RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 896/2006/KE li tistabbilixxi reġim simplifikat għall-kontroll ta’ persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Istati Membri ta’ ċerti permessi ta’ residenza maħruġa mill-Iżvizzera u l-Liechtenstein għal skopijiet ta’ tranżitu mit-territorji tagħhom

20.12.2007 - (COM(2007)0508 – C6-0280/2007 – 2007/0186(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Panayiotis Demetriou

Proċedura : 2007/0186(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0509/2007
Testi mressqa :
A6-0509/2007
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 896/2006/KE li tistabbilixxi reġim simplifikat għall-kontroll ta’ persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Istati Membri ta’ ċerti permessi ta’ residenza maħruġa mill-Iżvizzera u l-Liechtenstein għal skopijiet ta’ tranżitu mit-territorji tagħhom

(COM(2007)0508 – C6-0280/2007 – 2007/0186(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0508),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 62(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0280/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6‑0509/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 9

(9) Peress li l-għan ta’ l-azzjoni li għandha tittieħed jaffetwa direttament l-“acquis” Komunitarju dwar il-viżi u ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri meta jaġixxu waħidhom u għalhekk, minħabba raġuni ta’ skala u ta’ effetti ta’ l-azzjoni, jista’ jintlaħaq aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif inhu stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

Peress li l-għan ta’ l-azzjoni li għandha tittieħed jaffettwa direttament l-“acquis” Komunitarju dwar il-fruntieri esterni u ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri meta jaġixxu waħidhom u għalhekk, minħabba raġuni ta’ skala u ta’ effetti ta’ l-azzjoni, jista’ jintlaħaq aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif inhu stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

Ġustifikazzjoni

Din id-Deċiżjoni hija relatata ma' l-acquis Komunitarju dwar il-fruntieri esterni u mhux dwar il-viżi, kif jingħad fit-titolu ("kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni").

Emenda 2

PREMESSA 9 A (ġdida)

 

(9a) Fir-rigward ta' l-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehima konkluża mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ stati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen, dispożizzjonijiet li jagħmlu parti mill-qasam imsemmi fl-Artikolu 1 punt (A) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE1 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dik il-Ftehima.

_______________

1 ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda teknika għandha l-ħsieb li tallinea l-premessi ta' din id-Deċiżjoni ma' dawk tad-Deċiżjoni oriġinali (Deċiżjoni Nru 896/2006/KE - premessa 11).

Emenda 3

PREMESSA 10

(10) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Uniti u l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dawk l-Istati Membri mhumiex jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Ara l-Premessi l-ġodda 11a u 11b

Emenda 4

PREMESSA 11

(11) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta minnha jew hija suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(11) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta minnha jew hija suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Minħabba li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta' Schengen skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka, b'konformità ma' l-Artikolu 5 ta' l-imsemmi Protokoll, trid tiddeċiedi sa perjodu ta' sitt xhur wara d-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni jekk hix se timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda teknika għandha l-ħsieb li tallinea l-premessi ta' din id-Deċiżjoni ma' dawk tad-Deċiżjoni oriġinali (Deċiżjoni Nru 896/2006/KE - premessa 12).

Emenda 5

PREMESSA 11 A (ġdida)

 

(11a) Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen, li r-Renju Unit ma jieħux sehem fih skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen1. Ir-Renju Unit għaldaqstant mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhux marbut minnha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

____________

1 ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda teknika għandha l-ħsieb li tallinea l-premessi ta' din id-Deċiżjoni ma' dawk tad-Deċiżjoni oriġinali (Deċiżjoni Nru 896/2006/KE - premessa 13).

Emenda 6

PREMESSA 11 B (ġdida)

 

(11b) Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen, li l-Irlanda ma tieħux sehem fih skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba ta' l-Irlanda biex tieħdu sehem f'xi disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen2. L-Irlanda għaldaqstant mhux qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix marbuta minnha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

_______________

2 ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda teknika għandha l-ħsieb li tallinea l-premessi ta' din id-Deċiżjoni ma' dawk tad-Deċiżjoni oriġinali (Deċiżjoni Nru 896/2006/KE - premessa 14).

Emenda 7

ARTIKOLU 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bulgarija u lir-Rumanija.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-ħsieb li tallinea l-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni ma' l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni oriġinali (Deċiżjoni Nru 896/2006/KE). Minħabba li din il-proposta għandha l-ħsieb li timmodifika d-Deċiżjoni ta' l-2006, teħtieġ li tkun indirizzata lill-istess Stati Membri bħal dik oriġinali.

PROĊEDURA

Titolu

Reġim simplifikat għall-kontroll ta’ persuni fuq il-fruntieri esterni ta’ l-UE (l-Iżvizzera u l-Liechtenstein)

Referenzi

COM(2007)0508 - C6-0280/2007 - 2007/0186(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

11.9.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

24.9.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

24.9.2007

 

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

27.11.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Panayiotis Demetriou

5.11.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

29.11.2007

18.12.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

18.12.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Roberta Angelilli, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Michael Cashman, Giuseppe Castiglione, Giusto Catania, Jean-Marie Cavada, Carlos Coelho, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Bárbara Dührkop Dührkop, Claudio Fava, Armando França, Urszula Gacek, Kinga Gál, Roland Gewalt, Ewa Klamt, Henrik Lax, Roselyne Lefrançois, Sarah Ludford, Viktória Mohácsi, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Rareş-Lucian Niculescu, Martine Roure, Luciana Sbarbati, Inger Segelström, Csaba Sógor, Søren Bo Søndergaard, Vladimir Urutchev, Ioannis Varvitsiotis, Renate Weber, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Genowefa Grabowska, Sophia in ‘t Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jean Lambert, Antonio Masip Hidalgo, Bill Newton Dunn, Rainer Wieland

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Manuel Medina Ortega

Data tat-tressiq

20.12.2007