RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-finalizzazzjoni ta' Ftehima bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam Awdjoviżiv, li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programmi tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali.

20.12.2007 - (COM(2007)0477 – C6‑0328/2007 – 2007/0171(CNS)) - *

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
Rapporteur: Ruth Hieronymi

Proċedura : 2007/0171(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0512/2007
Testi mressqa :
A6-0512/2007
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-finalizzazzjoni ta' Ftehima bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam Awdjoviżiv, li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programmi tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali.

(COM(2007)0477 – C6‑0328/2007 – 2007/0171(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0477),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 150(4) u l-Artikolu 157(3), flimkien ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0328/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6‑0512/2007),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u l-Konfederazzjoni Żvizzera bil-pożizzjoni tal-Parlament.

NOTA SPJEGATTIVA

Skond l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, il-programm huwa miftuħ għall-pajjiżi ta' l-EFTA li huma membri taż-ŻEE, kif ukoll għall-pajjiżi terzi Ewropej li huma parti għall-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar it-Televiżjoni Transkonfinali. Il-ftuħ tal-Programmi għal pajjiżi terzi Ewropej bħal dawn huwa suġġett għal eżami preċedenti dwar il-kompatibilità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom ma' l-acquis Komunitarju, fid-dimensjonijiet interni u esterni tiegħu.

Bħala parti għall-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa, l-Iżvizzera wriet interess kontinwu fit-tisħiħ tal-koperazzjoni ma' l-UE fis-settur awdjoviżiv, u b'mod partikolari bil-parteċipazzjoni tagħha fil-programmi MEDIA ta' l-UE.

Fit-12 ta’ Frar 2007 il-Kunsill awtorizza l-ftuħ tan-negozjati ma’ l-Iżvizzera għall-parteċipazzjoni tagħha fil-programm MEDIA 2007. Fuq il-bażi tad-direttivi ta’ negozjar mehmuża mad-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati, u f’konsultazzjoni mal-kumitat rilevanti maħtur mill-Kunsill, il-Kummissjoni mexxiet negozjati ma’ l-Iżvizzera għal Ftehim ġdid li jippermetti l-parteċipazzjoni tagħha f' MEDIA 2007.

Il-Parlament issa qiegħed jiġi kkonsultat dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-ftehim innegozjat mill-Kummissjoni. Fi ħdan il-Parlament, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni ddeċieda li jressaq l-opinjoni tiegħu skond l-Artikolu 83 tar-Regola ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew.

Il-kontribuzzjoni ta' l-Iżvizzera għall-Baġit ta' l-UE talli tipparteċipa f' MEDIA 2007 hija ta' 40 miljun EUR għall-perjodu 2007-2013.

PROĊEDURA

Titolu

Ftehim bejn il-KE u l-Iżvizzera dwar il-programm tal-Komunità MEDIA 2007

Referenzi

COM(2007)0477 - C6-0328/2007 - 2007/0171(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

3.10.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

11.10.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

11.10.2007

 

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

12.9.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Ruth Hieronymi

27.8.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

18.12.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

21

1

0

Membri preżenti għall-vot finali

Maria Badia i Cutchet, Guy Bono, Marie-Hélène Descamps, Věra Flasarová, Milan Gaľa, Vasco Graça Moura, Ruth Hieronymi, Ramona Nicole Mănescu, Manolis Mavrommatis, Ljudmila Novak, Doris Pack, Zdzisław Zbigniew Podkański, Mihaela Popa, Christa Prets, Pál Schmitt, Hannu Takkula, Helga Trüpel, Thomas Wise

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Erna Hennicot-Schoepges, Christel Schaldemose, Cornelis Visser