RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 95/50/KE rigward is-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni

19.12.2007 - (COM(2007)0509 – C6‑0278/2007 – 2007/0184(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Bogusław Liberadzki

Proċedura : 2007/0184(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0506/2007
Testi mressqa :
A6-0506/2007
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 95/50/KE rigward is-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni

(COM(2007)0509 – C6‑0278/2007 – 2007/0184(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0509),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skond liema trattat il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0278/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0506/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tikkonsultah jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

Id-Direttiva 94/55/KE tistipula regoli ta’ sigurtà uniformi għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq. Din id-Direttiva għandha tiġi revokata u sostitwita mid-Direttiva li jmiss dwar it-trasport intern ta’ merkanzija perikoluża, li dwarha l-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu ta’ l-ewwel qari fil-5 ta’ Settembru 2007. Il-proċeduri għall-verifiki li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri dwar it-trasport ta’ merkanzija perikoluża huma stipulati f’parti ta’ leġiżlazzjoni separata, jiġifieri fid-Direttiva 95/50/KE.

Sabiex iwettqu l-verifiki stabbiliti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw il-lista ta’ verifika fl-Anness I. L-Anness II fih lista mhux eżawrjenti ta’ ksur li għaliha l-vetturi jistgħu jitwaqqfu u jkunu mitluba li jsiru konformi qabel ma jkomplu l-vjaġġ tagħhom. Kull Stat Membru għandu jibgħat rapport lill-Kummissjoni kull sena kalendarja dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva, li jsir bi qbil mal-mudell fl-Anness III.

L-Artikoli 9a u 9b tad-Direttiva 95/50/KE jagħtu ċerti poteri ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-adattament ta’ l-Annessi tad-Direttiva għall-progress xjentifiku u tekniku, filwaqt li jqisu emendi possibbli għad-Direttiva 94/55/KE. Bħalissa, il-Kummissjoni teżerċita dawn il-poteri delegati ta’ implimentazzjoni bi qbil ma’ l-hekk imsejħa “proċedura regolatorja”, li tippermettilha tipproċedi bid-deċiżjonijiet tagħha, anke jekk il-Parlament jopponihom.

F’Lulju 2006, proċedura ta’ komitoloġija ġdida, il-“proċedura regolatorja bi skrutinju" ġiet introdotta permezz ta’ reviżjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE. Il-proċedura ġdida żżid b’mod sinifikanti d-drittijiet tal-Parlament Ewropew, peress li tista’ mhux biss tifli abbozz ta' miżura ta' implimentazzjoni, iżda wkoll, f’ċerti kundizzjonijiet, topponi abbozz ta' miżura jew tipproponi emendi. Il-proċedura l-ġdida għandha tiġi applikata lil miżuri ta’ ambitu ġenerali mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura ta’ kodeċiżjoni.

Peress li l-addattament ta’ l-Annessi tad-Direttiva 95/50/KE għandu jkun ikkunsidrat bħala miżuri ta’ skop ġenerali mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali, il-Kummissjoni tipproponi li iġġib id-dispożizzjonijiet tal-komitoloġija tad-Direttiva f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija hawn fuq u b’hekk tissostitwixxi l-proċedura eżistenti (“proċedura regolatorja”) bil-“proċedura regolatorja bi skrutinju” ġdida.

Fl-opinjoni tar-rapporteur, l-Annessi jolqtu s-sustanza tad-Direttiva li għandha x’taqsam mal-proċeduri għall-kontroll tal-konformità. Għalhekk l-addattament tagħhom ikun irid jiġi mifli sew mill-Parlament. Għaldaqstant ir-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni u jissuġġerixxi li tiġi approvata mingħajr emendi.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva 95/50/KE rigward is-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni

Referenzi

COM(2007)0509 - C6-0278/2007 - 2007/0184(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

11.9.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

24.9.2007

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Bogusław Liberadzki

9.10.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

21.11.2007

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

18.12.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

41

0

0

Membri preżenti għall-vot finali

Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Etelka Barsi-Pataky, Jean-Louis Bourlanges, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Arūnas Degutis, Christine De Veyrac, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Emanuel Jardim Fernandes, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Dieter-Lebrecht Koch, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Robert Navarro, Willi Piecyk, Paweł Bartłomiej Piskorski, Luís Queiró, Reinhard Rack, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Silvia-Adriana Ţicău, Yannick Vaugrenard, Armando Veneto, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Luigi Cocilovo, Nathalie Griesbeck, Zita Gurmai, Lily Jacobs, Vladimír Remek, Leopold Józef Rutowicz

Data tat-tressiq

19.12.2007