjar meta mqabbla mal-kriterji ta' linja bażi fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Is-sussidji pubbliċi (jekk għandhom jitħallew isiru) għandhom jiġu limitati għal dawk bl-aħjar rendiment.

Emenda 6

PREMESSA 7

(7) Directive 98/70/EC links a derogation for the maximum summer petrol vapour pressure to the existence of arctic or severe weather conditions. As the application of this has given rise to legal uncertainty, the conditions governing use of that derogation need to be clarified.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Il-kjarifika proposta mill-Kummisjoni Ewropea iddgħajjef l-applikazzjoni attwali ta' din id-deroga, bir-riskju konsegwenti ta' aktar tniġġis ta' l-arja u kwalità iktar baxxa ta' l-arja. Il-kjarifika proposta tal-Kummissjoni ma toffri l-ebda ġustifikazzjoni għal din il-laxkezza fl-applikazzjoni tad-deroga.

Emenda 7

PREMESSA 9

(9) The combustion of road transport fuel is responsible for around 20% of Community Greenhouse Gas emissions. One approach to reducing these emissions is through reducing the life-cycle greenhouse gas emissions of these fuels. This can be done in a number of ways. In view of the Community's ambition to further reduce greenhouse gas emissions and the important role that road transport emissions play, it is appropriate to work on a mechanism requiring fuel suppliers to report the life-cycle greenhouse gas emissions of the fuel that they supply and to reduce those emissions by a fixed amount per year from 2010 onwards. As one of the consequences of this directive will be an increased possibility to use biofuels the greenhouse gas reporting and reduction mechanism will be developed in co-ordination with the provisions of Directive 2003/30/EC.

(9) L-użu tal-fjuwil użat għat-trasport fit-toroq huwa risponsabbli għal madwar 20% ta' l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra fil-Komunità. Approċċ wieħed biex jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet hu permezz ta’ tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra ta' dawn il-fjuwils tul iċ-ċiklu tal-ħajja. Dan jista' jsir b'bosta modi. Meta wieħed iqis l-ambizzjoni tal-Komunità li l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra jitnaqqsu iktar u l-irwol importanti li l-emissjonijiet tat-trasport fit-toroq għandhom, ikun xieraq li jiġi implimentat mekkaniżmu li jeżiġi li l-fornituri tal-fjuwil jirrappurtaw l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fjuwil li huma jfornu u jnaqqsu dawk l-emissjonijiet b'ammont stipulat fis-sena mill-2011 'il quddiem. Billi waħda mill-konsegwenzi ta’ din id-direttiva hi possibilità ikbar li jintużaw il-bijofjuwils, il-mekkaniżmu ta’ rappurtaġġ u tnaqqis tal-gassijiet b’effett serra se jkun żviluppat f’koordinazzjoni mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/30/KE.

Ġustifikazzjoni

L-ewwelnett jeħtieġ tiġi żviluppata metodoloġija armonizzata u konkreta biex dawn l-emissjonijiet jiġu kkalkulati b'mod effettiv. L-iffissar ta’ mira ta’ 10% ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra f’dan l-istadju hu prematur minħabba li dan għandu implikazzjonijiet diretti fuq il-volum u s-sostenibilità tal-bijofjuwils li se jkunu disponibbli u promossi fl-UE – kwistjonijiet li għad iridu jiġu riżolti fil-leġiżlazzjoni li qed titħejja.

Emenda 8

PREMESSA 11

(11) The Commission has set a goal of achieving a minimum 10% biofuel share in transport fuels by 2020. Continuing technical progress in the fields of automotive and fuel technology coupled with the continuing desire to ensure that the level of environmental and health protection is optimised necessitate periodic review of the fuel specifications based upon further studies and analyses of the impact of additives and biofuels component on pollutant emissions. Therefore, the possibility of facilitating the decarbonisation of transport fuels should be regularly reported upon.

(11) Il-Kummissjoni stabbiliet mira li l-bijofjuwils ikunu jagħmlu ta' l-anqas 10% mill-

fjuwil użat għat-trasport sa l-2020. Madankollu, minħabba li fid-Direttiva 98/70/KE se jiġi inkorporat tnaqqis ta' 10% ta' l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra fl-2020 għall-fjuwils tal-karozzi, il-mira li l-bijofjuwils ikollhom sehem minimu ta’ 10% mill-fjuwil użat għat-trasport sa l-2020 għandha titneħħa. Il-progress li dejjem qed jiżdied fl-oqsma tat-teknoloġija tal-vetturi u t-teknoloġija tal-fjuwils, flimkien mar-rieda kostanti li jiġi garantit l-ogħla livell ta' ħarsien ta' l-ambjent u tas-saħħa, jagħmel meħtiega evalwazzjoni kull tant żmien ta' l-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwils ibbażata fuq studji u analiżi kumplimentari dwar l-impatt ta' adittivi u komponenti ta' bijofjuwils sostenibbli fuq emissjonijiet li jniġġsu. Jaqbel għalhekk li jsir rapport regolari dwar il-possibilità li tkun faċilitata d-dikarbonizzazzjoni tal-fjuwils użati għat-trasport.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni pproponiet mira ta' tnaqqis ta' 10% ta' gass b'effett serra għall-fjuwils fl-2020. Għalhekk, il-mira ta' 10% ta' bijofjuwil fl-2020 m’għandha l-ebda valur miżjud. L-10% ta' gass b'effett serra jiggarantixxi biss tnaqqis ta' gass b'effett serra, u l-użu ta' bijofjuwils, kemm jekk ta' 5%, 10%, 15% jew anke jekk ma jintuża l-ebda bijofjuwil, ma jagħmel l-ebda differenza. Il-mira ta' 10% ta' bijofjuwil ma tgħinx fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u tista', f'każ ta' kundizzjonijiet ta' produzzjoni ħżiena (deforestazzjoni, użu ta' ħamrija tal-pit, użu eċċessiv ta' l-ilma), saħansitra tkun ta' ħsara għas-soċjetà.

Emenda 9

PREMESSA 11 a (ġdida)

 

(11a) Il-Kummissjoni għandha tħejji proposta għal leġiżlazzjoni mfassla sabiex tiżgura li l-manifattura ta’ fjuwils minn materja prima tal-ħaxix ma tipperikolax is-sigurtà ta’ l-ikel.

Ġustifikazzjoni

L-għan primarju tal-politika agrikola komuni hi s-sigurtà ta’ l-ikel. Il-materja prima għal fjuwils ibbażati fuq il-pjanti hija mkabbra fuq l-istess art bħall-prodotti ta’ l-ikel. Għal din ir-raġuni, tinħtieġ leġiżlazzjoni sabiex tiżgura li l-użu ta’ fjuwils ibbażati fuq il-pjanti ma tipperikolax is-sigurtà ta’ l-ikel, anke f’pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda 10

PREMESSA 15

(15) Blending ethanol in petrol results in a non-linear change of the vapour pressure of the resulting fuel mixture. To ensure that the vapour pressure of the petrol resulting from blending any two legal petrol-ethanol blends remains within the legal vapour pressure limit, it is necessary to define the permitted vapour pressure waiver for such mixtures so that it corresponds to the actual increase in vapour pressure that results from adding a given percentage of ethanol to petrol.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Istrateġija Tematika dwar it-tniġġis ta' l-arja tas-26 ta' Settembru 2006, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex bejn l-2010 u l-2020, tnaqqas b'55% l-komposti organiċi volatili (VOC) li jiffurmaw l-ożonu, . Żieda fl-emissjonijiet ta’ VOCs, u dan ikun il-każ jekk tiġi applikata deroga għall-etanol, la hija konformi mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u lanqas ma hija ġustifikata. Hemm modi oħra kif il-bijofjuwils jitħalltu ma' fjuwils konvenzjonali li ma jwasslux għal żieda fil-pressjoni tal-fwar. Għalhekk, deroga għall-etanol m'hijiex ġustifikata u għandha titħassar.

Emenda 11

PREMESSA 16

(16) In order to encourage the use of low-carbon fuels while respecting air pollution targets, petrol refiners should ideally make available low vapour pressure petrol in the volumes required. As this is not for the moment the case, the vapour pressure limit for ethanol blends is increased in order to allow the biofuels market to develop.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda fil-pressjoni massima tal-fwar kif proposta mill-Kummissjoni Ewropea ma tistax tiġi ġustifikata permezz ta’ raġunijiet ambjentali u raġunijiet relatati mas-saħħa.

Emenda 12

PREMESSA 16 A (gdida)

(16a) L-ispeċifikazzjonijiet għall-petrol, id-diżil u n-nafta kellhom jiġu riveduti qabel il-31 ta’ Diċembru 2005. Id-dewmien tefa’ lura bl-istess mod l-isforzi għall-kisba ta’ l-objettivi politiċi ta’ l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fis-settur tat-trasport.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 2003/30 inkludiet dispożizzjoni li l-ispeċifikazzjonijiet għall-petrol, id-diżil u n-nafta jiġu riveduti qabel il-31 ta’ Diċembru 2005.

Emenda 13

PREMESSA 16 B (ġdida)

(16b) Sabiex ma tkomplix iżżid mad-dewmien fil-kisba ta’ l-objettivi għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra fis-settur tat-trasport, il-Kummissjoni għandha tieħu passi sabiex tagħmilha possibbli għall-Istati Membri li mingħajr ebda dewmien jawtorizzaw it-taħlit dirett ta’ l-etanol mal-petrol.

Ġustifikazzjoni

Ikun inkonċepibbli li jkompli jiżdied id-dewmien li ilu għaddej sa minn Diċembru 2005. Bil-għan li jonqos l-impatt tad-dewmien, għandha tingħata deroga lil dawk l-Istati Membri li, b’konformità ma’ l-objettivi ta’ l-Unjoni Ewropea dwar tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra, jimplimentaw jew jixtiequ jimplimentaw il-miżuri stipulati fid-direttiva billi jinkoraġġixxu l-inkorporazzjoni diretta ta’ l-etanol fl-petrol.

Emenda 14

PREMESSA 16 C (ġdida)

(16c) Billi l-fjuwils il-ġodda jistgħu joħolqu riskji għal uħud mill-magni aktar qodma, jeħtieġ l-konsumaturi igawdu disponibilità ta’ informazzjoni preċiżait permezz tat-tikkettar xieraq tal-fjuwils li fihom livell ogħla ta’ bijofjuwils minn dawk li huma kummerċjalizzati fil-preżent.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tal-proposta għal direttiva għandhom jirriflettu mill-qrib l-interessi tal-konsumaturi, li mingħajr l-objettivi ta’ l-Unjoni Ewropea dwar tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra ma jistgħux jintlaħqu. Dan huwa partikularment il-każ għal konsumaturi li għandhom vetturi antiki li mhumiex imfassla sabiex jaħdmu fuq il-fjuwils il-ġodda.

Emenda 15

PREMESSA 19

(19) In the framework of setting a new mechanism for monitoring greenhouse gas emissions, power should be conferred on the Commission to establish the methodology to be used in reporting on the lifecycle greenhouse gas emissions from road transport fuel and fuel used for non-road mobile machinery. Since those measures as those for the adaptation of the permitted analytical methods provided for in Article 10 of Directive 98/70/EC, are of general scope and are designed to supplement this Directive by the addition of new non-essential elements, they should be adopted in accordance with the regulatory procedure with scrutiny provided for in Article 5a of Decision 1999/468/EC.

(19) Fil-qafas li jiġi stabbilit mekkaniżmu ġdid għall-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li twaqqaf, fuq il-bażi tal-linji gwida definiti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-metodoloġija li trid tiġi użata fir-rapportaġġ dwar iċ-ċiklu tal-ħajja ta' l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra mill-fjuwil li jintuża għat-trasport fit-triq u mill-fjuwil li jintuża għal makkinarju mobbli li ma jintużax fit-toroq. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta b’mod regolari lill-Parlament Ewropew dwar il-problemi li tiltaqa’ magħhom, b’mod partikulari fil-każ ta’ dewmien fl-implimentazjoni ta’ dawn il-miżuri. Minħabba li dawn il-miżuri, bħal dawk għall-adattament tal-metodi analitiċi permissibbli skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/70/KE, għandhom ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jissuplementaw din id-Direttiva biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, dawn il-miżuri iridu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni tipproponi l-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bijofjuwils u biex wara jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet. Mil-lat demokratiku, huwa importanti li l-Parlament u l-Kunsill għandhom jiddeterminaw id-direzzjoni li għandha tittieħed mill-metodoloġija użata għall-monitoraġġ aktar milli titħalla kompletament f'idejn il-komitoloġija.

It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra, b’mod partikulari fis-settur tat-trasport, huwa wieħed mill-objettivi ewlenin stipulati mill-Parlament, li jservi sabiex jesprimi t-tħassib taċ-ċittadini Ewropej kollha f’dan il-qasam. Għaldaqstant qed jitlob li jkun involut fl-istadji kollha tat-tħejjija tal-miżuri dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra u, mill-inqas, li jiġi infurmat dwar kwalunkwe dewmien fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri.

Emenda 16

PREMESSA 21

(21) Biofuel technologies are evolving. Further research is needed into all possible approaches to convert biomass into transport fuel. It is therefore appropriate that a balanced approach should be taken to the limits set in the Directive with a view to increase, if appropriate, the use of different biofuels. These include: methanol, ethanol, higher order alcohols, ethers and other oxygenates.

(21) It-teknoloġiji sostenibbli tal-bijofjuwils qed jevolvu. Hemm bżonn ta’ iktar riċerka dwar il-metodi kollha possibbli biex il-bijomassa tiġi konvertita fi fjuwil li jintuża għat-trasport. Hu għalhekk xieraq li jintuża approċċ bbilanċjat u newtrali mil-lat ta’ teknoloġija għal-limiti stabbiliti fid-Direttiva bil-ħsieb li jiżdied, jekk xieraq, l-użu ta’ bijofjuwils sostenibbli differenti. Dawn jinkludu: metanol, etanol, alkoħol ta’ livell ogħla, eteri u ossiġenati oħra. Minħabba l-kontroversja sostanzjali fost l-esperti fid-dinja tax-xjenza u fis-soċjetà b’mod ġenerali dwar ir-rendiment ta' tnaqqis ta' gass b'effett serra u l-effetti sekondarji tal-produzzjoni tal-bijofjuwils ta' l-ewwel ġenerazzjoni (etanol/diżil mill-uċuħ tar-raba’), ta' l-anqas 50% tal-bijofjuwils li jikkwalifikaw għall-mira ta' gass b'effett serra f'din id-Direttiva u għal kwalunkwe stimulant finanzjarju jew stimulant ieħor għandhom ikunu bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni (fjuwil minn materjali 'lignocellulosic') bil-għan li l-bijofjuwils ta' l-ewwel ġenerazzjoni jinqatgħu sa l-2020.

Ġustifikazzjoni

Ħafna bijofjuwils ta' l-ewwel ġenerazzjoni għandhom effett dgħajjef rigward it-tnaqqis ta' gass b'effett serra meta mqabbla mal-fjuwils fossili. Barra minn hekk hemm effetti sekondarji ambjentali u soċjali ħżiena. Il-bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni jwiegħdu rendiment aħjar minħabba l-produzzjoni aktar għolja tagħhom, minħabba li huma uċuħ tar-raba' perenni, il-metodi ta' tkabbir ma jinvolvux tħaddim tal-ħamrija u għandhom domanda aktar baxxa ta’ 'inputs' agrikoli. Għal futur sostenibbli tal-bijofjuwils fl-UE, għandhom jingħataw spinta l-fjuwils tat-tieni ġenerazzjoni biss.

Emenda 17

PREMESSA 22 A (gdida)

 

(22a) Ġew żviluppati teknoloġiji tal-magni ġodda u aktar nodfa għall-bastimenti ta’ l-ilmijiet interni. Dawn il-magni jistgħu jiġu alimentati biss bi fjuwil b'livell baxx ħafna ta' kubrit. Il-kontenut ta' kubrit tal-fjuwils għall-bastimenti ta' l-ilmijiet interni se jitnaqqas malajr kemm jista' jkun u f'pass wieħed.

Ġustifikazzjoni

Magni moderi u nodfa tal-vapuri b'tekniki ġodda ta' filtraġġ kontra t-tniġġis ta' l-arja huma kompatibbli biss ma' fjuwils b'kontenut ta' kubrit baxx ħafna. Il-Kummissjoni pproponiet li l-kontenut tal-kubrit fil-fjuwils użati fit-tbaħħir fl-ilmijiet interni jitnaqqas f'żewġ stadji. Madankollu, ikun aħjar li titħaffef l-introduzzjoni ta' fjuwils b'livell baxx ta' kubrit u jiġu kkumbinati ż-żewġ stadji.

Emenda 18

ARTIKOLU 1, PUNT -1 (ġdid)

Artikolu 1 (Direttiva 98/70/KE)

 

-1. L-Artikolu 1 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

“Artikolu 1

 

Qasam ta’ applikazzjoni

 

Din id-Direttiva tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi fuq bażijiet ta' saħħa u ambjentali għal fjuwils biex jintużaw għal vetturi mgħammra b'magni ‘positive ignition’ u ‘compression ignition’ u teknoloġiji oħra ta' magni tal-vetturi."

Ġustifikazzjoni

S'issa, id-direttiva dwar il-kwalità tal-fjuwil irregolat biss il-kwalità tal-fjuwils; skond l-emenda proposta, se jiġi introdott ukoll rekwiżit ta' tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra għall-fjuwils. Il-fornituri tal-fjuwils għandhom ikunu jistgħu jikkonformaw ma' dan ir-rekwiżit, inter alia, billi jipproduċu fjuwils differenti, bħall-idroġenu, b'bilanċ tajjeb mil-lat ta' gassijiet b'effett serra. Sabiex din l-għażla tkun possibbli, jeħtieġ jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva.

Emenda 19

Artikolu 1, Punt 1

Artikolu 2, Paragrafu 1, Punt 5 (Direttiva 98/70/KE)

5. Arctic or severe winter conditions means average winter temperatures during the period from October to April in the region or Member State concerned which are below the average for the Community.

5. ‘Kundizzjonijiet ta’ temperaturi ambjentali sajfin baxxi’ tfisser temperaturi sajfin medji waqt il-perjodu minn Mejju sa Settembru fir-reġjun jew fl-Istat Membru kkonċernat li jkunu taħt il-medja tal-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwils 98/70/KE (emendata bl-2003/17/KE) aċċettat il-ħtieġa għal pressjoni tal-fwar ogħla (70kPa) u għal perjodu tas-sajf iqsar fl-Ewropa ta' Fuq biex tassigura l-operabilità tal-vettura (cold-start) u biex timminimizza l-possibiltà li static ignition jikkawża nirien waqt li l-vettura tkun qed tieħu l-fjuwil fil-bidu u fi tmiem il-perjodu tas-sajf f'pajjiżi kesħin bħall-Iskandinavja u partijiet mir-Renju Unit.

Il-limitu ogħla ta’ pressjoni tal-fwar fis-sajf (70kPa) jirrikonoxxi wkoll li emissjonijiet evaporattivi tal-VOC fl-Ewropa ta' Fuq kienu ser jonqsu minħabba t-temperaturi ambjentali sajfin aktar baxxi u r-rendiment ambjentali ser ikunu konformi mal-bqija ta' l-Ewropa.

Emenda 20

ARTIKOLU 1, PUNT 1 A (ġdid)

Artikolu 2, paragrafu 1, punt 5 a (ġdid) (Direttiva 98/70/KE)

 

1a. Fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 2, jiddaħħal il-punt 5a li ġej:

 

"5a. 'Ir-rendiment ta' gassijiet b'effett serra' tfisser l-ammont ta' gassijiet b'effett serra fil-fjuwils, imkejla f'ekwivalenti ta' CO2, flimkien ma' l-ammont ta' ekwivalenti ta' CO2 prodott minħabba l-proċess ta' estrazzjoni u produzzjoni, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-bidliet ta' l-użu ta' l-art, wara li jitnaqqas l-iffrankar ta' l-emissjonijiet ta' ekwivalenti ta' CO2 minħabba l-qabda u l-ħażna jew bjar relatati mal-produzzjoni tal-fjuwils."

Ġustifikazzjoni

Il-fornituri tal-fjuwils għandhom itejbu r-rendiment tal-fjuwils fir-rigward tal-gassijiet b'effett serra b'10% sa l-2020. Hemm bżonn li jiġi definit eżattament xi jfisser dan il-kunċett.

Emenda 21

ARTIKOLU 1, PUNT 2 (B A) (ġdid)

Artikolu 3, paragrafu 2, punt (c a) (ġdid) (Direttiva 98/70/KE)

 

(ba) Fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt (ca) li ġej:

"(ca) L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012, il-petrol bla ċomb li jkollu kontenut ta’ bijo-etanol ta’ mill-inqas 70% mill-volum ikun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet ambjentali stipulati fl-Anness VIa."

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jiġu introdotti speċifikazzjonijiet ambjentali dettaljati għall-petrol il-ġdid E 85, minħabba l-kontenut għoli ta’ bijo-etanol tiegħu ta’ mill-inqas 70% mill-volum.

Emenda 22

ARTIKOLU 1, PUNT 2 (C)
Artikolu 3, paragrafu 3, subparagrafu 1, (Direttiva 98/70/KE)

3. Fuel meeting the specification set out in Annex III shall be marked in the national language or languages "Low biofuel petrol".

3. Il-fjuwil li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni stipulata fl-Anness III m’għandux jirrikjedi tikkettar speċifiku fir-rigward tal-livell ta’ etanol jew ethyl tert-butyl ether (ETBE) li jkun fih.

Ġustifikazzjoni

Il-flotta attwali ta’ vetturi ta’ l-Unjoni Ewropea tista’ tuża fjuwils li jinkorporaw sa 5% etanol jew sa 15% ETBE. L-użu ta’ petrols li fihom inqas minn 5% etanol jew inqas minn 15% ETBE issa sar prattika komuni fl-Istati Membri ta’ l-UE. Ir-referenza għal kontenut baxx ta’ etanol jew ETBE għaldaqstant m’għadhiex fundamentali sabiex il-konsumatur ikun informat b’mod preċiż.

Emenda 23

ARTIKOLU 1, PUNT 2 (C)

Artikolu 3, paragrafu 3, subparagrafu 2, (Direttiva 98/70/KE)

Fuel meeting the specification set out in Annex V shall be marked in the national language or languages "High biofuel

petrol".

Il-fjuwil li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni stipulata fl-Anness V għandu jiġi mmarkat fil-lingwa jew fil-lingwi nazzjonali bħala "Petrol tal-bijofjuwil".

Ġustifikazzjoni

Sabiex l-affarijiet ikunu ċari għall-konsumatur, it-terminu 'petrol b'livell għoli ta' bijofjuwisl' għandu jkun riżervat għal petrol li ġenwinament ikun fih persentaġġ għoli ta' bijofjuwils. Għalhekk, il-petrol li jkun fih bejn 0vol% sa 5vol% ta' bijofjuwils għandu jissejjaħ 'petrol b'livell baxx ta' bijofjuwils' u l-petrol li jkollu kontenut ogħla minn 5vol% ta' bijofjuwils għandu jissejjaħ 'petrol tal-bijofjuwil'.

Emenda 24

ARTIKOLU 1, PUNT 3 (C)

Artikolu 4, paragrafu 5 (Direttiva 98/70/KE)

5. Member States shall ensure, that gas oils intended for use by non-road mobile machinery and agricultural and forestry tractors marketed within their territory after 1 January 2008 contain less than 1000mg/kg of sulphur. By 31 December 2009 at the latest, the maximum permissible sulphur content of gas oils intended for use by non-road mobile machinery and agricultural and forestry tractors, excluding inland waterway vessels, shall be 10 mg/kg.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, li n-nafta maħsuba għall-użu minn makkinarju mobbli li ma jintużax fit-toroq u minn tractors agrikoli u forestali, imqiegħda fis-suq fit-territorju tagħhom wara l-1 ta' Jannar 2008, ikun fiha inqas minn 1000mg/kg ta' kubrit. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009, il-kontenut massimu permissibbli ta' kubrit tan-nafta maħsuba għall-użu minn makkinarju mobbli li ma jintużax fit-toroq u minn tractors agrikoli u forestali, inklużi l-bastimenti ta' l-ilmijiet interni, għandu jkun ta' 10mg/kg.

 

Dan ma jipprekludix rekwiżiti ulterjuri għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet mill-magni tal-bastimenti.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009, in-nafta maħsuba għall-użu minn makkinarju mobbli li ma jintużax fit-toroq u minn bastimenti ta' l-ilmijiet interni tkun konformi mal-kwalità tal-fjuwil tad-diżil ta' fuq it-triq kif speċifikat skond l-Anness IV.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni tipproponi li l-kontenut ta' kubrit ta' fjuwil għal makkinarju mobbli li ma jintużax fit-toroq u għal tractos agrikoli u makkinarju forestali għandu jitnaqqas. Dawn il-fjuwils għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet kollha li japplikaw għall-vetturi tat-triq, kif stipulat f’Anness IV. Il-fjuwils maħsuba għall użu minn bastimenti ta' l-ilmijiet interni għandhom ikunu konformi bl-istess mod, mingħajr il-preklużjoni ta’ sforzi għal tnaqqis ulterjuri fir-rigward tat-teknoloġija tal-magni tal-bastimenti.

Emenda 25

ARTIKOLU 1, PUNT 3 (D)

Artikolu 4, paragrafu 6 (Direttiva 98/70/KE)

(d) The following paragraph 6 is added:

imħassar

"6. Member States shall ensure that, by 31 December 2009 at the latest, the maximum permissible sulphur content of gas oils intended for use by inland waterway vessels is 300 mg/kg. Member States shall ensure that this is reduced to 10mg/kg by 31 December 2011 at the latest."

 

Ġustifikazzjoni

B’konsistenza ma’ l-emenda ta’ l-istess awturi għall-paragrafu preċedenti sabiex il-fjuwils maħsuba għall-bastimenti ta’ l-ilmijiet interni jiġu konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwils għal makkinarju li ma jintużax fit-toroq u għal vetturi tat-toroq, u b’hekk jintroduċi r-rekwiżit ta’ 10mg/kg aktar kmieni.

Huwa prematur u mhux ġustifikat li jitbaxxa l-kontenut ta’ kubrit ta’ fjuwils użati minn bastimenti ta’ l-ilmijiet interni. Sabiex jibbenefikaw b’mod sħiħ, jeħtieġ li l-bastimenti ikunu mgħammra b’teknoloġiji ta’ Trattament tal-Gass ta’ l-Exhaust. Fin-nuqqas ta’ dan it-tip ta’ rekwiżit, tnaqqis fil-kontenut tal-kubrit ser iwassal għal żieda nett ta’ emissjonijiet ta’ CO2 fil-livell tar-raffinerija meta mqabbel mal-kontribut relattivament insinjifikanti ta’ emissjonijiet ta’ SO2 mit-tbaħħir fl-ilmijiet interni.

Emenda 26

ARTIKOLU 1, PUNT 4 (B)

Artikolu 6, paragrafu 1 a (Direttiva 98/70/KE)

1a. By way of derogation from Annex III, a Member State may take measures to ensure that in the whole of its territory or in specific areas, where these are subject to extremely cold average winter temperatures, a higher vapour pressure be permitted than that specified as the maximum for the summer period as set out in footnote 5 of Annex III and footnote 4 of Annex V.

1a. Bħala deroga mill-Anness III, Stat Membru jista' jieħu miżuri biex jiżgura li fit-territorju kollu tiegħu jew f'zoni speċifiċi, fejn dawn ikunu soġġetti għal temperaturi ambjentali sajfin baxxi, tkun permessa pressjoni tal-fwar ogħla minn dik speċifikata bħala l-massimu għall-perjodu tas-Sajf kif stipulat fin-nota ta' qiegħ numru 5 ta' l-Anness III u fin-nota ta' qiegħ numru 4 ta' l-Anness V."

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwils 98/70/KE (emendata bl-2003/17/KE) aċċettat il-ħtieġa għal pressjoni tal-fwar ogħla (70kPa) u għal perjodu tas-sajf iqsar fl-Ewropa ta' Fuq biex tassigura l-operabilità tal-vettura (cold-start) u biex timminimizza l-possibiltà li static ignition jikkawża nirien waqt li l-vettura tkun qed tieħu l-fjuwil fil-bidu u fi tmiem il-perjodu tas-sajf f'pajjiżi kesħin bħall-Iskandinavja u partijiet mir-Renju Unit. Il-limitu ogħla ta’ pressjoni tal-fwar fis-sajf (70kPa) jirrikonoxxi wkoll li emissjonijiet evaporattivi tal-VOC fl-Ewropa ta' Fuq kienu ser jonqsu minħabba t-temperaturi ambjentali sajfin aktar baxxi sabiex ir-rendiment ambjentali jkun konformi mal-bqija ta' l-Ewropa.‑{}

Emenda 27

ARTIKOLU 1, PUNT 5

Artikolu 7 a (Direttiva 98/70/KE)

 

 

 

 

1. From 1 January 2009, Member States shall require suppliers of fuels for road transport and non-road mobile machinery that are placed on the market, to monitor and report the life-cycle greenhouse gas emissions from those fuels.

1. Mill-1 ta' Jannar 2010, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-fornituri tal-fjuwils li jitqiegħdu fis-suq għat-trasport tat-triq u għal makkinarju mobbli li ma jintużax fit-toroq, jimmonitorjaw u jirrapportaw iċ-ċiklu tal-ħajja ta' l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra minn dawk il-fjuwils.

2. From 1 January 2011, Member States shall require suppliers of fuels for road transport and non-road mobile machinery that are placed on the market, to reduce the emissions of greenhouse gas emissions from those fuels. The reduction shall equal an additional 1% of the emissions in 2010 per year for each calendar year up to and including 2020. The level of life-cycle greenhouse gas emissions per unit of energy reported in 2020 shall be no greater than 90% of the level reported in 2010.

2. 2. Mill-1 ta' Jannar 2012, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-fornituri tal-fjuwils li jitqiegħdu fis-suq għat-trasport tat-triq u għal makkinarju mobbli li ma jintużax fit-toroq, inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gass b'effett serra minn dawk il-fjuwils għal kull unità ta’ enerġija. It-tnaqqis fl-emissjonijiet imqabbel mas-sena bażi għandu jkun ugwali għal mill-inqas 2% addizzjonali ta' l-emissjonijiet fl-2010 kull sentejn għal kull sentejn kalendarji sa u inkluża s-sena 2020. Il-livell ta' emissjonijiet ta' gass b'effett serra prodott tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kull unità ta' enerġija rrapportat fl-2020 m'għandux ikun ikbar minn 90% tal-livell irrapportat fl-2010.

3. The measures necessary for the implementation of the monitoring, reporting and verifying of the lifecycle greenhouse gas emissions based on a precise definition of the elements to take into account for the calculation of these emissions to meet the obligations in paragraphs 1 and 2 of this Article, designed to amend non-essential elements of this Directive by supplementing it, shall be adopted in accordance with the procedure referred to in Article 11(2).

3. Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-monitoraġġ, ir-rapportaġġ u l-verifika ta' l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra prodott tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal kull unità ta' enerġija bbażati fuq definizzjoni preċiża ta' l-elementi li għandhom jitqiesu għall-kalkolu ta' dawn l-emissjonijiet biex jiġu ssodisfati l-obbligi fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, maħsub biex jemenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentaha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2) fuq il-bażi tal-linji gwida kif spjegat fl-Anness Via u r-rapport imsemmi f’Artikolu 9a.

Emenda 28

ARTIKOLU 1, PUNT 5

Artikolu 7 b (Direttiva 98/70/KE)

Article 7b

imħassar

Ethanol blended into petrol

 

The measures relating to the details concerning the blending of ethanol into petrol and, in particular, the vapour pressure as set out in Annex VI and possible alternatives, and designed to amend non-essential elements of this Directive, inter alia by supplementing it, shall be adopted in accordance with the procedure referred to in Article 11(2).

 

Ġustifikazzjoni

Isegwu fuq l-emendi tal-premessi 15 u 16 ta' l-istess awtur.

Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Istrateġija Tematika dwar it-tniġġis ta' l-arja tas-26 ta' Settembru 2006, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex bejn l-2010 u l-2020, tnaqqas b'55% il-komposti organiċi volatili li jiffurmaw l-ożonu. Żieda fl-emissjonijiet tal-VOC, li sseħħ jekk tiġi applikata deroga għall-etanol, la hija konformi mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u lanqas ma hija ġustifikata. Hemm modi oħra kif il-bijofjuwils jitħalltu ma' fjuwils konvenzjonali li ma jwasslux għal żieda fil-pressjoni tal-fwar. Għalhekk, deroga għall-etanol m'hijiex ġustifikata u għandha titħassar.

Emenda 29

ARTIKOLU 1, PUNT 5

Artikolu 7 ba (ġdid) (Direttiva 98/70/KE)

 

Artikolu 7ba

 

Kriterji ta’ sostenibilità għall-bijofjuwils u l-bijomassa

 

1. 1. Xejn ħlief dawk il-fjuwils u l-materjal mhux fossili li jingħalef lil magna li jissodisfaw il-kriterji għas-sostenibiltà tal-produzzjoni u li jistgħu jagħtu prova tar-rendiment tal-gass b’effett serra fuq il-bażi taċ-ċiklu tal-ħajja kif stipulat fl-Anness VIb ma għandhom jitqiesu li jikkontribwixxu għall-objettiv ta’ Artikolu 7a.

 

2. L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw ftehimiet bilaterali u multilaterali, suġġetti għall-awditjar u l-verifika minn terza parti, bejn il-Komunità u pajjiżi terzi bħala prova li l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness VIb ġew sodisfati.

 

3. L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw evidenza ta' konformità ma' skemi volontarji internazzjonali li jistipulaw standards għall-produzzjoni sostenibbli ta' prodotti agrikoli jew forestali bħala prova li l-kundizzjonijiet relevanti speċifikati fl-Anness VIb ġew sodisfati, sakem dawn l-iskemi jkunu ġew akkreditati li jilħqu standards adegwati ta' affidabilità, trasparenza u verifika minn parti terza. Lista ta' skemi li jissodisfaw dawn il-kriterji se tiġi ppublikata u aġġornata perjodikament.

 

Il-kriterji ta' sostenibiltà kif spjegati fl-Anness VIb għandhom jiġu adottati bil-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2). Dawn il-kriterji jikkonsistu f’sett minimu ta’ kriterji li jista’ jkompli jiġi żviluppat fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ Direttiva 2003/30/KE.

Emenda 30

ARTIKOLU 1, PUNT 6

Artikolu 8 a (Direttiva 98/70/KE)

The Commission shall continue to develop a suitable test methodology concerning the use of metallic additives in fuel.

L-użu ta' l-addittiv metalliku MMT fil-fjuwils għandu jiġi pprojbit mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa metodoloġija ta' ttestjar adegwata rigward l-użu ta' addittivi metalliċi fil-fjuwils barra l-MMT.

Ġustifikazzjoni

F'xi Stati Membri, l-MMT huwa miżjud mal-petrol sabiex itejjeb il-kwalità tal-petrol impurtat mir-Russja. L-użu ta' dan u ta' addittivi metalliċi oħra huwa ta' ħsara kbira għall-ambjent. L-MMT jista' jiġi sostitwit faċilment b'sustanzi li jagħmlu inqas ħsara, u għalhekk l-użu ta' dan l-addittiv għandu jiġi pprojbit mill-2010. Fir-rigward ta' addittivi metalliċi oħra, il-Kummissjoni se tfassal metodoloġija adegwata ta’ ttestjar.

Emenda 31

ARTIKOLU 1, PUNT 7

Artikolu 9, paragrafu 2, punt (a) (Direttiva 98/70/KE)

(a) the use of biofuels in the framework of this Directive and the use and evolution of automotive technology, having regard to the goal to achieve a minimum of 10% biofuel use in transport fuel by 2020, set out in the Commission's Strategic Energy Review*, and the goal of decarbonising transport fuel;

(a) l-għan tad-dekarbonizzazzjoni tal-fjuwil għat-trasport u l-użu tal-bijofjuwils għall-kisba ta’ dan il-għan, l-effetti negattivi tal-produzzjoni tal-bijofjuwil fuq l-ambjent, fuq iz-zoni ta’ konservazzjoni, direttament u indirettament, u fuq il-kundizzjonijiet soċjali u l-prezzijiet ta’ l-ikel fil-pajjiżi kollha ta’ produzzjoni;

Ġustifikazzjoni

Il-monitoraġġ tal-progress fid-dekarbonizzazzjoni tal-fjuwil għat-trasport huwa importanti sabiex ikun possibbli l-indħil jekk dan ikun meħtieġ. Għall-bijofjuwils, ‘Kontroll tas-Saħħa’ huwa neċessarju, meta wieħed iqis il-ħafna inċertezzi li jeżistu rigward dan il-prodott. Minħabba l-ħafna effetti negattivi potenzjali, ir-riżultat tal-Kontroll tas-Saħħa għandu jintuża għal reviżjoni sħiħa tal-politika tal-bijofjuwils jekk ikun meħtieġ. Ir-rapport riċenti ta’ l-OECD ukoll iqajjem mistoqsijiet serji dwar il-politika li tagħti spinta lill-bijofjuwils.

Wieħed mill-aktar punti importanti ta’ kontroll hu li jiġi evalwat jekk is-setgħa tax-xiri tax-xerrejja tal-fjuwils hux ser jimbotta ‘l barra mis-suq lix-xerrejja ta’ l-ikel f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, u sabiex ikun evalwat jekk id-diforestazzjoni minħabba l-bijofjuwils, kemm direttament u kemm indirettament, tkun waqfet wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Din l-evalwazzjoni għandha ssir b’koperazzjoni mal-FAO/UNEP.

Emenda 32

ARTIKOLU 1, PUNT 7

Artikolu 9, paragrafu 2, punt (c) (Direttiva 98/70/KE)

(c) limits of vapour pressure for ethanol blended into petrol;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni hi żbilanċjata minħabba li tippromwovi biss sors wieħed ta’ komponent ta’ bijofjuwils (etanol) għad-detriment ta’ oħrajn. Użu akbar ta’ etanol hu inkompatibbli ma’ ħafna sistemi eżistenti tal-fjuwil tal-vetturi, u ser jirriżulta f’żieda fl-emissjonijiet ta’ fwar li jniġġes, li jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta’ tniġġiż ta’ l-Ożonu fil-livell ta’ l-art, u jista’ jwassal għal imwiet prematuri f’nies li għandhom diffikultajiet tan-nifs jew problemi tal-qalb. Huwa importanti li tkun permessa aktar flessibilità sabiex jintużaw ukoll bijo-komponenti oħra (bħal bijo-ETBE, bijo-TAEE, bijometanu li jiġġedded, gass naturali jew idroġenu).

Emenda 33

ARTIKOLU 1, PUNT 7

Artikolu 9, paragrafu 2, punt (f) (Direttiva 98/70/KE)

(f) the use of metallic additives in fuels.

(f) l-użu ta' addittivi metalliċi fil-fjuwils ħlief l-MMT.

Ġustifikazzjoni

Ara n-nota spjegattiva għall-Emenda 34.

Emenda 34

ARTIKOLU 1, PUNT 7

Artikolu 9, paragrafu 2, punt (f a) (ġdid) (Direttiva 98/70/KE)

 

(fa) il-volum totali ta' komponenti użati fil-petrol u d-diżil filwaqt li titqies il-leġiżlazzjoni ambjentali ta' l-UE inklużi l-objettivi tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma1 u d-direttivi li jsegwuha.

_______

1 ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Direttiva kif emendata minn Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331 tal-15.12.2001, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Hemm evidenza li l-ilmijiet xi kultant jitniġġsu b'komponenti użati fid-diżil jew fil-petrol, bħall-MTBE jew l-ETBE, jew komponenti oħra bħall-benżina. Dan għandu jiġi investigat fid-dawl tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u leġiżlazzjonijiet ambjentali oħra ta' l-UE.

Emenda 35

ARTIKOLU 1, PUNT 7 A (ġdid)

Artikolu 9 a (ġdid) (Direttiva 98/70/KE)

 

7a. Jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej:

 

"Article 9a

 

Rapport

 

1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, sal-31 ta’ ġunju 2008, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq il-bażi tal-linji gwida kif spjegat f’Anness Via fejn hi tikkjarifika:

 

(a) il-metodoloġija għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-fjuwils użati għat-trasport fit-toroq;

 

(b) ir-relazzjoni ta’ kwalunkwe mekkaniżmu ta’ tnaqqis ma’ l-Iskema ta’ l-UE dwar l-Iskambju ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet u l-impenji ta’ l-Istati Membri skond il-Protokoll ta’ Kyoto;

(c) id-definizzjoni tas-sena ta’ bażi."

Emenda 36

ARTIKOLU 1, PUNT 12, PARAGRAFU - 1 (ġdid)

Anness III, tabella (Direttiva 98/70/KE)

 

Fir-ringiela għal "Pressjoni tal-fwar, perjodu tas-Sajf", iċ-ċifra fil-kolonna "Massimu" hija sostitwita b' "56,0 (5)".

Ġustifikazzjoni

L-Anness III japplika għal petrol b'taħlita ta' bijofjuwils miżjuda ta' bejn 0% u 5%. Minħabba li jkun fih bejn 5% u 10% ta' bijofjuwils jissejjaħ 'petrol b'livell baxx ta' bijofjuwil', huwa xieraq li wieħed ikompli jirreferi għall-kategorija ta' bejn 0% u 5% sempliċement bħala 'petrol', kif huwa l-każ fid-Direttiva 98/70/KE attwali mhux emendata.

Emenda 37

ARTIKOLU 1, PUNT 12, PUNT – 1 A (ġdid)

Anness III, nota 4 ta’ qiegħ il-paġna (Direttiva 98/70/KE)

 

In-nota 4 ta’ qiegħ il-paġna hi modifikata billi l-kliem “temp artiku jew xitwa qalila” ġie sostitwit bil-kliem “temperatura ambjentali tas-sajf baxxa”

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwils 98/70/KE (emendata bl-2003/17/KE) aċċettat il-ħtieġa għal pressjoni tal-fwar ogħla (70kPa) u għal perjodu tas-sajf iqsar fl-Ewropa ta' Fuq biex tassigura l-operabilità tal-vettura (cold-start) u biex timminimizza l-possibiltà li static ignition jikkawża nirien waqt li l-vettura tkun qed tieħu l-fjuwil fil-bidu u fi tmiem il-perjodu tas-sajf f'pajjiżi kesħin bħall-Iskandinavja u partijiet mir-Renju Unit. Il-limitu ogħla ta’ pressjoni tal-fwar fis-sajf (70kPa) jirrikonoxxi wkoll li emissjonijiet evaporattivi tal-VOC fl-Ewropa ta' Fuq kienu ser jonqsu minħabba t-temperaturi ambjentali sajfin aktar baxxi sabiex ir-rendiment ambjentali jkun konformi mal-bqija ta' l-Ewropa.

Emenda 38

ARTIKOLU 1, PUNT 12

Anness III, nota 5 ta’ qiegħ il-paġna (Direttiva 98/70/KE)

Footnote 5 is modified by adding the following text: "Where fuel contains ethanol, the maximum summer vapour pressure may exceed 60kPa by the amount shown in the table in Annex VI."

In-nota 5 ta’ qiegħ il-paġna hija sostitwita b'dan li ġej: “ Għall-Istati Membri b’ “kundizzjonijiet ta’ temperaturi sajfin baxxi”, il-pressjoni massima tal-gass m’għandhiex taqbeż 66.0 kPa.”

Ġustifikazzjoni

Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Istrateġija Tematika dwar it-tniġġis ta' l-arja tas-26 ta' Settembru 2006, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex bejn l-2010 u l-2020, tnaqqas b'55% il-komposti organiċi volatili li jiffurmaw l-ożonu. Żieda fl-emissjonijiet tal-VOC, li sseħħ jekk tiġi applikata deroga għall-etanol, la hija konformi mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u lanqas ma hija ġustifikata. Hemm modi oħra kif il-bijofjuwils jitħalltu ma' fjuwils konvenzjonali li ma jwasslux għal żieda fil-pressjoni tal-fwar. Għalhekk, deroga għall-etanol m'hijiex ġustifikata u għandha titħassar.

It-taħlit ta' l-etanol jista' jirriżulta fi pressjoni ikbar tal-fwar. Huwa importanti li jiġi żgurat li din il-leġiżlazzjoni ma tirriżultax f'żieda fil-pressjoni massima permissibli tal-fwar.

Id-deroga kif proposta twassal għal żieda tal-pressjoni tal-fwar sa 68kPa, li tnaqqas il-kwalità ta' l-arja. Għalhekk, il-pressjoni tal-fwar massima globali għandha titnaqqas. B'dan l-approċċ, anki bid-deroga, il-pressjoni tal-fwar massima mhux se taqbeż is-60kPa u t-tniġġis ta' l-arja mhux se jiżdied.

Id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwils 98/70/KE (emendata bl-2003/17/KE) aċċettat il-ħtieġa għal pressjoni tal-fwar ogħla (70kPa) u għal perjodu tas-sajf iqsar fl-Ewropa ta' Fuq biex tassigura l-operabilità tal-vettura (cold-start) u biex timminimizza l-possibiltà li static ignition jikkawża nirien waqt li l-vettura tkun qed tieħu l-fjuwil fil-bidu u fi tmiem il-perjodu tas-sajf f'pajjiżi kesħin bħall-Iskandinavja u partijiet mir-Renju Unit. Il-limitu ogħla ta’ pressjoni tal-fwar fis-sajf (70kPa) jirrikonoxxi wkoll li emissjonijiet evaporattivi tal-VOC fl-Ewropa ta' Fuq kienu ser jonqsu minħabba t-temperaturi ambjentali sajfin aktar baxxi sabiex ir-rendiment ambjentali jkun konformi mal-bqija ta' l-Ewropa.

Emenda 39

ARTIKOLU 1, PUNT 13 (A)

Anness IV, tabella (Direttiva 98/70/KE)

(a) in the row for "Polycyclic Aromatic Hydrocarbons", the entry in the column "Maximum" is replaced by "8".

(a) fir-ringiela għall-"Idrokarbonji Poliċikliċi Aromatiċi", iċ-ċifra fil-kolonna "Massimu" hija sostitwita b' "6".

Ġustifikazzjoni

Huwa mixtieq li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' Idrokarbonji Poliċikliċi Aromatiċi (PACs) għall-minimu assolut. Il-Kummissjoni tixtieq tnaqqas il-kontenut massimu permissibbli ta' PAC minn 11% għal 8%. Madankollu, bħala medja, il-fjuwil fl-UE fih bejn wieħed u ieħor 3% ta' PACs, u f'xi każijiet eċċezzjonali biss ikun fih aktar minn 6%. Il-persentaġġ massimu stipulat għalhekk jista' jkollu tnaqqis ulterjuri għal 6%.

Emenda 40

ARTIKOLU 1, PUNT 15 A (ġdid)
Annessi VI a u VI b (ġodda) (Direttiva 98/70/KE)

 

15a. L-Annessi VIa u VIb huma miżjuda kif stipulat fl-Anness għal din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li jiġi definit b'mod aktar ċar il-mod eżatt kif ir-rendimenti tal-gassijiet b'effett serra tal-fjuwils jiġu mmonitorjati u mnaqqsa. Għal dan il-għan qed jiddaħħlu żewġ annessi ġodda.

Emenda 41

ANNESS

Anness V, sottotitolu (Direttiva 98/70/KE)

Type: High biofuel Petrol

Tip: Petrol bijofjuwil

Ġustifikazzjoni

L-Anness V fih dispożizzjonijiet applikabbli għall-petrol li jkun fih minimu ta’ 5vol% ta’ bijofjuwils. M'huwiex korrett li wieħed jirreferi għal petrol li jkun fih dan it-tip ta' proporzjon ta' bijofjuwils bħala 'petrol b'livell għoli ta' bijofjuwil'. Dan it-terminu għandu jkun riżervat għal petrol li jkun fih ammont aktar sostanzjali ta' bijofjuwils; It-terminu ‘Petrol bijofjuwil’ huwa aktar xieraq.

Emenda 42

ANNESS

Anness V, tabella, ringiela 3, kolonna 4 (Direttiva 98/70/KE)

Vapour pressure, summer period

Pressjoni tal-fwar, perjodu tas-Sajf

60,0 (4)

56,0 (4)

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 40.

Emenda 43

ANNESS

Anness V, tabella, ringiela 7, inċiż 2, kolonna 4 (Direttiva 98/70/KE)

- Ethanol (stabilising agents may be

necessary) %v/v 10

- Etanol (jistgħu jkunu neċessarji aġenti stabilizzanti)

%v/v 5-10

Ġustifikazzjoni

Huwa aħjar li jkollok kategorija waħda ta’ petrol li tinkludi 0-5vol% etanol u t-tieni kategorija ta’ petrol li tinkludi 5-10 vol% etanol.

Emenda 44

ANNESS

Anness V, nota 3 ta’ qiegħ il-paġna (Direttiva 98/70/KE)

(3) The summer period shall begin no later than 1 May and shall not end before 30 September. For Member States with arctic or severe winter conditions, the summer period shall begin no later than 1 June and shall not end before 31 August.

(3) Il-perjodu tas-sajf għandu jibda mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju u ma jispiċċax qabel it-30 ta’ Settembru. Għall-Istati Membri b’kundizzjonijiet ta’ temperaturi sajfin baxxi, il-perjodu tas-sajf għandu jibda mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju u ma jispiċċax qabel il-31 ta’ Awissu.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwils 98/70/KE (emendata bl-2003/17/KE) aċċettat il-ħtieġa għal pressjoni tal-fwar ogħla (70kPa) u għal perjodu tas-sajf iqsar fl-Ewropa ta' Fuq biex tassigura l-operabilità tal-vettura (cold-start) u biex timminimizza l-possibiltà li static ignition jikkawża nirien waqt li l-vettura tkun qed tieħu l-fjuwil fil-bidu u fi tmiem il-perjodu tas-sajf f'pajjiżi kesħin bħall-Iskandinavja u partijiet mir-Renju Unit. Il-limitu ogħla ta’ pressjoni tal-fwar fis-sajf (70kPa) jirrikonoxxi wkoll li emissjonijiet evaporattivi tal-VOC fl-Ewropa ta' Fuq kienu ser jonqsu minħabba t-temperaturi ambjentali sajfin aktar baxxi sabiex ir-rendiment ambjentali jkun konformi mal-bqija ta' l-Ewropa.

Emenda 45

ANNESS

Anness V, nota 4 ta’ qiegħ il-paġna (Direttiva 98/70/KE)

(4) For Member States with arctic or severe winter conditions the maximum vapour pressure shall not exceed 70.0 kPa. Where fuel contains ethanol, the maximum permitted summer vapour pressure may exceed 60kPa by the amount shown in the table in annex VI

(4) Għall-Istati Membri b’kundizzjonijiet ta’ temperaturi sajfin baxxi l-pressjoni massima tal-gass m’għandhiex taqbeż 66.0 kPa. Meta l-fjuwil ikun fih l-etanol, il-pressjoni tal-fwar massima permissibbli tas-sajf tista' taqbeż il-limitu xieraq ta' pressjoni tal-fwar fis-sajf 60kPa jew 70kPA bl-ammont li jidher fit-tabella fl-Anness VI

Ġustifikazzjoni

It-taħlit ta' l-etanol jista' jirriżulta fi pressjoni ikbar tal-fwar. Huwa importanti li jiġi żgurat li din il-leġiżlazzjoni ma tirriżultax f'żieda fil-pressjoni massima permissibli tal-fwar. Għalhekk u b’konformità mal-pressjoni massima tal-fwar fis-sajf, il-pressjoni tal-fwar massima f’kundizzjonijiet klimatiċi artiċi jew b’xitwa kiefra għandha titbaxxa minn 70kPa għal 66kPa.

Id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwils 98/70/KE (emendata bl-2003/17/KE) aċċettat il-ħtieġa għal pressjoni tal-fwar ogħla (70kPa) u perjodu tas-sajf iqsar fl-Ewropa ta' Fuq biex tassigura t-tħaddim tal-vettura (cold-start) u biex timminimizza l-possibiltà li l-istatic ignition jikkawża nirien waqt li l-vettura tkun qed tieħu l-fjuwil fil-bidu u fi tmiem il-perjodu tas-sajf f'pajjiżi aktar kesħin bħall-Iskandinavja u partijiet mir-Renju Unit. Il-limitu ogħla ta’ pressjoni tal-fwar fis-sajf ) jirrikonoxxi wkoll li emissjonijiet evaporattivi tal-VOC fl-Ewropa ta' Fuq kienu ser jonqsu minħabba t-temperaturi ambjentali sajfin aktar baxxi sabiex ir-rendiment ambjentali jkun konformi mal-bqija ta' l-Ewropa.

Emenda 46

ANNESS

Anness VI (Direttiva 98/70/KE)

ANNEX VI

VAPOUR PRESSURE WAIVER PERMITTED FOR PETROL CONTAINING ETHANOL

imħassar

Ethanol content (%v/v)

Vapour pressure waiver permitted (kPa)

 

0

0

1

3.65

2

5.95

3

7.20

4

7.80

5

8.0

6

8.0

7

7.94

8

7.88

9

7.82

10

7.76

The permitted vapour pressure waiver for intermediate ethanol content between the values listed, shall be determined by a straight line extrapolation between the ethanol content immediately above and that immediately below the intermediate value.

 

 

 

Ġustifikazzjoni

Isegwu fuq l-emendi tal-premessi 15 u 16 u l-artikoli 1 punt 5 (Artikolu 7 b ( Direttiva 98/70/KE) u 1 punt 8 (Artikolu 11 (Direttiva 98/70/KE) ta' l-istess awtur.

Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Istrateġija Tematika dwar it-tniġġis ta' l-arja tas-26 ta' Settembru 2006, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex bejn l-2010 u l-2020, tnaqqas b'55% il-komposti organiċi volatili li jiffurmaw l-ożonu. Żieda fl-emissjonijiet tal-VOC, li sseħħ jekk tiġi applikata deroga għall-etanol, la hija konformi mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u lanqas ma hija ġustifikata. Hemm modi oħra kif il-bijofjuwils jitħalltu ma' fjuwils konvenzjonali li ma jwasslux għal żieda fil-pressjoni tal-fwar. Għalhekk, deroga għall-etanol m'hijiex ġustifikata u għandha titħassar.

Emenda 47

Anness VI a (ġdid) (Direttiva 98/70/KE)

 

ANNESS VIA

 

METODU BIEX JITKEJLU L-EMISSJONIJIET TA' GASS B'EFFETT SERRA TUL IĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA TAL-FJUWILS KOLLHA

 

1. 1. Fir-rapportaġġ dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-fjuwils kollha, se jiġu kkunsidrati l-elementi li ġejjin:

 

(a) L-estrazzjoni/il-produzzjoni tal-materja prima, inklużi:

 

- il-mod kif saret l-estrazzjoni, imkejjel jew stmat għal kull sit ta' l-estrazzjoni;

 

- stima ta' l-ammont ta' l-enerġija użata waqt l-estrazzjoni inklużi l-ivvampjar, il-'leakages' u forom oħra ta' użu ta' l-enerġija relatati mal-proċess;

 

- l-impatt tal-bidliet fl-użu ta' l-art inklużi l-ispostjamenti ta' attività agrikola;

 

- l-ammont ta' enerġija użata mill-produzzjoni u l-applikazzjoni ta' sustanzi agrokimiċi għal kull unità ta' enerġija;

 

- l-impatt tal-prodotti sekondarji;

 

- l-użu ta' fjuwil għall-makkinarju ta' produzzjoni għal kull unità;

 

(b) It-trasport u d-distribuzzjoni, inklużi:

 

- it-trasport mill-bir lejn l-ewwel raffinerija jew sit ta' trasferiment fuq il-bażi ta' medja ta' ekwivalenti ta' CO2 għal kull unità ta' enerġija;

 

- in-numru ta' kilometri ta' trasport mill-bir lejn l-ewwel raffinerija jew sit ta' trasferiment;

 

- in-numru ta' kilometri ta' trasport mir-raffinerija jew mis-sit ta' trasferiment sal-punt tal-bejgħ fuq il-bażi ta' medja ta' ekwivalenti ta' CO2 għal kull unità ta' enerġija;

 

(c) Il-konverżjoni/ir-raffinament, inklużi:

 

- l-ammont ta' enerġija użata fil-proċess ta' konverżjoni/raffinar għal kull unità ta' enerġija;

 

- l-ammont ta' ekwivalenti ta' CO2 li jiġi prodott għal kull unità ta' enerġija;

 

(d) Il-prodott finali:

 

- il-kontenut ta' karbonju għal kull unità ta' enerġija.

 

2. Qabel l-1 ta' Jannar 2011, se jiġu mfassla standards ta’ bażi għall-fjuwils li jkunu bbażati fuq l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kif imkejla skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Anness. L-istandards se jikkonsistu fir-riżultati tal-kalkoli tal-fornituri tal-fjuwils bl-aħjar rendiment ġenerali jew il-medja ta' l-aqwa tliet fornituri. Jekk ikun xieraq, tista' ssir distinzjoni bejn żejt mhux raffinat konvenzjonali ħafif u dak tqil.

 

3. Mill-1 ta' Jannar 2012 'il quddiem, it-tnaqqis fl-ekwivalenti ta' CO2 kif spjegat f’Artikolu 7a(2) jista' jkun ibbażat fuq valuri ffissati minn qabel għal kull sit ta' estrazzjoni, jew fuq kontenut fiss ta' ekwivalenti ta' CO2 fuq il-bażi ta' kalkolu mill-estrazzjoni sa l-utilizzazzjoni. Dawn il-valuri ffissati għandhom ikunu konservattivi fl-evalwazzjoni tat-tfaddil ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra. Il-fornituri tal-fjuwil jistgħu jiddevjaw minn dan il-valur b'mod pożittiv jekk ikunu jistgħu jipprovaw li l-prodott tagħhom għandu rendiment iktar baxx ta' gassijiet b'effett ta’ serra meta mqabbel mal-valur li jkun ġie ffissat.

Ġustifikazzjoni

Dan l-Anness jipprovdi linji gwida ta' metodoloġija biex jitkejjel is-CO2 mill-fjuwils kollha (inklużi l-fjuwils fossili, il-bijofjuwils, u l-idroġenu). Jekk il-fornituri jirnexxielhom jilħqu l-miri tagħhom ta' tnaqqis ta’ karbonju stipulati fl-Artikolu 7a permezz ta' l-użu ta' fjuwils ġodda bħall-idroġenu, dan iwassal għal żieda kbira ta' investiment f'teknoloġiji ġodda tal-vetturi.

Il-metodoloġija hija maqsuma fi 3 partijiet: l-ewwel waħda tiddeskrivi l-proċess ta' monitoraġġ ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta’ serra fil-proċess kollu. It-tieni waħda tistipola l-istandards bażiċi għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta’ serra. L-aħħar parti tiddiskrivi l-fażi ta' tnaqqis u tintroduċi l-possibilità li jintużaw valuri definiti minn qabel.

Emenda 48
ANNESS

Anness VI b (ġdid) (Direttiva 98/70/KE)

 

ANNESS VI B

 

KRITERJI TA’ SOSTENIBILITÀ GĦALL-BIJOFJUWILS U L-BIJOMASSA

 

Il-kriterji ta’ bijodiversità u ta’ sostenibiltà soċjali se jkunu bbażati fuq sistema li fiha l-materjal tal-fjuwil li jingħalef lil magna jkun traċċabbli għas-sors tiegħu, u l-kumpaniji kollha fil-katina tal-produzzjoni sostenibbli tal-bijomassa ikunu ċertifikati.

 

1. Il-bijodiversità u l-kriterji ambjentali għandhom jiżguraw, inter alia, li:

 

- ma jkun hemm l-ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-bijodiversità, u b’mod partikolari li ma ssir l-ebda produzzjoni jew estrazzjoni ta’ materjal li jingħalef lil magna viċin zoni naturali ta’ valur jew zoni pubbliċi protetti, sakemm ma jkunux jikkonsistu fi flussi ta’ skart jew f’residwi forestali (wood rests);

 

- ma jkun hemm l-ebda deforestazzjoni jew telf nett ta’ stokkijiet oħra tal-karbonju (bħal wetlands u grasslands permanenti) fuq wiċċ l-art jew taħt l-art minħabba l-produzzjoni ta’ materjal tal-fjuwil li jingħalef lil magni;

 

- ikun hemm konformità ma' konvenzjonijiet u regolamenti internazzjonali, b’mod partikolari l-istandards relevanti ta’ l-ILO u konvenzjonijiet tan-NU għall-protezzjoni ta’ popli indiġeni;

 

- ma jkun hemm ebda effett negattiv sinjifikanti (inter alia skarsezzi ta’ l-ilma) fuq ir-riżorsi ta’ l-ilma minħabba l-produzzjoni tal-bijofjuwils;

 

- il-kwalità ta’ l-arja, ta’ l-ilma u tal-ħamrija ma tiġix affetwata negattivament bl-estrazzjoni jew bil-produzzjoni ta’ fjuwil li jingħalef lil magni;

 

- ikun hemm rappurtaġġ regolari obbligatorju biex ikun assigurat li ma jkun hemm l-ebda impatti negattivi u indiretti sinjifikanti ta’ bidla fl-użu ta’ l-art jew ta’ spostjament ta’ l-attivitajiet agrikoli;

 

- ikun hemm mill-inqas 50% tfaddil ta’ l-emissjonijiet diretti tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-fjuwils mhux fossili li ġejjin mill-bijomassa meta mqabbla mal-fjuwil fossili;

 

2. Il-kriterji soċjali għandhom jassiguraw, fost l-oħrajn li:

 

- ikun hemm rappurtaġġ regolari obbligatorju dwar il-konsegwenzi soċjali tal-produzzjoni ta’ material bijo li jingħalef lil magni, partikolarment fuq il-prezzijiet ta’ l-ikel biex jintwera n-nuqqas ta’ effetti negattivi, fost l-oħrajn fuq is-sigurtà ta’ l-ikel;

 

- ikun hemm dikjarazzjoni ta' kunsens minn rappreżentant tal-komunitajiet/popolazzjoni lokali;

 

- ikun hemm aċċess għall-pubbliku għall-informazzjoni u għall-parteċipazzjoni.

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwil għandha żewġ għanijiet. L-ewwel, li ttejjeb il-kwalità ta' l-arja billi tnaqqas l-emissjonijiet, inter alia, tal-kubrit u tal-PACs. It-tieni għan huwa li tgħin kontra l-bidla fil-klima permezz ta' tnaqqis tal-gassijiet b'effett serra mill-fjuwils għat-trasport. It-tieni għan jirrappreżenta deċiżjoni politika notevoli. L-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra l-ewwel għandhom jitkejlu matul iċ-ċiklu tal-ħajja: il-fażi ta' l-estrazzjoni u l-produzzjoni, it-trasport u d-distribuzzjoni u l-użu aħħari. Il-pass li jmiss huwa t-tnaqqis ta' l-emissjonijiet. Din hija l-ewwel darba li prodott speċifiku (il-fjuwil) ingħata mira ta' tnaqqis fuq il-bażi ta' analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja. Huwa interessanti li wieħed jinnota li fl-Istati Uniti, l-Istat tal-California ħabbar inizjattiva simili bejn wieħed u ieħor fl-istess żmien, u b'riżultat ta' dan ħareġ il-prospett ta' koperazzjoni produttiva ma' l-Istati Uniti. Sabiex jippreparaw għad-dibattitu politiku, il-koordinaturi fil-Kumitat għall-Ambjent tal-Parlament Ewropew talbu li jsir studju. Dan l-istudju, L-inklużjoni ta' kriterji ta' sostenibilità fid-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwil, ġie ppublikat fil-bidu ta' Lulju. Fil-5 ta' Lulju, il-Kumitat ENVI u d-dipartiment għall-politika organizzaw workshop fejn l-esperti ddikjaraw l-opinjonijiet tagħhom, filwaqt li l-partijiet interessati kienu mistiedna biex jattendu. Madwar 50 persuna ħadu sehem fid-diskussjoni, inklużi rappreżentanti tal-Kummissjoni, l-ESC, l-Istati Membri, il-Presidenza tal-Kunsill, l-industrija taż-żejt, il-moviment ambjentali u l-produtturi tal-bijofjuwils. F'dawn l-aħħar xhur, ir-rapporteur organizzat ħafna taħdidiet, kemm mal-partijiet interessati u kif ukoll ma' l-esperti. F'Mejju attendiet simpozju f'California dwar dan is-suġġett. Ċerti deċiżjonijiet dwar il-varjetà ta' l-għażliet, kemm rigward il-kwalità ta' l-arja u kif ukoll rigward il-bidla tal-klima, jeħtieġu eluċidazzjoni.

1.  Il-kwalità ta' l-arja

Id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwil tistipula standards ġodda għad-dijossidu tal-karbonju u għall-idrokarbonji poliċikliċi aromatiċi. Rigward il-kontenut ta' kubrit tal-fjuwils użati fit-tbaħħir fl-ilmijiet interni, il-Kummissjoni tipproponi tnaqqis li għandu jiġi implimentat f'żewġ stadji: tnaqqis għal 300mg/kg fil-31 ta’ Diċembru 2009 u tnaqqis għal 10mg/kg fil-31 ta’ Diċembru 2011. Il-Kummissjoni tiġġustifika dan l-approċċ fuq żewġ stadji permezz ta' referenza għall-konsum żejjed ta' enerġija meħtieġ biex jitnaqqas il-kontenut ta' kubrit fil-fjuwils. Madankollu, wieħed jista' joġġezzjona għal dan minħabba li l-fjuwil b'livell baxx ta' kubrit jagħmilha possibbli li jkun hemm magni tal-vapuri aktar effiċjenti. Il-konsum żejjed ta' l-enerġija fir-raffinerija huwa kkumpensat bil-kbir permezz ta' konsum inqas ta’ fjuwil mill-vapuri. Il-magni tal-vapuri aktar effiċjenti diġà huma disponibbli.

Il-Kummisssjoni tipproponi li l-kontenut massimu permissibbli ta' idrokarbonji poliċikliċi aromatiċi tal-fjuwils għandu jonqos minn 11% għal 8%. Madankollu, il-livell medju fl-UE huwa ta' bejn 3% u 4%, filwaqt li s-6% jinqabżu biss f'xi ftit każijiet eċċezzjonali. Tnaqqis ulterjuri tal-limitu massimu minn 8% għal 6% għalhekk jista' jinkiseb mingħajr ħafna spejjeż żejda.

Il-pressjoni tal-fwar u l-etanol

Punt ieħor huwa l-pressjoni tal-fwar. Iktar ma tkun għolja l-pressjoni tal-fwar, iktar ikunu kbar l-emissjonijiet ta’ Komposti Organiċi Volatili (VOCs). Il-VOCs għandhom irwol importanti fil-formazzjoni ta' l-ożonu. B'mod partikulari f'kundizzjonijiet klimatiċi sħan, il-formazzjoni ta' l-ożonu tista' tkun problema serja għas-saħħa. Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-istrateġija tematika għall-kwalità ta' l-arja, il-Parlament talab għal approċċ iktar ambizzjuż, preċiżament minħabba l-ħsara għas-saħħa kkawżata mill-emissjonijiet tal-VOCs. Il-Kummissjoni ma tipproponi l-ebda tnaqqis ulterjuri u tixtieq iżżomm iċ-ċifra ta' 60kPa f'kundizzjonijiet klimatiċi Artiċi, sabiex il-karozzi jkunu jistgħu jinxtegħlu f'reġjuni Artiċi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fil-fatt tipproponi żieda meta l-etanol jitħallat mal-fjuwil. Meta l-etanol jitħallat mal-fjuwil, wieħed mill-effetti sekondarji huwa ż-żieda fil-pressjoni tal-fwar, li tirriżulta f'aktar emissjonijiet ta' VOCs fl-atmosfera. Iż-żieda fil-pressjoni tal-fwar m'hijiex proporzjonata b'mod dirett mal-kwantità ta' etanol li jkun intuża għat-taħlit. Il-pressjoni tilħaq il-massimu b'taħlita ta' 5%, u lil'hinn minn din iċ-ċifra terġa' tonqos b'mod gradwali.

Sabiex tagħmel proposta bilanċjata, ir-rapporteur studjat is-sitwazzjoni fl-Istati Uniti. Fil-parti l-kbira ta' l-istati fl-Istati Uniti, il-pressjoni tal-fwar massima permissibbli hija ferm aktar baxxa, jiġifieri ta' 48 kPa. Ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal żieda fil-każ ta' taħlit bl-etanol, għalkemm l-istati fejn il-kwalità ta' l-arja tippermetti dan, jieħdu vantaġġ minn din il-possibilità. Ma hemm l-ebda ostakli tekniċi biex bl-istess mod tiġi imposta pressjoni tal-fwar aktar baxxa fl-UE. Pressjoni tal-fwar ta' 56 kPa hija waħda possibbli. Barra minn hekk, wieħed jista' jistaqsi sa liema punt hija neċessarja l-eċċezzjoni għall-etanol. Minħabba ż-żieda rapida fil-pressjoni tal-fwar meta jitħallat proporzjon żgħir ta' etanol, ikun qed jingħata inċentiv ħażin jekk tiġi permessa żieda fil-pressjoni tal-fwar meta l-persentaġġ li jitħallat ikun wieħed żgħir. F'dak il-każ, il-kontribuzzjoni żgħira biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra tkun qed tirriżulta f’deterjorament sproporzjonat tal-kwalità ta' l-arja. Għalhekk, ir-rapporteur tagħkom tipproponi deroga limitata ta' 4kPa jekk ta' l-inqas 3 fil-mija bijofjuwils jitħalltu mal-fjuwil.

Proposti

Fi ftit kliem, ir-rapporteur tagħkom tipproponi:

- li t-tnaqqis tal-kubrit mill-fjuwils għat-tbaħħir fl-ilmijiet interni isir aktar mgħaġġel

- li titnaqqas il-kwantità massima permissibbli ta' PACs

- li jiġi pprojbit l-addittiv dannuż MMT

- li titnaqqas il-pressjoni tal-fwar u tiġi permessa eċċezzjoni biss jekk jitħalltu bejn 3% u 10% ta' bijofjuwils.

2.  Gassijiet b'effett ta’ serra

It-trasport tat-triq jikkawża bejn wieħed u ieħor 20% ta' l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra fl-UE. Sabiex jinkiseb tnaqqis ta' CO2 ta' 30% sa l-2020, il-karozzi jridu jsiru ferm aktar effiċjenti, iżda l-emissjonijiet ta' CO2 kkawżati mill-fjuwils iridu jitnaqqsu wkoll. Il-Kummissjoni tipproponi li l-ewwel jitkejlu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra u wara, bejn l-2011 u l-2020 jitnaqqsu b'1% kull sena. Madwar 85% ta' l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra mill-fjuwils iseħħu meta ssir il-kombustjoni fil-karozza u 15% fil-proċess globali ta' produzzjoni u raffinar, inklużi t-trasport u d-distribuzzjoni. Il-proposta tal-Kummissjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet jistħoqqilha kull appoġġ. Sabiex jinkiseb it-tnaqqis, il-fornituri tal-fjuwil jistgħu jagħżlu li jagħmlu l-proċessi ta' estrazzjoni u ta' raffinar aktar effiċjenti sabiex tintuża inqas enerġija biex jinkiseb iż-żejt u biex jinqaleb f'petrol jew f'diżil. Riċerka komparattiva, bħal pereżempju dik ta' Kristina Holmgren ta' l-IVL Swedish Environmental Research Institute, tindika li jeżistu differenzi bejn ir-raffineriji fl-UE - u li ħafna opportunitajiet għall-iffrankar ta' l-enerġija għadhom mhux qed jiġu sfruttati. Għażla oħra hija l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' fjuwils alternattivi, bħall-gass naturali, l-idroġenu u l-LPG. Naturalment, il-produzzjoni ta' dawn il-fjuwils alternattivi għandha tkun suġġetta għall-istess analiżi mill-estrazzjoni sa l-utilizzazzjoni. It-tielet possibilità hija t-taħlit ma’ bijofjuwils. Anki hawn, irid jiġi applikat l-approċċ ta' analiżi mill-estrazzjoni sa l-utilizzazzjoni, u dan se jwassal għal preferenza għall-bijofjuwils li jkollhom bilanċ ta' gass b'effett serra aħjar mill-fjuwils fossili. Din il-proposta tagħti biżżejjed possibilitajiet lill-fornituri tal-fjuwils sabiex jagħmlu l-għażliet tagħhom stess u jfornu dawk il-fjuwils li għandhom bilanċ aħjar ta' karbonju. Il-proposta jistħoqqilha l-appoġġ sħiħ tagħna. Madankollu, hemm ftit rimarki li għandhom isiru dwar il-proposta tal-Kummissjoni:

1. Deċiżjoni dwar il-metodu

Il-Kummissjoni tipproponi li l-approċċ ta' analiżi mill-estrazzjoni sa l-utilizzazzjoni jiġi determinat permezz tal-proċedura ta' komitoloġija. Minħabba li jridu jittieħdu numru ta' deċiżjonijiet politiċi importanti f'dan il-kuntest, il-Parlament irid ikollu d-dritt li jsemma' leħnu meta jkunu qed jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar numru ta' linji gwida. Dan jista' jiġi żgurat billi jitfasslu linji gwida f'anness ġdid, li wara jkunu jistgħu jitlaħħmu permezz tal-proċedura ta' komitoloġija. Dawn il-linji gwida jistgħu, inter alia, jinkludu deċiżjonijiet dwar is-sena bażi u l-istandard.

2. Is-sena bażi u l-istandard

Il-kumpaniji taż-żejt investew bi gradi differenti fit-titjib ta' l-effiċjenza. Skond il-proposta tal-Kummissjoni, kull fornitur għandu jippreżenta data dwar l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra, li mbagħad għandhom isiru l-istandard. Dan ikun ifisser li jiġi applikat standard differenti għal kull kumpanija, ħaġa li tmur kontra l-loġika tas-suq intern. Dan huwa wkoll kuntrarju għas-sens ta' ġustizzja, minħabba li l-kumpaniji li investew ħafna fit-titjib ikollhom isofru minħabba li jkollhom jikkonformaw ma' standards aktar stretti minn dawk tal-kompetituri tagħhom li investew inqas fl-effiċjenza. Sabiex jiġu garantiti l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd, hemm bżonn ta' standard komuni. Idealment, is-sena bażi għandha tkun fil-passat sabiex jiġi żgurat li l-għaġir ma jkunx influwenzat b'mottivi strateġiċi. F'dak il-każ, għandu jsir użu mill-istudji eżistenti. Iżda minħabba li hemm ħafna data nieqsa, u minħabba li mhux il-fornituri tal-fjuwil u l-produtturi tal-bijofjuwil kollha jaqblu b'mod ċar ma' dawn ir-riżultati, ikun aħjar jekk is-sena bażi tkun fil-futur, jiġifieri kemm jista' jkun malajr wara l-adozzjoni ta' din id-direttiva. B'dan il-mod, kull fornitur jista' u jkollu jippreżenta d-data.

3. Il-mira

Il-mira proposta hija ta' 1% kull sena. Sabiex jinkiseb dan il-livell ta' ambizzjoni, l-esperti jgħidu li hemm bżonn ta' sforz konsiderevoli, iżda dan ovvjament jiddependi ħafna fuq il-punt ta' tluq jew l-istandard bażiku. Naturalment, il-mistoqsija hija kif se jintgħażel l-istandard mid-data fornuta mill-produtturi tal-fjuwil. Ċertament, wieħed ta’ min jirrakkomanda li la jittieħed l-iktar standard baxx, u l-anqas dak medju. Sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta' ambizzjoni, l-għażla ovvja hija li jittieħed approċċ ta' 'top-runner': f'dan il-każ, l-aħjar kumpanija (jew, pereżempju, il-medja ta' l-aħjar tliet kumpaniji) tistabbilixxi l-istandard għall-bqija. Iżda wieħed irid jirrimarka li hawnhekk trid issir kwalifika. X'aktarx li l-aħjar kumpanija se tkun qed topera b'żejt ħafif, minħabba li dan jirrikjedi inqas ipproċessar u raffinar. Jekk l-aqwa kumpanija twaqqaf l-istandard, dan jagħti inċentiv b'saħħtu lill-fornituri tal-fjuwil Ewropej kollha, jew saħansitra ġġiegħelhom, bl-istess mod biex kemm jista' jkun jużaw żejt ħafif. Dan ikun ifisser żieda fil-prezz taż-żejt ħafif u jwassal biex iż-żejt tqil jispiċċa f'pajjiż bħaċ-Ċina u l-Indja. Iżda dan mhux neċessarjament ikun aħjar għall-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra madwar id-dinja kollha: l-emissjonijiet ikunu sempliċement ġew rilokati minn kumpaniji Ewropej għal kumpaniji oħra. Sabiex jiġi żgurat li jinkiseb tnaqqis ġenwin, jaf ikun hemm bżonn li jiġu introdotti żewġ standards: wieħed għaż-żejt tqil u l-ieħor għaż-żejt ħafif. Madankollu, il-bżonn għal dan jista' jiġi aċċertat biss fuq il-bażi ta' data dwar l-emissjonijiet proprja mill-produtturi tal-fjuwils. Barra minn hekk, it-tnaqqis propost ta' 1% kull sena se jkun diffiċli li jiġi infurzat. Tnaqqis ta' 2% kull sentejn ikun aktar faċli u jwassal għall-istess tnaqqis ta' emmissjoni sa l-2020.

4. Il-katina kollha

Il-proposta tal-Kummissjoni ssemmi b'mod speċifiku l-approċċ Well to Wheel (mill-estrazzjoni sa l-utilizzazzjoni). Dan ifisser li jiġu meqjusa l-emissjonijiet tul il-katina kollha. Għall-fjuwils fossili, il-katina tinkludi l-estrazzjoni taż-żejt, l-ivvampjar, l-ipproċessar tal-bidu, it-trasport, ir-raffinar, id-distribuzzjoni u l-emmissjoni meta sseħħ il-kombustjoni fil-magna. Għall-bijofjuwils tapplika l-istess ħaġa, iżda hawn l-enfażi x'aktarx tkun fuq l-użu tal-materjal għall-produzzjoni (bħal fertilizzanti artifiċjali) u fuq il-bidliet fl-użu ta' l-art.

L-anness jelenka dawn il-kriterji b'mod li jagħmilhom applikabbli għaż-żejt, għall-gass, għall-idroġenu u għall-bijofjuwils. Bħala alternattiva, jista' jiġi definit metodu differenti għal kull bijofjuwil, iżda l-approċċ imsemmi hawn fuq jiggarantixxi li l-metodu jkun newtrali mil-lat teknoloġiku u li ma jkun hemm l-ebda inċentiv moħbi għal xi wieħed mill-fjuwils. Il-fornitur tal-fjuwil jista' jiddeċiedi huwa stess dwar l-aħjar għażla għalih.

5. Qasam ta’ applikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni ma tirreferix għall-idroġenu. Madankollu, huwa importanti li l-fornituri tal-fjuwils jingħatawlhom l-aħjar għażliet u ma jiġix appoġġjat biss l-użu tal-bijofjuwils. Għalhekk hemm bżonn li jiġi emendat l-Artikolu 2 li jiddefinixxi l-qasam ta' applikazzjoni.

Wieħed mill-punti diffiċli huwa l-elettriku. Ovvjament ikun tajjeb jekk il-karozzi jkunu jaħdmu fuq elettriku prodott b'mod sostenibbli. Ċerti produtturi tal-karozzi jipprevedu ż-żieda ta' karozzi li jistgħu jiġu pplaggjati (plug-in cars) li l-batteriji tagħhom jerġgħu jiġu ċċarġjati d-dar. F'ħafna każijiet, il-fornituri attwali tal-fjuwils m'humiex involuti f'dan. L-inklużjoni ta' l-elettriku fil-qasam ta' applikazzjoni fil-prinċipju hija xi ħaġa mixtieqa, iżda l-fornituri tal-fjuwils, ġeneralment ma jfornux elettriku. Din il-problema tista' tingħeleb b'sistema ta' skambju, iżda din is-sistema terġa' tagħmel id-direttiva kumplessa.

6. Il-kriterji ta' sostenibilità

Anki jekk il-fornituri tal-fjuwils għandhom diversi modi kif jikkonformaw ma' l-obbligi għal tnaqqis, wieħed ma jistax jinnega li dan l-objettiv joħloq inċentiv qawwi għall-użu tal-bijofjuwils. F'dan ir-rigward, huwa ovvju li t-taħlit ta' fjuwils ma' bijofjuwils li, fuq il-bażi ta' analiżi mill-estrazzjoni sa l-utilizzazzjoni, jipproduċu saħansitra iktar gassijiet b'effett serra jew ftit li xejn inqas, se jagħti riżultati skarsi. Għalhekk, l-inklużjoni tal-kriterja li tistipola b'mod espliċitu rekwiżit minimu rigward ir-rendiment ta' gass b'effett serra m'hijiex neċessarja: m'hemm l-ebda raġuni għaliex il-fornituri tal-fjuwils għandhom jużaw il-bijofjuwils għat-taħlit li l-effiċjenza tad-dijossidu tal-karbonju tagħhom hija fqira.

Fir-rigward tal-kriterji ta' sostenibilità hija kwistjoni differenti. Hemm tħassib ġustifikat dwar l-impatt ta' l-użu fuq skala kbira tal-bijofjuwils fuq il-bijodiversità, fuq l-ambjent u fuq ir-relazzjonijiet soċjali. M'huwiex faċli li jitfasslu kriterji li jakkordaw ma' dawn ir-regoli ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Ċerti pajjiżi Ewropej diġà għamlu l-ewwel pass. Fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet tar-Renju Unit, tal-Ġermanja u ta' l-Olanda, jew għall-inqas il-pożizzjonijiet proviżorji tagħhom, l-Anness [VIb] jelenka numru ta' kriterji li jittrattaw it-tħassib dwar il-bijofjuwils. Fil-każ tal-kriterji soċjali, ir-reazzjoni primarjament taqa' f'obbligu ta' monitoraġġ ta' l-impatt soċjali u l-kisba tal-kunsens tal-popolazzjoni lokali. Fil-każ tal-bijodiversità, it-tħassib jinkludi l-użu ta' l-ilma u l-viċinanza ta' żoni ta' interess naturali.

7.  Il-kompatibilità ma' leġiżlazzjonijiet oħra: L-ETS u l-objettiv tal-bijofjuwils

Hemm ħafna diskussjoni dwar il-kompatibilità ma' leġiżlazzjonijiet u inizjattivi oħra. Il-Kunsill Ewropew qabel dwar objettiv li jorbot ta' taħlita ta' bijofjuwils miżjuda ta' 10% b'żewġ kundizzjonijiet. Il-bijofjuwils iridu ikunu sostenibbli, u t-teknoloġija tat-tieni ġenerazzjoni trid tkun żviluppata biżżejjed. Huwa ovvju li l-objettivi ta' sostenibilità fl-anness ta' din id-direttiva jridu jkunu kompatibbli mal-kundizzjoni ġenerali għas-sostenibilità fformulata mill-Kunsill. Attwalment il-Kummissjoni qed tfassal il-kriterji. Fi stadju aktar tard, jista' jkun possibbli li fl-Anness VIb tiddaħħal referenza għal lista stabbilita ta' kriterji.

Hemm aspett ieħor ta' kompatibilità, jiġifieri dak relatat ma' l-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet. Ir-raffineriji jaqgħu taħt is-sistema ta' l-ETS u għandhom jirrapportaw l-emissjonijiet tagħhom u jridu jixtru drittijiet addizzjonali jekk jipproduċu aktar minn dak li diġà għandhom dritt għalih. Skond ċerti kummentaturi, dan jipprovdi garanzija biżżejjed li r-raffinaturi se jaġixxu b'mod responsabbli fl-emissjonijiet tad-dijossidu ta' karbonju tagħhom, u dan ifisser li r-raffineriji mhux se jkollhom bżonn jippreżentaw rapporti obbligatorji. Min-naħa l-oħra, hemm min hu tal-fehma li l-ETS tipprovdi biss inċentiv biex jitnaqqas id-dijossidu tal-karbonju u ma timponi l-ebda obbligu assolut. Wara kollox, il-kumpaniji taż-żejt jistgħu jiddeċiedu li jixtru d-drittijiet ta' l-emmissjoni fuq is-suq kummerċjali. Kemm l-ETS kif ukoll id-direttiva li attwalment qed tiġi kkunsidrata jipprovdu inċentivi: l-ebda waħda minnhom ma timponi rekwiżit biex titjieb l-efiċjenza fir-raffineriji. Fi kliem ieħor, huma jsaħħu lil xulxin u għall-inqas m'humiex konfliġġenti.

8. Konklużjoni

L-emendi tar-rapporteur tagħkom huma mfassla biex jiżguraw flessibilità massima, kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd u objettivi ambizzjużi iżda responsabbli. Barra minn hekk, huwa importanti li d-direttiva tkun newtrali mil-lat ta' teknoloġija fis-sens li m'għandiex tipprovdi inċentivi żejda għal fjuwil jew teknoloġija partikulari. Fi ftit kliem, dan jinvolvi l-emendi proposti li ġejjin:

- Anness VIa: linji gwida għal metodi ta' kejl, inkluża l-possibilità li jintużaw valuri standard (valuri definiti minn qabel), approċċ ta' 'top-runner' u, jekk ikun hemm bżonn, standards differenti għal żejt ħafif u għal żejt tqil

- Anness VIb: il-kriterji ta' sostenibilità: il-bijodiversità u l-obbligi soċjali

- estensjoni tal-qasam ta' applikazzjoni tad-direttiva: huwa possibbli li jintuża l-idroġenu biex jitnaqqas is-CO2

- flessibilità akbar: tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' 2% kull sentejn sa u inkluża s-sena 2020 minflok 1% kull sena

- garanziji ta' sostenibilità fl-Artikolu 7c ġdid.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA (13.11.2007)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, id-diżil u l-gas-oil u li tintroduċi mekkaniżmu biex ikun hemm monitoraġġ u tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra mill-użu ta’ fjuwils użati għat-trasport fit-toroq u li temenda d-Direttiva 1999/32/KE tal-Kunsill, rigward l-ispeċifikazzjoni ta’ fjuwil użat minn bastimenti użati fl-ilmijiet interni u li tirrevoka d-Direttiva 93/12/KEE

(COM(2007)0018 – C6‑0061/2007 – 2007/0019(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Miloslav Ransdorf

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwil, li tmur lura għall-1998, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet ta’ l-UE għall-petrol, id-diżil u l-gasoil użati fil-vetturi għat-trasport fit-toroq, fil-barkuni użati fl-ilmijiet interni u f’makkinarju mobbli li ma jintużax fit-toroq bħal lokomottivi, makkinarju li jħaffer l-art u jċaqlaq it-terrapien (earth moving machinery) u tratturi.

Din il-proposta hi reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwil, li għandha l-għan li tistabbilixxi standards ġodda għall-fjuwils tat-trasport biex jitnaqqas iktar it-tniġġis ta’ l-arja, bħal kubrit, partikuli u idrokarboni polijaromatiċi. Barra minn hekk, l-istandards il-ġodda se jintroduċu obbligu biex jitnaqqas il-kontribut tal-fjuwils użati għat-trasport fit-toroq għall-bidla fil-klima. U fl-aħħarnett, din ir-reviżjoni tista’ titqies bħala strumentali biex tintlaħaq il-mira ta’ l-UE ta’ sehem ta’ 10% tal-bijofjuwils fil-konsum totali ta’ l-UE tal-gażolina u d-diżil għat-trasport sa l-2020.

Miżura ewlenija tal-proposta hi li, sabiex ikun inkoraġġut l-iżvilupp ta’ fjuwils b’inqas karbonju u bijofjuwils, il-fornituri tal-fjuwil se jkunu obbligati jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra li l-fjuwils tagħhom joħolqu matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom (i.e. meta jkunu raffinati, trasportati u użati) b’1% kull sena mill-2011. Dan se jirriżulta fi tnaqqis ta’ 10% fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra sa l-2020, li huwa ugwali għal 500 miljun tunnellata ta’ CO2.

It-tieninett, biex ikun possibbli li jintuża volum ogħla ta’ bijofjuwils fil-gażolina, se tiġi stabbilita taħlita ta’ gażolina ġdida, b’kontenut permess ogħla ta’ addittivi li jkollhom l-ossiġnu (l-hekk imsejħa ossiġenati), inkluż sa 10% etanol. It-taħlit differenti tal-gażolina se jkun immarkat b’mod ċar biex ikunu evitati riskji possibbli ta’ ħsara lil vetturi eżistenti, minħabba li l-etanol hu inkompatibbli ma’ xi sistemi tal-fjuwil tal-vetturi.

Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom jilqa’ b’sodisfazzjon din il-proposta. Il-promozzjoni ta’ l-iżvilupp ulterjuri ta’ fjuwils bi ftit karbonju u ta’ miżuri oħra biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-katina tal-produzzjoni tal-fjuwil hija vitali sabiex ikun żgurat li s-settur tal-fjuwil jikkontribwixxi wkoll biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-UE dwar it-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom jappoġġja b’mod qawwi l-kunċett li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-fjuwils, imsejħa “well-to-wheel”, liema kunċett ukoll iqis l-emissjonijiet minħabba l-produzzjoni tal-fjuwil innifsu. Dan hu l-aħjar mod biex l-industrija tal-fjuwil tieħu direzzjoni sostenibbli b’mod ġenerali, filwaqt li jkun hemm lok għall-flessibilità neċessarja. Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom japprova l-istandards proposti dwar il-kontenut massimu tal-kubrit għad-diżil, li se jippermettu li jkun hemm fjuwil għal effiċjenza ogħla tal-vetturi, inaqqsu l-emissjonijiet ta’ materja fil-forma ta’ partikuli u jagħmlu possibbli l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ ‘after-treatment’ fil-futur.

Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom jemmen li inqas emissjonijiet jistgħu jintlaħqu biss permezz ta’ approċċ iktar ikkoordinat u integrat, li jirrikjedi mhux biss l-introduzzjoni ta’ prodotti u teknoloġiji ġodda mill-industriji tal-fjuwil u tal-karozzi u mill-fornituri tagħhom, iżda wkoll impenn sħiħ minn dawk li jfasslu l-politika, mill-fornituri ta’ l-infrastruttura u mis-sewwieqa (permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ tassazzjoni bbażata fuq is-CO2, ħiliet u aġir aħjar tas-sewwieqa, u infrastruttura iktar sikura, fost oħrajn).

Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom jixtieq jenfasizza li hemm bżonn jinstab bilanċ delikat bejn li jkun promoss l-iżvilupp tas-suq tal-bijofjuwils u li jkunu evitati riskji possibbli ta’ ħsara lil vetturi eżistenti u lill-ambjent. Fil-fehma tar-rapporteur għal opinjoni tagħkom, il-proposta tal-Kummissjoni hi żbilanċjata f’dan ir-rigward minħabba li hi tippromwovi sors wieħed biss tal-komponenti tal-bijofjuwil bi ħsara għal oħrajn li jista’ jkollhom inqas riskju ta’ non-kompatibilità ma’ vetturi eżistenti u l-ambjent.

Jiġifieri, użu ikbar ta’ etanol mhux biss inkompatibbli ma’ ħafna sistemi tal-fjuwil tal-vetturi eżistenti, iżda jwassal ukoll għal żieda fl-emissjonijiet ta’ fwar li jniġġes. Fil-proposta tal-Kummissjoni tneħħa l-limitu fuq il-pressjoni speċifika tal-fwar għal petrol li jkollu l-etanol. Dan il-fwar iżda, magħruf ukoll bħala kompost organiku volatili, jikkontribwixxi għall-formazzjoni ta’ tniġġis minn ożonu fil-livell ta’ l-art, u jista’ joħloq mewt prematura f’persuni b’diffikultajiet fin-nifs jew bi problemi tal-qalb.

Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom jemmen li l-proposta tista’ tissaħħaħ billi jkunu permessi wkoll alternattivi oħra (bħall-bijo-ETBE, il-bijo-TAEE, il-bijometanu li jiġġedded, il-gass naturali jew l-idroġenu) biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ fjuwils b’livell baxx ta’ karbonju u għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mill-katina tal-produzzjoni tal-fjuwil. Billi tkun permessa flessibilità ikbar biex jintużaw il-bijo-komponenti kollha, l-Ewropa tkun tista’ tieħu vantaġġ mill-kontribut potenzjali tagħhom biex jintlaħqu l-miri l-ġodda ta’ l-UE dwar il-bijofjuwils.

Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom jixtieq jirrimarka iktar dwar l-irwol insostitwibbli ta’ innovazzjonijiet tekniċi biex jitnaqqsu l-gassijiet b’effett ta’ serra. Pereżempju, privattiv inventat fir-Repubblika Ċeka jista’ jnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra sa 70% jekk jibda jintuża fil-prattika. L-iskart separat jista’ jservi bħala materja prima sekondarja.

Fl-aħħarnett, ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom jixtieq jenfasizza l-bżonn li tiġi rrazzjonalizzata s-sistema sħiħa tat-trasport fl-UE. Ir-rata preżenti tat-trasport fit-toroq hi għolja wisq u dik tat-trasport bil-ferrovija hi baxxa wisq. Hu neċessarju li jiġi preparat, preżentat u diskuss approċċ komprensiv fir-rigward tas-sistema integrata tat-trasport għall-UE kollha u li jiġi inkluż kull tip adattat ta’ trasport.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill- Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni(1)  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 2

(2) The Communication from the Commission to the Council and the European Parliament – Thematic Strategy on Air Pollution established goals to reduce emissions of pollutant emissions until 2020. These goals flowed from an extensive analysis of costs and benefits. In particular goals are set to reduce SO2 emissions by 82%, NOx emissions by 60%, volatile organic compounds (VOCs) by 51% and primary PM2.5 by 59% relative to emissions in 2000. The consequences of the amendments of Directive 98/70/EC on VOC emissions from petrol stations should be addressed in future legislation.

(2) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew – Strateġija Tematika dwar it-Tniġġis ta' l-Arja stabbiliet għanijiet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu sa l-2020. Dawn l-għanijiet ħarġu minn analiżi estensiva ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji. B'mod partikulari l-għanijiet huma stabbiliti biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' l-SO2 bi 82%, l-emissjonijiet ta' l-NOx b'60%, il-komposti organiċi volatili (VOCs) b'51% u l-PM2.5 primarja b'59% meta mqabbla ma' l-emissjonijiet fl-2000. Il-konsegwenzi ta' l-emendi tad-Direttiva 98/70/KE dwar l-emissjonijiet tal-VOC mill-pompi tal-petrol għandhom jiġu indirizzati f’leġiżlazzjoni futura. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ progress qabel ma tippreżenta proposta għal tali leġiżlazzjoni futura.

Ġustifikazzjoni

Meta wieħed iqis l-importanza li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, kif ukoll l-implikazzjonijiet għall-produtturi tal-fjuwil u għal min jibni l-karozzi, kwalunkwe bidla fil-leġiżlazzjoni għandha tkun ibbażata fuq rapport ta' progress li jistabbilixxi l-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali ta’ kull proposta.

Emenda 2

PREMESSA 5

(5) The Community has adopted regulations limiting pollutant emissions from Light and Heavy duty Road Vehicles. The fuel specification is one of the factors that influences the ease with which such emission limits can be met.

(5) Il-Komunità adottat regolamenti li jillimitaw l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu mill-vetturi ħfief u ‘heavy duty’ użati fit-toroq. L-ispeċifikazzjoni tal-fjuwil hi waħda mill-fatturi li jinfluwenzaw il-faċilità li biha tali limiti ta’ emissjonijiet jistgħu jintlaħqu. L-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu jistgħu jitnaqqsu wkoll permezz ta’ iktar effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija u l-iżvilupp ta’ trasport pubbliku urban li jkun effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Il-bidla fil-klima tista’ tiġi miġġielda wkoll permezz ta’ iktar effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija u permezz ta’ trasport pubbliku iktar effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija f’zoni urbani. 80% mill-popolazzjoni jgħixu f’zoni urbani, u t-trasport urban hu responsabbli għal 40% ta’ l-emissjonijiet kollha tas-CO2.

Emenda 3

PREMESSA 6

(6) Directive 2003/30/EC of 8 May 2003 of the European Parliament and of the Council on the promotion of the use of biofuels or other renewable fuels for transport aims at promoting the use of biofuels within the Community. The Community Strategy on Biofuels has been further elaborated in the Communication from the Commission of 2006 - An EU Strategy for Biofuels. While indicating the willingness to further develop biofuels and biofuel technology, the Communication makes clear that the growth of biofuels should not lead to an increase in environmental damage and emphasised the need for improving the greenhouse gas saving. The Communication also recognises the need to encourage further development of biofuel technology.

(6) Id-Direttiva 2003/30/KE tat-8 ta' Mejju 2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta' l-użu ta' bijofjuwils jew fjuwils oħra li jiġġeddu għat-trasport għandha l-għan li tippromwovi l-użu ta' bijofjuwils fi ħdan il-Komunità. L-Istrateġija tal-Komunità dwar il-Bijofjuwils kompliet tiġi elaborata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-2006 - Strateġija ta' l-UE għall-Bijofjuwils. Filwaqt li wriet ir-rieda li jiġu żviluppati aktar il-bijofjuwils u t-teknoloġija tal-bijofjuwils, il-Komunikazzjoni tagħmilha ċara li ż-żieda fil-bijofjuwils m'għandhiex twassal għal żieda fil-ħsara ambjentali u enfasizzat il-bżonn ta' titjib fl-iffrankar ta' gassijiet b'effett ta' serra. Il-Komunikazzjoni tirrikonoxxi wkoll il-bżonn li jiġi mħeġġeġ żvilupp ulterjuri tat-teknoloġija tal-bijofjuwils. Ikun xieraq li jsir investiment f’attivitajiet ta’ riċerka relatati mal-bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni, minħabba li l-kompetizzjoni rigward l-użu ta’ l-art għall-uċuħ tar-raba’ għall-ikel min-naħa l-waħda, u għall-uċuħ tar-raba’ għall-bijofjuwil min-naħa l-oħra, għandha tiġi evitata.

Ġustifikazzjoni

Il-bijofjuwils huma importanti biex tiġi limitata l-bidla fil-klima, iżda l-uċuħ tar-raba’ għall-bijofjuwil m’għandhomx jieħdu post l-uċuħ tar-raba’ għall-ikel jew jirriżultaw f’żieda eċċessiva fil-prezz tal-prodotti agrikoli u ta’ l-ikel.

Emenda 4

PREMESSA 13

(13) The details concerning the blending of ethanol into petrol, in particular the limits on vapour pressure and possible alternatives for ensuring that ethanol blends do not exceed acceptable vapour pressure limits, should be reviewed on the basis of experience on the application of Directive 98/70/EC.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni hi żbilanċjata minħabba li hi tippromwovi sors wieħed biss tal-komponenti tal-bijofjuwil (l-etanol) bi ħsara għal oħrajn. Użu ikbar ta’ etanol hu inkompatibbli ma’ ħafna sistemi tal-fjuwil tal-vetturi eżistenti u se jwassal għal żieda fl-emissjonijiet ta’ fwar li jniġġes, li jikkontribwixxi għall-formazzjoni ta’ tniġġis minn ożonu fil-livell ta’ l-art, u jista’ joħloq mewt prematura f’persuni b’diffikultajiet fin-nifs jew bi problemi tal-qalb. Hu importanti li tkun permessa flessibilità ikbar biex jintużaw ukoll bijo-komponenti oħra (bħall-bijo-ETBE, il-bijo-TAEE, il-bijometanu li jiġġedded, il-gass naturali jew l-idroġenu).

Emenda 5

PREMESSA 15

(15) Blending ethanol in petrol results in a non-linear change of the vapour pressure of the resulting fuel mixture. To ensure that the vapour pressure of the petrol resulting from blending any two legal petrol-ethanol blends remains within the legal vapour pressure limit, it is necessary to define the permitted vapour pressure waiver for such mixtures so that it corresponds to the actual increase in vapour pressure that results from adding a given percentage of ethanol to petrol.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni hi żbilanċjata minħabba li hi tippromwovi sors wieħed biss tal-komponenti tal-bijofjuwil (l-etanol) bi ħsara għal oħrajn. Użu ikbar ta’ etanol hu inkompatibbli ma’ ħafna sistemi tal-fjuwil tal-vetturi eżistenti u se jwassal għal żieda fl-emissjonijiet ta’ fwar li jniġġes, li jikkontribwixxi għall-formazzjoni ta’ tniġġis minn ożonu fil-livell ta’ l-art, u jista’ joħloq mewt prematura f’persuni b’diffikultajiet fin-nifs jew bi problemi tal-qalb. Hu importanti li tkun permessa flessibilità ikbar biex jintużaw ukoll bijo-komponenti oħra (bħall-bijo-ETBE, il-bijo-TAEE, il-bijometanu li jiġġedded, il-gass naturali jew l-idroġenu).

Emenda 6

PREMESSA 16

(16) In order to encourage the use of low-carbon fuels while respecting air pollution targets, petrol refiners should ideally make available low vapour pressure petrol in the volumes required. As this is not for the moment the case, the vapour pressure limit for ethanol blends is increased in order to allow the biofuels market to develop.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Żieda fil-pressjoni massima tal-fwar kif propost mill-Kummissjoni Ewropea ma tistax tiġi ġġustifikata fuq bażi ambjentali u ta’ saħħa.

Emenda 7

PREMESSA 21

(21) Biofuel technologies are evolving. Further research is needed into all possible approaches to convert biomass into transport fuel. It is therefore appropriate that a balanced approach should be taken to the limits set in the Directive with a view to increase, if appropriate, the use of different biofuels. These include: methanol, ethanol, higher order alcohols, ethers and other oxygenates.

(21) It-teknoloġiji tal-bijofjuwils qed jevolvu. Hemm bżonn ta’ iktar riċerka dwar il-metodi kollha possibbli biex il-bijomassa tiġi konvertita fi fjuwil li jintuża għat-trasport. Hu għalhekk xieraq li jintuża approċċ bbilanċjat u teknoloġikament newtrali għal-limiti stabbiliti fid-Direttiva bil-ħsieb li jiżdied, jekk xieraq, l-użu ta’ bijofjuwils differenti. Dawn jinkludu: metanol, etanol, alkoħol ta’ livell ogħla, eteri u ossiġenati oħra.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-evoluzzjoni kontinwa fit-teknoloġija tal-bijofjuwils kif ukoll l-importanza tal-bijofjuwils fit-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, il-prinċipju tan-newtralità tat-teknoloġija hu vitali sabiex tkun żgurata l-libertà tal-kompetizzjoni.

Emenda 8

ARTIKOLU 1, PUNT 2, PUNT (C)

Artikolu 3, paragrafu 3 (Direttiva 98/70/KE)

3. Fuel meeting the specification set out in Annex III shall be marked in the national language or languages "Low biofuel petrol".

3. Il-fjuwil li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni stipulata fl-Anness III għandu jiġi mmarkat fil-lingwa jew fil-lingwi nazzjonali bħala "Petrol".

Fuel meeting the specification set out in Annex V shall be marked in the national language or languages "High biofuel petrol".

Il-fjuwil li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni stipulata fl-Anness V għandu jiġi mmarkat fil-lingwa jew fil-lingwi nazzjonali bħala "Petrol b’taħlita baxx ta’ kontenut mhux fossili".

Ġustifikazzjoni

L-isem bijofjuwil jiżgwida lill-konsumaturi. Fi kwalunkwe każ isem ta’ “Petrol b’livell għoli ta’ bijofjuwil” għandu jkun riżervat għall-petrol li b’mod ġenwin ikollu persentaġġ għoli ta’ bijokomponenti. Petrol li jkun fih 0% sa 5% ta’ komponenti mhux fossili għalhekk għandu jissejjaħ “petrol” filwaqt li petrol li jkun fih bejn 5% u 10% ta’ komponenti mhux fossili għandu jissejjaħ “taħlita ta’ petrol b’kontenut mhux fossili baxx”.

Emenda 9

ARTIKOLU 1, PUNT 5

Artikolu 7b (Direttiva 98/70/KE)

Article 7b

imħassar

Ethanol blended into petrol

 

The measures relating to the details concerning the blending of ethanol into petrol and, in particular, the vapour pressure as set out in Annex VI and possible alternatives, and designed to amend non-essential elements of this Directive, inter alia by supplementing it, shall be adopted in accordance with the procedure referred to in Article 11(2)."

 

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni hi żbilanċjata minħabba li hi tippromwovi sors wieħed biss tal-komponenti tal-bijofjuwil (l-etanol) bi ħsara għal oħrajn. Użu ikbar ta’ etanol hu inkompatibbli ma’ ħafna sistemi tal-fjuwil tal-vetturi eżistenti u se jwassal għal żieda fl-emissjonijiet ta’ fwar li jniġġes, li jikkontribwixxi għall-formazzjoni ta’ tniġġis minn ożonu fil-livell ta’ l-art, u jista’ joħloq mewt prematura f’persuni b’diffikultajiet fin-nifs jew bi problemi tal-qalb. Hu importanti li tkun permessa flessibilità ikbar biex jintużaw ukoll bijo-komponenti oħra (bħall-bijo-ETBE, il-bijo-TAEE, il-bijometanu li jiġġedded, il-gass naturali jew l-idroġenu).

Emenda 10

ARTIKOLU 1, PUNT 5

Artikolu 7b a (ġdid) (Direttiva 98/70/KE)

 

Artikolu 7ba

 

Kriterji ta’ sostenibilità għall-bijokomponenti fil-fjuwils

 

1. Dawk il-bijokomponenti biss li jilħqu l-kriterji ta’ sostenibilità u li huma ppruvati li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra fuq bażi taċ-ċiklu tal-ħajja se jitqiesu bħala li jikkontribwixxu għall-objettiv imsemmi fl-Artikolu 7a.

 

2. Il-kriterju ta’ sostenibilità għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).

Ġustifikazzjoni

Id-Direttorat ta’ l-Ambjent tal-Kummissjoni jrid jingħata mandat biex jagħmel proposta dwar kriterji ta’ sostenibilità obbligatorji għal bijokomponenti fil-fjuwils li għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju. Ir-rapport tal-kumitat ewlieni tal-PE għandu jissuġġerixxi kriterji iktar dettaljati li jridu jiġu stipulati diġà fid-Direttiva.

Emenda 11

ARTIKOLU 1, PUNT 6

Artikolu 8 a (Direttiva 98/70/KE)

Article 8a

Artikolu 8a

Metallic additives

Addittivi metalliċi

The Commission shall continue to develop a suitable test methodology concerning the use of metallic additives in fuel.

Wara l-ħidma eżistenti miċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt u permezz ta’ l-użu ta’ dejta eżistenti, il-Kummissjoni għandha tkompli tiżviluppa metodoloġija ta’ ttestjar adegwata dwar l-użu ta’ addittivi metalliċi fil-fjuwil, u, permez ta’ l-użu ta’ tali metodoloġija, tevalwa jekk tipproponix restrizzjonijiet għal dawk li jitqiesu li jostakolaw il-funzjonament effettiv ta’ teknoloġiji li jnaqqsu t-tniġġis.

Emenda 12

ARTIKOLU 1, PUNT 7

Artikolu 9, punt (c) (Direttiva 98/70/KE)

(c) limits of vapour pressure for ethanol blended into petrol;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni hi żbilanċjata minħabba li hi tippromwovi sors wieħed biss tal-komponenti tal-bijofjuwil (l-etanol) bi ħsara għal oħrajn. Użu ikbar ta’ etanol hu inkompatibbli ma’ ħafna sistemi tal-fjuwil tal-vetturi eżistenti u se jwassal għal żieda fl-emissjonijiet ta’ fwar li jniġġes, li jikkontribwixxi għall-formazzjoni ta’ tniġġis minn ożonu fil-livell ta’ l-art, u jista’ joħloq mewt prematura f’persuni b’diffikultajiet fin-nifs jew bi problemi tal-qalb. Hu importanti li tkun permessa flessibilità ikbar biex jintużaw ukoll bijo-komponenti oħra (bħall-bijo-ETBE, il-bijo-TAEE, il-bijometanu li jiġġedded, il-gass naturali jew l-idroġenu).

Emenda 13

ARTIKOLU 1, PUNT 7 A (ġdid)

Artikolu 9 a (ġdid) (Direttiva 98/70/KE)

 

(7a) Jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej:

 

“Artikolu 9a

 

Biex tikkontribwixxi għall-objettivi ta’ l-Unjoni Ewropea biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u għall-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ rappurtaġġ u monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-fjuwils użati għat-trasport fit-toroq il-Kummissjoni għandha, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010:

 

 

1. Tħejji rapport għall-Parlament u għall-Kunsill dwar mekkaniżmi possibbli ta’ tnaqqis. B’mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li:

 

 

(a) tiżviluppa metodoloġija xierqa biex ikunu stmati l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-fjuwils użati għat-trasport fit-toroq;

 

 

(b) tikkjarifika r-relazzjoni ta’ kwalunkwe mekkaniżmu ta’ tnaqqis ma’ l-Iskema ta’ l-UE dwar l-Iskambju ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet u l-impenji ta’ l-Istati Membri skond il-Protokoll ta’ Kyoto;

 

 

(c) tirrevedi l-fattibilità ta’ miri speċifiċi progressivi għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u ta’ l-iskeda biex dawn jintlaħqu;

 

 

(d) tevalwa l-impatt kummerċjali, ekonomiku u soċjali ta’ dawk il-miri.

 

 

2. Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposti lill-Parlament u lill-Kunsill biex tiġi emendata din id-direttiva, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/30/KE u ma’ leġiżlazzjoni rilevanti sussegwenti.”

Ġustifikazzjoni

Għalkemm hu mixtieq li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ rappurtaġġ u monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-fjuwils użati fit-toroq, l-ewwel hu neċessarju li tiġi żviluppata metodoloġija armonizzata u konkreta biex dawn l-emissjonijiet ikunu kkalkulati b’mod effettiv. L-iffissar ta’ mira ta’ 10% ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra f’dan l-istadju hu prematur minħabba li dan għandu implikazzjonijiet diretti fuq il-volum u s-sostenibilità tal-bijofjuwils li se jkunu disponibbli u promossi fl-UE. Il-Kummissjoni għandha tipproponi biss li d-Direttiva tiġi riveduta ladarba tkun issodisfat il-kundizzjonijiet ta’ qabel elenkati hawn fuq.

Emenda 14

ARTIKOLU 1, PUNT 12

Anness III, nota 5 tal-qiegħ tal-paġna (Direttiva 98/70/KE)

Annex III is amended as follows:

imħassra

Footnote 5 is modified by adding the following text: "Where fuel contains ethanol, the maximum summer vapour pressure may exceed 60kPa by the amount shown in the table in Annex VI."

 

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni hi żbilanċjata minħabba li hi tippromwovi sors wieħed biss tal-komponenti tal-bijofjuwil (l-etanol) bi ħsara għal oħrajn. Użu ikbar ta’ etanol hu inkompatibbli ma’ ħafna sistemi tal-fjuwil tal-vetturi eżistenti u se jwassal għal żieda fl-emissjonijiet ta’ fwar li jniġġes, li jikkontribwixxi għall-formazzjoni ta’ tniġġis minn ożonu fil-livell ta’ l-art, u jista’ joħloq mewt prematura f’persuni b’diffikultajiet fin-nifs jew bi problemi tal-qalb. Hu importanti li tkun permessa flessibilità ikbar biex jintużaw ukoll bijo-komponenti oħra (bħall-bijo-ETBE, il-bijo-TAEE, il-bijometanu li jiġġedded, il-gass naturali jew l-idroġenu).

Emenda 15

ARTIKOLU 1, PUNT 13, PUNT (A)

Anness IV (Direttiva 98/70/KE)

(a) in the row for "Polycyclic Aromatic Hydrocarbons", the entry in the column "Maximum" is replaced by "8".

(a) fir-ringiela għall-“Idrokarbonji Aromatiċi poliċikliċi”, iċ-ċifra fil-kolonna “Massimu” hija sostitwita b’“6”.

Ġustifikazzjoni

Limitu massimu iktar baxx ikun konformi mar-realtà tas-suq fil-preżent. Kważi l-fjuwils kollha fis-suq Ewropew diġà għandhom kontenut PAH minn 1% sa 6%.

Emenda 16

ANNESS

Anness V, titolu (Direttiva 98/70/KE)

ENVIRONMENTAL SPECIFICATIONS FOR MARKET FUELS TO BE USED FOR VEHICLES EQUIPPED WITH POSITIVE-IGNITION ENGINES

SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ LI GĦANDHOM MINIMU TA’ 5% v/v TA’ BIJOKOMPONENTI BIEX JINTUŻAW GĦALL-VETTURI MGĦAMMRA B'MAGNI B'POSITIVE IGNITION

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet proposti jirrikjedu li l-petrol b’livell baxx ta’ bijofjuwil ikollu minimu ta’ 5% v/v ta’ bijokomponenti filwaqt li d-distributur ikun jista’ jagħżel il-komponenti. Il-valuri massimi tal-bijokomponenti individwali diġà huma inklużi fit-tabella. Valuri individwali minimi m’humiex rikjesti minħabba li t-total minimu hu ffissat għal 5%.

Emenda 17

ANNESS

Anness V, ringieli 19 a sa 19 e (ġodda) (Direttiva 98/70/KE)

EMENDI TAL-PARLAMENT

Bijokomponenti

% v/v

5

 

---Bijo-etanol (jistgħu jkunu neċessarji aġenti stabbilizzanti)

% v/v

 

10

---Bijo-alkoħol li jkollu 3 atomi tal-karbonju kull molekula

% v/v

 

7

---Bijo-alkoħol li jkollu 4 atomi tal-karbonju jew iktar kull molekula

% v/v

 

10

---Bijo-eteri li jkollhom 5 atomi tal-karbonju jew iktar kull molekula

% v/v

 

22

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet proposti jirrikjedu li l-petrol b’livell baxx ta’ bijofjuwil ikollu minimu ta’ 5% v/v ta’ bijokomponenti filwaqt li d-distributur ikun jista’ jagħżel il-komponenti. Il-valuri massimi tal-bijokomponenti individwali diġà huma inklużi fit-tabella. Valuri individwali minimi m’humiex rikjesti minħabba li t-total minimu hu ffissat għal 5%. Fil-limiti proposti hu possibbli li tintlaħaq ekwivalenza ta’ 10% ta’ kontenut ta’ bijofjuwil (etanol).

Emenda18

ANNESS

Anness V, footnote 4 (Direttiva 98/70/KE)

(4) For Member States with arctic or severe winter conditions the maximum vapour pressure shall not exceed 70.0 kPa. Where fuel contains ethanol, the maximum permitted summer vapour pressure may exceed 60kPa by the amount shown in the table in annex VI

(4) Għall-Istati Membri b’kundizzjonijiet klimatiċi artiċi jew b’xitwa ħarxa l-pressjoni massima tal-fwar m’għandhiex taqbeż 70.0 kPa.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni hi żbilanċjata minħabba li hi tippromwovi sors wieħed biss tal-komponenti tal-bijofjuwil (l-etanol) bi ħsara għal oħrajn. Użu ikbar ta’ etanol hu inkompatibbli ma’ ħafna sistemi tal-fjuwil tal-vetturi eżistenti u se jwassal għal żieda fl-emissjonijiet ta’ fwar li jniġġes, li jikkontribwixxi għall-formazzjoni ta’ tniġġis minn ożonu fil-livell ta’ l-art, u jista’ joħloq mewt prematura f’persuni b’diffikultajiet fin-nifs jew bi problemi tal-qalb. Hu importanti li tkun permessa flessibilità ikbar biex jintużaw ukoll bijo-komponenti oħra (bħall-bijo-ETBE, il-bijo-TAEE, il-bijometanu li jiġġedded, il-gass naturali jew l-idroġenu).

Emenda 19

ANNESS

Anness VI (Direttiva 98/70/KE)

 

Dan l-anness hu mħassar

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni hi żbilanċjata minħabba li hi tippromwovi sors wieħed biss tal-komponenti tal-bijofjuwil (l-etanol) bi ħsara għal oħrajn. Użu ikbar ta’ etanol hu inkompatibbli ma’ ħafna sistemi tal-fjuwil tal-vetturi eżistenti u se jwassal għal żieda fl-emissjonijiet ta’ fwar li jniġġes, li jikkontribwixxi għall-formazzjoni ta’ tniġġis minn ożonu fil-livell ta’ l-art, u jista’ joħloq mewt prematura f’persuni b’diffikultajiet fin-nifs jew bi problemi tal-qalb. Hu importanti li tkun permessa flessibilità ikbar biex jintużaw ukoll bijo-komponenti oħra (bħall-bijo-ETBE, il-bijo-TAEE, il-bijometanu li jiġġedded, il-gass naturali jew l-idroġenu).

PROĊEDURA

Titolu

Il-monitoraġġ u t-tnaqqis ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mill-fjuwils (trasport fit-toroq u tbaħħir intern)

Referenzi

COM(2007)0018 - C6-0061/2007 - 2007/0019(COD)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.3.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni:

       Data tal-ħatra

Miloslav Ransdorf

12.4.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

26.6.2007

12.9.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

12.11.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Renato Brunetta, Jerzy Buzek, Giles Chichester, Gianni De Michelis, Den Dover, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Andres Tarand, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Nikolaos Vakalis, Dominique Vlasto

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Danutė Budreikaitė, Avril Doyle, Robert Goebbels, Satu Hassi, Edit Herczog, Vittorio Prodi, Esko Seppänen, Hannes Swoboda, Lambert van Nistelrooij

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eva Lichtenberger

(1)

Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI (13.9.2007)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjonijiet tal-petrol, tad-diżil u taż-żjut tal-gass, kif ukoll dwar l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu sabiex jimmoniterja u jnaqqas l-emissjonijiet tal-gass b'effett serra li jiġu minn fjuwil użat fit-trasport fit-toroq u li temenda d-Direttiva 1999/32/KE tal-Kunsill dwar dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispeċifikazzjonijiet ta' fjuwils użati mill-bastimenti f'ibħra interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE

(COM(2007)0018 – C6‑0061/2007 – 2007/0019(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Joseph Daul

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-abbozz għal direttiva ppreżentat mill-Kummissjoni Ewropea dwar speċifikazzjonijiet għal-petrol, id-diżil u ż-żjut tal-ġass biex temenda d-Direttiva 98/70/KE tat-13 ta' Ottubru 1998, hu stadju importanti fil-promozzjoni u l-iżvilupp ta' bijokarburanti fl-Unjoni Ewropea.

Il-Parlament Ewropew, permezz ta' għadd ta' pożizzjonijiet li ħa, dejjem appoġġja l-inizjattivi ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom l-iskop li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass b'effett serra. Fil-Kunsill Ewropew ta' 8 u 9 ta' Marżu 2007ġie deċiż li fl-2020 l-enerġija li tiġġedded kellha tirrappreżenta 20% ta' l-enerġija użata fl-Unjoni Ewropea u li l-bijokarburanti nfushom ikunu jirrappreżentaw 10% tal-fjuwil użat.

Barra minn hekk, ir-riformi li għaddejjin bħalissa ta' organizzazzjonijiet tas-suq tal-koltivazzjoni veġetali qegħdin inaqqsu l-alternattivi potenzjali ta' żbokki għal produzjonijiet konċernati. Il-bijofjuwils joffru opportuniatjiet alternattivi għall-produtturi agrikoli u b'hekk isaħħu l-politika Ewropea għall-immaniġġjar tat-territorju u ta' l-impjiegi fl-lokalitajiet rurali. Barra dan, l-artijiet li attwalment jinsabu mistrieħa mill-koltivazzjoni jservu ta' riserva li tkun tista' tiġi esplojtata għal din id-domanda ġdida.

F'dan il-kuntest, il-proposta ta' direttiva ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea sabiex tikkoreġi l-ispeċifikazzjonijiet ta' tipi ta' petrol li fihom il-bijofjuwils hija element ewlieni tal-politika Ewropea li għandha l-iskop li tiffaċilità l-użu tagħhom.

Filfatt jeħtieġ b'uġenza li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fid-Direttiva 98/70KE jsiru konsistenti ma' l-objettivi tal-politiki ta' l-Unjoni Ewropea.

L-ewwelnett, l-istess objettivi Ewropej għall-użu tal-bijofjuwils ma jkunux jistgħu jinżammu jekk il-produtturi u d-distributuri ma jibdewx idaħħlu l-etanol direttament fil-fjuwil. Is-soluzzjoni tista' tkun li l-industriji taż-żejt jibdew jipprovdu għad-dispożizzjoni tal-produtturi tal-bijofjuwils jew tad-distributuri kwantitajiet biżżejjed ta' fjuwil b'volatilità baxxa. Fil-preżent dan m'hux qed jiġri. Għalhekk, sabiex jiġi evitat dan l-ostakolu, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li temenda l-ispeċifikazzjonijiet attwali tat-tipi ta' petrol.

Barra minn dan, l-Istati Membri li jixtiequ jimplimentaw minn issa stess miżuri rigward iż-żieda diretta ta' l-etanol fil-petrol u b'hekk jissodisfaw it-talba taċ-ċittadini Ewropej, għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan. Dan l-approċċ huwa aktar u aktar ġustifikat għaliex ir-reviżjoni tad-Direttiva suppost diġà daħlet fis-seħħ fi tmiem l-2005, u għalhekk diġà kien hemm dewmien ta' sentejn.

Fl-aħħarnett, l-iżvilupp teknoloġiku ta' magni u ta' bijofjuwils li jistgħu jintużaw fil-ġejjieni jissuġġerixxi li t-taħlit fil-futur ikun jaqbeż il-limiti massimu attwali ta' żieda ta' etanol fil-fjuwil li llum huwa ta' 5%. Għalkemm objettiv bħal dan huwa mixtieq ħafna għaliex jaqbel b'mod preċiż mal-politika għat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' ġass b' effett serra, jeħtieġ madankollu li wieħed joqgħod attent li l-konsumaturi jkunu infurmat eżattament dwar dan sabiex jiġu evitati problemi bl-użu ta' bijojuwils f'magni aktar qodma li ma jkunux adatti għall-użu ta' fjuwils ġodda fihom .

Skond id-Direttiva Ewropea Nru 85/536/KEE, il-flotta Ewropea ta' vetturi issa trid tkun tista' tuża fjuwil li jkun fih sa 5% ta' bijoetanolu jew 15% ta' ETBE. Minħabba f'hekk qed jiġi propost li jkun hemm sistema simplifikata ta' ttikkettjar u li tkun limitata għal tipi ta' petrol li jkun fihom 5% ta' etanolu jew 15% ta' ETBE.

L-iżvilupp tal-bijofjuwils huwa biss element wieħed tal-pulitika Ewropea għat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gass b'effett serra fis-settur tat-trasport. Jekk l-Unjoni Ewropea trid tirrispetta l-impenji internazzjonali tagħha għall-ħarsien ta' l-ambjent jeħtieġ b'urġenza li jiġu definiti kemm jista' jkun malajr rekwiżiti ġodda fis-settur tat-trasport.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li tinkorpora fid-Direttiva proċedura biex tiddetermina l-miżuri meħtieġa sabiex jiġi rrispettat il-prinċipju tat-tnaqqis tas-C0² fis-settur tat-trasport għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2011 sa l-2020.

Il-mira ta' tnaqqis ta' 10% għal kull unità ta' enerġija f'għaxar snin mill-emissjonijiet ta' gass b'effett serra li jiġi prodott tul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħa tal-fjuwils, huwa konsistenti mal-politika mixtieqa taċ-ċittadini kollha Ewropej. L-importanza ta' din il-mira hija hekk kbira li kien ikun jistħoqqlha dibattitu għaliha waħedha fl-istituzzjonijiet Ewropej sabiex jiġu definiti l-miżuri li jistgħu jittieħdu.

Meta wieħed jikkunsidra kemm hija urġenti s-sitwazzjoni, il-Kumitat għall-Agrikultura jappoġġja l-prinċipju li dawn il-miżuri jidħlu f'din id-Direttiva, minkejja li l-iskop prinċipali tagħha huwa li jemenda l-kwalità tal-fjuwils.

Madankollu, il-Kumitat għall-Agrikultura se joqgħod attent ħafna meta jiġu definiti miżuri li jridu jiġu deċiżi fil-livell Ewropew biex jiġu implimentati mill-Istati Membri mill-bidu ta' Jannar 2009. Għalhekk, huwa qed jitlob lill-Kummissjoni biez iżżomm lill-Parlament Ewropew infurmat dwar l-iżviluppi fid-diskussjonijiet u b'mod partikulari dwar ir-raġunijiet għal xi dewmien li jista' jkun hemm fl-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill- Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni(1)  Emendi mill-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 6

(6) La directive 2003/30/CE du Parlement européen et du Conseil du 8 mai 2003 visant à promouvoir l'utilisation de biocarburants ou autres carburants renouvelables dans les transports a pour finalité de développer l'utilisation des biocarburants dans la Communauté. La stratégie communautaire sur les biocarburants a été précisée dans la communication de la Commission de 2006 intitulée «Stratégie de l'UE en faveur des biocarburants». Tout en soulignant la volonté d'encourager le développement des biocarburants et de la technologie y afférente, la communication précise que cette croissance ne doit pas mener à une aggravation des atteintes à l'environnement et insiste sur la nécessité de réduire plus encore les émissions de gaz à effet de serre. La communication reconnaît également la nécessité d'encourager le développement de la technologie des biocarburants.

(6) Id-Direttiva 2003/30/KE tat-8 ta' Mejju 2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta' l-użu ta' bijofjuwils jew fjuwils oħra li jiġġeddu għat-trasport għandha l-għan li tippromwovi l-użu ta' bijofjuwils fil-Komunità. Il-bijofjuwils huma wieħed mill-mezzi biex jintlaħqu l-mirijiet stabbiliti mill-Unjoni Ewropea għat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gass b'effett serra, u b'mod partikulari fis-settur tat-trasport. L-Istrateġija tal-Komunità dwar il-Bijofjuwils kompliet tiġi elaborata fil-Komuikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-2006 - Strateġija ta' l-UE għall-Bijofjuwils. Filwaqt li wriet ir-rieda li jiġu żviluppati aktar il-bijofjuwils u t-teknoloġija tal-bijofjuwils, il-Komunikazzjoni tagħmilha ċara li t-tkabbir tal-bijofjuwils m'għandux iwassal għal żieda fil-ħsara ambjentali u enfasizzat il-bżonn ta' titjib fl-iffrankar ta' gassijiet b'effett serra. Il-Komunikazzjoni tirrikonoxxi wkoll il-bżonn li jiġi mħeġġeġ żvilupp ulterjuri tat-teknoloġija tal-bijofjuwils.

Emenda 2

PREMESSA 9

(9) La combustion du carburant utilisé pour le transport routier est responsable d'environ 20 % des émissions de gaz à effet de serre de l'Union européenne. Pour réduire ces émissions, une possibilité consiste à réduire les émissions de gaz à effet de serre générées par ces carburants tout au long de leur cycle de vie. Cela peut se faire de plusieurs manières. Étant donné la volonté de la Communauté de réduire davantage encore les émissions de gaz à effet de serre et le rôle important que jouent les émissions produites par le transport routier, il est souhaitable de mettre en œuvre un mécanisme imposant aux fournisseurs de carburants de rendre compte des émissions de gaz à effet de serre produites sur l'ensemble du cycle de vie des carburants qu'ils fournissent et de réduire annuellement ces émissions dans une proportion déterminée à partir de 2010. Dans la mesure où la directive va contribuer notamment au développement des biocarburants, le mécanisme de déclaration et de réduction des émissions de gaz à effet de serre sera élaboré de façon coordonnée avec les dispositions de la directive 2003/30/CE.

(9) L-użu tal-fjuwil użat għat-trasport fit-toroq huwa risponsabbli għal madwar 20% ta' l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra fl-Unjoni Ewropea. Biex jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet ikun indispensabbli li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra ta' dawn il-fjuwils tul iċ-ċiklu sħiħ ta' ħajja tagħhom. Dan jista' jsir b'bosta modi. Billi l-Komunità trid li jitnaqqsu dejjem aktar l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra u l-meta jitqies l-irwol kbir li t-trasport fuq it-toroq għandu fuq dan, ikun xieraq li jiġi implimentat mekkaniżmu li jeżiġi li dawk li jissupplixxu l-fjuwil jirrappurtaw l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' dan il-fjuwil u li kull sena jnaqqsu dawn l-emissjonijiet b'ammont stipulat sa mis-sena 2010 'il quddiem. Billi wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva huwa li jiżdied l-użu tal-bijofjuwils, ir-rappurtaġġ tal-gass b'effett serra u l-mekkaniżmu għat-tnaqqis tiegħu għandhom jiġu żviluppati b'koordinazzjoni mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/30/EC u għandu jidħol fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008.

Ġustifikazzjoni

Il est indispensable d’instaurer une politique volontariste de réduction des émissions de gaz à effet de serre, sous peine de voir l’Union européenne ne pas respecter ses engagements internationaux en la matière.

D’autre part, la proposition de la Commission de directive relative à la spécification des essences aurait dû être prise pour le 31 décembre 2005. Les retards pris conduisent à différer sans cesse une politique européenne de réduction des gaz à effet de serre. C’est la raison pour laquelle il est donc plus qu’urgent que l’Union européenne prenne toutes les dispositions nécessaires pour mettre en place, dans les délais les plus brefs, tous les éléments indispensables à une politique dynamique de réduction des gaz à effet de serre. Dans ce cadre, la fixation d’une date limite impérative pour la mise en place d’un mécanisme de déclaration et de réduction des émissions de gaz à effet de serre s’impose.

Emenda 3

PREMESSA 9 A (ġdida)

(9 a) It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gass b'effett serra huwa importanti ħafna għall-pajjiżi kollha. L-Unjoni Ewropea, permezz ta' l-objettivi mfassla tagħha, għandha turi l-opportunitajiet għall-implimentazzjoni ta' politiki li jimponu tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gass b'effett serra. Barra minn hekk, meta jitqiesu l-implikazzjonijiet ambjentali involuti, jeħtieġ li jiġi implimentat mekkaniżmu għar-rappurtaġġ u għat-tnaqqis ta' gass b'effett serra qabel l-1 ta' Jannar 2009. Jekk dan ma jseħħx, il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport lill-Parlament Ewropej dwar ir-raġunijiet ta' dan id-dewmien.

Ġustifikazzjoni

It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gass b'effett serra huwa importanti ħafna għall-pajjiżi kollha. L-Unjoni Ewropea permezz ta' l-objettivi mfassla tagħha għandha turi l-opportunitajiet għall-implimentazzjoni ta' politiki li jimponu tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gass b'effett serra.

Emenda 4

PREMESSA 11

(11) La Commission s'est fixé pour objectif de faire en sorte que les biocarburants représentent au moins 10 % des carburants utilisés pour le transport d'ici à 2020. Les progrès permanents de la technologie automobile et de la technologie des carburants, auxquels s'ajoute la volonté constante de garantir un niveau optimal de protection de l'environnement et de la santé, rendent nécessaire un réexamen périodique des spécifications relatives aux carburants, sur la base d'études et d'analyses complémentaires concernant l'influence des additifs et de la teneur en biocarburants sur les émissions polluantes. Il convient par conséquent de faire régulièrement rapport sur les possibilités de «décarbonisation» des carburants utilisés pour le transport.

(11) L-Unjoni Ewropea ddikjarat l-mira tagħha li l-bijofjuwils ikunu jagħmlu talanqas 10% mill-fjuwil użat għat-trasport sa l-2010. Il-progress li dejjem qed jiżdied fl-oqsma tat-teknoloġija tal-vetturi u t-teknoloġija tal-fjuwils, flimkien mar-rieda kostanti li jiġi garantit l-ogħla livell ta' ħarsien ta' l-ambjent u tas-saħħa, jagħmel meħtiega evalwazzjoni kull tant żmien ta' l-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwils ibbażata fuq studji u analiżi kumplimentari dwar l-impatt ta' adittivi u komponenti ta' bijofjuwils fuq eminissjonijiet li jniġġsu. Jaqbel għalhekk li jsir rapport regolari dwar il-possibilitàjiet ta' dikarbonizzazzjoni tal-fjuwils użati għat-trasport.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew dejjem tkellem favur objettivi ambizzjużi għall-użu tal-bijofjuwils. Min-naħa tiegħu, il-Kunsill Ewropew fil-komunikazzjoni tiegħu tat-8 u d-9 ta' Marzu fakkar fl-objettiv mandatorju ta' l-użu ta' talanqas 10% ta' bijofjuwil użat fil-fjuwil għat-trasport.

Emenda 5

PREMESSA 11 A (ġdida)

 

(11 a) Il-Kummissjoni għandha tfassal proposta leġiżlattiva li jkollha l-iskop li tiggarantixxi li l-produzzjoni ta' fjuwil minn materja primja veġetali ma tipperrikolax is-sikurezza ta' l-ikel.

Ġustifikazzjoni

L-iskop ewlieni tal-politika agrikola Komuni huwa s-sikurezza ta' l-ikel tal-popolazzjoni. Il-materja prima għall-fjuwils veġetali hija mkabbra fuq l-istess uċuħ fejn jitkabbru prodotti alimentari. Huwa għalhekk li l-leġiżlazzjoni għandha tieħu ħsieb li l-użu ta' fjuwils veġetali ma jipperikolax is-sikurezza alimentari, u dan japplika għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw ukoll.

Emenda 6

PREMESSA 12 A (ġdida)

(12 a) It-taħlit ta' etanol fil-petrol jirriżulta f'bidla mhux lineari tal-pressjoni tal-fwar fit-taħlita ta' fjuwil li tirriżulta.

Ġustifikazzjoni

Fehim aħjar tal-problemi involuti jagħmilha essenzjali li jkun hemm bidla fl-istruttura ta' l-emendi.

Emenda 7

PREMESSA 13

(13) Il convient que les détails concernant le mélange d'éthanol dans l'essence, en particulier la limitation de la pression de vapeur et les variantes possibles pour éviter que les mélanges contenant de l'éthanol ne dépassent la pression de vapeur admissible, soient réexaminés sur la base de l'expérience acquise par l'application de la directive 98/70/CE.

(13) Jaqbel li d-dettalji dwar it-taħlit ta' etanol mal-petrol, b'mod partikulari fejn jirrigwarda l-limiti għall-pressjoni tal-fwar u l-alternattivi possibbli sabiex ikunu żgurati li taħlitiet bl-etanol ma jaqbżux il-pressjoni ta' fwar aċċettabbli, jerġgħu jiġu eżaminati fid-dawl ta' l-esperjenzi miksuba bl-applikazzjoni tad-Direttiva 98/70/KE. Fil-fatt, il-pressjoni tal-fwar tat-taħlitiet hija marbuta wkoll mal-kompożizzjoni oriġinali tal-petrol użat.

Ġustifikazzjoni

Billi l-volatilità ta' l-etanol hija stabbli għal livell partikulari ta' etanol, il-kompożizzjoni tal-petrol li jkun hemm fit-taħlita huwa l-fattur determinanti għall-volatilità tal-prodott finali.

Emenda 8

PREMESSA 14

(14) Le mélange d'éthanol dans l'essence augmente la pression de vapeur du carburant ainsi obtenu; or, la pression de vapeur des mélanges d'essence doit être maîtrisée pour limiter les émissions de polluants dans l'air.

(14) Il-pressjoni tal-fwar tat-taħlitiet tal-petrol għandha tiġi kkontrollata sabiex tiġi limitata l-emissjoniji ta' tinġis fl-arja. Filfatt, iż-żieda tal-pressjoni tal-fwar tat-taħlita tal-petrol u l-etanol tkun l-ogħla meta jiżdied etanol li jkun ta' 5% tal-volum, u l-pressjoni tonqos f'taħlitiet b'livelli ogħla ta' etanol.

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda tal-pressjoni tal-fwar tat-taħlita tal-fjuwil tkun l-ogħla meta jiżdied etanol li jkun ta' 5% tal-volum, u l-pressjoni tonqos f'taħlitiet b'livelli ogħla ta' etanol.

Emenda

PREMESSA 15

(15) Le mélange d’éthanol dans l’essence modifie de façon non linéaire la pression de vapeur du carburant ainsi obtenu. Pour faire en sorte que la pression de vapeur de l’essence résultant du mélange de deux mélanges essence-éthanol autorisés reste inférieur à la limite autorisée, il est nécessaire de définir le dépassement autorisé de la pression de vapeur prescrite pour de tels mélanges de façon à ce qu’il corresponde à l’augmentation réelle de pression de vapeur observée lors de l’ajout d’un pourcentage donné d’éthanol dans l’essence.

(15) Sabiex il-pressjoni tal-fwar tal-petrol li tirriżulta mit-taħlita ta' kwalunkwe żewġ taħlitiet legali ta' etanol u petrol ma taqbiżx il-limitu legali ta pressjoni tal-fwar, jeħtieġ li tiġi definita d-deroga għall-pressjoni ta' fwar ta' taħlitiet bħal dawn, sabiex tiġi kkunsidrata l-kwalità intrinsika tal-petrol użat u li b'hekk dan jikkorrispondi għaż-żieda reali ta' pressjoni tal-fwar li jirriżulta meta jiżdied perċentwal stipulat ta' etanol mal-petrol.

Ġustifikazzjoni

Billi l-volatilità ta' l-etanol hija stabbli għal livell partikulari ta' etanol, il-kompożizzjoni tal-petrol li jkun hemm fit-taħlita huwa l-fattur determinanti għal volatilità tal-prodott finali.

Emenda 10

PREMESSA 16

(16) Afin d'encourager l'utilisation de carburants à faible teneur en carbone tout en respectant les objectifs en matière de lutte contre la pollution atmosphérique, le mieux serait que les raffineurs proposent de l'essence à faible pression de vapeur en quantités suffisantes. Cela n'étant pas le cas pour le moment, la pression de vapeur maximale autorisée pour les mélanges contenant de l'éthanol est augmentée afin de permettre au marché des biocarburants de se développer.

(16) Sabiex jiġi nkuraġġut l-użu ta' fjuwil b'livell baxx ta' karbonju b' rispett għall-miri għall-kontra t-tniġġiż ta' l-arja, idealment ir-raffinaturi għandhom jipprovdu petrol bi pressjoni baxxa ta' fwar fil-kwantitajiet meħtieġa. Sfortunatament dan attwalment m'huwiex isir għaliex hemm disponibbli biss kwantità żgħira ħafna ta' petrol bi pressjoni baxxa ta' fwar.

Ġustifikazzjoni

Sfortunatament wieħed jinnota l-problema ta' kuljum ta' raffinaturi li ma jipprovdux lill-produtturi Ewropej il-kwantitajiet meħtieġa ta' petrol bi pressjoni baxxa ta' fwar għat taħlit ta' petrol u etanol. Din hija sitwazzjoni deplorevoli ħafna għaliex tfixkel l-iżvilupp tal-bijofjuwils u hija ta' ħsara għall-miri politiċi mistqarra ta' l-Unjoni Ewropea.

Emenda 11

PREMESSA 16 A (ġdida)

(16 a) Minħabba dan in-nuqqas, l-ogħla pressjoni awtorizzatai għal taħlitiet li fihom l-etanol għandha tiżdied sabiex ikun jista' jseħħ l-iżvilupp indispensabbli għas-suq tal-bijofjuwils.

Ġustifikazzjoni

Sabiex wieħed ikun jista' jagħti widen għat-tħassib tal-produtturi tal-bijofjuwil dwar il-forniment insuffiċjenti ta' petrol bi pressjoni baxxa ta' fwar u b'hekk tingħeleb l-attitudni tar-raffinaturi, qed jiġi propost li jkun hemm żieda ta' l-ogħla pressjoni awtorizzata għat-taħlitiet li jkun fihom l-etanol.

Emenda 12

PREMESSA 16 b (ġdida)

(16 b) L-ispeċifikazzjonijiet tal-petrol, tad-diżil u taż-żjut tal-gass kellhom jiġu riveduti qabel il-31 ta' Diċembru 2005. Id-dewmien wassal għal dewmien simili fl-implimentazzjoni tal-politiki ta' l-Unjoni Ewropea għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra fis-settur tat-trasport .

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 2003/30 kienet stipulat li l-ispeċifikazzjonijiet taż-żejt, tad-diżil u taż-żjut tal-gass kellhom jiġu riveduti qabel il-31 ta' Diċembru 2005.

Emenda 13

PREMESSA 16 c (ġdid)

(16 c) Sabiex ma jikbirx id-dewmien għall-implimentazzjoni ta' l-objettivi għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gass b'effett serra fis-settur tat-trasport, il-Kummissjoni għandha tieħu passi sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jawtorizzaw kemm jista' jkun malajr it-taħlit dirett ta' l-etanol fil-petrol.

Ġustifikazzjoni

Ikun inkonċepibbli li jittawwal aktar id-dewmien li seħħ minn wara Diċembru 2005. Sabiex jitnaqqas l-impatt ta' dan id-dewmien għandha tingħata deroga, konformi ma' l-applikazzjoni ta' l-objettivi ta' l-Unjoni Ewropea għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' ġass b'effett serra,, lil dawk l-Istati Membri li japplikaw, jew li jkunu jixtiequ japplikaw, il-miżuri stipulati minn din id-Direttiva billi jippromwovu t-taħlit dirett ta' l-etanol fil-petrol.

Emenda 14

PREMESSA 16 d (ġdid)

(16 d) Billi l-fjuwils ġodda jistgħu jkunu ta' ċertu riskju għal magni qodma, huwa essenzjali li tingħata informazzjoni preċiża lill-konsumaturi permezz ta' tikketti xierqa għall-fjuwils li jkun fihom livelli ogħla ta' bijofjuwils minn dawk li bħalissa jinsabu fis-suq.

Ġustifikazzjoni

I-dispożizzjonijiet ta' l-abbozz ta' direttiva jeħtieġ li jindirizza t-tħassib tal-konsumaturi li mingħajrhom l-objettivi ta' l-Unjoni Ewropea għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra ma jkunux jistgħu jintlaħqu. Dan jgħodd b'mod partikulari għal proprjetarji ta' vetturi qodma li ma kenux maħsuba biex jaħdmu fuq fjuwils ġodda.

Emenda 15

PREMESSA 19

(19) Dans le cadre de la mise en place d'un nouveau mécanisme de surveillance des émissions de gaz à effet de serre, il convient d'habiliter la Commission à définir la méthode à utiliser pour rendre compte des émissions de gaz à effet de serre produites sur l'ensemble du cycle de vie des carburants utilisés pour le transport routier et pour les engins mobiles non routiers. Ces mesures, de même que celles relatives à l'adaptation des méthodes d'analyse autorisées prévue à l'article 10 de la directive 98/70/CE, étant de portée générale et visant à compléter la présente directive par l'ajout de nouveaux éléments non essentiels, il convient qu'elles soient adoptées conformément à la procédure de réglementation avec contrôle prévue par l'article 5 bis de la décision 1999/468/CE.

(19) Fil-qafas ta' l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmu ġdid għal moniteraġġ ta' l-emissjonijiet tal-gass b'effett serra, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistabbilixxi l-metodu li għandu jintuża għar-rapporti dwar iċ-ċiklu ta' ħajja ta' l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra minn fjuwils li jintużaw għat-trasport fit-toroq u f'makkinarju mobbli li ma jintużax fit-toroq. Il-Kummissjoni għandha wkoll tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew dwar problemi li jkun hemm, b'mod partikulari rigward dewmien fl-implimentazzjoni. Minħabba li dawn il-miżuri, bħal dawk għall-adattament tal-metodi analitiċi permissibbli skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/70/KE, għandhom ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jissupplementaw din id-Direttiva biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ġustifikazzjoni

It-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gass b'effett serra, b'mod partikulari fis-settur tat-trasport, huwa wieħed mill-objettivi prinċipali tal-Parlament Ewropew li huwa l-portavuċi tat-tħassib li jesprimu ċ-ċittadini Ewropej f'dan il-qasam. Huwa għalhekk li qed jitlob li l-PE ikun involut fl-istadji kollha tal-preparazzjoni tal-miżuri rigward l-emissjonijiet ta' gass b'effett serra u li talanqas jiġi infurmat dwar kwalunkwe dewmien fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri.

Emenda 16

PREMESSA 21 A (ġdida)

(21 a) Ir-riċerka rigward magni ġodda li jipproduċu anqas gass b'effett serra għandha tiġi inkoraġġita fil-livell komunitarju. Din ir-riċerka għandha tkun kapaċi tantiċipa wkoll l-iżvilupp ta' fjuwils li jistgħu ikunu disponibbli matul l-20 sena li ġejjin.

Ġustifikazzjoni

It-teknoloġija tal-magni qed tevolvi wkoll. Ir-riċerka rigward magni ġodda li jipproduċu anqas gass b'effett serra għandha tiġi inkoraġġita fil-livell komunitarju. Barra minn hekk, din ir-riċerka għandha wkoll tantiċipa l-iżvilupp ta' fjuwils li għandhom ikunu disponibbli matul l-għoxrin sena li ġejjin u li jkun fihom livelli ogħla ta' bijofjuwils, b'mod partikulari tipi ta' petrol li jkun fihom 20 u 30% etanol, fjuwils li d-disinjaturi ta' magni qed jaħdmu fuqhom diġà.

Emenda 17

ARTIKOLU 1, Punt 2 c)
ARTIKOLU 3, paragrafu 3, inċiż 1, (Direttiva 98/70/KE)

«3. Le carburant conforme aux spécifications énoncées à l'annexe III est signalé par un étiquetage comportant la mention «Essence à faible teneur en biocarburant» dans la ou les langues nationales.

«3. Fjuwils li jissodosfaw l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness III ma jkollhomx bżonn ta' ttikkettjar speċifiku dwar il-livell ta' etanol jew ETBE li jkun fihom.

Ġustifikazzjoni

Il-flotta Ewropea ta' vetturi attwalment tista' tuża fjuwil li fih sa 5% etanol jew 15% ETBE. L-użu ta' petrol li jkun fih anqas minn 5% ta' etanol jew anqas minn 14% ta' ETBE huma normali fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea. Ir-referenza għal kontenut baxx ta' etanol jew ta' ETBE ma jidhirx għalhekk li huwa element determinanti għall-għoti ta' informazzjoni preċiża liċ-ċittadin.

Emenda 18

ARTIKOLU 1, Punt 2 c)
ARTIKOLU 3, paragrafu 3, inċiż 2, (Direttiva 98/70/KE)

Le carburant conforme aux spécifications énoncées à l'annexe V est signalé par un étiquetage comportant la mention «Essence à teneur élevée en biocarburant» dans la ou les langues nationales.»

Il-fjuwil li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness V għandu jkun immarkat fil-lingwa jew fil-lingwi nazzjonali bħala "Petrol b'livell ogħla ta' bijofjuwil".

Ġustifikazzjoni

Dwar dak li jirrigwarda tipi ta' petrol li jkun fihom aktar minn 5% ta' etanol jew aktar minn 15% ta' ETBE, huma l-mudelli l-aktar reċenti ta' vetturi li jistgħu jaċċettaw taħlitiet bħal dawn. Huwa għalhekk li l-informazzjoni għall-konsumaturi għandha tiffoka fuq dawn it-taħlitiet sabiex jiġu evitati problemi ta' inkompatibilità għall-vetturi u sabiex tiggwida lill-konsumaturi għall-użu ta' l-aktar fjuwil adattat fid-dawl ta' l-objettivi ta' din id-Direttiva.

Emenda 19

ARTIKOLU 1, PUNT 2 B (ġdid)
Artikolu 3, paragrafu 2, punt c a (ġdid) (Direttiva 98/70/KE)

b a) Fit tieni paragrafu, jiżdied il-punt c a) kif ġej:

 

"c a) L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2012, il-petrol bla ċomb li jkollu talanqas 70% ta' bijoetanol ikun konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet ambjentali stabbiliti fl-Anness VIa."

Ġustifikazzjoni

Għall-fjuwil ġdid E 85, huwa indispensabbli li jiddaħħlu speċifikazzjonijiet ambjentali stabbiliti minħabba li fih kwantità ta' bijoetanol ta' talanqas 70% v/v.

Emenda 20

ARTIKOLU 7 a, paragrafu 3a (ġdid) , (Direttiva 98/70/KE)

3 a Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew dwar il-metodi li ntużaw għall-informazzjoni li jirreferi għaliha l-1 u t-2 paragrafu ta' dan l-Artikolu u dwar il-miżuri meħtieġa li ttieħdu, kif stipulat mit-3 paragrafu ta' dan l-Artikolu.

 

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar kull dewmien biex jintlaħqu l-objettivi għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gass b'effett serra.

Ġustifikazzjoni

It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gass b'effett serra huwa importanti ħafna għall-pajjiżi kollha. L-Unjoni Ewropea permezz ta' l-objettivi stabbiliti tagħha għandha turi l-opportunitajiet għall-implimentazzjoni ta' politiki li jimponu tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gass b'effett serra. Barra minn hekk, meta jitqiesu l-implikazzjonijiet ambjentali involuti, jeħtieġ li jiġi implimentat mekkaniżmu għar-rappurtaġġ u għat-tnaqqis ta' gass b'effett serra qabel l-1 ta' Jannar 2009. Jekk dan ma jseħħx il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport malajr lill-Parlament Ewropew dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dan id-dewmien.

Emenda 21

ARTIKOLU 1, Punt 12
Anness III (Direttiva 98/70/KE)

Le texte de la note 5 en bas de page est modifié par l'ajout du texte suivant: «Lorsque le carburant contient de l'éthanol, la pression de vapeur maximale en période estivale peut dépasser la limite de 60 kPa de la valeur indiquée dans le tableau figurant à l'annexe VI.»

In-nota 5 ta' qiegħ il-paġna hija emendata biż-żieda ta' dan it-test: "Meta fjuwil ikun fih l-etanol, l-ogħla pressjoni ta' fwar jista' jeċċedi l-limitu ffissat awtorizzat għall-istaġun attwali, kif indikat fit-tabella fl-Anness V1."

Ġustifikazzjoni

It-taħlit dirett tal-bijoetanol fil-fjuwil għandu jiġi mħeġġeġ għal tul is-sena kollha.

Emenda 22

ANNESS
Anness V, linja 11 (Kontenut ta' ossiġnu) ir-4 kolonna (Direttiva 98/70/KE)

3,7

4,0

Ġustifikazzjoni

L-istandards ta' referenza Ewropej għal petrol bla ċomb - standard EN 228 - jistipulaw li d-densità ta' dan it-tip ta' petrol trid tkun bejn is-720 u s-775 kk/m3 fi 15°C. Jekk 10% ta' etanol skond il-volum jiġi inkorporat fil-petrol b'densità tan-naħa t'isfel ta' l-iskala - 720 kg/m3 - il-kontentunt ta' ossiġenu ta' dak il-petrol ikun qed jaqbeż it-3.7% m/m u ma' jibqax konformi ma' dan l-istandard. Jekk il-kontenut massimu ta' ossiġenu jiġi ffissat għal 4% m/m ikun possibbli li jiġi inkorporat 10% skond il-volum ta' etanol f'petrol bla ċomb li jkun konformi ma' l-istandard meħtieġ u jiġi evitat ir-riskju li dan il-petrol ma jibqax konformi ma' l-istandard meta jkun hemm iż-żieda ta' etanol mat-taħlita.

Emenda 23

ANNESS
Anness V, nota ta' qiegħ il-paġna 4 (Direttiva 98/70/KE)

(4) Dans les Etats membres qui connaissent des conditions climatiques de type polaire ou des hivers rigoureux, la pression de vapeur maximale ne dépasse pas 70,0 kPa. Lorsque le carburant contient de l’éthanol, la pression de vapeur maximale en période estivale peut dépasser la limite de 60 kPa de la valeur indiquée dans le tableau figurant à l’annexe VI.

(4) Fi Stati Membri b'kundizzjonijiet ta' temp artiku jew ta' xitwa qalila, il-pressjoni tal- fwar ma tridx taqbeż is-70.0 kPa. Meta fjuwil ikun fih l-etanol, l-ogħla pressjoni ta' fwar tista' teċċedi l-limitu awtorizzat għall-istaġun attwali, kif indikat fl-Anness V1.

Ġustifikazzjoni

It-taħlit dirett tal-bijoetanol fil-fjuwil għandu jiġi mħeġġeġ għal tul is-sena kollha.

Emenda 24

ARTIKOLU 1, PUNT 15 A (ġdid)
Anness VI a (ġdid) (Direttiva 98/70/KE)

15 a Jiżdied l-Anness V1 a li huwa inkluż fl-Anness ta' din id-Direttiva .

"ANNESS VI a

SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI APPLIKABBLI GĦALL-FJUWILS FIS-SUQ GĦALL-VETTURI B'MAGNI BI SPARK IGNITION

Tip ta' PETROL E 85

Rekwiżiti applikabbkli u metodi ta' analiżi.

Parametri (1)

Unità ta' kejl

Limiti

Minimi

Massimi

Indiċi ta' ottan ta' riċerka

 

95

-

Indiċi ta' l-ottan tal-magna

 

 

85

-

- Alkoħols ogħla (C3-C8)

% v/v

-

2,0

- Metanol

% v/v

-

1,0

- Eteri li fihom 5 atomi tal-karbonju, jew aktar minn 5, għal kull molekula

 

-

5,2

 

% v/v

Kontenut ta' sulfat

mg/kg

-

1

Rekwiżiti skond il-klima u l-metodi ta' analiżi

Parametri (1)

Unita ta'kejl

Limiti(2)

Klassi A (is-sajf)

Klassi B (ix-xitwa)

Minimi

Massimi

Minimi

Massimi

- Etanol u alkoħol ogħla

% v/v

753

86

703

80

- Super 75 skond l-istandard EN 228

% v/v

-

25

-

30

- Pressjoni tal-fwar

kPa

35

60

50

90

(1) Il-metodi ta' analiżi huma dawk speċifikati fl-istandard EN 228:1999. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodu ta' analiżi stabbilit fl-istandard ta' sostituzzjoni EN 228:1999 sakemm ikun jista' jiġi stabbilit li dan ikun ta' livell tajjeb u preċiż daqs dak tal-metodu li jissostitwixxi.

(2) Il-valuri msemmija fl-ispeċifikazzjoni huma "valuri reali". Biex jiġu stabbiliti l-valuri limiti tagħhom intużaw il-kundizzjonijiet ta' l-istandard ISO 4259 "Prodotti taż-żejt: id-determinazzjoni u l-applikazzjoni ta’ data ta’ preċiżjoni relatata mal-metodi tat-test” ġew applikati u fl-iffissar valur minimu, ittieħed kont ta’ differenza minima ta’ 2R fuq iż-żero (R = riproduttività). Ir-riżultati ta’ miżuri individwali għandhom jiġu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f’ISO 4259 (ippubblikat fl-1995).

(3) L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jikkummerċjalizzaw il-petrol E 85 b'kontenut minimu ta' 65% v/v skond l-istandards nazzjonali adattati fuq il-bażi ta' l-istandards Ewropej 15293:2005."

Ġustifikazzjoni

Għall-fjuwil ġdid E 85, huwa indispensabbli li jiddaħħlu speċifikazzjonijiet ambjentali stabbiliti minħabba li fih kwantità ta' bijoetanol ta' talanqas 70% v/v.

PROĊEDURA

Titolu

Il-monitoraġġ u t-tnaqqis ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mill-fjuwils (trasport fit-toroq u tbaħħir intern)

Referenzi

COM(2007)0018 - C6-0061/2007 - 2007/0019(COD)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

13.3.2007

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Joseph Daul

8.5.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

4.6.2007

16.7.2007

12.9.2007

 

Data ta’ l-adozzjoni

12.9.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

29

0

0

Membri preżenti għall-vot finali

Vincenzo Aita, Luis Manuel Capoulas Santos, Giuseppe Castiglione, Joseph Daul, Albert Deß, Michl Ebner, Duarte Freitas, Lutz Goepel, Bogdan Golik, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Lily Jacobs, Elisabeth Jeggle, Stéphane Le Foll, Véronique Mathieu, Rosa Miguélez Ramos, Neil Parish, Radu Podgorean, María Isabel Salinas García, Agnes Schierhuber, Willem Schuth, Czesław Adam Siekierski, Petya Stavreva, Donato Tommaso Veraldi

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Esther De Lange, Ilda Figueiredo, Roselyne Lefrançois, Astrid Lulling, Hans-Peter Mayer

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Manolis Mavrommatis

(1)

Għadu ma deherx fil-Ġurnal Ufficjali.


PROĊEDURA

Titolu

Il-monitoraġġ u t-tnaqqis ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mill-fjuwils (trasport fit-toroq u tbaħħir intern)

Referenzi

COM(2007)0018 - C6-0061/2007 - 2007/0019(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

31.1.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

13.3.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

13.3.2007

ITRE

13.3.2007

IMCO

13.3.2007

TRAN

13.3.2007

 

AGRI

13.3.2007

 

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

13.3.2007

IMCO

1.3.2007

TRAN

28.2.2007

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Dorette Corbey

8.3.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

4.6.2007

13.9.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

27.11.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

42

7

0

Membri preżenti għall-vot finali

Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Pilar Ayuso, Johannes Blokland, John Bowis, Dorette Corbey, Chris Davies, Avril Doyle, Edite Estrela, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Caroline Jackson, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Aldis Kušķis, Linda McAvan, Alexandru-Ioan Morţun, Riitta Myller, Miroslav Ouzký, Daciana Octavia Sârbu, Karin Scheele, Carl Schlyter, Richard Seeber, Kathy Sinnott, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Alfonso Andria, Iles Braghetto, Kathalijne Maria Buitenweg, Christofer Fjellner, Umberto Guidoni, Erna Hennicot-Schoepges, Anne Laperrouze, David Martin, Miroslav Mikolášik, Andres Tarand, Lambert van Nistelrooij

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Jean-Pierre Audy, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Willi Piecyk

Data tat-tressiq

6.12.2007

Avviż legali - Politika tal-privatezza