RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament (KE) 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel - Aspetti tat-trasport
20.12.2007 - (COM(2007)0090 – C6‑0086/2007 – 2007/0037A(COD)) - ***I
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Paolo Costa
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament (KE) 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel - Aspetti tat-trasport
(COM(2007)0090 – C6‑0086/2007 – 2007/0037A(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0090),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 75(3) u 152(4)(b) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0086/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6‑0513/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 TITOLU | |
Proposta għal |
Proposta għal |
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL |
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL |
li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament (KE) 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel. |
li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tirriżulta mid-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-5 ta' Lulju 2007 li tawtorizza l-kumitati ENVI u TRAN biex ifasslu rapport leġiżlattiv kull wieħed fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2007)0090. Ladarba l-proposta tal-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet għal żewġ atti leġiżlattivi distinti b'natura differenti, jiġifieri Trasport (Regolament KEE Nru 11) u Iġjene ta' l-ikel (Regolament KE Nru 852/2004), it-tħassir jikkonċerna referenzi u aspetti relatati ma' l-iġjene ta' l-oġġett ta' l-ikel. | |
Emenda 2 ĊITAZZJONI 1 | |
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 75(3), l-Artikolu 95 u l-Artikolu 152(4) tiegħu, |
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75(3) tiegħu, |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tirriżulta mid-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-5 ta' Lulju 2007 li tawtorizza l-kumitati ENVI u TRAN biex ifasslu rapport leġiżlattiv kull wieħed fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2007)0090. Ladarba l-proposta tal-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet għal żewġ atti leġiżlattivi distinti b'natura differenti, jiġifieri Trasport (Regolament KEE Nru 11) u Iġjene ta' l-ikel (Regolament KE Nru 852/2004), it-tħassir jikkonċerna referenzi u aspetti relatati ma' l-iġjene ta' l-oġġett ta' l-ikel. | |
Emenda 3 ĊITAZZJONI 5 | |
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, |
imħassra |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tkompli mid-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-5 ta' Lulju 2007 li tawtorizza l-kumitati ENVI u TRAN biex ifasslu rapport leġiżlattiv kull wieħed fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni. Billi l-bażi legali tal-proposta tat-Trasport għar-Regolament 11 hija l-Artikolu 75(3), l-emenda tfittex li żżomm it-tifsira ta' dan l-artikolu, jiġifieri "il-Kunsill għandu, billi jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq il-proposta mill-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, jistipula regoli biex id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 jiġu implimentati". Dan jippermetti s-separazzjoni taż-żewġ atti leġiżlattivi distinti. | |
Emenda 4 PREMESSA 3 | |
(3) L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jeħtieġ li l-operaturi kollha tal-kumpaniji ta’ l-ikel iwaqqfu, jimplimentaw u jżommu proċedura msejsa fuq il-prinċipji ta’ l-Analiżi tal-Periklu u l-Punti ta’ Kontroll Kritiċi (HACCP). |
imħassra |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tirriżulta mid-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-5 ta' Lulju 2007 li tawtorizza l-kumitati ENVI u TRAN biex ifasslu rapport leġiżlattiv kull wieħed fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2007)0090. Ladarba l-proposta tal-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet għal żewġ atti leġiżlattivi distinti b'natura diffferenti, jiġifieri Trasport (Regolament KEE Nru 11) u Iġjene ta' l-ikel (Regolament KE Nru 852/2004), it-tħassir jikkonċerna referenzi u aspetti relatati ma' l-iġjene ta' l-oġġett ta' l-ikel. | |
Emenda 5 PREMESSA 4 | |
(4) L-esperjenza wriet li f’ċerti kumpaniji ta’ l-ikel, l-iġjene ta’ l-ikel jista’ jiġi żgurat permezz ta’ l-implimentazzjoni korretta tar-rekwiżiti ta’ l-iġjene ta’ l-ikel stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 mingħajr ma jsir użu tas-sistema ta’ l-HACCP. Il-kumpaniji kkonċernati huma b’mod partikolari kumpaniji żgħar li fil-biċċa l-kbira jbigħu l-prodotti tagħhom direttament lill-konsumatur finali, bħal tal-ħobż, tal-laħam, tal-growser, tal-monti, ir-restaurants, u l-bars, li huma mikro-impriżi skond it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta’ l-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. |
imħassra |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tirriżulta mid-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-5 ta' Lulju 2007 li tawtorizza l-kumitati ENVI u TRAN biex ifasslu rapport leġiżlattiv kull wieħed fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2007)0090. Ladarba l-proposta tal-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet għal żewġ atti leġiżlattivi distinti b'natura diffferenti, jiġifieri Trasport (Regolament KEE Nru 11) u Iġjene ta' l-ikel (Regolament KE Nru 852/2004), it-tħassir jikkonċerna referenzi u aspetti relatati ma' l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel. | |
Emenda 6 PREMESSA 5 | |
(5) Għalhekk, jeħtieġ li tiġi pprovduta eżenzjoni lil dawn il-kumpaniji mir-rekwiżit ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. Dan ifisser li huma għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti l-oħra kollha ta’ dan ir-Regolament. |
imħassra |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tirriżulta mid-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-5 ta' Lulju 2007 li tawtorizza l-kumitati ENVI u TRAN biex ifasslu rapport leġiżlattiv kull wieħed fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2007)0090. Ladarba l-proposta tal-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet għal żewġ atti leġiżlattivi distinti b'natura differenti, jiġifieri Trasport (Regolament KEE Nru 11) u Iġjene ta' l-ikel (Regolament KE Nru 852/2004), it-tħassir jikkonċerna referenzi u aspetti relatati ma' l-iġjene ta' l-oġġett ta' l-ikel. | |
Emenda 7 PREMESSA 6 | |
(6) Peress li l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u dik tar-Regolament Nru 11 għandhom l-għan komuni li jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi fuq il-kumpaniji, mingħajr ma jbiddlu l-proposta bażi ta’ dawn ir-Regolamenti, jeħtieġ li dawn l-emendi jingħaqdu f’Regolament wieħed. |
imħassra |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tirriżulta mid-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-5 ta' Lulju 2007 li tawtorizza l-kumitati ENVI u TRAN biex ifasslu rapport leġiżlattiv kull wieħed fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2007)0090. Ladarba l-proposta tal-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet għal żewġ atti leġiżlattivi distinti b'natura differenti, jiġifieri Trasport (Regolament KEE Nru 11) u Iġjene ta' l-ikel (Regolament KE Nru 852/2004), it-tħassir jikkonċerna referenzi u aspetti relatati ma' l-iġjene ta' l-oġġett ta' l-ikel. | |
Emenda 8 ARTIKOLU 2 Artikolu 5(3) (Regolament (KE) 852/2004) | |
Artikolu 2 |
imħassar |
Fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, is-sentenza li ġejja tiżdied: |
|
Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti l-oħra ta’ dan ir-Regolament, il-paragrafu 1 mhux se japplika għall-kumpaniji li huma mikro-impriżi skond it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003, u l-attivitajiet li jikkonsistu fil-biċċa l-kbira fil-bejgħ dirett ta’ l-ikel lill-konsumatur finali.” |
|
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tirriżulta mid-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-5 ta' Lulju 2007 li tawtorizza l-kumitati ENVI u TRAN biex ifasslu rapport leġiżlattiv kull wieħed fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2007)0090. Ladarba l-proposta tal-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet għal żewġ atti leġiżlattivi distinti b'natura differenti, jiġifieri Trasport (Regolament KEE Nru 11) u Iġjene ta' l-ikel (Regolament KE Nru 852/2004), it-tħassir jikkonċerna referenzi u aspetti relatati ma' l-iġjene ta' l-oġġett ta' l-ikel. |
NOTA SPJEGATTIVA
L-isfond u kummenti proċedurali
Fis-6 ta' Marzu, il-Kummissjoni ppreżentat proposta lill-Parlament li tinkludi dispożizzjonijiet li jemendaw żewġ atti leġiżlattivi komunitarji eżistenti, imma distinti, jiġifieri wieħed li jirrigwarda r-Regolament Nru 11 li jmur lura għall-1960 dwar l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kondizzjonijiet tat-trasport fl-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u l-ieħor dwar ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene fl-ikel[1].
Fuq il-bażi tat-talbiet, mibdija mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (ENVI) u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (TRAN), għall-qsim tal-proposta f'żewġ partijiet, il-Konferenza tal-Presidenti tal-5 ta' Lulju 2007 ddeċidiet "li tawtorizza lill-Kumitati ENVI u TRAN biex ifasslu rapport leġiżlattiv kull wieħed fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2007)0090".
Il-kontenut tal-proposta: Aspetti tat-trasport
Skond il-Verifika Strateġika għal Regolamentazzjoni Aħjar fl-UE[2] u l-Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-UE[3], il-Kummissjoni identifikat il-parti tal-proposta dwar it-trasport f'numru ta' punti - l-hekk imsejħa "azzjoni mgħaġġla" - fejn jistgħu jiġu ġġenerati benefiċċji sinifikanti f'perjodu ta' żmien qasir permezz ta' tibdil relattivament minuri tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Il-programm ta' azzjoni jfittex li jnaqqas il-piżijiet amministrattivi fuq in-negozju b'25% sa l-2012 bħala parti mir-responsabilità konġunta u t-tiftix komuni mill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej għall-istrateġija "Tkabbir u Impjieg". Il-Kunsill Ewropew laqa' dan l-approċċ (Mejju 2007) u talab lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex jagħtu prijorità speċjali lill-punti ta' azzjoni mgħaġġla, bil-għan li jiġu adottati kemm jista' jkun malajr fl-2007.
Ir-Regolament 11 dwar l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport jitlob lit-trasportaturi ta' prodotti permezz tal-ferrovija, it-triq jew il-kanal tal-baħar fil-Komunità biex jipprovdu informazzjoni dwar tariffi, arranġamenti, ftehim dwar prezzijiet u kundizzjonijiet tat-trasport fuq dokument tat-trasport li huma għandhom bżonn iġorru magħhom meta jkunu qed iġorru l-prodotti. Id-diskriminazzjonijiet kollha mill-ġarriera, li tieħu l-forma ta' rati ta' spejjeż differenti u li jiġu imponuti kundizzjonijiet differenti biex jinġarru l-istess prodotti fuq l-istess konnessjonijiet tat-trasport bl-iskuża tal-pajjiż ta' oriġini jew tad-destinazzjoni tal-prodotti msemmija huwa pprojbit (Art. 4).
Huwa evidenti li ċertu dispożizzjonijiet tar-Regolament 11 li m'għadhomx jintużaw jew li huma skaduti sa mill-1960 u emendati mir-Regolament (KEE) Nru 3626/84 għandhom jiġu emendati.
B'mod partikolari, il-proposta tħassar elementi li m'għadhomx jintużaw tad-dokumentazzjoni meħtieġa għal kull kunsinna ta' prodotti relatati mar-"rotta li trid tittieħed" jew mad-"distanza li trid tiġi koperta" u l-"punti dwar il-qsim tal-fruntieri" meta jinġarru l-prodotti mal-fruntieri nazzjonali fl-UE (Art. 6(1), il-ħames u s-sitt inċiż). Dawn iż-żewġ rekwiżiti mill-ħafna stipulati fl-Artikolu 6 m'għandhomx jibqgħu indispensabbli biex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament u f'settur li huwa kkaratterizzat b'grad għoli ta' liberalizzazzjoni.
Barra minn hekk, l-obbligu tal-ġarriera biex iżommu kopja fuq il-post tax-xogħol tagħhom, li turi wkoll l-"ispejjeż tat-trasport kollha u finali u kwalunkwe tnaqqis jew fatturi oħra li jaffettwaw ir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport" (it-tielet sentenza ta' l-Art. 6 (2)), m'għadux bżonnjuż għax illum il-ġurnata, din l-informazzjoni hija disponibbli fis-sistemi tal-verifika tal-ġarriera.
Apparti dan, huwa propost li jitneħħa l-obbligu skadut tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri u ta' l-impriżi tat-trasport biex jagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar it-tariffi, ir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport qabel l-1 ta' Lulju 1961 (Art. 5).
Finalment, flimkien ma' dak it-tħassir tar-rekwiżiti li jwassal għal piż mhux meħtieġ fuq in-negozji, il-Kummissjoni tipproponi referenza espliċita għall-użu tan-"noti tal-kunsinna jew għal kwalunkwe dokument tat-trasport ieħor" billi jingħataw id-dettalji kollha meħtieġa mir-regolament sabiex jiġi evitat li l-ġarriera jżommu formoli separati u jirduppjaw xogħolhom. Dawn in-noti tal-kunsinna huma diġà meħtieġa skond il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Kuntratt għall-Ġarr Internazzjonali ta' Prodotti permezz tat-Triq (Geneva, 1956) li għaliha, l-Istati Membri huma partijiet kontraenti[4]. It-tibdila proposta żżid iċ-ċertezza legali għall-impriżi tat-trasport rigward id-dokument ta' sostituzzjoni dwar l-informazzjoni meħtieġa.
Skond l-evalwazzjoni ta' l-impatt tal-Kummissjoni, il-miżura se taffettwa iżjed minn 300 000 negozju (100 operatur tal-ferroviji, 7000 operatur ta' l-ilmijiet navigabbli u 300 000 ġarrier tal-merkanzija permezz tat-triq). Il-benefiċċju mistenni mit-tneħħija tal-piż amministrattiv huwa stmat għal madwar EUR 160 miljun fis-sena.
Il-proposti tar-Rapporteur
Ladarba l-proposta tal-Kummissjoni għandha d-dispożizzjonijiet għal żewġ atti leġiżlattivi b'natura diffferenti, jiġifieri Trasport (Regolament KEE Nru 11) u Iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel (Regolament KE Nru 852/2004), ir-Rapporteur tagħkom jipproponi li jsir att separat li jittratta r-Regolament 11. Skond id-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu għandu jfittex il-qsim taż-żewġ proposti leġiżlattivi sabiex jipproċedi għall-adozzjoni tal-proposta għar-Regolament 11 mingħajr xkiel għar-regolament dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel.
Dwar il-kwistjoni tal-bażi legali ta' din il-proposta, għandu jiġi nnotat li filwaqt li l-aspetti tat-trasport huma proposti skond l-Artikolu 75(3), fejn it-Trattat KE ma jipprevedi l-ebda bżonn ta' konsultazzjoni tal-Parlament[5], b'kuntrast ma' dan, l-aspetti ta' l-iġjene huma proposti skond l-Artikolu 95 u 152(4), li għalihom hija provduta l-proċedura ta' kodeċiżjoni. Għalkemm jista' jkun hemm mistoqsijiet fir-rigward ta' kemm hi xierqa l-proposta leġiżlattiva konġunta, l-objettiv ta' l-"azzjoni mgħaġġla" m'għandux jiġi pperikolat mill-passi delikati li jridu jsegwu.
Ladarba l-proposta ġiet trażmessa skond il-proċedura ta' kodeċiżjoni lill-Kumitat, din tippermetti l-adozzjoni ta' l-att tat-trasport, jiġifieri r-Regolament 11, billi jitħassru d-dispożizzjonijiet relevanti relatati ma' l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel. L-unika kundizzjoni li trid tiġi rrispettata m'għandhiex temenda d-dispożizzjonijiet proposti mill-Kummissjoni għar-Regolament 11. Dan għandu jwassal għall-objettiv mixtieq li hija l-adozzjoni mgħaġġla tar-Regolament 11, u għaldaqstant għall-benefiċċji ekonomiċi ta' din il-proposta fuq medda qasira ta' żmien rapida.
- [1] COM (2007)0090 finali
- [2] COM (2006)0689 finali
- [3] COM (2007)0023 finali
- [4] Is-27 Stat Membru barra Malta.
- [5] Fil-fatt l-Artikolu 75(3) jistipula li "L-Kunsill għandu, billi jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq il-proposta mill-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, jistipula regoli biex id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 jiġu implimentati". L-ESC Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu fil-laqgħa tat-30 ta' Mejju 2007 (ĠU C 175, 27.07.2007, p. 37).
PROĊEDURA
Titolu |
It-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0090 - C6-0086/2007 - 2007/0037A(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
6.3.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 29.3.2007 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 29.3.2007 |
|
|
|
||||
Opinjoni mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ENVI 3.5.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Paolo Costa 26.3.2007 |
|
|
|||||
Diskussjoni fil-kumitat |
20.11.2007 |
|
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
18.12.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
45 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Etelka Barsi-Pataky, Jean-Louis Bourlanges, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Arūnas Degutis, Christine De Veyrac, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Dieter-Lebrecht Koch, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Robert Navarro, Seán Ó Neachtain, Willi Piecyk, Paweł Bartłomiej Piskorski, Luís Queiró, Reinhard Rack, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Silvia-Adriana Ţicău, Yannick Vaugrenard, Armando Veneto, Roberts Zīle |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Zsolt László Becsey, Luigi Cocilovo, Markus Ferber, Pedro Guerreiro, Lily Jacobs, Vladimír Remek, Leopold Józef Rutowicz, Corien Wortmann-Kool |
|||||||