RAPPORT dwar Approċċ Politiku Reġjonali għall-Baħar l-Iswed

20.12.2007 - (2007/2101(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Roberta Alma Anastase

Proċedura : 2007/2101(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0510/2007

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar approċċ reġjonali ġdid fil-Baħar l-Iswed
(2007/2101(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Kader Arif

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.      jinnota li, mill-1 ta’ Jannar 2007 bit-tkabbir ta’ l-UE biex tinkludi l-Bulgarija u r-Rumanija, il-Baħar l-Iswed sar baħar Ewropew u li l-fruntieri ta' l-UE issa jmorru oltré dan ir-reġjun; josserva wkoll li n-negozjati ta’ adeżjoni mat-Turkija, it-tiġdid tas-sħubija strateġika mar-Russja u ma’ l-Ukrajna u l-isfidi tas-sigurtà ta' l-enerġija jpoġġu l-koperazzjoni reġjonali għall-Baħar l-Iswed fost l-ewwel prijoritajiet ta' l-aġenda politika barranija ta' l-Unjoni;

2.      iqis li l-UE se jkollha, fil-qafas tal-koperazzjoni tagħha mar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, tiddependi b’mod partikolari fuq it-tliet Stati Membri li huma membri kemm ta’ l-UE kif ukoll ta’ l-Organizzazzjoni tal-Koperazzjoni Ekonomika tal-Baħar l-Iswed (BSEC) (il-Greċja, ir-Rumanija u l-Bulgarija) u għandha tieħu vantaġġ mir-rabtiet mill-qrib li għandha mat-Turkija, pajjiż kandidat għall-adeżjoni;

3.      jinnota b'sodisfazzjon li l-baċin tal-Baħar l-Iswed sar reġjun li fih l-Istati li jmissu miegħu jfittxu eżistenza paċifika bbażata fuq interessi reċiproċi;

4.      jinnota li r-reġjun tal-Baħar l-Iswed sar wieħed mir-reġjuni tad-dinja fejn it-tkabbir huwa l-aktar b’saħħtu – 8% fil-medja fl-2004 - ; jenfasizza, madankollu, li dan it-tkabbir mhux ugwali u appoġġjat aktar fil-pajjiżi li jesportaw il-petrol u l-gass, u li jibqa' xorta globalment dgħajjef minħabba d-dipendenza qawwija fuq l-esportazzjoni ta' xi prodotti u fuq ambjent li mhux dejjem jinkoraġixxi l-investiment u l-iżvilupp tas-settur privat, b’mod partikolari minħabba problemi ta’ korruzzjoni u ta’ frodi f’xi pajjiżi; jenfasizza għalhekk il-ħtieġa li dan ir-reġjun joħloq ambjent istituzzjonali stabbli u xieraq biex jiffavorixxi tkabbir sostenibbli u ekwu;

5       jikkunsidra li integrazzjoni aktar profonda tal-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed fl-ekonomija Ewropea u globali tintlaħaq permezz tad-diversifikazzjoni ta' l-ekonomiji tagħhom u permezz ta' integrazzjoni reġjonali bbażata fuq l-iżvilupp ta' relazzjonijiet ekonomiċi u l-promozzjoni tal-kummerċ, filwaqt li jinsisti fuq il-vantaġġi tal-prossimità ġeografika tagħhom u n-natura kumplimentari ta' l-ekonomiji tagħhom;

6.      jenfasizza li t-tisħiħ tar-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali ma jistax ma jkunx assoċjat ma' sforz politiku sabiex ikunu garantiti l-paċi, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-promozzjoni tad-djalogu interkulturali;

7.      jikkunsidra li l-kummerċ, it-trasport, l-enerġija, ix-xjenza u t-teknoloġija, l-edukazzjoni, l-ambjent, l-agrikoltura, is-sajd jew it-turiżmu huma setturi importanti ta' koperazzjoni biex jassiguraw l-iżvilupp ekonomiku futur tar-reġjun u s-suċċess ta' l-integrazzjoni tiegħu;

8.      jikkunsidra li dan ir-reġjun, minħabba l-pożizzjoni ġeo-strateġika tiegħu - verament qisu salib it-toroq u reġjun ta' tranżitu - u l-potenzjal ekonomiku u uman tiegħu (riżorsi naturali, bażi industrijali u agrikola, nies kwalifikati), għandu numru ta' opportunitajiet li jistgħu, fuq perjodu twil, jippermettulu jikseb statura internazzjonali aktar importanti u jintegra ruħu b'mod sostenibbli fil-kummerċ ewropew u internazzjonali;

9.      jikkunsidra li hu essenzjali li jiġu kkunsidrati l-livelli differenti ta' l-iżvilupp bejn il-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed u, anke bejniethom u l-UE; jinsisti għalhekk fuq il-ħtieġa li dawk il-pajjiżi jingħataw id-dritt li jikkontrollaw ir-ritmu li bih jilliberalizzaw il-kummerċ tagħhom u l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali;

10.    ifakkar li n-negozjati kummerċjali għandhom jiġu adattati skond ir-realtajiet soċjo-ekonomiċi ta' dawn il-pajjiżi u li kummerċ għas-servizz ta' l-iżvilupp għandu jikkontribwixxi għall-progress soċjali; jitlob għalhekk li n-negozjati jkunu orjentati lejn il-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp sostenibbli u jinkludu dispożizzjonijiet dwar xogħol deċenti kif ukoll normi soċjali u ambjentali;

11.    Jilqa’ b’sodisfazzjon ix-xewqa tal-Kummissjoni li tippromwovi t-tisħiħ tad-djalogu mar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, filwaqt li tikkumplimenta l-politiki bilaterali eżistenti (adeżjoni, viċinanza, sħubija strateġika) ma' ‘Sinerġija tal-Baħar l-Iswed’ ġdida; imma jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ ambizzjoni fil-proposti tal-Kummissjoni għal din l-inizjattiva reġjonali ta’ koperazzjoni ġdida u iqis li sabiex jiġi adottat approċċ koerenti u effiċjenti, jeħtieġ li l-UE tinkoraġixxi dimensjoni reġjonali fuq perjodu twil mfassal proprju għal din iz-zona li tpoġġi lil kull pajjiż fuq livell ugwali; iqis li l-iżvilupp futur tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, li hu importanti ħafna f’termini ġeo-politiċi bħala r-rabta bejn l-Ewropa u l-Asja, jibbenefika ħafna minn strateġija tal-Baħar l-Iswed indipendenti, b’mod partikolari f’dak li jirrigwardja l-kummerċ internazzjonali;

12.    jikkunsidra li l-UE għandha tiżviluppa pjan ta’ azzjoni komuni għall-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed, filwaqt li jiġu kkunsidrati kemm il-bżonnijiet ta’ kull pajjiż individwali kif ukoll dawk tar-reġjun kollu kemm hu; jenfasizza li approċċ komuni bejn l-Istati, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, it-trade unions u l-assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem u s-soċjetà ċivili jippermettu li wieħed jidentifika l-prijoritarjiet għall-politiki ġodda, b’mod partikolari dwar it-titjib ta’ l-infrastrutturi, l-iżvilupp ta’ l-SMEs u t-tkabbir sostenibbli;

13.    iqis bħala meħtieġ li l-UE u l-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed jistabilixxu mekkaniżmi ta’ koperazzjoni inter-reġjonali li jevitaw li jsir xogħol doppju u jissinkronizzaw l-attivitajiet tagħhom, peress li l-overlap ta' l-istrutturi preżenti jwassal għal ċerta ineffiċjenza;

14.    ifakkar li l-Organizzazzjoni tal-Koperazzjoni Ekonomika tal-Baħar l-Iswed (BSEC) hija l-uniku għaqda li tiġbor lill-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed flimkien, u jikkunsidra li t-tisħiħ tagħha, permezz ta' investimenti diretti u trasferimenti ta' teknoloġiji moderni, jipprovdi qafas ideali biex titkabbar il-koperazzjoni;

15.    iqis li l-BSEC tista’ tarrikixxi ruħha bl-għajnuna ta’ l-UE, partikolarment fis-setturi li ġejjin: kompetenza ekonomika u leġiżlattiva, sinkronizzazzjoni ma’ l-istandards ewropej, programmi ta’ tħejjija u taħriġ għall-personal li jaħdmu fis-setturi differenti ta’ l-ekonomija u fil-ħajja pubblika; jistieden għalhekk lill-UE biex iżżid l-għoti ta’ għajnuna teknika u finanzjarja lill-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed;

16.    jikkunsidra li l-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed għandhom jieħdu azzjoni aktar sostanzjali fis-settur tar-riċerka xjentifika u teknoloġika filwaqt billi jagħtu prijorità akbar lil mudell ta’ żvilupp ibbażat fuq ekonomija ta’ l-għarfien, biex b’hekk ikun iffaċilitat tkabbir ekonomiku sostenibbli u aktar fit-tul; jistieden lill-UE u lill-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed biex isaħħu l-koperazzjoni tagħhom fis-setturi ta’ l-edukazzjoni, tax-xjenzi u t-teknoloġiji, tar-riċerka u ta’ l-innovazzjoni, ibbażati fuq is-sħubijiet li diġà jeżistu;

17.    iqis li hemm sfidi, opportunitajiet u riskji sostanzjali f’setturi importanti bħall-ambjent, it-trasport tar-riżorsi ta’ l-enerġija, il-bijodiversità, l-enerġija rinnovabbli, ir-riċerka, it-teknoloġiji ġdda u l-innovazzjoni, li għandhom bżonn struttura ġdida istituzzjonali biex tintegra u tikkoordina l-azzjonijiet fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed;

18.    ifakkar li l-UE tipprovdi appoġġ għall-koperazzjoni reġjonali fil-Baħar l-Iswed, b'mod partikolari bil-parteċipazzjoni tagħha fil-proġett TRACECA (kuritur ta’ trasport Ewropa – Caucasia – Asja), fil-programm INOGATE (trasport internazzjonali tal-petrol u tal-gass għall-Ewropa), fil-programm ambjentali għall-Baħar l-Iswed, fiċ-ċentru reġjonali ta' l-enerġija tal-Baħar l-Iswed u fiċ-ċentru internazzjonali ta' l-istudju tal-Baħar l-Iswed;

19.    Jixtieq, madankollu, jara impenn Ewropew aktar attiv u produttiv, b'mod partikolari impenn finanzjarju, għar-reġjun li fih ir-riżorsi limitati llum huma ta' ostakolu sinifikanti għall-iżvilupp tiegħu;

20.    jenfasizza l-irwol tal-Bank Kummerċjali u ta’ l-Iżvilupp tal-Baħar l-Iswed (BSTDB) sabiex jikkonsolida l-koperazzjoni ekonomika fi ħdan il-BSEC, billi jappoġġja proġetti ta’ żvilupp fl-oqsma ta’ l-infrastruttura bħat-trasport u t-telekomunikazzjoni; jixtieq li l-UE tipparteċipa aktar fil-proġetti tal-BSTDB;

21. jikkunsidra li l-UE u l-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed għandhom isegwu u japprofondixxu l-koperazzjoni tagħhom biex jirkupraw u jġeddu l-infrastrutturi li ħafna drabi huma qodma fis-setturi tat-trasport u ta’ l-enerġija;

22.    jistieden lill-UE kif ukoll lill-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed biex itejbu l-effiċjenza enerġetika, partikolarment billi jimplimentaw politiki favur l-iżvilupp ta' enerġiji rinnovabbli u l-ħarsien ambjentali;

23.    huwa mħasseb dwar il-konsegwenzi ambjentali ta' ħsara (id-deterjorazzjoni ta' l-eko-sistema u l-qerda ta' diversi speċi) tat-tniġġiż mhux kontrollat tal-Baħar l-Iswed (ikkawżat minn skart industrijali li jinġarr u jiġi depożitat mix-xmajjar il-kbar Ewropej, jew li jintefa' mill-industriji li qegħdin mal-Baħar l-Iswed, jew tixrid ta' żejt), mingħajr ma wieħed jinsa l-effetti ta' ħsara tas-sajd eċċessiv;

24.    jitlob immedjatament koperazzjoni akbar bejn l-UE u l-pajjiżi li jmissu mal-Baħar l-Iswed sabiex jilqgħu għad-diżastru ambjentali potenzjali fl-ilmijiet tal-Baħar l-Iswed; iqis, barra minn hekk, bħala indispensabbli li jkun hemm aktar awtonomija ta’ azzjoni, akkumpanjati mill-fondi meħtieġa, għall-operaturi reġjonali, lokali, għall-assoċjazzjonijiet u għall-popolazzjonijiet tal-kosta tal-Baħar l-Iswed, li huma l-ewwel niex li huma affetwati mid-deterjorazzjoni tal-kwalità tal-ħajja tagħhom;

25.    jinsisti dwar il-fatt li l-objettiv ta’ l-inizjattiva ġdida ta’ koperazzjoni reġjonali dwar il-Baħar l-Iswed m’għandux ikun dak li joffri alternattiva għas-sħubija fl-UE, lanqas li jiġu definiti l-fruntieri ta’ l-UE, u lanqas li jkun hemm interferenza fin-negozjati mat-Turkija;

26.    jistieden lill-Kummissjoni biex tistudja l-possibilità li testendi l-Programm ta’ Assistenza Teknika għall-Protezzjoni ta’ l-Ambjent tal-Mediterran (METAP) għall-Baħar l-Iswed, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-aspetti tal-ġestjoni taz-zona tal-kosta u t-trattament ta’ l-iskart.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMMISSJONI

Data ta' l-adozzjoni

9.10.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Kader Arif, Cristian Silviu Buşoi, Carlos Carnero González, Daniel Caspary, Françoise Castex, Jean Louis Cottigny, Christofer Fjellner, Glyn Ford, Béla Glattfelder, Ignasi Guardans Cambó, Eduard Raul Hellvig, Jacky Henin, Sajjad Karim, Alain Lipietz, Caroline Lucas, Marusya Ivanova Lyubcheva, Erika Mann, Helmuth Markov, David Martin, Vural Öger, Georgios Papastamkos, Robert Sturdy, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Corien Wortmann-Kool, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Eugenijus Maldeikis, Zuzana Roithová

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

OPINJONITal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija  (23.11.2007)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar approċċ reġjonali ġdid fil-Baħar l-Iswed
(2007/2101(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Silvia-Adriana Ţicău

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.   Jammetti li wara l-adeżjoni tar-Rumanija u tal-Bulgarija, l-UE saret protagonista minn ta' quddiem nett fiz-zona tal-Baħar l-Iswed, li hija ta' importanza strateġika għas-sigurtà ta' l-enerġija u għad-diversifikazzjoni tal-mezzi ta' provvista ta' enerġija fl-UE, tenut kont ta' kemm hija viċin il-Baħar tal-Kaspju, tal-Lvant Nofsani u ta' l-Ażja Ċentrali;

2.   Isostni li t-trawwim tal-prinċipji ta’ l-UE ma jistax jitwettaq biss fil-livell tal-valuri politiċi, u li huwa meħtieġ ukoll li jitrawmu swieq miftuħin u trasparenti fir-reġjun; isostni li biex ikun żviluppat il-kummerċ fiz-zona, huwa meħtieġ li jkunu negozjati proċeduri bil-ħsieb ta’ l-armonizzazzjoni ta’ taxxi u formalitajiet ta’ dwana, kif ukoll ta’ l-armonizzazzjoni tal-proċeduri għal għoti ta’ viżi;

3.   Jenfasizza l-importanza tal-proġett tal-linja ta' pajpijiet tal-gass Nabucco għad-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' l-enerġija fl-UE u jilqa' l-ħatra tal-koordinatur għal dan il-proġett prijoritarju ‘ta' interess Ewropew’ u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex, flimkien ma' l-imsieħba tagħhom, jiżguraw l-implimentazzjoni tiegħu; jinnota li l-fatt li l-isfond finanzjarju tal-bini tal-pipeline Nabucco qed ikun aktar ċar jista’ jassenja impetus ġdid għal investiment li huwa ta’ importanza kbira għar-reġjun;

4.   Iqis illi l-iżvilupp ta' l-infrastrutturi tal-portijiet ta' l-UE li jinsabu fuq il-Baħar l-Iswed u fuq id-Danubju marittimu u t-tisħiħ tal-komodalità tad-diversi mezzi ta' trasport huma essenzjali għall-kummerċ internazzjonali u t-trasport ta' l-idrokarburi, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jaċċelleraw it-twettiq ta' l-assi 7, 18, 21 u 22 tal-proġetti prijoritarji tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport elenkati fl-anness II tad-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE, kif ukoll l-integrazzjoni progressiva tagħhom fil-programm TRACECA (transport corridor Europe Caucasus-Central-Asia), bl-assi ċentrali, l-assi tax-Xlokk u r-rotot marittimi għat-trasport internazzjonali definiti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew ''Estensjoni ta' l-assi tat-trasport trans-Ewropej prinċipali għall-pajjiżi ġirien - Linji Gwida għal trasport fl-Ewropa u fir-reġjuni ġirien'' (COM(2007)0032);

5.   Jiddeplora n-nuqqas ta' koordinazzjoni ta' l-investimenti destinati għall-proġetti fil-qasam tat-trasport, l-enerġija u t-turiżmu fir-reġjun u, filwaqt li jattira l-attenzjoni għar-riskju ta' tniġġis tal-Baħar l-Iswed, jenfasizza l-bżonn li jiġi protett l-ambjent;

6.   Jirrikonoxxi l-importanza tal-Forum tal-Baħar l-Iswed u ta' l-Organizzazzjoni tal-Koperazzjoni Ekonomika tal-Baħar l-Iswed, u jirrakkomanda li tinħoloq dimensjoni ta' l-UE - Baħar l-Iswed ta' l-istess tip tad-Dimensjoni Nordika, ibbażata fuq l-isħubiji indaqs u li jkollha infrastruttura adattata għall-iżvilupp tal-proġetti prijoritarji fil-qasam tat-trasport, l-enerġija, is-sigurtà nukleari, it-turiżmu, il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, l-edukazzjoni u r-riċerka fiz-zona tal-Baħar l-Iswed; iqis li d-dimensjoni tal-Baħar l-Iswed trid tkun imfassla biex issaħħaħ il-forom ta' koperazzjoni attwali pjuttost illi biex toħloq istituzzjonijiet burokratiċi ġodda;

7.   Bil-ħsieb tas-sħubija strateġika bejn l-UE u l-istati tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, jenfasizza l-importanza ta’ investimenti ta’ ffinanzjar u koordinament għal proġetti prijoritarji fil-qasam tat-trasport, l-enerġija u ta' l-ambjent fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed u jirrakkomanda li l-istati fir-reġjun jużaw l-istrumenti finanzjarji disponibbli kollha biex jiffinanzjaw dawn il-proġetti (Fond ta’ Koeżjoni, Fond Ewropew ta' Żvilupp Reġjonali, Fond ta’ Investiment għall-Viċinat, Strument ta’ Sħubija u Viċinat);

8.   Jiġbed l-attenzjoni għall-attività dejjem tiżdied tar-Russja fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed; f’dan ir-rigward josserva li l-UE trid tiċċara li hija tqis li kwalunkwe attentat biex jiġi żgurat monopolju fuq ir-risorsi enerġetiċi fir-reġjun mhuwiex aċċettabbli u jqis li l-iżgurar ta’ aċċess dirett għal risorsi huwa interess leġittimu Komunitarju u li l-prinċipji ta’ kompetizzjoni ħielsa jridu jkunu applikati fit-tfassil tal-politika ta’ l-UE dwar dan is-suġġett;

9.   Jitlob li jkun hemm użu iktar attiv tal-Politika Ewropea għall-Viċinat, imwaqqfa fl-2004, u jinnota li għandha tingħata aktar attenzjoni mhux biss lil ftehimiet reġjonali bilaterali iżda wkoll lil ftehimiet reġjonali multilaterali.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

22.11.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Giles Chichester, Den Dover, András Gyürk, Ján Hudacký, Werner Langen, Herbert Reul, Radu Ţîrle, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras, Adam Gierek, Norbert Glante, Reino Paasilinna, Andres Tarand, Anne Laperrouze, Miloslav Ransdorf, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Nicole Fontaine, Erna Hennicot-Schoepges, Romana Jordan Cizelj, Angelika Niebler, Paul Rübig, Eluned Morgan, Teresa Riera Madurell, Catherine Trautmann, Umberto Guidoni, Vladimír Remek

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Neena Gill, Joan Calabuig Rull, Lambert van Nistelrooij, Vladimir Urutchev

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU  (19.10.2007)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar approċċ ta' politika reġjonali għall-Baħar l-Iswed
(2007/2101(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Leopold Józef Rutowicz

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1. Jirrikonoxxi li bl-adeżjoni ta' żewġ Stati li jmissu mal-Baħar l-Iswed, il-Bulgarija u r-Rumanija, qed jitfaċċaw sfidi ġodda fl-Unjoni Ewropea għall-koperazzjoni reġjonali u transkonfinali bejn l-UE u r-reġjun tal-Baħar l-Iswed; jenfasizza li t-titjib ta' l-infrastruttura tat-trasport u t-turiżmu fir-reġjun, irawwem il-kummerċ internazzjonali u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, filwaqt li jagħti spinta ġdida lid-djalogu politiku u lill-istabilità u lis-soluzzjoni ta' kunflitti ffriżati fir-reġjun li jwasslu għal aktar opportunitajiet biex jiġi mħajjar l-investiment;

2. Jinsisti li jekk jittieħed vantaġġ sħiħ mill-aċċess ta' l-Unjoni għall-Baħar l-Iswed, se jkun vitali li jiġu żviluppati l-infrastrutturi tal-port fil-portijiet tal-Baħar l-Iswed ta' l-Unjoni (Burgas, Constanţa, Mangalia, Varna) kif ukoll dawk li jinsabu fl-estwarju tad-Danubju, bl-għan li jiġi żgurat it-trasport intermodali;

3.   Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi li għandha d-Delta tad-Danubju, li fiha jgħixu 'l fuq minn 1200 speċi ta’ pjanti u siġar, 300 speċi ta' għasafar u 100 speċi ta' ħut, jirrakkomanda li l-iżvilupp ta' l-infrastruttura tat-turiżmu u tat-trasport fl-inħawi protetti fid-Delta tad-Danubju, għandu jirrispetta u jħares il-bijodiversità;

4.   Ifakkar li r-reġjun tal-Baħar l-Iswed, li jinsab qrib il-Baċir tal-Kaspju, huwa ta' importanza ġeopolitika kbira għat-trasport u t-tranżitu ta' riżervi idrokarboniċi li jinsabu fit-territorju tal-Baħar tal-Kaspju ta' l-Iran u l-Ażerbajġan, filwaqt li jipprovdi rabta fiżika maċ-Ċentru ta' l-Ażja permezz ta' l-hekk imsejħa 'Triq il-Kbira tal-Ħarir';

5.   Jemmen li d-diversifikazzjoni tal-mezzi tat-trasport, tas-sorsi ġeografiċi u tar-rotot ta' tranżitu tar-riżorsi ta' l-enerġija permezz tat-trasport marittimu, pajpijiet jew portijiet, tnaqqas id-dipendenza ta' l-Ewropa fuq il-fornituri eżistenti u tipprovdi aktar sigurtà tal-flussi ta' l-enerġija, li min-naħa tagħhom jikkontribwixxu għall-paċi, għall-istabilità u għall-prosperità fir-reġjun;

6.   Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-estensjoni ta' l-assi l-kbar tat-trasport trans-Ewropew għall-pajjiżi u r-reġjuni ġirien kif ukoll dwar l-idea li tiġi estiża l-applikazzjoni tas-sistema Ewropea tan-navigazzjoni permezz tas-satellita Galileo, b'kunsiderazzjoni għall-impatt previst tat-tkabbir ta' l-UE fil-futur;

7.   Jikkunsidra li t-trasport għandu rwol ewlieni x'jaqdi fil-ħolqien ta' netwerks ta' koperazzjoni u fl-iżvilupp reġjonali, u jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal strateġija aktar komprensiva skond il-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) u l-Pjanijiet ta' Azzjoni rilevanti tagħha, (tħassir) b'kunsiderazzjoni għall-konklużjonijiet tar-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli;

8.   Jappella għall-integrazzjoni progressiva tan-netwerks u tas-swieq tat-trasport fir-reġjun u għal sinerġiji bejn in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) u l-Kurituri/Zoni Pan-Ewropej rilevanti min-naħa l-waħda, u l-assi tranżizzjonali l-ġodda proposti mill-Kummissjoni bil-kuritur TRACECA min-naħa l-oħra; jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex fl-2008 tirrevedi l-lista ta' proġetti ta' prijorità għat-trasport trans-Ewropew, u jenfasizza l-importanza li jiġu estiżi n-netwerks tat-trasport trans-Ewropew għall-pajjiżi li għandhom fruntiera ma' l-Unjoni Ewropea fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed;

9.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li huma involuti direttament sabiex iħaffu l-implimentazzjoni tal-proġetti trans-Ewropej - assi ta' prijorità 7, 18, 21 u 22 kif definiti fid-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li temenda d-Deċiżjoni Nru No 1692/96/KE tal-linjigwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew[1] - sabiex ikun żgurat l-aċċess għall-Baħar l-Iswed permezz tat-toroq, tal-ferroviji, tal-mogħdijiet interni ta' l-ilma u tar-rotot fuq il-baħar; barra minn hekk jikkunsidra li l-iżvilupp ekonomiku u turistiku sħiħ ta' l-Istati Membri fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed se jkun jeħtieġ konnessjonijiet permezz ta' 'motorways' u ta' ferroviji ta' veloċità kbira bejn il-partijiet ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Punent u l-kosta tal-Baħar l-Iswed;

10. Jenfasizza l-importanza tal-Memorandum ta' Ftehim dwar il-kontroll tal-portijiet mill-Istati fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li wħud mill-pajjiżi li ffirmaw il-Memorandum għadhom fuq il-lista s-sewda jew 'il-lista l-griża' tal-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi dwar il-kontroll tal-portijiet mill-Istati, u jinsisti fuq l-importanza tal-koperazzjoni fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed sabiex din isservi ta’ azzjoni effettiva kontra t-tniġġis ta' l-ambjent tal-baħar u taz-zoni kostali, ibbażati fuq standards ta' sikurezza għat-trasport tal-vapuri fir-reġjun;

11. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-UE ingħatat status ta' osservatur fil-Koperazzjoni Ekonomika tal-Baħar l-Iswed (il-BSEC) u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa pjan ta' azzjoni koerenti sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni u sabiex ikun provdut appoġġ effettiv għall-inizjattivi tal-BSEC fil-qasam tat-trasport;

12. Jistieden lill-Kummissjoni żżid id-djalogu mas-16 -il pajjiż imsieħeb fl-inizjattiva Baku, b'riferenza xierqa għall-bżonn li jkun hemm mira adattata għall-fondi allokati għall-proġetti transkonfinali u għall-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet relatati mat-trasport bil-baħar u bl-ajru (il-lista s-sewda) u mat-trasport ta' materjali perikolużi, u biex tiżgura li proġetti bħal dawn jiġu implimentati skond l-istandards ta' l-UE u l-istandards internazzjonali attwali;

13. Jitlob li jkun hemm appoġġ għall-Pjanijiet ta' Azzjoni ta' l-ENP dwar l-implimentazzjoni gradwali tal-qafas legali u l-istandards ta' l-UE rigward l-infrastruttura tat-trasport permezz tal-ferroviji u t-toroq, inklużi kwistjonijiet ta' interoperabilità, sikurezza u sigurtà tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija;

14. Jissuġġerixxi li jkun hemm estensjoni strateġika tal-prinċipji tal-Qasam Ewropew ta' l-Avjazzjoni Komuni għall-pajjiżi msieħba kollha fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, li għandhom japplikaw l-acquis tal-Komunità, inklużi r-regolamenti dwar Spazju ta' l-Ajru Wieħed Ewropew (Single European Sky), sabiex tinkiseb effiċjenza tat-traffiku ta' l-ajru u sabiex jiġi ġġenerat spazju ta' l-ajru li huwa ekonomikament profittabbli;

15. Jiddeplora n-nuqqas ta' koordinazzjoni ta' l-investimenti fi proġetti fis-settur tat-trasport u jistieden lill-Kummissjoni biex tidentifika prijoritajiet għat-taqsimijet transkonfinali u biex tistabbilixxi mekkaniżmu ta' koperazzjoni b'saħħtu u effettiv għall-implimentazzjoni tagħhom.

16. Huwa ta' l-opinjoni li l-implimentazzjoni ta' proġetti għar-reġjun, bħat-TRACEA, l-inizjattiva Baku għall-koperazzjoni tat-trasport trans-Ewropew, il-'Motorway' tal-Baħar fir-reġjun tal-BSEC u r-'Ring Road' tal-Baħar l-Iswed, jeħtieġu l-koperazzjoni tal-pajjiżi kollha fir-reġjun, li billi jiżguraw sinerġiji, se jżidu l-valur miżjud u l-ambjent meħtieġ għall-implimentazzjoni tagħhom;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data adottata

9.10.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Etelka Barsi-Pataky, Paolo Costa, Arūnas Degutis, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Luis de Grandes Pascual, Mathieu Grosch, Stanisław Jałowiecki, Georg Jarzembowski, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Eva Lichtenberger, Erik Meijer, Robert Navarro, Luís Queiró, Reinhard Rack, Luca Romagnoli, Gilles Savary, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Georgios Toussas, Yannick Vaugrenard, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philip Bradbourn, Aldis Kušķis, Joost Lagendijk, Ioan Mircea Paşcu, Leopold Józef Rutowicz

Sostitut(i) skond ir-Regola 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Ovidiu Victor Ganţ, Bilyana Ilieva Raeva, Olle Schmidt

  • [1]  ĠU L 167, 30.4.2004 . Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU 201, 7.6.2004.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI  (21.11.2007)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar Approċċ Politiku Reġjonali għall-Baħar l-Iswed
(2007/2101(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Yiannakis Matsis

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.   Jinnota li l-inizjattiva Sinerġija tal-Baħar l-Iswed hija mibnija fuq tliet strateġiji li jikkonċernaw ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, li huma t-tkabbir lejn ix-xlokk ta' l-Ewropa u t-Turkija, il-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-erba' spazji komuni UE/Russja; jiddispjaċih, madankollu, li r-relazzjonijiet bilaterali jiddominaw f'kull waħda minn dawn l-istrateġiji, u jitlob li jiġi żviluppat qafas multilaterali għall-koperazzjoni li jsaħħaħ is-sinerġija reġjonali;

2.   Jenfasizza l-importanza li jiġi applikat l-approċċ tal-politika reġjonali ta' l-UE fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed bħala għodda sinifikanti li biha jiġi stimulat l-iżvilupp demokratiku, soċjali u ekonomiku tal-pajjiżi f'dan ir-reġjun u tal-koperazzjoni transkonfinali bejniethom;

3.   Japprova l-irduppjar tar-risorsi finanzjarji li huma disponibbli fl-Istrument Ewropew tal-Viċinat u s-Sħubija għall-iffinanzjar ta' proġetti transkonfinali; jitlob li l-prinċipji li jirregolaw il-Fondi Strutturali, b'mod partikolari s-sħubiji, is-sostenibilità, l-effiċjenza, in-non-diskriminazzjoni u d-deċentralizzazzjoni, jiġu applikati għall-użu ta' dawn ir-risorsi finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-fondi u l-progress li sar, permezz ta' rapporti qosra li jsiru darbtejn fis-sena;

4.   Ifakkar li żieda fil-koperazzjoni bejn il-pajjiżi li huma qrib il-Baħar l-Iswed ikollha effett pożittiv fuq l-iżvilupp ta' l-irħula, l-ibliet u r-reġjuni ta' dawk l-istati u għandha għaldaqstant tiġi appoġġjata u inkoraġġata aktar;

.     Jitlob li l-istrumenti finanzjarji Komunitarji jiġu użati b'mod razzjonali permezz ta' koordinazzjoni aħjar ta' l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u s-Sħubija, il-Fondi Strutturali u l-fondi ta' qabel l-adeżjoni li huma disponibbli għar-reġjun; Jistieden lill-Kummissjoni biex, f'koperazzjoni ma' l-Istati benefiċjarji, tistabbilixxi sistema ġenerali ta' rappurtar qabel ma jiġu żburżati r-risorsi, sabiex jiġi mmoniterjat u evalwat kemm l-użu ta' dawk ir-risorsi huwa sostenibbli, effiċjenti u konformi ma' l-għanijiet ġenerali tal-politiki ta' l-UE;

6.   Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel l-istrument finanzjarju deċentralizzat Fondi għal Proġetti Żgħar disponibbli għal proġetti bejn il-popli fil-qasam tal-koperazzjoni transkonfinali, u biex tagħmel sforzi speċjali biex tinkoraġġixxi l-użu ta' dak l-istrument;

7.   Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi msaħħaħ il-bini tal-kapaċità fost il-partijiet interessati lokali u reġjonali fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed fir-rigward tal-programmazzjoni u l-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti, sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti ta' l-istrumenti finanzjarji Komunitarji;

8.   Jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ ir-relazzjonijiet tagħha ma' l-Organizzazzjoni tal-Koperazzjoni Ekonomika tal-Baħar l-Iswed (BSEC) u ma’ organizzazzjonijiet reġjonali oħra involuti fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-Bniedem, speċjalment issa li, wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, tliet Stati Membri ta' l-Unjoni huma membri wkoll tal-BSEC u li membri oħra tal-BSEC jew huma kandidati jew kandidati potenzjali għal sħubija ma' l-Unjoni Ewropea jew huma involuti fil-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) u fl-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija (ENPI); f'dan il-kuntest, jitlob lill-membri tal-BSEC ma jipprojbixxux il-parteċipazzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru ta' l-UE fil-BSEC;

9.   B'relazzjoni ma' dan, jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi mekkaniżmu iktar konkret għall-koperazzjoni bejn l-UE u l-organizzazzjonijiet msemmija hawn fuq kif ukoll biex tiċċara l-mezzi li bihom il-BSEC tista' tkun involuta fil-bosta inizjattivi fir-reġjun li huma sponsorjati mill-Komunità;

10. Jitlob li r-rabtiet eżistenti bejn il-Parlament Ewropew u l-Assemblea Parlamentari tal-BSEC jissaħħu u jiġu żviluppati aktar istituzzjonalment fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni tas-sinerġija tal-Baħar l-Iswed;

11. Jenfasizza li l-pjattoformi għall-koperazzjoni transkonfinali bħall-Ewroreġjuni jista' jkollhom rwol essenzjali fit-teħid ta' azzjoni rigward sfidi komuni u fl-infurzar ta' sinerġiji reġjonali bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed; f'dan il-kuntest, jilqa' l-inizjattiva ta' l-Ewroreġjun tal-Baħar l-Iswed u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-koperazzjoni mal-Kunsill ta' l-Ewropa sabiex tappoġġja l-istabbiliment u l-iżvilupp tiegħu;

12. Jiddispjaċih għall-fatt li, minkejja l-potenzjal kbir f'termini ta’ risorsi ta’ l-enerġija f'sistema Ewropea integrata ta' l-enerġija fil-ġejjieni, kif ukoll il-possibilitajiet tat-trasport tiegħu, ir-reġjuni qed ibatu minn problemi ambjentali, kontrolli mhux adegwati tal-fruntieri, u f'xi zoni, saħansitra minn kunflitti ffriżati u kunflitti interni, li flimkien mhux biss idgħajfu l-prospetti ta' żvilupp fir-reġjun u l-koperazzjoni reġjonali, iżda jwasslu wkoll għal livell ogħla ta' kriminalità organizzata; jenfasizza l-bżonn għal iktar involviment attiv min-naħa ta' l-UE fiz-zona tal-Baħar l-Iswed u jitlob li jkun hemm inizjattivi taħt l-ENP li għandhom jgħinu lil dawn l-Istati biex itejbu l-kapaċità teknika u jgħinuhom fil-ġlieda tagħhom kontra l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità organizzata u biex jimmodernizzaw l-infrastruttura tagħhom;

13. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħfas biex il-miżuri għall-promozzjoni tas-setturi ta' l-enerġija u t-trasport jagħtu prijorità lir-rekwiżiti ta' l-enerġija effiċjenti, tal-ħarsien ta' l-ambjent u, b'mod partikolari, tal-ħarsien tal-klima;

14. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tistimula s-sinerġija tal-Baħar l-Iswed u jinnota li din l-istrateġija tista' tkun estiża lil hinn mir-reġjun tal-Baħar l-Iswed għall-Baħar Kaspju u għall-Ażja Ċentrali; f'dan il-kuntest, iħeġġeġ lill-Kummissjoni fl-involviment tagħha fi sforzi bilaterali u fi sforzi multilaterali partikolari biex tgħolli l-istandards tad-drittijiet tal-Bniedem, biex jiġu żviluppati istituzzjonijiet demokratiċi fiz-zona u biex jiġu promossi t-treġija tajba u l-istat tad-dritt, bil-għan li tinħoloq zona vera ta' demokrazija u prosperità; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaħdmu ma' l-awtoritajiet reġjonali tagħhom biex iżidu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-NGOs;

15. Jenfasizza r-rabta bejn il-koperazzjoni interreġjonali, l-iżvilupp reġjonali, it-treġija tajba, l-approċċ deċentralizzat, id-demokrazija u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-Bniedem u l-prosperità, u għalhekk ifakkar l-importanza ta' programmi attwali u inizjattivi li jżidu l-istabilità u t-titjib fil-koperazzjoni fost l-Istati tar-Reġjun tal-Baħar l-Iswed;

16. Jifraħ bis-suċċess tal-Missjoni ta' l-UE għall-Assistenza mal-Fruntieri fil-Moldova u fl-Ukrajna; jirrakkomanda li tiġi kkonsolidata ulterjorment u jistenna b'interess il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-titjib tal-ġestjoni tal-migrazzjoni u ta' l-immigrazzjoni illegali; jemmen li l-iżvilupp ekonomiku, is-sigurtà u l-istabilità u d-djalogu politiku huma l-elementi ewlenin biex tinstab soluzzjoni għall-kunflitti iffriżati, u li għandu jsir kull sforz possibbli f'dawn l-oqsma;

17. Iqis it-tniġġis ambjentali tal-Baħar l-Iswed bħala xkiel kbir għall-iżvilupp fir-reġjun, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tapplika l-approċċ tat-Task Force DABLAS (għad-Danubju u l-Baħar l-Iswed) biex jissolvew il-problemi, b'attenzjoni partikolari mhux biss għad-Danubju iżda anki għall-baċini tax-xmara Dniester u Dnieper;

18. Jenfasizza li l-implimentazzjoni b'suċċess ta' proġetti reġjonali fiz-zoni ta' interess komuni tista' żżid il-kunfidenza reċiproka fost l-imsieħba u twassal għal progress lejn is-soluzzjoni tal-kunflitti;

19. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex issaħħaħ ir-relazzjonijiet tagħha mal-fornituri ta' l-enerġija u biex tkompli bid-djalogu promettenti dwar is-sigurtà ta' l-enerġija, u b'hekk tippromwovi d-diversifikazzjoni ta' l-enerġija u l-armonizzazzjoni legali u regolatorja u l-iżvilupp sostenibbli permezz ta' l-inizjattiva BAKU (djalogu dwar l-enerġija bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Baħar l-Iswed, tal-Baħar Kaspju u tal-ġirien tagħhom) u d-Djalogu dwar l-Enerġija bejn l-UE u r-Russja;

20. Ifakkar fl-irwol importanti ta' infrastruttura funzjonali għal żvilupp xieraq tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, u għalhekk jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tkompli tappoġġja l-koperazzjoni tat-trasport reġjonali, li għandha twassal għal rotot aħjar u toroq imtejba, kif ukoll għal organizzazzjoni u superviżjoni aktar effiċjenti tal-passaġġi ta' l-ilma;

21. Jilqa' l-iżvilupp tal-kuritur ta' l-enerġija strateġiku ġdid bejn it-Trans-Kaspju u l-Baħar l-Iswed, il-linja ta' pajpijiet ġdida għall-ġass naturali ppjanata li tgħaqqad ir-Russja, il-Greċja u l-Italja (South Stream) u l-finalizzazzjoni tal-linja ta' pajpijiet għall-gass naturali li tgħaqqad it-Turkija, il-Greċja u l-Italja, kif ukoll l-estensjoni progressiva tat-Trattat tal-Komunità dwar l-Enerġija għat-Turkija, il-Moldova u l-Ukrajna.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

20.11.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alfonso Andria, Emmanouil Angelakas, Elspeth Attwooll, Jean Marie Beaupuy, Jana Bobošíková, Wolfgang Bulfon, Antonio De Blasio, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Eugenijus Gentvilas, Ambroise Guellec, Marian Harkin, Jim Higgins, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Mieczysław Edmund Janowski, Rumiana Jeleva, Gisela Kallenbach, Tunne Kelam, Evgeni Kirilov, Jamila Madeira, James Nicholson, Lambert van Nistelrooij, Jan Olbrycht, Markus Pieper, Bernard Poignant, Pierre Pribetich, Wojciech Roszkowski, Elisabeth Schroedter, Grażyna Staniszewska, Catherine Stihler, Kyriacos Triantaphyllides

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Bernadette Bourzai, Den Dover, Francesco Ferrari, Ovidiu Victor Ganţ, Louis Grech, Zita Pleštinská, Christa Prets, Czesław Adam Siekierski, Nikolaos Vakalis

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

18.12.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Roberta Alma Anastase, Christopher Beazley, Bastiaan Belder, Monika Beňová, André Brie, Elmar Brok, Colm Burke, Marco Cappato, Giorgos Dimitrakopoulos, Jas Gawronski, Maciej Marian Giertych, Alfred Gomolka, Klaus Hänsch, Richard Howitt, Anna Ibrisagic, Metin Kazak, Helmut Kuhne, Joost Lagendijk, Vytautas Landsbergis, Johannes Lebech, Francisco José Millán Mon, Pasqualina Napoletano, Janusz Onyszkiewicz, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, João de Deus Pinheiro, Bernd Posselt, Raül Romeva i Rueda, Libor Rouček, Katrin Saks, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, Marek Siwiec, István Szent-Iványi, Charles Tannock, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Kristian Vigenin, Zbigniew Zaleski, Josef Zieleniec

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Irena Belohorská, Giulietto Chiesa, Andrew Duff, Árpád Duka-Zólyomi, Glyn Ford, David Hammerstein, Milan Horáček, Marie Anne Isler Béguin, Tunne Kelam, Nickolay Mladenov, Antolín Sánchez Presedo, Adrian Severin

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2))
preżenti għall-votazzjoni finali