RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' Qafas Plurijennali għall-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2007-2012
20.12.2007 - (COM(2007)0515 – C6‑0322/2007 – 2007/0189(CNS)) - *
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: ccMichael Cashman,
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' Qafas Plurijennali għall-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2007-2012
(COM(2007)0515 – C6‑0322/2007 – 2007/0189(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0515),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 5, paragrafu 1, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007, li b'konformità miegħu l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6‑0514/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità ma' l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi mill-Parlament |
Amendment 1 Recital 1 | |
(1) Sabiex l-Aġenzija twettaq id-dmirijiet tagħha tajjeb, l-oqsma tematiċi preċiżi ta' l-attività tagħha għandhom ikunu determinati minn Qafas Plurijennali li jkopri ħames snin kif stipulat fl-Artikolu 5 (2) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007. |
(1) Sabiex l-Aġenzija twettaq id-dmirijiet tagħha tajjeb, u filwaqt li wieħed iqis l-għanijiet tat-twaqqif ta' l-Aġenzija, l-oqsma tematiċi preċiżi ta' l-attività tagħha għandhom ikunu determinati minn Qafas Plurijennali li jkopri ħames snin kif stipulat fl-Artikolu 5 (2) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007. |
Emenda 2 Premessa 2 | |
(2) Il-Qafas għandu jinkludi l-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata fost l-oqsma tematiċi ta' l-attività ta' l-Aġenzija. |
(2) Il-Qafas għandu jinkludi l-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata fost l-oqsma tematiċi ta' l-attività ta' l-Aġenzija, u l-ħarsien tad-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi etniċi jew nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Premessa (10) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tindika li mhux biss ir-razziżmu u l-ksenofobija u l-intolleranzi marbuta magħhom għandhom jiġu inklużi fil-programm permanenti ta' l-Aġenzija imma wkoll il-ħarsien tad-drittijiet ta' persuni li jagħmlu sehem minn minoranzi. | |
Emenda 3 Premessa 5 | |
(5) Il-Qafas għandu jinkludi dispożizzjonijiet maħsuba sabiex ikun hemm kumplimentarjetà mar-responsabbiltajiet ta' organi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Komunità u ta' l-Unjoni, u kif ukoll mal-Kunsill ta' l-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra attivi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. L-aktar aġenziji u organi relevanti tal-Komunità fir-rigward ta' dan il-Qafas Plurijennali huma l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-organi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, li l-għanijiet tagħhom għandhom għalhekk jittieħdu in kunsiderazzjoni. |
(5) Il-Qafas għandu jinkludi dispożizzjonijiet maħsuba sabiex ikun hemm kumplimentarjetà mar-responsabbiltajiet ta' organi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Komunità u ta' l-Unjoni, u kif ukoll mal-Kunsill ta' l-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra attivi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. L-aktar aġenziji u organi relevanti tal-Komunità fir-rigward ta' dan il-Qafas Plurijennali huma l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-organi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data u l-Ombudsman Ewropew, li l-għanijiet u l-missjonijiet tagħhom għandhom għalhekk jittieħdu in kunsiderazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Ombudsman Ewropew jirċievi lmenti direttament mingħand iċ-ċittadini, u f'ħafna każijiet dawn ikunu dwar ksur tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Għalhekk, l-Ombudsman Ewropew għandu jkun inkluż fil-lista ta' organi oħrajn tal-Komunità u ta' l-Unjoni li magħhom il-kompetenza ta' l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) hija komplementari. | |
Emenda 4 Premessa 6 a (ġdida) | |
|
(6a) Filwaqt li tqis il-fatt li l-Aġenzija tista' taħdem barra mill-oqsma tematiċi determinati fil-Qafas Plurijennali fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni b'konformità ma' l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007, sakemm ir-riżorsi finanzjarji u umani tagħha jippermettu dan. |
Emenda 5 Premessa 7 a (ġdida) | |
|
(7a) Il-Qafas jiddefinixxi l-oqsma tematiċi li għandha taħdem fuqhom l-Aġenzija, filwaqt li l-ħidma ta' l-Aġenzija tiġi determinata permezz ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007, li jsemmi b'mod partikulari s-sensibilizzazzjoni pubblika dwar id-drittijiet fundamentali u t-tixrid attiv ta' informazzjoni dwar il-ħidma ta' l-Aġenzija. |
Emenda 6 Premessa 7b (ġdida) | |
|
(7b) Il-bnedmin kollha jitwieldu ndaqs u għalhekk id-drittijiet tal-bniedem huma indiviżibbli u invjolabbli. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li wieħed ma jinsiex dak li hu l-aktar valur universali u Ewropew bażiku meta jitqiesu d-difiża u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali. | |
Emenda 7 Premessa 7 c (ġdida) | |
|
(7c) Jeħtieġ li tiġi ssorveljata l-konformità ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE u l-Istati Membri kollha mal-konvenzjonijiet internazzjonali kollha tad-drittijiet tal-bniedem iffirmati mill-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li wieħed itenni l-impenji eżistenti magħmula mill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta' l-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. | |
Emenda 8 Premessa 7 d (ġdida) | |
|
(7d) L-Aġenzija għandha tirraporta b'mod regolari lill-Parlament Ewropew. |
Emenda 9 Artikolu 1, paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
1a. Il-Kummissjoni tista', b'inizjattiva tagħha jew tal-Kunsill, tal-Parlament Ewropew jew tal-Bord tad-Direzzjoni ta' l-Aġenzija, mhux qabel ma tgħaddi sena mill-adozzjoni tal-Qafas Plurijennali, tagħmel proposta biex tirrevedi l-Qafas skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007. |
Ġustifikazzjoni | |
L-idea ta' qafas ta' 5 snin tipprovdi stabilità għall-ħidma ta' l-Aġenzija, imma għandu jkun hemm il-possibilità li dan il-qafas ikun aġġornat jew rivedut matul dan il-perjodu ta' 5 snin hekk kif jinħolqu sfidi ġodda għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem. | |
Emenda 10 Artikolu 1, paragrafu 2 a (ġdid) | |
|
2a. Il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jistgħu jitolbu lill-Aġenzija biex tistħarreġ dwar azzjonijiet jew problemi speċifiċi. |
Emenda 11 Artikolu 1 a (ġdid) | |
|
Artikolu 1a Kompiti L-Aġenzija tista' tifformola u tippubblika konklużjonijiet u opinjonijiet fuq l-oqsma tematiċi li m'humiex koperti mill-Artikolu 2 meta jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali u indiskutibbli. F'ċirkostanzi bħal dawn għandha tintbagħat notifika ta' dawn il-kompiti lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex ikun hemm konsistenza mal-kontenut ta' Emenda 7 tar-rapporteur, li biha l-Aġenzija tista' taċċetta kompiti f'oqsma tematiċi li ma jkunux koperti mill-paragrafu 2, hu meħtieġ li dan jerġa' jissemma taħt is-subintestatura "Kompiti". | |
Emenda 12 Artikolu 2, parti introduttiva | |
L-oqsma tematiċi għandhom ikunu s-segwenti: |
Fil-ħidma tagħha fl-oqsma tematiċi li ġejjin, bla ħsara għall-Artikolu 1 (2a) u l-Artikolu 1a, l-Aġenzija għandha tara li tidentifika l-fatturi ekonomiċi, soċjali u kulturali li jikkontribwixxu għar-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem f'dawk l-oqsma jew li jistgħu jkunu l-għerq ta' kull ksur tad-drittijiet tal-bniedem: |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija konsegwenza ta' l-emendi ta' qabel. | |
Il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem b'mod effettiv, inkluż bil-promozzjoni ta' l-ugwaljanza u bil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, jeħtieġ l-għarfien tal-fatturi ekonomiċi, soċjali u kulturali li jippermettu li d-drittijiet jitgawdew kif ukoll l-azzjoni biex jiġu indirizzati dawk il-fatturi li jistgħu jkunu l-għerq tal-kawżi tal-ksur. | |
Emenda 13 Artikolu 2, punt (b) | |
b) id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentament sesswali jew immirata lejn persuni li jappartjenu għal minoranzi; |
b) id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentament sesswali jew immirata lejn persuni li jappartjenu għal minoranzi nazzjonali u lingwistiċi tradizzjonali u kull kombinazzjoni ta' dawn ir-raġunijiet (diskriminazzjoni multipla); |
Ġustifikazzjoni | |
It-tipi l-oħrajn kollha ta' minoranzi huma koperti mill-enumerazzjoni fl-ewwel parti tas-sentenza, ħlief għall-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi tradizzjonali. Hu importanti ħafna li dan in-nuqqas jissewwa. | |
Emenda 14 Artikolu 2, punt (j) | |
(j) l-aċċess għal ġustizzja effiċjenti u indipendenti. |
(j) l-aċċess għal ġustizzja effiċjenti u indipendenti, għal dak li jirrigwarda d-drittijiet ta' persuni akkużati u suspettati. |
Emenda 15 Artikolu 2, punt (j a) (ġdid) | |
|
ja) faqar kbir u esklużjoni soċjali. |
Ġustifikazzjoni | |
La pobreza extrema constituye une violación de los derechos humanos y una afrenta intolerable a la dignidad humana (Résolution du 04.10.2001, PE doc. B5-0616, 0627,0635,0644 et 0654/2001). No es posible ignorar la realidad de millones de europeos que no tienen un acceso real a los derechos fundamentales a causa de la pobreza extrema en la que son condenados a vivir. Esto se apoya en los siguientes textos legales: art 21 y 34 Carta de Derechos Fundamentales de la Unión Europea; art 30 de la Carta Social Europea Revisada; "Informe sobre los derechos humanos y la pobreza extrema", del Sr. Leandro Despouy 1996 para Comisión de Derechos Humanos de la ONU; Definición de pobreza extrema dada por Joseph Wresinski en el Informe del Consejo Económico y Social (Francia, febrero 1987); Resolución de la Sub Comisión por la Promoción y la protección des los Derechos Humanos de la ONU, agosto 2006 "Los Principios Directores: pobreza extrema y derechos humanos". | |
Emenda 16 Artikolu 3, paragrafu 1 | |
1. L-Aġenzija għandha tiżgura koordinazzjoni xierqa ma' l-organi, uffiċċji u aġenziji tal-Komunità, l-Istati Membri, organizzazzjonijiet internazzjonali u s-soċjetà ċivili, kif stabbilit fl-Artikoli 7, 8 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007, għall-implimentazzjoni ta' dan il-Qafas. |
1. L-Aġenzija għandha tiżgura koperazzjoni u koordinazzjoni xierqa ma' l-organi, uffiċċji u aġenziji tal-Komunità, l-Istati Membri, organizzazzjonijiet internazzjonali u s-soċjetà ċivili, kif stabbilit fl-Artikoli 7, 8 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007, għall-implimentazzjoni ta' dan il-Qafas. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-koperazzjoni ġġib magħha valur addizzjonali fl-attivitajiet komuni bejn l-organi tad-drittijiet tal-bniedem iktar milli ġġib il-koordinazzjoni weħidha bejniethom. | |
Emenda 17 Artikolu 3, paragrafu 2 a (ġdid) | |
|
2a. L-Aġenzija għandha tikkopera b'mod attiv ma' pajjiżi kandidati fil-qasam tad-drittijiet fundamentali sabiex tiffaċilita l-konformità tagħhom mal-liġi Komunitarja. |
Emenda 18 Artikolu 3, paragrafu 3 | |
3. L-Aġenzija għandha tittratta l-kwistjonijiet li jirrigwardaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi biss bħala parti mix-xogħol tagħha, li għandu jsir fuq kwistjonijiet ġenerali ta' diskriminazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 punt (b), u safejn relevanti għalih, filwaqt li tieħu in kunsiderazzjoni li l-għanijiet globali ta' l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 għandu jkun li jikkontribwixxi għal u jsaħħaħ il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż il-gender mainstreaming fil-politika kollha tal-Komunità u l-politika nazzjonali li tirriżulta minnhom, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi u li jqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini ta' l-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi billi jipprovdi għajnuna teknika lill-istituzzjonijiet tal-Komunità, b'mod partikolari l-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri. |
3. L-Aġenzija għandha tittratta l-kwistjonijiet li jirrigwardaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi, b'mod partikulari l-każijiet ta' diskriminazzjoni multipla, biss bħala parti mix-xogħol tagħha, li għandu jsir fuq kwistjonijiet ġenerali ta' diskriminazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 punt (b), u safejn relevanti għalih, filwaqt li tirrispetta l-għanijiet u l-missjoni ta' l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006. L-arranġamenti għall-koperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-Istitut għandhom jiġu stipulati f'memorandum ta' ftehim b'konformità ma' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007. |
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-rapporteur, kif ukoll il-Parlament Ewropew kollu kemm hu, jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif ta' l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) aktar kmieni din is-sena. Il-bidla minn Ċentru tal-Monitoraġġ Ewropew dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija għal Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali stabbilita għandha tipprovdi lill-istituzzjonijiet Ewropej bl-għodda essenzjali li tassisti lil-leġiżlaturi u lill-Kummissjoni Ewropea fid-difiża tad-drittijiet fundamentali fl-UE kollha u biex ikompli jikber l-għarfien tagħhom.
Filwaqt li r-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon u jirrikonoxxi l-kollaborazzjoni eċċellenti bejn l-istituzzjonijiet li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament 168/2007 li jistabilixxi Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, madankollu huwa jinsab iddiżappuntat li kollaborazzjoni bħal din tidher li għadha nieqsa min-naħa ta' istituzzjonijiet oħra biex jitfassal Qafas Plurijennali (MAF) għall-Aġenzija. Huwa xi ftit jew wisq ironiku li l-Kummissjoni u l-Presidenza tal-Kunsill qegħdin iħeġġu lill-Parlament Ewropew biex jagħti l-pożizzjoni tiegħu sa tmiem l-2007 (li hija skadenza tassew qasira jekk jitqies id-dewmien biex tressqet u ġiet ippreżentata l-proposta) meta la l-Kummissjoni u lanqas il-Kunsill ma jidhru li qegħdin jarawha bħala prijorità ta' importanza kbira li jaslu għal konklużjoni ta' ftehima dwar dan id-dossier jew għan-nomina ta' Direttur.
Minħabba n-negozjati twal dwar ir-Regolament 168/2007, l-Aġenzija ma ġietx stabbilita uffiċjalment qabel l-1 ta' Marzu 2007 (meta kien ittamat li kellha tkun twaqqfet u bdiet taħdem sa mill-1 ta' Jannar 2007). Minkejja li twaqqfet uffiċjalment, l-Aġenzija għadha fil-għama minħabba li għad m'għandhiex l-elementi bażiċi li jippermettulha li tibda taħdem bis-sħiħ (jiġifieri, Direttur u Qafas Plurijennali).
Ir-rapporteur jirrikonoxxi l-importanza ta' l-adozzjoni mgħaġġla ta' Qafas Plurijennali għall-Aġenzija, kif ukoll tan-nomina ta' Direttur, sabiex l-aġenzija sa fl-aħħar tkun tista' taħdem kif għandu jkun u tkun tista' taqdi lill-istituzzjonijiet ta' l-UE u ċ-ċittadini tagħha. Għal dan il-għan, ir-rapport tiegħu jfittex li jemenda l-Qafas Plurijennali f'għadd żgħir ta' oqsma. Hu ttamat li dan is-sinjal ta' rieda tajba min-naħa tar-rapporteur jgħin biex l-istituzzjonijiet ta' l-UE jiftiehmu bla dewmien dwar il-Qafas Plurijennali. Barra dan, ir-rapporteur jixtieq iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jagħmlu kull ma jistgħu biex iħaffu l-proċess ta' l-għażla tal-kandidati għall-kariga ta' Direttur kif ukoll biex jgħaġġlu l-ħidma tagħhom fuq il-Qafas Plurijennali. Dan, fl-opinjoni tiegħu, hu essenzjali sabiex wieħed jiżgura li l-Aġenzija tibda tkun attiva mill-aktar fis (xi ħaġa li kemm ir-rapporteur kif ukoll il-Parlament jixtiequ li sseħħ).
Ir-rapporteur, naturalment, jilqa' b'sodisfazzjon u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet l-oħra biex jinvolvu kemm jista' jkun lill-Parlament Ewropew fil-proċess. Dan iżid il-leġittimità kemm tan-negozjati dwar il-Qafas Plurijennali kif ukoll ta' l-Aġenzija bħala organu, meta jkun hemm qbil dwar il-programm tagħha.
Il-Kummissjoni u l-Presidenza tal-Kunsill huma l-istituzzjonijiet li għandhom juru l-impenn tagħhom favur id-drittijiet fundamentali billi jieħdu l-inizjattiva u t-tmexxija ta' dan id-dossier. Filwaqt li l-Parlament Ewropew m'huwiex ħlief jiġi kkonsultat dwar dan id-dossier, ir-rapporteur jixtieq itenni l-indiviżibilità u l-invjolabilità tad-drittijiet fundamentali kollha bħala l-aktar valuri importanti u bażiċi fi ħdan l-UE - li d-difiża tagħhom il-Parlament Ewropew jieħu b'serjetà kbira. Il-Parlament Ewropew se jibqa' jifli l-irwol ta' l-istituzzjonijiet l-oħra fl-iżvilupp ta' l-Aġenzija, fil-Qafas Plurijennali tagħha u fil-ħidma li ssir fil-qasam tad-difiża u ż-żieda fl-għarfien tad-drittijiet fundamentali. Iċ-ċittadini tagħna m'humiex se jittolleraw li l-valuri ewlenin tagħna jiddgħajfu jew jitrattbu minħabba konsiderazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali għal perjodu qasir.
L-emendi tar-rapporteur
Kif issemma aktar 'il fuq, ir-rapporteur iddeċieda espressament li jillimita l-emendi tiegħu fl-għadd sabiex jgħin biex jintlaħaq ftehim bla dewmien ma' l-istituzzjonijiet l-oħra dwar id-dossier. Madankollu, l-emendi li daħħal fir-rapport tiegħu huma ta' importanza kbira għall-Parlament Ewropew.
Ir-rapporteur irriproduċa xi wħud minn dawk li jqis bħala li huma partijiet importanti mir-Regolament 168/2007 bħala emendi f'dan ir-rapport. Hu jħoss li ta' min jerġa' jirrepeti b'mod ċar fir-rapport dwar il-Qafas Plurijennali xi wħud mill-elementi bażiċi tal-mandat ta' l-Aġenzija u l-kompiti tagħha.
Għalhekk qiegħed jipproponi l-premessa ġdida 6a li tirriproduċi l-premessa 13 tar-Regolament 168/2007. L-istess, il-premessa 7a tirriproduċi l-premessa 15 tar-Regolament 168/2007. Bir-ripetizzjoni ċara ta' dawn il-punti f'dan ir-rapport, ir-rapporteur jixtieq ifakkar lill-istituzzjonijiet u lill-istess Aġenzija dwar il-flessibilità u l-għażliet li huma miftuħa għall-Aġenzija, iżjed mill-oqsma tematiċi msemmija fl-Artikolu 2. Din il-flessibilità hija essenzjali jekk l-Aġenzija trid tkun kemm proattiva kif ukoll reattiva għal żviluppi negattivi li jinqalgħu bla mistenni jew għad-degradazzjoni tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'ċerti setturi jew zoni ġeografiċi.
Il-ftit emendi tar-rapporteur għall-artikoli huma mressqa bl-istess spirtu ta' l-emendi għall-premessi, jiġifieri biex ifakkru xi aspetti importanti tar-Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija. B'dan il-mod, l-Artikolu 1 a (ġdid) huwa riproduzzjoni diretta ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament 168/2007. Ir-rapporteur jemmen li huwa essenzjali li, f'rapport li jagħti ħarsa lejn il-programm tal-Qafas Multiannwali ta' l-Aġenzija, ifakkar x'inhuma l-kompiti bażiċi ta' l-Aġenzija.
Bl-istess mod, l-Artikolu 1b (ġdid) hu meħud mill-Artikolu 5 paragrafu 3 tar-Regolament 168/2007. Hawn ukoll, dan biex kulħadd jiftakar li l-Aġenzija tista' tintalab mill-istituzzjoniiet ta' l-UE biex tieħu kompiti oħra barra dawk imsemmija fil-programm tematiku (Artikolu 2).
L-emendi l-oħra proposti għall-Artikolu 1 ikomplu jiżviluppaw dan is-suġġett. Ir-rapporteur qiegħed jipprova jikkontrobilanċja n-natura riġida tal-programm tematiku billi jippermetti strateġija aktar flessibbli f'ċerti ċirkostanzi. Il-flessibilità hija importanti biex l-Aġenzija tkun tista' twettaq il-mandat sħiħ tagħha.
Dwar l-Artikolu 2 (oqsma tematiċi) ir-rapporteur qiegħed jirrikonoxxi li m'huwiex jagħmel talbiet li m'humiex realistiċi lill-Aġenzija jew lill-istituzzjonijiet. Għal din ir-raġuni (u minkejja bosta talbiet biex jitwessa' l-kamp ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2 biż-żieda ta' oqsma ġodda ta' kompetenza) ir-rapporteur għażel li jagħmel żieda waħda biss, żgħira iżda importanti, ma' din il-lista. Mal-punt b) ir-rapporteur żied il-kunċett ta' "diskriminazzjoni multipla". Billi d-diskriminazzjoni, b'dispjaċir, qiegħda terġa' tiżdied fl-UE, huwa importanti li l-Aġenzija tanalizza u tifli fid-dettalji l-kunċett tad-diskriminazzjoni multipla. M'huwiex faċli li n-nies jiġu kategorizzati fi gruppi differenti tas-soċjetà (u, għall-argument, m'għandhomx ikunu meta titqies in-natura indiviżibbli tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini kollha). Ħafna drabi, madankollu, jiġri li ssir diskriminazzjoni man-nies u ma jkunux ċerti mir-raġuni preċiża għal dan. Dan jista' jiġri għal xi raġuni waħda minn bosta jew għal kombinazzjoni ta' dawn ir-raġunijiet (eż. id-diskriminazzjoni kontra mara Lhudija minħabba s-sess tagħha - femminil - jew minħabba r-reliġjon tagħha - Lhudija - jew minħabba t-tnejn; jew id-diskriminazzjoni kontra raġel Kurd omosesswali minħabba l-oriġini etnika tiegħu - Kurda - jew minħabba l-orjentament sesswali tiegħu - omosesswali - jew minħabba t-tnejn.) Il-Qafas Plurijennali għandu jkopri wkoll dan it-tip ta' diskriminazzjoni multipla sabiex jiġi evalwat il-kobor tal-problema u biex jinstabu mezzi kif għandha tiġi trattata din il-forma kumplessa ta' diskriminazzjoni.
Ta' min isemmi wkoll li r-rapporteur u l-Kumitat LIBE għamlu seduta ta' smigħ ma' l-NGOs li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet fundamentali fit-18 ta' Ottubru 2007. Ir-rapporteur ried jisma' l-fehmiet u l-opinjonijiet tas-soċjetà ċivili qabel ma għamel l-abbozz tar-rapport. Ir-rapporteur jinnota li waqt il-laqgħa nstemgħu bosta fehmiet diversi u eżawrjenti. Instemgħu ħafna fehmiet kritiċi dwar il-kamp ta' l-applikazzjoni ta' l-oqsma tematiċi (Artikolu 2) kif ukoll dwar in-nuqqas ġenerali ta' l-ambizzjoni u l-koerenza (l-ebda viżjoni globali jew qafas li jħaddan kollox) fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea meta wieħed jiġi biex jagħmel politika dwar id-drittijiet fundamentali li tkun koordinata u adattata għall-iskop.
Ir-rapporteur u l-NGOs preżenti semmew in-nuqqas ta' koerenza u n-natura mhix loġika li jkollok regoli ibsin dwar l-osservanza tad-drittijiet fundamentali għall-pajjiżi kandidati (bħala parti mill-kriterji ta' Kopenhagen) iżda ma jkunx hemm segwitu jew mekkaniżmu ta' reviżjoni wara l-adeżjoni ma' l-UE biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkomplu jimplimentaw u jinfurzaw il-leġiżlazzjoni u n-normi dwar id-drittijiet tal-bniedem kif suppost japplikaw ma' l-adeżjoni.
Kull min ġie għal-laqgħa, madankollu, qabel li l-aħjar mod biex tgħin liċ-ċittadini fid-difiża tad-drittijiet fundamentali hu li jsir kull ma jista' biex jintlaħaq ftehim mill-aktar fis dwar il-Qafas Plurijennali u biex tiġi stabbilita Aġenzija li tiffunzjona bis-sħiħ.
Konklużjoni:
Ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif ta' l-Aġenzija u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet u l-partijiet interessati kollha biex jieħdu l-passi meħtieġa ħalli jkun żgurat li jiġi stabbilit mill-aktar fis programm ta' Qafas Plurijennali li jkun koerenti u komprensiv. Flimkien man-nomina bla dewmien ta' Direttur għall-Aġenzija, il-Parlament Ewropew jittama li, sa fl-aħħar, l-Aġenzija tkun tista' tidħol għall-ħidma importanti u meħtieġa tagħha fil-qasam tad-drittijiet fundamentali fl-UE fil-ġejjieni qrib.
Il-Parlament Ewropew huwa ħerqan li jagħti sehmu kemm fit-tfassil tal-Qafas Multiannwali kif ukoll fin-nomina tad-Direttur. Il-Kumitat LIBE qiegħed jippjana li jagħmel seduta ta' smigħ għall-kandidati magħżula qabel ma tintemm is-sena sabiex il-PE jagħti fehmtu dwar in-nomina tal-kandidat għal din il-ħatra importanti. Bl-istess mod, il-Kumitat LIBE għamel analiżi sħiħa tar-riżoluzzjonijiet kollha tal-PE fil-qasam tad-drittijiet fundamentali adottati mill-Parlament. L-għan ewlieni għal dan hu biex jiġi żgurat li l-Parlament ikun jista' jimmonitorja b'mod effettiv u jsegwi, flimkien ma' l-Aġenzija, dawk l-oqsma li fl-imgħoddi qajmu tħassib fil-PE. Hu ttamat li l-Aġenzija taħdem b'mod kostruttiv mal-PE f'dawn l-oqsma jekk il-PE jitlobha biex tinvestiga dwar ksur jew vjolazzjonijiet potenzjali tad-drittijiet fundamentali bbażati fuq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu li ġew adottati dan l-aħħar.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (29.11.2007)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' Qafas Multiannwali għall-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2007-2012
COM(2007)0515 – C6‑0322/2007 – 2007/0189(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Libor Rouček
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Parlament Ewropew kien wieħed mill-protagonisti istituzzjonali ta' l-UE l-aktar importanti fil-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni Ewropea. Wara ħafna żmien, fi Frar 2007, fl-aħħar twaqqfet l-Aġenzija. Madankollu, l-Aġenzija ma tistax tiffunzjona b'mod effettiv minħabba li l-programm Plurijennali għadu ma ġiex aċċettat u l-post ta' direttur għadu ma nteliex. Hemm bżonn jittieħdu passi immedjati biex jinstab direttur u f'dan il-proċess il-Parlament Ewropew għandu jkun involut. Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-miżuri kollha adattati ħalli ssib soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni.
Kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill adottat fil-15 ta' Frar 2007, (KE Nru 168/2007) l-irwol primarju ta' l-Aġenzija hu li tassisti l-istituzzjonijiet ta' l-UE u lill-Istati Membri tagħha, meta jkunu qed jaġixxu fl-ambitu tal-liġi Komunitarja, ħalli jkunu konformi mad-dmir tagħhom skond il-liġi ta' l-UE u tal-Komunità li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali fil-politiki tagħhom. Dawn id-drittijiet fundamentali huma riflessi b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem ta' l-Unjoni Ewropea, meta wieħed iqis il-valur tagħha u l-ispjegazzjonijiet li jakkumpanjawha. Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament, l-oqsma tematiċi ta' l-attività ta' l-Aġenzija għandhom jiġu determinata mill-Kunsill permezz ta' Qafas Plurijennali.
L-għanijiet ewlenin tar-rapporteur għal opinjoni huma:
Li jirreferi għar-riżoluzzjoni tagħha dwar il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem: l-irwol ta' l-istituzzjonijiet nazzjonali u Ewropej, inkluż l-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali u partikolarment il-proposti tagħha biex twassal il-prinċipji għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem barra l-Unjoni;
Li jappoġġja l-miżuri li ttieħdu sabiex tiġi evitata dupplikazzjoni tax-xogħol u sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni xierqa ta' l-attivitajiet ma' organizazzjonijiet internazzjonali li jaħdmu f'dan il-qasam (per eżempju, l-OSCE, in-NU u partikolarment, il-Kunsill ta' l-Ewropa);
Li jiġi meqjus li d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem hu ta' mportanza kbira għar-relazzjonijiet ta' l-Unjoni ma' pajjiżi terzi; Li jintlaqa' l-fatt li l-Aġenzija hi miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi kandidati; Li jtenni li z-zona ta' stabilità, sigurtà u prosperità ma tistax tintlaħaq mingħajr djalogu ma' pajjiżi ġirien dwar il-kwistjonijiet ta' drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija u li f'dak il-qasam l-istituzzjonijiet differenti għandhom jikkoperaw b'mod aktar effettiv;
Li jqis li l-Aġenzija għandha tagħti għajnuna lir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà meta t-Trattat ta' Riforma jidħol fis-seħħ u partikolarment dan għandu jsir fejn tidħol koperazzjoni ma' pajjiżi terzi fl-oqsma tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-immigrazzjoni, il-kriminalità organizzata u t-traffikar ta' persuni;
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Test propost mill-Kunsill | Emendi mill-Parlament |
Emenda 1 Premessa 7 a (ġdida) | |
|
(7a) L-Aġenzija għandha tirraporta b'mod regolari lill-Parlament Ewropew. |
Emenda 2 Artikolu 2, punt (f) | |
f) l-ażil; |
(f) l-ażil, inkluż il-kwistjoni ta' ritorn furzat; |
Emenda 3 Artikolu 2, punt (j a) (ġdid) | |
|
(ja) l-implikazzjonijiet ta' miżuri ta' kontra t-terroristi għad-drittijiet fundamentali fi ħdan l-Unjoni Ewropea; |
Emenda 4 Artikolu 2, punt (j b) (ġdid) | |
|
(jb) il-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki tal-kummerċ u ta' l-iżvilupp ta' l-UE u r-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi. |
Emenda 5 Artikolu 3, paragrafu 2 a (ġdid) | |
|
2a. L-Aġenzija għandha tikkopera b'mod attiv ma' pajjiżi kandidati fil-qasam tad-drittijiet fundamentali sabiex tiffaċilita l-allinjament tagħhom mal-liġi Komunitarja. |
Emenda 6 Artikolu 3, paragrafu 3 | |
3. L-Aġenzija għandha tittratta l-kwistjonijiet li jirrigwardaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi biss bħala parti mix-xogħol tagħha, li għandu jsir fuq kwistjonijiet ġenerali ta' diskriminazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 punt (b), u safejn relevanti għalih, filwaqt li tieħu in kunsiderazzjoni li l-għanijiet globali ta' l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 għandu jkun li jikkontribwixxi għal u jsaħħaħ il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż il-gender mainstreaming fil-politika kollha tal-Komunità u l-politika nazzjonali li tirriżulta minnhom, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi u li jqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini ta' l-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi billi jipprovdi għajnuna teknika lill-istituzzjonijiet tal-Komunità, b'mod partikolari l-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri.
|
3. L-Aġenzija għandha tittratta l-kwistjonijiet li jirrigwardaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi li għandu jsir fuq kwistjonijiet ġenerali ta' diskriminazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 punt (b) safejn relevanti għalih, u li jirrigwardaw il-ħtieġa ta' l-integrazzjoni tal-kwistjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-approċċ ġenerali ta' l-UE lejn id-drittijiet fundamentali, filwaqt li tieħu in kunsiderazzjoni li l-għanijiet globali ta' l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 għandu jkun li jikkontribwixxi għal u jsaħħaħ il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż il-gender mainstreaming fil-politika kollha tal-Komunità u l-politika nazzjonali li tirriżulta minnhom, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi u li jqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini ta' l-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi billi jipprovdi għajnuna teknika lill-istituzzjonijiet tal-Komunità, b'mod partikolari l-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri. |
PROĊEDURA
Titolu |
Qafas Multinannwali għall-Aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2007-2012 |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0515 - C6-0322/2007 - 2007/0189(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
LIBE |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 27.9.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni: Data tal-ħatra |
Libor Rouček 3.10.2007 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
5.11.2007 |
27.11.2007 |
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
27.11.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 1 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Christopher Beazley, Elmar Brok, Véronique De Keyser, Hanna Foltyn-Kubicka, Ana Maria Gomes, Anna Ibrisagic, Metin Kazak, Helmut Kuhne, Vytautas Landsbergis, Francisco José Millán Mon, Raimon Obiols i Germà, Vural Öger, Cem Özdemir, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Samuli Pohjamo, Bernd Posselt, Michel Rocard, Libor Rouček, Katrin Saks, Jacek Saryusz-Wolski, György Schöpflin, Hannes Swoboda, István Szent-Iványi, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Kristian Vigenin, Jan Marinus Wiersma, Josef Zieleniec |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexandra Dobolyi, Árpád Duka-Zólyomi, Kinga Gál, Jaromír Kohlíček, Aloyzas Sakalas, Luis Yañez-Barnuevo García |
|||||||
OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (17.12.2007)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' Qafas Plurijennali għall-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2007-2012
(COM(2007)0515 – C6‑0322/2007 – 2007/0189(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Claire Gibault
EMENDI
Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill- Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi mill-Parlament |
Emenda 1 Premessa 5 | |
(5) Il-Qafas għandu jinkludi dispożizzjonijiet maħsuba sabiex ikun hemm kumplimentarjetà mar-responsabbiltajiet ta' organi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Komunità u ta' l-Unjoni, u kif ukoll mal-Kunsill ta' l-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra attivi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. L-aktar aġenziji u organi relevanti tal-Komunità fir-rigward ta' dan il-Qafas Multiannwali huma l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-organi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, li l-għanijiet tagħhom għandhom għalhekk jittieħdu in kunsiderazzjoni. |
(5) Il-Qafas għandu jinkludi dispożizzjonijiet maħsuba sabiex ikun hemm kumplimentarjetà mar-responsabbiltajiet ta' organi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Komunità u ta' l-Unjoni, u kif ukoll mal-Kunsill ta' l-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra attivi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. L-aktar aġenziji u organi relevanti tal-Komunità fir-rigward ta' dan il-Qafas Multiannwali huma l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-organi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, li l-għanijiet u l-missjonijiet tagħhom għandhom għalhekk jittieħdu in kunsiderazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex ikun hemm immaniġġjar effikaċi tar-riżorsi, jaqbel li wieħed jispeċifika li l-missjonijiet ta' l-Istitut Ewropew għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa għandhom jitqiesu wkoll. Din l-emenda tikkumplimenta l-emenda ta' l-artikolu 3(3). | |
Emenda 2 Artikolu 3, paragrafu 3 | |
3. L-Aġenzija għandha tittratta l-kwistjonijiet li jirrigwardaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi biss bħala parti mix-xogħol tagħha, li għandu jsir fuq kwistjonijiet ġenerali ta' diskriminazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 punt (b), u safejn relevanti għalih, filwaqt li tieħu in kunsiderazzjoni li l-għanijiet globali ta' l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 għandu jkun li jikkontribwixxi għal u jsaħħaħ il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż il-gender mainstreaming fil-politika kollha tal-Komunità u l-politika nazzjonali li tirriżulta minnhom, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi u li jqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini ta' l-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi billi jipprovdi għajnuna teknika lill-istituzzjonijiet tal-Komunità, b'mod partikolari l-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri. |
3. 3. L-Aġenzija għandha tittratta l-kwistjonijiet li jirrigwardaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi, b'mod partikulari l-fenomeni tad-diskriminazzjoni multipla, biss bħala parti mix-xogħol tagħha, li għandu jsir fuq kwistjonijiet ġenerali ta' diskriminazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 punt (b), bla preġudizzju għall-għanijiet u l-missjonijiet ta' l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006. Il-metodi ta' koperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-Istitut se jiġu stabbiliti fil-qafas ta' protokoll ta' ftehima b'konformità ma' l-artikolu 7 tar-Regolament (KE) nru 168/2007. |
PROĊEDURA
Titolu |
Qafas Plurijennali għall-Aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2007-2012 |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0515 - C6-0322/2007 - 2007/0189(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
LIBE |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
FEMM 27.9.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur ta’ opinjoni: Data tal-ħatra |
Claire Gibault 16.10.2007 |
|
|
|||||
Diskussjoni fil-kumitat |
21.11.2007 |
17.12.2007 |
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
17.12.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
28 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-vot finali |
Edit Bauer, Emine Bozkurt, Věra Flasarová, Claire Gibault, Zita Gurmai, Esther Herranz García, Piia-Noora Kauppi, Pia Elda Locatelli, Doris Pack, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Zita Pleštinská, Christa Prets, Karin Resetarits, Eva-Britt Svensson, Anne Van Lancker, Anna Záborská |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali |
Gabriela Creţu, Iratxe García Pérez, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Donata Gottardi, Anna Hedh, Kartika Tamara Liotard, Marusya Ivanova Lyubcheva, Ria Oomen-Ruijten, Maria Petre |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali |
Árpád Duka-Zólyomi, Manolis Mavrommatis, Paul Rübig |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Qafas Plurijennali għall-Aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2007-2012 |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0515 - C6-0322/2007 - 2007/0189(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
25.9.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 27.9.2007 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 27.9.2007 |
FEMM 27.9.2007 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Michael Cashman 11.9.2007 |
|
|
|||||
Diskussjoni fil-kumitat |
3.10.2007 |
29.11.2007 |
18.12.2007 |
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
18.12.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
45 0 8 |
||||||
Membri preżenti għall-vot finali |
Alexander Alvaro, Roberta Angelilli, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Michael Cashman, Giuseppe Castiglione, Giusto Catania, Jean-Marie Cavada, Carlos Coelho, Esther De Lange, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Bárbara Dührkop Dührkop, Claudio Fava, Armando França, Urszula Gacek, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Roland Gewalt, Lívia Járóka, Ewa Klamt, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Roselyne Lefrançois, Sarah Ludford, Jaime Mayor Oreja, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Rareş-Lucian Niculescu, Martine Roure, Luciana Sbarbati, Inger Segelström, Csaba Sógor, Søren Bo Søndergaard, Vladimir Urutchev, Ioannis Varvitsiotis, Renate Weber, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali |
Inés Ayala Sender, Edit Bauer, Simon Busuttil, Iratxe García Pérez, Genowefa Grabowska, Ignasi Guardans Cambó, Sophia in ‘t Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jean Lambert, Antonio Masip Hidalgo, Bill Newton Dunn, Rainer Wieland |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali |
Ģirts Valdis Kristovskis, Manuel Medina Ortega |
|||||||
Data tat-tressiq |
20.12.2007 |
|||||||