Proċedura : 2007/2106(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0003/2008

Testi mressqa :

A6-0003/2008

Dibattiti :

PV 30/01/2008 - 22
CRE 30/01/2008 - 22

Votazzjonijiet :

PV 31/01/2008 - 8.10
CRE 31/01/2008 - 8.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0033

RAPPORT     
PDF 448kWORD 400k
8.1.2008
PE 390.513v01-00 A6-0003/2008

dwar il-Pjan ta' azzjoni għall-effiċjenza fl-enerġija: it-twettiq tal-potenzjal

(2007/2106(INI))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Fiona Hall

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-Pjan ta' azzjoni għall-effiċjenza fl-enerġija: it-twettiq tal-potenzjal

(2007/2106(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–    wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2006 bl-isem Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Enerġija: It-Twettiq tal-Potenzjal' (COM(2006)0545).

–    wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni (SEC(2006)1173) li jakkumpanja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-19 ta' Ottubru 2006 msemmi hawn fuq,

–    wara li kkunsidra l-evalwazzjoni ta' l-impatt tal-Pjan ta' Azzjoni (SEC(2006)1174), u t-taqsira eżekuttiva (SEC(2006)1175),

–    wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Jannar 2007 bl-isem 'Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa' (COM(2007)0001),

–    wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta’ Marzu 2007, dwar l-approvazzjoni tal-Kunsill ta’ 'Pjan ta’ Azzjoni tal-Kunsill Ewropew (2007-2009) – Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa' (7224/07),

–    wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta’ Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u informazzjoni standard dwar il-prodott dwar il-konsum ta’ l-enerġija u riżorsi oħra skond it-tip ta' apparat domestiku(1),

–    wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar ir-rendiment ta' l-enerġija tal-bini(2),

–    wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar il-promozzjoni ta' koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern ta' l-enerġija(3),

–    wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija(4),

–    wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija(5),

–    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1005/KE tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-konlużjoni ta’ Ftehima bejn il-Gvern ta’ l-istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinament ta’ programmi ta’ ttikkettar dwar effiċjenza fl-enerġija għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju(6) u għat-test tal-ftehima msemmija hawn fuq(7),

–    wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm Komunitarju ta’ tikettar ta’ l-effiċjenza fl-enerġija tat-tagħmir ta’ l-uffiċċju (COM(2006)0576),

–    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa l-2013)(8) u b’mod partikolari l-Kapitlu III dwar l-‘Enerġija Intelliġenti – Programm Ewropew’,

–    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013)(9),

–    Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti parteċipazzjoni volontarja minn organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u verifika (EMAS)(10),

–    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Ġunju 2006 dwar l-Effiċjenza fl-enerġija jew nagħmlu aktar b'inqas – Green Paper(11),

–    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta’ Diċembru 2006 dwar Strateġija Ewropea għal Enerġija Sostenibbli, Kompetittiva u Sikura – Green Paper(12),

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, r-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta’ l-Ikel u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0000/2008),

A. billi jekk it-temperatura globali tiżdied b’2 gradi Celsius fuq il-livelli preindustrijali dan jirriżulta f’bidla kaotika fil-klima, kif huwa ċertifikat, inter alia, fir-rapport ta' Mejju 2007 tal-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima; billi biex iż-żieda fit-temperatura globali tinżamm taħt iż-2 gradi hemm bżonn ta' tnaqqis drastiku fl-emissjonijiet tal-karbonju sa l-2015; billi l-aktar mod immedjat u effettiv fir-rigward ta’ l-ispiża ta’ kif jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju huwa billi l-enerġija tintuża b’mod aktar effiċjenti;

B.  billi l-effiċjenza fl-enerġija għandha rwol kruċjali fit-tnaqqis tad-dipendenza ta’ l-Unjoni Ewropea fuq importazzjonijiet ta' l-enerġija, fit-trattament ta' l-iskarsezza fil-ġejjieni ta' sorsi ta' enerġija, u fil-limitazzjoni ta’ l-effett ta’ xokkijiet fil-prezzijiet ta’ l-enerġija;

C. billi l-evalwazzjoni ta’ l-impatt relatat mal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Enerġija tirrikonoxxi nuqqas ta’ kapaċitajiet ta’ infurzar fil-livelli kollha ta’ l-ifformolar ta’ politika fi ħdan il-Kummissjoni u stmat li biex il-Pjan ta’ Azzjoni jkun suċċess jinħtieġu li jiżdiedu 20 persuna aktar ma’ l-istaff;

D.  billi d-Direttiva 2002/91/KE ġiet trasposta kif suppost biss f’ħames Stati Membri;

E.  billi d-Direttiva 2006/32/KE tirrikjedi lill-Istati Membri sabiex jippreżentaw Pjan ta’ AzzjoniNazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija (NEEAP) lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju2007; billi sa l-1 ta’ Settembru 2007 l-Kummissjoni kienet irċeviet biss disgħaNEEAPs, u sat-30 ta' Ottubru 2007 rċiviet biss ħmistax-il NEEAPs;

F.  billi l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva 2004/8/KE fis-suq internazzjonali qiegħda tard u altru milli perfetta;

G. billi l-Unjoni Ewropea hija wieħed mir-reġjuni l-aktar għani u l-aktar avvanzat teknoloġikament fid-dinja;     billi l-Unjoni Ewropea espandiet il-ħruġ ekonomiku tagħha bi kważi 40% u d-dħul medju per capita b'terz mill-1990; billi, fl-istess perjodu ta' żmien, id-domanda għar-riżorsi ta' enerġija u elettriku żdiedet biss bi 11%;

H. billi t-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni - jekk jiġu mgħotija s-sinjali ta' politika ġusti - jistgħu jiġġeneraw profitti addizzjonali ta' produttivita lil hinn mill-mira ta' l-UE ta' 20%; billi ċerti teknoloġiji bħalma huma t-teknoloġija "smart grid", sistemi intelliġenti ta' ġestjoni u teknoloġiji ta' kompjuting "speckled" għandhom għalhekk ikunu s-suġġet ta' rakkomandazzjoni ta' politika effettiva;

1. Jilqa’ b’sodisfazzjon il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Enerġija 2006 msemmi hawn fuq u jfaħħar l-objettivi u l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu;

2.  Iqis li mira għal titijb ta’ ‘l fuq minn 20% sa l-2020 fl-effiċjenza ta' l-enerġija, flimkien ma’ kwalunkwe titjib b’riżultat ta’ effetti awtonomi strutturali jew ta’ prezzijiet, huma kompletament teknikament u ekonomikament fattibbli, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li din il-mira, kif ukoll il-miri dwar it-tibdil fil-klima, jinkisbu;

3.   Jinnota bi tħassib serju li l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta' leġiżlazzjoni eżistenti dwar effiċjenza fl-eneġija mhix kompluta u għadha lura;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' politika għall-effiċjenza fl-enerġija li tkun implimentata fil-livelli tal-gvern;

5.  Jinnota li l-implimentazzjoni minn Stati Membri tad-Direttiva 2004/08/KE m'hijiex kompluta u għadha lura ħafna;

6.  Jiddenuċja n-nuqqas li jiġi dedikat in-numru meħtieġ ta’ uffiċjali tal-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat li kemm il-Pjan ta’ Azzjoni u kif ukoll il-leġiżlazzjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija li fuqha jibni dan il-Pjan jiġu implimentati bis-sħiħ u fil-waqt;

7.   Jiddeplora l-fatt li, minn 21 azzjoni tal-Kummissjoni li fil-Pjan ta' Azzjoni kienu skedati biex jitlestew fl-2007, filwaqt li jinnota li, sat-30 ta' Ottubru 2007, skond il-Kummissjoni 16 minn 21 azzjoni skedata għall-2007 kienu 'mexjin kif suppost', u jiddeplora l-mod serju ta’ kif waqgħet lura l-iskeda għall-adozzjoni ta’ standards minimi ta’ rendiment ta’ enerġija għall-gruppi ta’ prodotti prijoritarji;

8.  Jiddenunċja n-nuqqas tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri milli jagħtu prijorità lit- traspożizzjoni sħiħa u f'waqtha tal-leġiżlazzjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija u lil-konformità ma’ din il-leġiżlazzjoni, minkejja retorika dwar it-trattament tal-bidla fil-klima u t-tnaqqis ta’ l-importazzjonijiet ta' l-enerġija min-naħa ta' l-UE;

9.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tħaffef l-abbozzar tal-Memorandum ta’ Ftehim ġejjieni dwar il-koperazzjoni mal-Kunsill Ewropew tar-Regolaturi ta’ l-Enerġija (CEER), li ser jistipula linji gwida komuni u kodiċi ta’ kondotta komuni, bil-għan li jtejjeb l-effiċjenza ta’ l-użu ta’ l-enerġija finali fis-setturi kollha;

10. Jitlob għal evalwazzjoni urġenti u onesta, fil-Kummissjoni u f’kull Stat Membru, tan-nuqqasijiet ta’ kapaċità u ostakoli oħrajn li sal-lum wasslu għall-implimentazzjoni inadegwata tal-leġiżlazzjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija, u kif dawn in-nuqqasijiet u l-ostakoli jistgħu jintgħelbu;

11. Jinnota b’mod partikolari nuqqas mifrux ta’ appoġġ sempliċi u immedjat ta’ informazzjoni u ta’organizzazzjoni dwar effiċjenza fl-enerġija fil-punt tal-ħtieġa, li jista' jinqala’ ta’ malajr (eż. meta apparat domestiku jew tagħmir ieħor ikollu l-ħasra) jew ikun marbut ma’ avvenimenti partikolari (eż. bidla tad-dar); jemmen li nuqqas ta’ attenzjoni għall-ħtiġijiet prattiċi taċ-ċittadini qed idgħajjef ħafna mill-iskemi għall-effiċjenza ta’ l-enerġija u għalhekk jisħaq dwar l-importanza ta’ għajnuna prattika u ffinanzjar bil-quddiem;

12. Jenfasizza li t-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni għandhom jiġu promossi bħala teknoloġiji ewlenin biex jippromwovu t-tfaddil fl-enerġija f'setturi varji bħalma huma t-trasport, il-bini, l-enerġija u l-manifattura; f'dan il-kuntest jilqa' l-istudju tal-Kummissjoni li jevalwa l-kontribut potenzjali ta' varji teknoloġiji innovattivi bbażati fuq ICTs biex titjieb l-effiċjenza ta' l-enerġija ta' l-ekonomija ta' l-UE u jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra sa l-2020; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinkludi l-irwol tas-sistemi intelliġenti ta' ġestjoni f'teknoloġiji "smart grid" u sistemi integrati b'mod partikulari f'dak l-istudju;

Tagħmir u apparat domestiku

13. Jilqa’ b’sodisfazzjon l-istrateġija ta’ adozzjoni ta’ standards minimi u jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi u tapplika sa l-2008 standards minimi ta' rendiment għall-arja kondizzjonata u t-tipi kollha ta' settijiet tat-televiżjoni; iħeġġeġ biex dan isir flimkien ma’ reviżjoni dinamika ta’ ttikettar u jinnota li l-marka CE tista' tappoġġja l-infurzar ta' standards minimi ta' rendiment ta' l-enerġija; jistieden lill-Istati Membri sabiex jiddedikaw aktar riżorsi għas-sorveljanza tas-suq;

14. Japprova ż-żieda ta’ dwal domestiċi mal-lista ta' gruppi ta’ prodotti prijoritarji u jenfasizza l-importanza li l-Kummissjoni żżomm ma' l-skeda proposta għall-irtirar ta’ l-aktar bozoz ineffiċjenti mis-suq, b’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007;

15. Jinnota l-progress reċenti tat-teknoloġija tal-bozoz LED; jistieden lill-Kummissjoni biex tesplora mezzi kif tavvanza r-riċerka fil-bozoz LED u kif jista' jiżdied l-użu tagħhom;

16. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi skedi għall-irtirar mis-suq ta' l-oġġetti tat-tagħmir u l-prodotti l-oħrajn kollha li jużaw l-enerġija li huma lanqas effiċjenti fl-enerġija, bħalma huma l-ħijters ta' barra (patio heaters);

17. Jilqa’ b’sodisfazzjon l-enfasi fuq it-tnaqqis mit-telf minħabba l- istand-by u fuq it-tixrid ta' prodotti u teknoloġiji li jiżguraw li prodotti u tagħmir li jużaw l-enerġija jużaw enerġija biss meta jkun hemm il-bżonn; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta rekwiżit ta’ rendiment ta’ 'watt wieħed' waqt stand by u analiżi ta’ l-iffrankar potenzjali ta’ enerġija li jista’ jirriżulta kemm mill-minimizzazzjoni u kemm mit-tneħħija tal-konsum ta’ l-istand by mode li ma jkunx meħtieġ, partikularment l-istand by passiv;

18.  Jilqa' b’sodisfazzjon l-iffirmar ta’ Ftehima Energy Star ġdida ma’ l-Istati Uniti li tistabbilixxi standards komuni dwar l-effiċjenza ta' l-enerġija għat-tagħmir għall-uffiċċji, u b'mod partikulari l-inklużjoni fir-regolament ta' implimentazzjoni ta’ dispożizzjoni vinkolanti fir-rigward ta’ appalt pubbliku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tmexxi 'l quddiem in-negozjati dwar l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni Energy Star bejn l-UE u l-Istati Uniti għal prodotti oħrajn, b'konformita ma' l-impenn li sar fis-samit tat-30 ta' April 2007 bejn l-UE u l-Istati Uniti;;

19. Jilqa' b’sodisfazzjon il-proposta li sa l-2010 jiġu stabbiliti standards minimi ta’ rendiment għall-apparat domestiku u t-tagħmir l-ieħor li juża l-enerġija b’mod sinifikanti; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibda’ bl-anqas prodotti li huma effiċjenti fl-enerġija fuq is-suq;

20. Jappoġġja lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tifformula kriterji għall-eko-tikkettar ta' teknoloġiji ta' tisħin u tkessiħ, li jkopru b'mod parikulari l-użu ta' enerġija primarja, bil-ħsieb li jkun żgurat li l-utenti huma garantiti informazzjoni ta' min joqgħod fuqha dwar l-għażliet l-aktar effettivi u tajbin għall-ambjent li huma disponibbli fuq is-suq għal tagħmir għat-tisħin u t-tkessiħ tal-bini;

21. Iħeġġeġ implimentazzjoni rigoruża tar-rekwiżiti 2006 dwar l-istallazzjoni ta’ miters intelliġenti sabiex jiżdied l-għarfien tal-konsumatur dwar l-użu ta’ l-elettriku u biex jgħin fit-titjib tar-rekwiżiti dwar l-istatistiċi dwar l-effiċjenza ta' l-enerġija;

22. Jitlob li jkun hemm formulazzjoni ta' standard għall-miters intelliġenti ta' tisħin biex jintużaw f'sistemi ta' tisħin ċentrali u netwerks ta' tisħin remot bil-ħsieb li jħeġġeġ l-utenti aħħarija biex jaġixxu b'mod aktar responabbli ('ħallas għal dak li tuża') u biex jiġu eliminati s-sistemi ta' rata fissa, li għandhom l-effett oppost;

23. Huwa tal-fehma li t-teknoloġiji industrijali għandhom jiżguraw li tintuża anqas enerġija fil-proċessi ta' produzzjoni; jemmen li jista' jkun hemm tfaddil konsiderevoli ta' enerġija jekk itnaqqas il-piż tal-vetturi u l-mezzi tat-trasport.

Rekwiżiti għar-rendiment tal-bini

24. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tgħaġġel il-proċeduri ta' infrazzjoni kontra dawk l-Istati Membri li ma għamlux traspożizzjoni tajba jew ma implimentawx bis-sħiħ id-Direttiva 2001/91/KE;

25. Minħabba li l-bini iservi fit-tul, jinnota l-importanza kbira li jiġi żgurat li bini ġdid jinbena skond l-aqwa standards possibbli ta’ effiċjenza fl-enerġija u li bini eżistenti jiġi rranġat skond standards kontemporanji; iqis li d-demolizzjoni ta' binjiet li m'humiex effiċjenti fl-enerġija, flimkien mal-bini ta' binjiet ġodda li huma effiċjenti fl-enerġija, ġieli jtkun tista' tiġi appoġġjata bħala alternattiva għar-restawrar;

26. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tirrevedi d-Direttiva tar-Rendiment fl-Enerġija tal-Bini sabiex mill-2009 fl-Artikolu 6 jiġi inkluż il-bini kollu li jinħtieġ tisħin u tkessiħ minkejja d-daqs;

27. Jistieden lill-Kummissjon biex fir-reviżjoni tagħha tal-prestazzjoni ta' bojlers tikkunsidra l-fatt li bojlers ta' koġenerazzjoni (mikro-kombinazzjoni ta' tisħin u elettriku) huma ħafna u ħafna aktar effiċjenti, u biex b'mod adegwat tistabbilixxi rekwiżiti minimi ta' prestazzjoni għall-bojlers;

28. Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta li għandhom jiġu stipulati rekwiżiti minimi ta’ rendiment għal bini ġdid u rinnovat u għal komponenti tal-bini bħal m’huma t-twieqi u pellikola tat-twieqi;

29. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproponi rekwiżit vinkolanti sabiex mill-2011 il-bini l-ġdid kollu li jeħtieġ tisħin u/jew tkessiħ jinbena skond standards ta’ dar passiva jew standards mhux residenzjali ekwivalenti, u rekwiżit sabiex jiġu użati soluzzjonijiet passivi ta' tisħin u tkessiħ mill-2008;

30. Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-introduzzjoni gradwali ta' grids distrettwali għat-tisħin u t-tkessiħ għall-bini kollu sabiex jitnaqqas l-użu ta' fjuwil fossili fit-tisħin u t-tkessiħ billi jiġu utilizzati t-telfiet li jinġarrbu fit-trasformazzjoni ta' l-enerġija;

31. Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra soluzzjonijiet ta' arkitettura għat-tisħin u tkessiħ passiv, bħalma huma strutturi ta' kostruzzjoni bi proprjetajiet termali, meta jiġu kunsidrati t-tassazzjoni u miżuri oħra għall-promozzjoni ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija;

32. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu tkessiħ distrettwali minn sorsi rinnovabbli ta' l-enerġija bħala alternattiva effiċjenti biex tintlaħaq id-domanda li dejjem qed tikber għat-tkessiħ ta' konfort;

33. Jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq database trasparenti, aċċessibbli għaċ-ċittadini ta' l-Unjoni, ta' miżuri nazzjonali, reġjonali u lokali li jippromwovu l-effiċjenza ta' l-enerġija fil-bini, b'mod partikulari miżuri ta' finanzjament, fl-interessi ta' l-iskambju ta' l-aħjar prattiki fl-UE u ta' informazzjoni u kuxjenza pubblika;

Ġenerazzjoni u distribuzzjoni ta’ l-elettriku

34. Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex fil-pjanijiet NEEAPs tagħhom għaż-żieda ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, jimxu lejn ippjanar olistiku ta’ forniment ta’ elettriku, tisħin u tkessiħ u b'mod aktar ġenerali biex jippromwovu miżuri li jħeġġu l-użu ta' koġenerazzjoni mikro u dik fuq skala żgħira u biex ineħħu l-ostakoliu għal dawn; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tqis NEEAPs li jonqsu milli jagħmlu dan b’mod sfavorevoli;

35. Jirrimarka li t-trasport u d-distribuzzjoni huma fost is-sorsi ta' telf ta' enerġija u ta' qtugħ ta' elettriku u jisħaq dwar l-irwol li l-mikroġenerazzjoni u l-ġenerazzjoni deċentralizzata u diversifikata jista' jkollhom biex jiggarantixxu provvista sigura u tnaqqis tat-telf; iqis li l-inċentivi għandhom ikunu mmirati lejn titjib fl-infrastruttura bil-għan li jnaqqsu t-telf fit-trażmissjoni u fid-distribuzzjoni;

36. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti aktar attenzjoni lis-suq tat-tisħin, peress li s-sħana tirrappreżenta l-akbar sehem ta' konsum ta' l-enerġija, u għal strumenti (pjanar urban, evalwazzjoni ta' tisħin, inċentivi ta' investiment) li jippermettu l-irkupru ta' sħana minn sorsi rinnovabbli żejda permezz ta' l-iżvilupp ta' infrastrutturi distrettwali ta' tisħin u tkessiħ;

37. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmoniterja mill-viċin l-implimentazzjoni tad-Direttiva CHP u biex tevalwa jekk l-iskemi ta' appoġġ humiex adegwati biex jisfruttaw il-potenzjal nazzjonali għall-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja;

38. Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-ħtieġa ta' netwerks lokali għat-tkessiħ biex jiġu introdotti bħala rispons effettiv alternattiv għad-domanda li dejjem qed tikber għat-tkessiħ ta' konfort, u għal tnaqqis drastiku f'emissjonijiet tas-CO2 relatati;

39. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex testendi l-ambitu ta' l-inċentivi finanzjarji attwali għal żviluppi li jippermettu l-enerġija magħmula minn sorsi rinnovabbli li tintuża f'netwerks eżistenti li jiffunzjonaw permezz ta' enerġija ġejja minn fjuwil fossili; iqis li t-titjib ta' netwerks eżistenti jista' jżid sew l-effiċjenza tal-produzzjoni ta' l-enerġija minn sorsi rinovabbli fi żmien eqser u għal inqas spejjeż, fl-istess ħin jgħin biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista bħala riżultat ta' titjib f'waqtu;

It-trasport

40. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tistipola rekwiżiti minimi għar-rendiment ta’ l-enerġija għall-modi kollha ta’ transport, inkluż dak pubbliku; jenfasizza l-ħtieġa għal politika tat-trasport b'użu effiċjenti ta' l-enerġija li tagħti preferenza lit-trasport pubbliku, l-użu tar-roti, u l-mixi f'zoni urbani; jilqa' l-Green Paper dwar it-Trasport Urban u jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi inizjattiva li tikkonċerna b'mod speċifiku t-trasport urban u l-kwistjoni ta' l-integrazzjoni tal-protezzjoni tal-klima, it-tfaddil ta' l-enerġija u s-saħħa pubblika f'politika sostenibbli ta' mobilita għall-ibliet; jinkuraġġixxi lill-ibliet ta' l-UE biex jikkunsidraw miżuri li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi u mit-traffiku tal-karozzi tal-passiġġieri, pereżempju, permezz ta' tariffi fuq il-konġestjoni; ifakkar li limiti vinkolanti fuq l-emissjonijiet annwali mill-karozzi fir-rigward tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri li jinbiegħu jikkontribbwixxu biex l-UE tilħaq il-miri vinkolanti tas-CO2;

41. Jitlob għall-emenda tad-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta’ informazzjoni għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-fjuwil u emissjonijiet tas-CO2 fir-rigward ta’ l-ikkumerċjalizzar ta’ karozzi tal-passiġġieri ġodda(13) sabiex tiġi emendata b'tali mod li tippermetti li l-karozzi jiġu ttikkettati b’mod ċar bil-format A sa G li jintuża għall-ittikettar ta’ l-apparat domestiku; jipproponi li minimu ta’ 20% ta’ kull spazju dovut għar-riklami u l-ikkumerċjalizzar ta’ karozzi ġodda jipprovdi informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-fjuwil u l-emissjonijiet;

42. Jiddispjaċih ukoll li l-proposta għal direttiva dwar it-tassazzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri, li għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 b’konformità ma’ l-impenji ta’ l-UE skond il-Protokoll ta’ Kyoto, għadha ma ġietx adottata mill-Kunsill, u jħeġġeġ sabiex tiġi implimentata malajr kemm jista' jkun;

43. Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal strateġija ta' qafas li tiffaċilita titjib sostanzjali għall-effiċjenza tat-trasport pubbliku urban u sub-urban, li tkun tirrikjedi li operaturi ta' sistemi tat-trasport pubbliku urban u suburban jikkonduċu studji, li jinkludu studji ta' fattibilita, iffukar fuq livelli ta' effiċjenza u servizz relatati mas-sistema, u liema strateġija hija mmirata biex taġġusta t-twaqqif ta' skemi ta' appoġġ orizzontali li l-għan tagħhom huwa li jiżviluppaw sistemi ta' trasport b'mod li dawn is-sistemi jkunu konformi ma' kundizzjonijiet aktar stretti fir-rigward ta' effiċjenza u konsistenza;

44. Jilqa' l-proposta Impriża Konġunta għal Sema Nadif, li l-għan tagħha huwa li jiġu prodotti ajruplani li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, u li huma ambjentalment sostenibbli, u effiċjenti fl-enerġija;

Arranġamenti finanzjarji u politika reġjonali

45. Jinnota l-importanza ta’ l-aċċess għall-fondi strutturali għall-iffinanzjar ta' l-effiċjenza fl-enerġija, permezz ta' entitajiet bħall-Bank Ewropew għall-Investiment, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u wkoll permezz ta’ skemi privati ta’ servizzi bankarji;

46. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex iżżid il-proporzjon ta’ ffinanzjar strutturali u ta’ koeżjoni li jista’ jintnefaq fuq it-titjib ta' l-effiċjenza fl-enerġija ta' djar eżistenti minn minimu ta' 3% għal 5%, u sabiex titlob lill-Istati Membri sabiex jieħdu vantaġġ sħiħ minn din l-opportunità;

47. Jesprimi dispjaċir għall-kumplessità ta’ ħafna mill-iffinanżjar ta’ l-UE għall-effiċjenza ta’ l-enerġija, minkejja l-eżistenza ta’ l-Inizjattiva Konġunta għar-Riżorsi Ewropej għall-Intrapriżi Mikro u Medji (JEREMIE); jinnota li n-nuqqas ta’ ffinanzjar sempliċi u aċċessibbli jikkostitwixxi ostakolu kbir għall-intrapriżi ż-żgħar u mikro b’mod partikolari, li m’għandhomx il-kapaċità meħtieġa sabiex jaċċessaw programmi kumplessi;

48. Jinnota l-importanza vitali tar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni fil-qasam ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija; iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet reġjonali, lill-awtoritajiet lokali u lill-NGOs sabiex jieħdu vantaġġ mill-finanzjament disponibbli taħt is-Seba' Programm ta' Qafas, il-Fondi Strutturali, il-Programm ta' Qafas għall-Kompetittivita u l-Innovazzjoni, l-Enerġija Intelliġenti – Programm Ewropew, li huma maħsuba biex tiġi stimulata r-riċerka fl-effiċjenza ta' l-enerġija u jiġu promossi teknoloġiji ta' enerġija rinnovabbli, u l-iżvilupp ta' mezzi ġodda għat-trasport u l-istorjar ta' enerġija mfassla biex jitnaqqas it-telf ta' l-enerġija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tirrispondi b'mod ġeneruż għas-sejħiet biex tiġi finanzjata r-riċerka dwar l-effiċjenza ta' l-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-effiċjenza ta' l-enerġija titqiegħed fuq quddiem sew fl-isforzi kontinwi li għandhom isiru biex il-programmi ta' l-UE għar-riċerka u għall-iżvilupp tat-teknoloġiji jintużaw kemm jista' jkun;

49. Jitlob sabiex il-mikro-intrapriżi jiġu trattati bħal abitazzjonijiet domestiċi u jiġu offruti ffinanzjar sempliċi għat-titjib fl-effiċjenza ta’ l-enerġija, bħal għotjiet bil-quddiem;

50.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja r-regoli ta' għajnuna statali li huma aktar favorevoli għal miżuri ta' effiċjenza ta' l-enerġija (bħalma huma l-eko-innovazzjoni u t-titjib fil-produttivita); jemmen li dawn ir-regoli għandhom ikunu sempliċi, prattiċi u trasparenti, li jneħħu l-ostakoli għall-implimentazzjoni effettiva ta' miżuri ta' effiċjenza ta' l-enerġija;

51. Jistieden lill-Kummissjoni, bħala kwistjoni ta’ urġenza kbira, sabiex tippreżenta proposti għal miżuri speċifiċi bl-għan li tinkiseb aktar effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija fl-aktar reġjuni mbiegħda, immirati lejn il-karatteristiċi partikulari tagħhom li jirriżultaw mill-effetti tal-limitazzjonijiet permanenti li huma suġġetti għalihom dawk ir-reġjuni;

52. Jenfasizza l-irwol ta' aġenziji ta' l-enerġija lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni effettiva ta' miżuri ta' enerġija effiċjenti; jitlob sabiex ikunu involuti l-aġenziji kollha (dawk Ewropej, nazzjonali u lokali) fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni għall-effiċjenza ta' l-enerġija;

Taxxa

53. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinkuraġġixxi lill-Istati Membri biex japplikaw rata mnaqqsa tat-taxxa b’valur miżjud fuq xogħol, materjali u komponenti li jtejbu l-effiċjenza ta’ l-enerġija fil-bini; jistieden lill-Kunsill biex jiżguraw li s-sistema ġenerali tat-taxxa tirrifletti, b’mod koerenti, l-għan li titjieb l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija fil-bini;

54. Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jagħmlu użu sħiħ mill-possibilità ta' rata mnaqqsa tal-VAT fuq ix-xogħol ta' rinnovazzjoni u ta' tiswija fid-djar privati sabiex titjieb l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija; jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex tevalwa l-effettività tal-krediti ta’ taxxa kemm għall-konsumaturi li jixtru l-aktar apparat domestiku li huwa effiċjenti fl-enerġija u għall-intrapriżi li jipproduċu u jippromwovu tagħmir bħal dan;

55. Jinnota li t-taxxa hija parti mill-kompetenza ta’ l-Istati Membri; jinnota li miżuri ta’ taxxa magħżula mill-Istati Membri tista' tkun element tan-NEEAPs kollha; jistqarr li huwa favur internalizzazzjoni ta’ infiq ambjentali;

56. Jistieden lill-Istati Membri kollha sabiex jintroduċu inċentivi ta’ taxxa speċifikament sabiex iħeġġu lill-familji, lill-mikro-intrapriżi u lis-sidien privati tal-proprjetà sabiex jieħdu miżuri li huma favur l-effiċjenza fl-enerġija u jixtru prodotti li huma effiċjenti fl-enerġija;

57. Jikkunsidra li l-inċentivi tat-taxxi jistgħu, f'ċerti ċirkustanzi, jkunu disponibbli għad-demolizzjoni ta' bini li mhumiex effiċjenti fl-enerġija, meta dawn jiġu flimkien mal-kostruzzjoni ta' bini ġdid li huwa effiċjenti fl-enerġija;

Tibdil fl-atteġġjament

58. Jenfasizza l-irwol kbir li għandu jkollu s-settur pubbliku fil-promozzjoni ta' soluzzjonijiet li huma effiċjenti fl-enerġija;

59. Jaqbel li l-programmi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ dwar l-effiċjenza ta’ l-enerġija għandhom rwol importanti, b'mod partikulari għall-SMEs; jinnota li l-edukazzjoni dwar l-enerġija għandha tibda minn eta bikrija bl-inklużjoni ta' korsijiet relatati fi ħdan il-programmi edukattivi ta' l-iskejjel madwar l-UE; jinnota li l-implimentazzjoni ta’ tekniki innovattivi għall-kostruzzjoni u l-immaniġġjar ta’ l-enerġija ser jirrikjedu ammont kbir ta’ ħaddiema tas-sengħa mħarrġa kif suppost; jinsab imħasseb li l-Istati Membri għadhom ma pproduċewx programmi ta’ taħriġ xierqa għal ħiliet relatati ma’ l-effiċjenza fl-enerġija; jitlob sabiex ir-rekwiżiti ta’ riżorsi umani jitqiesu bħala element essenzjali fl-NEEAPs;

60. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jiżviluppaw sħubiji mill-qrib ma' l-aġenziji ta' l-enerġija reġjonali sabiex jitjiebu l-faċilitajiet ta' taħriġ għat-tekniċi ta' l-enerġija u għall-professjonisti li jaħdmu f'setturi relatati; jenfasizza l-bżonn għal aktar netwerks ikkordinati ta' parteċipanti lokali sabiex tinfirex l-aħjar prassi rigward l-enerġija effiċjenti f'reġjuni anqas żviluppati;

61. Jenfasizza l-irwol ta' l-akkwist pubbliku u tas-servizzi, bħalma huma l-verifiki ta' enerġija, jista' jkollhom biex tonqos il-ħela u jiġi mħeġġeġ l-użu aħjar tal-potenzjal ta' l-enerġija ta' kull binja; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali, lokali u pubbliċi tagħhom biex jagħtu l-ewwel eżempju, mhux biss fil-bini amministrattiv imma wkoll fil-bini pubbliku l-ieħor bħal skejjel, universitajiet u sptarijiet u f'entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tal-posta;

62. Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid ir-riċerka fl-ekonomiji ta' atteġġament u fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-bdniedem sabiex jiġu mfassla kampanji ta' informazzjoni futuri dwar l-effiċjenza ta' l-enerġija (bħalma hija l-Kampanja Ewropea għall-Enerġija Sostenibbli) u b'hekk jiġu massimizzati l-benefiċċji tagħhom;

63. Jaqbel li l-effiċjenza fl-enerġija tibda d-dar; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament sabiex ikunu minn ta’ quddiem billi jirrikjedu li jiġu stipulati standards eżemplari ta’ rendiment fl-enerġija fil-bini kollu ta' l-istituzzjonijiet ta’ l-UE, bħala parti minn verifika usa ta’ l-użu ta’ l-enerġija mill-istituzzjonijiet li għandha tinkludi arranġamenti ta’ xogħol u vjaġġar, inċentivi u lokazzjonijiet, kif ukoll tagħmir u appalt;

64. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jorganizzaw - fuq bażi annwali - Ġurnata t'Azzjoni Ewropea dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija;

65. Jinnota li s-settur tat-teknoloġija għolja jista' jkollu rwol kruċjali biex iqajjem il-kuxjenza tal-konsumatur u u biex iżid il-volonta tal-konsumaturi biex jikkontribwixxu għall-effiċjenza ta' l-enerġija billi joffri prodotti li huma kemm effiċjenti fl-enerġija kif ukoll ta' standard ogħla;

66. Jikkunsidra li l-kuntratti tas-servizzi ta' l-enerġija bejn il-fornituri u l-konsumaturi ta' l-enerġija huma mezz effettiv biex tikber l-effiċjenza tas-sistemi ta' tisħin u tkessiħ; jistieden lill-Kummissjoni biex tneħħi l-ostakoli amministrattivi u legali għall-konklużjoni ta' dawn il-kuntratti;

Bliet

67. Jirrikonoxxi l-importanza ta’ l-iskambjar u l-promozzjoni ta’ l-aħjar prattika urbana dwar l-effiċjenza fl-enerġija; jissuġġerixxi li l-forum Eurocities eżistenti jista’ jkun mezz effettiv sabiex dan isir;

68. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istituzzjonijiet l-oħra ta' l-UE biex jaħdmu flimkien ma' l-ibliet il-kbar fl-UE, filwaqt li jiffavorixxu baġitx għall-ġemellaġġ u l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-ibliet il-kbar;

69. Jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki, li tlaqqa’ flimkien f’netwerk permanenti lis-Sindki ta’ bejn 20 u 30 mill-bliet li huma l-akbar u l-aktar pijunieri fl-Ewropa, u jitlob għal aktar dettalji rigward it-twaqqif tagħha; jenfasizza, madankollu, li l-Patt tas-Sindki jrid jikkumplimenta l-attivitajiet ta' netwerks simili li diġà jeżistu;

Id-dimensjoni globali

70. Jappoġġja lill-Kummissjoni fil-proposta tagħha li twaqqaf Pjattaforma għall-Koperazzjoni Internazzjonali fl-Effiċjenza ta' l-Enerġija; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex ikabbru l-koperazzjoni internazzjonali fil-qasam ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija sabiex ikun żgurat li r-regolamenti u l-istandards il-ġodda ma jifframmentawx is-suq globali; jitlob sabiex dawn il-ftehimiet internazzjonali - bilaterali u multilaterali - jinkludu mhux biss kondiviżjoni ta’ impenn għal standards minimi ta’ rendiment fl-efffiċjenza ta' l-enerġija iżda wkoll kondiviżjoni ta’ teknoloġija favur l-effiċjenza fl-enerġija; jinnota l-importanza fundamentali strateġika tat-tixrid tat-teknoloġija, li tirrikjedi approċċ ta’ interess pubbliku lejn id-drittijiet ta’ proprjetà intelletwali;

71. Jirrikonoxxi x-xogħol li għaddej fuq livell tekniku dwar standards ta’ effiċjenza fl-enerġija kondiviżi, partikolarment maċ-Ċina; jinsab imħasseb li dan ix-xoghol qed jiddgħajjef minn nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, li qed iwassal għal konfużjoni f'pajjiżi terzi; jitlob għal approċċ integrat fir-rigward ta' l-istandards;

72. Jinnota t-tħassib mifrux li r-Russja mhux ser tkun tista' tissodisfa t-talbiet domestiċi u kuntrattwali tal-gass tagħha u jħeġġeġ lill-Kummissjoni fl-interess tas-sigurtà ta' l-enerġija sabiex tikkometti aktar riżorsi għad-djalogu dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija bejn ir-Russja u l-UE, b’attenzjoni partikolari lejn it-titjib tan-netwerks tat-tisħin distrettwali Russi u l-użu tal-gass li bħalissa jinħaraq fuq il-bjar taż-zejt;

73. Jilqa' b'sodisfazzjoni l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal Sħubija dwar l-Enerġija bejn l-Afrika u l-UE, u jitlob sabiex din is-sħubija tpoġġi t-tkabbir effiċjenti fl-enerġija u sostenibbli fl-Afrika bħala prijorità;

74. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti u l-gvernijiet ta' l-Istati Membri.

(1)

1 ĠU L 297, 13.10.1992, p. 16. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)

2 ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65.

(3)

3 ĠU L 52, 21.2.2004, p.50.

(4)

1 ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.

(5)

2 ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.

(6)

3 ĠU L 381, 28.12.2006, p. 24.

(7)

ĠU L 381, 28.12.2006, p. 26.

(8)

5 ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.

(9)

6 ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(10)

7 ĠU L 114, 24.4.2004, p. 1. Kif l-aħħar emendat minn Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(11)

8 ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 273.

(12)

9 OJ C 317 E, 23.12.2006, p. 876.

(13)

ĠU L 12, 30.12.2006, p. 16. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-kuntest

L-aħħar evidenza xjentifika tindika li d-dinja għandha tmien snin sabiex tiratta t-tisħin dinji. Jekk it-temperatura globali titla’ għal aktar minn 2ºC ’l fuq mil-livelli preindustrijali, ilt-bidla fil-klima hija prevista li ma tkunx tista’ tiġi kkontrollata.

L-effiċjenza fl-enerġija hija l-aktar għodda effettiva fir-rigward ta’ l-ispejjeż u immedjatament disponibbli għall-ġlieda sabiex l-emissjonijiet b’effett serra jitrażżnu. Teżisti firxa wiesgħa ta' teknoloġija li hija effiċjenti fl-eneġija u li tista’ tiġi introdotta f'anqas żmien minn dak rikjest għal proġetti ġodda ta’ kostruzzjoni. Diġà teżisti firxa vasta ta' teknoloġija li hija effiċjenti f'sens enerġetiku, u din tista' tiddaħħal f'perjodu ta' żmien iqsar milli meħtieġ fil-proġetti ta' kostruzzjoni ewlenin il-ġodda.

L-effiċjenza fl-enerġija hija wkoll għodda kruċjali fl-isforzi ta’ l-UE sabiex tassigura fornimenti xierqa ta’ enerġija, partikolarment għal dawk l-Istati Membri li fil-mument jiddependu fuq gass Russu. L-importanza ta’ l-effiċjenza fl-enerġija f’pajjiżi li jfornu l-enerġija m'għandhiex tiġi injorata l-anqas: l-IEA tistma li jista' tiġi ffrankata l-ekwivalenti ta’ 1/5 ta’ l-esportazzjoni Russa lejn pajjiżi Ewropej ta’ l-OECD permezz ta’ teknoloġija avvanzata u effiċjenza fl-enerġija fir-Russja.

Flimkien ma’ dan, l-effiċjenza fl-enerġija għandha wkoll rwol importanti fil-kisba ta' l-aġenda ta' Liżbona: effiċjenza fl-enerġija tfisser effiċjenza fl-ekonomija. L-industrija ta’ l-effiċjenza fl-enerġija huwa settur li qed jikber b’rata mgħaġġla fl-impjieg, bir-rinnovazzjoni tal-bini fuq quddiem fil-ħolqien ta’ l-impjiegi. Il-Kummissarju Piebalgs stima (Berlin, April 2007) li t-tneħħija ta’ l-1000m2 bħala limitu minimu mill-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar ir-Rendiment fl-Enerġija tal-Bini twassal għal 250,000 aktar impjiegi kif ukoll għall-ifrankar ta’ 70mtoe u 140Mt CO2.

Regolamentazzjoni strateġika dwar l-effiċjenza fl-enerġija hija assolutament meħtieġa. Għalkemm l-intensità fl-enerġija fl-UE tjiebet mill-1990 ma tjibitx biżżejjed sabiex tibbilanċja ż-żieda fil-GDP sena wara sena, bir-riżultat li l-konsum aħħari ta’ l-enerġija tela’ xorta waħda. Il-kummerċ fl-emissjonijiet tal-karbonju issa joffri għodda ewlenija globali għall-itrattar tal-bidla fil-klima iżda m'hemm ebda evidenza għal preċedent fejn mekkaniżmi tas-suq waħedhom jagħtu riżultat fi żmien qasir. Sabiex l-iffrankar fl-enerġija fit-tul ta’ żmien meħtieġ sabiex il-bidla fil-klima tiġi kkontrollata jeħtieġ li l-għażla tal-konsumatur issir minn firxa ristretta ta’ possibilitajiet li huma dejjem aktar effiċjenti fl-enerġija.

L-importanza strateġika tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni għall-Effiċjenza fl-Enerġija kienet enfasizzata mill-involviment personali tal-President Barroso fit-tnedija tal-Pjan f'Otturbu 2006.

L-punti ta’ saħħa u l-punti debboli tal-Pjan ta’ Azzjoni

Ir-rapporteur tilqa' l-Pjan ta’ Azzjoni, u b’mod partikolari l-enfasi mogħtija lill-itrattar tal-ħala ta’ enerġija minn bini u apparat domestiku.

Il-Pjan jiddefinixxi approċċ strateġiku. Għall-bini, li jikkonsma 'l fuq minn 40% ta' l-enerġija, standards stretti għal bini ġdid ser ikunu akkumpanjati minn miżuri sabiex titjieb l-effiċjenza fl-enerġija ta’ bini eżistenti – li 75% minnu ser ikun għadu wieqaf sa l-2050. Ir-rapporteur temmen li l-istandards ta’ rendiment fl-enerġija hemm bżonn li jkunu rigorużi u japplikaw għall-bini kollu li jirrikjedi tisħin u tkessiħ u għalhekk li jkollu talba għall-enerġija. Għal bini ġdid, l-approċċ lejn l-istandards ta’ dar passiva għandu jkun aktar mgħaġġel. It-teknoloġija u l-ħiliet esperti meħtieġa sabiex jinbnew djar passivi b'rekwiżiti ta' tisħin u tkessiħ minimi diġà jeżistu iżda hemm bżonn li jinxterdu aħjar.

Dwar apparat domestiku, il-Kummissjoni qed tipproponi pjan dinamiku ta' ttikettar akkumpanjat minn miżuri li jwarrbu l-anqas prodotti effiċjenti mis-suq. Dan jenħtieġ li jsir fuq skeda stretta sabiex ikun effettiv. Ir-rapporteur jemmen li l-approċċ adottat dwar l-ittikkettar ta’ apparat domestiku joffri wkoll approċċ effettiv lejn it-trattament ta’ l-emissjonijiet tal-karbonju mill-karozzi, u għandu jiġi introdott flimkien ma’ miżuri proposti mill-Kummissjoni.

Filwaqt li jilqa’ b’sodisfazzjoni l-ispinta tal-Pjan ta' Azzjoni, ir-rapporteur għandu tħassib serju dwar kemm dan ser ikun effettiv. Il-Pjan ta' Azzjoni mhux dokument awtonomu. Huwa jirreferi għal-leġiżlazzjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija eżistenti qabel u jibni fuqha, l-aktar id-Direttiva dwar ir-Rendiment fl-Enerġija tal-Bini, Id-Direttiva dwar l-Ekodisinn u d-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Użu Finali ta’ l-Enerġija u s-Servizzi ta' l-Enerġija. Biex il-Pjan ta’ Azzjoni attwali jaħdem, il-leġiżlazzjoni preċedenti hemm bżonn li tiġi implimentata b’mod effettiv. Dan żgur li mhux .

Kemm il-Kummissjoni u kif ukoll il-gvernijiet ta’ l-Istati Membri kienu ħatja ta’ abbandun serju ta’ dmirijiet fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni fl-effiċjenza ta’ l-enerġija. Il-Kummissjoni naqset milli tiddedika n-numru ta’ staff meħtieġ sabiex tiġi assigurata l-implimentazzjoni sħiħa u f’waqtha tad-Direttiva dwar il-Bini u l-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija, il-pilastri li fuqhom iserraħ l-Pjan ta’ Azzjoni attwali ta’l-UE. L-Istati Membri huma ħatja li naqsu milli jifhmu l-importanza starteġika ta' l-effiċjenza fl-enerġija u hemm bżonn li jagħmulha prijorità politika.

Issa huwa l-Parlament Ewropew li hemm bżonn jagħti t-tmexxija politika li kienet nieqsa fiż-żewġ istituzzjonijiet l-oħra. Ir-rappreżentanti eletti ta' l-UE hemm bżonn li jżommu l-aktar skrutinju mill-qrib possibbli tal-Pjan ta’ Azzjoni kemm permezz tal-Parlament Ewropew u kif ukoll permezz tal-parlamenti nazzjonali u l-kontrolluri bħall-Energy Watch, sabiex jassiguraw li l-Pjan jiġi implimentat kompletament u f'waqtu.

Annessi:

Source: "Energy and Transport in figures, 2006 - Part 2: Energy", European Commission, DG-TREN in cooperation with Eurostat.

Implementing measures under Directive on the Ecodesign of Energy-using Products (2005/32/EC) - State of play and next steps

Source: http://ec.europa.eu/energy/demand/legislation/images/planning_overview_first_15_products.gif


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (21.11.2007)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-Pjan ta' Azzjoni għal Effiċjenza fl-użu ta' l-Enerġija: It-Twettiq tal-Potenzjal

(2007/2106(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Heide Rühle

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

A. billi l-Ewropa qed tkompli taħli minn ta’ l-inqas 20% ta’ l-enerġija tagħha minħabba nuqqas ta’ effiċjenza u billi l-infiq dirett tan-nuqqas ta’ kapaċità min-naħa tagħna sabiex nużaw l-enerġija b’mod effettiv jammonta għal aktar minn 100 biljun ewro fis-sena sa l-2020;

B.  billi l-potenzjal ġenerali ta’ l-iffrankar ta’ l-enerġija huwa stmat li hu bejn 27% u 30% ta’ l-użu ta’ l-enerġija għas-settur tal-bini residenzjali u kummerċjali rispettivament; 25% għall-industrija tal-manifattura u 26% għat-trasport;

1.  Jilqa’ b’sodisfazzjon l-approċċ integrat tal-Kummissjoni rigward it-titjib ta' l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija; f’dan ir-rigward itenni l-irwol kruċjali ta’ l-edukazzjoni u ta’ l-informazzjoni sabiex titqajjem aktar kuxjenza u sabiex tkun promossa l-bidla fl-imġiba;

2.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żviluppat ambjent ekonomiku li jħeġġeġ l-investiment fir-riċerka u fl-iżvilupp (R&D), li jippromwovi l-innovazzjoni u li jmexxi 'l quddiem il-progress teknoloġiku; jerġa’ jsemmi l-benefiċċji ewlenin ta’ suq intern komplut għall-enerġija, kemm għall-ambjent kif ukoll għall-kompetittività industrijali Ewropea; huwa favur bidla sinifikanti minn tassazzjoni fuq ix-xogħol għal tassazzjoni fuq l-ambjent;

3.  Ifakkar li tnaqqis fl-użu ta' l-enerġija huwa l-aktar metodu effettiv sabiex jonqsu l-emissjonijiet tal-karbonju u sabiex jitqanqal l-iżvilupp ta' suq innovattiv kbir għal teknoloġiji u prodotti effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija;

4.  Jenfasizza li l-għarfien u l-motivazzjoni ġenerali biex tiġi ffrankata l-enerġija għandhom jissaħħu fost iċ-ċittadini Ewropej; jemmen li kampanja massiva ta’ informazzjoni għaċ-ċittadini u għan-negozji għandha tkun ikkonsidrata u possibilment ko-sponsorjata mir-riżorsi ta' l-UE;

5.  Jemmem li l-istandards ta' l-akkwist pubbliku jista' jkollhom irwol pożittiv sabiex titjieb l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija; iħeġġeġ lill-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Istati Membri sabiex jagħmlu użu sħiħ mill-klawsoli ambjentali tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u postali(1) biex jiġu integrati kunsiderazzjonijiet ta' l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija;

6.  Jaqbel ma' l-opinjoni li l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija fis-settur tal-bini hija prijorità ewlenija;

7.  Jilqa’ b’sodisfazzjon l-appoġġ ċar għall-iżvilupp urban u għat-tiġdid ta' l-akkomodazzjoni soċjali fil-qafas tal-politika l-ġdida ta’ Koeżjoni għall-perjodu ta’ l-2007-2013;

8.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jagħmlu użu sħiħ mill-possibilità li titnaqqas ir-rata tal-VAT fuq ix-xogħol ta' rinnovazzjoni u ta' tiswija fid-djar privati sabiex titjieb l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija; jistieden lill-Kunsill biex jirrifletti fuq is-sistema ġenerali tat-taxxa, b’mod koerenti, bil-għan li jtejjeb l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija fil-bini;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinvolvi ruħha fi proċedura ta’ verifika fir-rigward ta’ l-iffrankar ta’ l-enerġija fil-bini uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta’ l-UE, kif ukoll biex tistimola prattiki simili fil-bini pubbliku ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE;

10. Iqis estremament importanti li jseħħ tnaqqis ta' l-enerġija fis-settur tat-trasport; jistqarr li huwa favur internalizzazzjoni ta’ infiq ambjentali;

11. Jiddispjaċih ukoll li l-proposta għal direttiva dwar it-tassazzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri, li għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) b’konformità ma’ l-impenji ta’ l-UE skond il-Protokoll ta’ Kyoto, għadha ma ġietx adottata mill-Kunsill, u jħeġġeġ sabiex tiġi implimentata malajr kemm jista' jkun;

12. Jemmen li tnaqqis konsiderevoli fis-settur tat-trasport jirrikjedi tibdil sostanzjali għal metodi oħra ta' traffiku; iqis essenzjali li jitħeġġu l-użu tat-trasport pubbliku, l-użu ta' l-istess karozza minn aktar minn peruna waħda u metodi ta' trasport mingħajr l-użu ta' makni fl-ibliet Ewropej sabiex jiġi indirizzat b'mod effettiv l-impatt tat-traffiku fuq l-ambjent li dejjem qed jiżdied;

13. Jemmen li fis-settur tal-karozzi tal-passiġġieri, l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija għandha tiġi msaħħa bl-użu ta’ approċċ integrat, li jitwettqu mhux biss il-kapaċitajiet ta’ l-iffrankar tal-fjuwil fit-teknoloġija tal-vetturi, imma wkoll il-kapaċità ambjentali ta’ miżuri oħrajn bħall-‘eco-driving’, li ttejjeb l-infrastruttura jew l-organizzazzjoni tat-traffiku;

14. Jerġa jfakkar fl-importanza tal-koerenza politika fejn għandha x’taqsam l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija; jenfasizza li l-objettivi ambjentali ta’ l-UE, partikolarment l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija, għandhom ikunu riflessi kif suppost fil-prijoritajiet ta’ l-allokazzjoni tal-Fondi Struttrali ta’ l-UE u ta’ l-Inizjattivi għar-Riċerka u l-Iżvilupp ta’ l-UE;

15. Jitlob li jkun hemm ftehimiet settorjali li jwasslu biex tiġi ffrankata l-enerġija u jkun hemm kondiviżjoni ta’ l-aħjar prattiki f’setturi ewlenin ta’ l-industrija u tas-servizzi; fid-dawl ta’ dan, jenfasizza l-bżonn li, permezz ta’ rikonoxximent u ta' infurzar reċiproku, tiġi stabbilita kompetizzjoni ġusta għal kulħadd fil-livelli nazzjonali u internazzjonali sabiex jiġi garantit li l-konformità ambjentali, inkużi l-istrumenti għall-iffrankar ta' l-enerġija, ma tfixkilx il-kompetittività Ewropea;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

21.11.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mariela Velichkova Baeva, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Slavi Binev, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Ieke van den Burg, Christian Ehler, Jonathan Evans, Elisa Ferreira, Donata Gottardi, Benoît Hamon, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in 't Veld, Piia-Noora Kauppi, Wolf Klinz, Kurt Joachim Lauk, Andrea Losco, Cristobal Montoro Romero, Joseph Muscat, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Dariusz Rosati, Heide Rühle, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Cornelis Visser, Sahra Wagenknecht.

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Harald Ettl, Ján Hudacký, Werner Langen, Thomas Mann, Gianni Pittella.

Sostitut (i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni

Holger Krahmer

(1)

ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (11.10.2007)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Enerġija: It-Twettiq tal-Potenzjal

(2007/2106(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Evangelia Tzampazi

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.   Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Pjan ta' azzjoni għall-effiċjenza fl-enerġija: It- twettiq tal-potenzjal" u jappoġġja l-azzjonijiet prijortarji previsti, filwaqt li jsejjaħ għall-implimentazzjoni immedjata tagħhom;

2.   Jilqa' l-impenn li jorbot, li ttieħed fis-Samit tal-Kunsill tar-Rebbiegħa 2007, sabiex jintlaħaq l-objettiv li jitnaqqas il-konsum ta' l-enerġija b'20% sa l-2020, u li se jikkontribwixxi ukoll biex jintlaħaq l-objettiv ta' tnaqqis ta' 20% fl-emissjonijiet tal-gass b'effett serra sa l-2020, bħala impenn unilaterali min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea, li jista' jiġi miżjud għal 30% f'koordinazzjoni ma' impenji simili magħmula mill-pajjiżi industrijalizzati l-oħra; jisħaq ukoll dwar il-ħtieġa li jiġu ffissati miri intermedjarji għal tnaqqis maqsuma skond is-settur ta' l-enerġija;

3.   Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tikkonkludi l-ftehimiet qafas ma' pajjiżi msieħba importanti dwar kummerċ estern u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u jitlob biex dawn il-ftehimiet jiġu konklużi ma' pajjiżi li għandhom teknoloġija żviluppati sew fil-qasam tat-trasformazzjoni, id-distribuzzjoni u l-użu effiċjenti ta' l-enerġija;

4.   Jenfasizza li l-implimentazzjoni immedjata u l-monitoraġġ tal-leġiżlazzjoni attwali dwar l-effiċjenza fl-enerġija (eż Direttiva 2002/91/KE dwar il-prestazzjoni ta' l-enerġija tal-bini, Direttiva 92/75/KE dwar tikkettar, Direttiva 2005/32/KE dwar l-Eko-disinn u Direttiva 2006/32/KE dwar l-effiċjenza fl-użu aħħari ta' l-enerġija u s-servizzi ta' l-enerġija) jaslu parzjalment biex jilħqu din il-mira; jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu użu intelliġenti ta', jinfurzaw u jtejbu, l-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali+ dwar l-użu effiċjenti ta' l-enerġija u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni korretta, sad-dati ta' skadenza, tad-direttivi li diġa ġew adottati;

5.   Jaqbel ma' l-opinjoni li l-aħjar opportunitajiet għat-tnaqqis ta' l-enerġija huma fis-setturi tal-bini u tat-trasport, waqt li jenfasizza l-possibilitajiet għal titjib fit-trasport urban u fil-bini pubbliku; jitlob għalhekk li jitwettqu azzjonijiet prijoritarji f'dawn is-setturi; jitlob ukoll li ssir reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tad-direttiva dwar il-bini sabiex jitwessa' l-ambitu tagħha u jiġu inklużi standards minimi ta' effiċjenza fil-livell ta' l-UE; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri sabiex jippromwovu t-trasport pubbliku kif ukoll it-trasport bil-linji tal-ferrovija, bil-baħar u permezz tal-kanali interni;

6.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tinsisti fuq żieda fl-effiċjenza fl-enerġija mhux biss fil-każ ta' bini ġdid imma wkoll tinsisti dwar l-effiċjenza fl-enerġija bħala kriterju obbligatorju għat-tiġdid ta' bini qadim, u titlob li proporzjon sinifikanti tar-rekwiżiti ta' l-enerġija jintlaħqu minn sorsi ta' enerġija rinovabbli; għal dan il-għan jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi appoġġ partikolari, taħt forma ta' inċentivi finanzjarji, lix-xogħol tat-tiġdid tal-bini li qed isir b'konformità mal-kriterji ta' l-effiċjenza fl-enerġija;

7.   Jirrikonoxxi l-ħtieġa li t-tiġdid ta' bini residenzjali multifamiljari/djar soċjali huwa problema akuta li qed taffettwa numru sew ta' ċittadini ta' l-UE, partikolarment fl-Istati Membri l-Ġodda; għalhekk isejjaħ sabiex, meta ssir reviżjoni tal-Fondi Strutturali ta' l-UE fil-ġejjieni, ikun hemm żieda fil-fondi li jistgħu jintużaw ħalli jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija f'dawk it-tipi ta' binjiet fl-Istati Membri l-Ġodda;

8.   Jirrimarka li t-trasport u d-distribuzzjoni huma fost is-sorsi ta' telf ta' enerġija u ta' qtugħ ta' elettriku u jisħaq dwar l-irwol li l-mikroġenerazzjoni u l-ġenerazzjoni deċentralizzata u diversifikata jista' jkollhom biex jiggarantixxu provvista sigura u tnaqqis tat-telf; iqis li l-inċentivi għandhom ikunu mmirati lejn titjib fl-infrastruttura bil-għan li jnaqqsu t-telf fit-trażmissjoni u fid-distribuzzjoni;

9.  Jenfasizza li l-irwol ta' mekkaniżmi bbażati fuq is-suq (pereżempju, bħaċ-ċertifikati "bojod") u ta' inċentivi ekonomiċi (per eżempju li tkun imħeġġa politika ta' 'green taxation') għan-negozji sabiex jintlaħqu l-miri ta' l-effiċjenza fl-enerġija u sabiex tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea mhumiex biżżejjed fihom infushom, u li għalhekk fondi pubbliċi u Komunitarji ad hoc għandhom ikunu attivati, sabiex ikun possibbli li r-riżorsi jkunu indirizzati b'mod aktar effiċjenti lejn ir-riċerka, l-innovazzjoni teknoloġika u l-effiċjenza fl-enerġija, fuq il-bażi tal-prinċipju li 'min iniġġeż iħallas';

10. Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jirrevedu l-politiki tat-taxxi tagħhom f'rabta ma' l-effiċjenża fl-enerġija u, fejn din tkun meqjusa bħala effiċjenti, li jagħmlu użu ta' inċentivi ta' taxxi waqt li fl-istess ħin jieħdu miżuri biex jilqgħu għal riperkussjonijiet soċjali negattivi possibbli;

11. Jenfasizza l-irwol li s-servizzi, bħalma huma l-verifiki ta' enerġija, jista' jkollhom biex tonqos il-ħela u jiġi mħeġġeġ l-użu aħjar tal-potenzjal ta' l-enerġija ta' kull binja; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħtu l-ewwel eżempju, mhux biss fil-bini amministrattiv imma wkoll fil-bini pubbliku l-ieħor bħal skejjel, universitajiet u sptarijiet;

12. Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi inkoraġġita r-riċerka, it-trasferiment tat-tagħrif u l-eko-innovazzjoni fl-iżvilupp ta' teknoloġiji għall-użu effiċjenti ta' l-enerġija billi jingħataw spinta l-investiment u l-iskambju ta' prattiki tajbin u t-trasferiment ta' teknoloġija għaliex dawn jistgħu jistimulaw it-tkabbir ekonomiku, iżidu l-impjiegi u joħolqu vantaġġ komparattiv għall-ekonomija Ewropea, hekk li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri ta' l-Istrateġija ta' Liżbona; jenfasizza l-irwol tas-Seba' Programm ta' Qafas ta' Riċerka u ta' strumenti finanzjarji oħra tal-Komunità;

13. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi standards minimi dwar l-effiċjenza fl-enerġija skond id-Direttiva ta' l-Eko-disinn; jitlob sabiex issir reviżjoni tad-direttiva tat-tikkettar b'mod li tiġbor fiha prodotti ġodda u jkun hemm aktar koerenza bejn iż-żewġ direttivi ħalli jiżdid l-għarfien tal-konsumatur u jkun aktar faċli li dawn jagħmlu għażliet infurmati bis-saħħa ta' sistema ċara u komprensiva;

14. Jisħaq dwar il-ħtieġa li jiġi inkoraġġit Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Enerġija permezz ta' kampanji edukattivi u informattivi, bil-għan li tqiegħed il-konsumatur f'pożizzjoni aħjar biex jagħmel deċiżjonijiet infurmati meta jixtri oġġetti u sussegwentement jagħmel użu sew tagħhom, b'konformità mal-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli;

15. Jisħaq fuq l-irwol ewlieni li għandhom l-awtoritajiet pubbliċi fil-promozzjoni ta' l-effiċjenza fl-enerġija u hu favur l-integrazzjoni ta' rekwiżiti dwar l-effiċjenza fl-enerġija fir-regoli tal-kuntratti pubbliċi;

16. Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tieħu rwol ta' tmexxija fi ftehima globali dwar l-effiċjenza fl-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinkorpora l-effiċjenza fl-enerġija fil-ftehimiet bilaterali ta' l-UE ma' pajjiżi terzi;

17. Jenfasizza l-ħtieġa ta' politika għall-effiċjenza fl-enerġija li tkun implimentata fil-livelli tal-gvern;

18. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex testendi l-ambitu ta' l-inċentivi finanzjarji attwali għal żviluppi li jippermettu l-enerġija magħmula minn sorsi rinnovabbli li tintuża f'netwerks eżistenti li jiffunzjonaw permezz ta' enerġija ġejja minn fjuwil fossili; jinnota li t-titjib ta' netwerks eżistenti jista' jżid sew l-effiċjenza tal-produzzjoni ta' l-enerġija minn sorsi rinovabbli fi żmien eqser u għal inqas spejjeż, fl-istess ħin jgħin biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista bħala riżultat ta' titjib f'waqtu.

RIZULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

9.10.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adamos Adamou, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Dorette Corbey, Jill Evans, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Satu Hassi, Jens Holm, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Urszula Krupa, Peter Liese, Jules Maaten, Linda McAvan, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Guido Sacconi, Daciana Octavia Sârbu, Karin Scheele, Carl Schlyter, Richard Seeber, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Anja Weisgerber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Lambert van Nistelrooij

Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Vincenzo Aita, Manuel Medina Ortega


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (9.10.2007)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-Pjan ta' Azzjoni għal Effiċjenza fl-użu ta' l-Enerġija: it-Twettiq tal-Potenzjal

(2007/2106 (INI))

Rapporteur għal opinjoni: Tiberiu Bărbuleţiu

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.   Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija(1); jiddispjaċih, madankollu, dwar in-nuqqas ta' viżjoni fil-livell ta' l-Istati Membri rigward il-proċess ta' implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet proposti, in-nuqqas li jiġu reklamati kif meħtieġ dawn l-azzjonijiet u jiġi pprovdut biżżejjed tagħrif, u l-kordinazzjoni li tidher inadegwata fost il-livelli differenti ta’ treġija;

2.   Jenfasizza l-irwol ewlieni li għandu jkollhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali ta' l-UE fil-kisba tal-mira li tiġi ffrankata 20% ta' l-enerġija sa l-2020(2), primarjament permezz ta' l-azzjonijiet tal-konsumaturi, il-meniġers, il-fornituri, ir-regolaturi u l-konsulenti li jkollhom ir-responsabilità li jikkontrollaw u jinfluwenzaw deċiżjonijiet marbuta ma' l-enerġija; jilqa' b'sodisfazzjon għalhekk l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiffaċilita l-kuntatt bejn il-ħolqien deċentralizzat ta' l-enerġija man-netwerk ċentrali permezz ta’, pereżempju, miżuri għal aktar interoperabilità; jistieden lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward biex tagħti prijorità lill-ħolqien deċentralizzat ta' l-enerġija u li tikkjarifika l-istrument regolatorju li fi ħsiebha tipproponi, it-tul tal-perjodu ta’ l-implimentazzjoni, in-natura ta’ l-operaturi involuti, u t-termini ta’ l-involviment kuntrattwali tagħhom;

3.   Jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki, li tlaqqa’ flimkien f’netwerk permanenti lis-Sindki ta’ bejn 20 u 30 mill-bliet li huma l-akbar u l-aktar pijunieri fl-Ewropa, u jitlob għal aktar dettalji rigward it-twaqqif tagħha; jenfasizza, madankollu, li l-Patt tas-Sindki jrid jikkumplimenta l-attività ta' netwerks simili li diġà jeżistu;

4.   Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tħaffef l-abbozzar tal-Memorandum ta’ Ftehim ġejjieni dwar il-koperazzjoni mal-Kunsill Ewropew tar-Regolaturi ta’ l-Enerġija (CEER), li se jistipula linji gwida komuni u kodiċi ta’ kondotta komuni, bil-għan li jtejjeb l-effiċjenza ta’ l-użu ta’ l-enerġija finali fis-setturi kollha;

5.   Jistieden lill-Kummissjoni biex teħtieġ l-appoġġ sistematiku għall-effiċjenza ta' l-enerġija f'kull Stat Membru meta tevalwa l-programmi operattivi li jistabbilixxu l-prijoritajiet għall-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali; iħeġġeġ lill-Istati Membri ġodda biex jappoġġjaw kif xieraq l-investiment tal-fondi Komunitarji fl-effiċjenza ta' l-enerġija, jinkoraġġixxu l-użu ta’ sħubijiet pubbliċi privati (PPPs), sabiex jiffaċilitaw ir-restawr ta' bini fi ħdan il-limiti stabbbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1080/2006(3), l-immodernizzar ta' l-installazzjonijiet li jipprovdu s-sħana fuq livell distrettwali, u l-ħolqien tas-sħana u ta' l-elettriku flimkien fuq skala żgħira;

6.   Jinkoraġġixxi lil atturi reġjonali u lokali sabiex jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet ta’ għoti ta' fondi u ta' assistenza teknika disponibbli taħt l-inizjattivi JASPERS, JEREMIE u JESSICA bil-għan li jmexxa 'l quddiem l-iżvilupp ta' proġetti effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija; iħeġġeġ li titqassam informazzjoni aċċessibbli u preċiża dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ dawn l-inizjattivi fil-livell reġjonali;

7.   Jistieden lill-Kummissjoni, bħala kwistjoni ta’ urġenza kbira, sabiex tippreżenta miżuri speċifiċi bl-għan li tinkiseb aktar effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija fl-aktar reġjuni mbiegħda, immirati lejn il-karatteristiċi partikulari tagħhom li jirriżultaw mill-effetti tal-limitazzjonijiet permanenti li huma suġġetti għalihom dawn ir-reġjuni;

8.   Jistieden lill-awtoritajiet reġjonali u lokali kollha biex jiżviluppaw pjanijiet reġjonali u lokali dwar l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija u jitlob lil dawn l-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan biex jittrasponu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali d-direttiva dwar il-prestazzjoni ta' l-enerġija fil-bini(4); jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa linji gwida dwar il-mekkaniżmi ta' kontroll biex tiżgura l-implimentazzjoni xierqa ta' din id-Direttiva, kif ukoll sistemi preċiżi ta' evalwazzjoni;

9.   Jinnota li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom irwol vitali sabiex b’mod effettiv jirreklamaw prodotti li jkunu aktar effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija, pereżempju billi jorganizzaw kampanji ta’ informazzjoni għall-pubbliku dwar il-qafas regolatorju eżistenti u l-użu ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika;

10.  Iħeġġeġ l-awtoritajiet reġjonali u lokali biex ikunu ta' eżempju billi jdaħħlu programmi ta' ffrankar ta' l-enerġija f'bini pubbliku u billi jinkludu kriterji ta' enerġija effiċjenti fl-akkwist pubbliku; jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-awtoritajiet lokali biex jinvolvu ruħhom fl-akkwist konġjunt ta' prodotti ta' enerġija effiċjenti billi tipprovdi qafas ċar biex tiffaċilita d-definizzjoni ta' għanijiet li jitkejlu u kriterji ta' kwalità;

11.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jiżviluppaw sħubiji mill-qrib ma' l-aġenziji ta' l-enerġija reġjonali sabiex jitjiebu l-faċilitajiet ta' taħriġ għat-tekniċi ta' l-enerġija u għall-professjonisti li jaħdmu f'setturi relatati; jenfasizza l-bżonn għal aktar netwerks ikkordinati ta' parteċipanti lokali sabiex tinfirex l-aħjar prassi rigward l-enerġija effiċjenti f'reġjuni anqas żviluppati.

12. Jisħaq dwar il-ħtieġa li titjieb l-informazzjoni u l-komunikazzjoni dwar l-effiċenza enerġetika fil-livelli lokali u reġjonali; għal dan il-għan, jitlob għal taħriġ u tisħiħ ta’ timijiet lokali bl-għan li jippromwovu l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

4.10.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Jean Marie Beaupuy, Jana Bobošíková, Wolfgang Bulfon, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Eugenijus Gentvilas, Ambroise Guellec, Marian Harkin, Mieczysław Edmund Janowski, Rumiana Jeleva, Gisela Kallenbach, Tunne Kelam, Evgeni Kirilov, Miloš Koterec, Constanze Angela Krehl, Jamila Madeira, Mario Mantovani, Sérgio Marques, Miguel Angel Martínez Martínez, Yiannakis Matsis, Miroslav Mikolášik, Lambert van Nistelrooij, Markus Pieper, Wojciech Roszkowski, Elisabeth Schroedter, Grażyna Staniszewska, Catherine Stihler, Kyriacos Triantaphyllides, Oldřich Vlasák

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emanuel Jardim Fernandes, Zita Pleštinská, Samuli Pohjamo, Miloslav Ransdorf, Toomas Savi, Richard Seeber, Nikolaos Vakalis

Sostitut (i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni

Mariela Velichkova Baeva, Zbigniew Zaleski

(1)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza fl-użu ta' l-Enerġija: It-twettiq tal-Potenzjal (COM(2006)0545).

(2)

Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-Effiċjenza ta' l-Enerġija jew Isir aktar b'inqas (COM(2005)0265).

(3)

Regolament (KE) Nru. 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-5 ta' Lulju 2006 li jistabilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 210, 31.7.2006, p.1).

(4)

Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni ta' l-enerġija tal-bini.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

19.12.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Jerzy Buzek, Dragoş Florin David, Den Dover, Nicole Fontaine, Romana Jordan Cizelj, Angelika Niebler, Paul Rübig, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras, Norbert Glante, Mary Honeyball, Reino Paasilinna, Anni Podimata, Dagmar Roth-Behrendt, Britta Thomsen, Catherine Trautmann, Lena Ek, Anne Laperrouze, Romano Maria La Russa, Rebecca Harms, Umberto Guidoni, Vladimír Remek, Renato Brunetta, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Herbert Reul, Ján Hudacký, Dominique Vlasto, Adam Gierek, Pia Elda Locatelli, Atanas Paparizov, Andres Tarand, Šarūnas Birutis, Jorgo Chatzimarkakis, Fiona Hall, Patrizia Toia, David Hammerstein, Claude Turmes, Miloslav Ransdorf

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Danutė Budreikaitė, Joan Calabuig Rull, Avril Doyle, Edit Herczog, Eija-Riitta Korhola, Pierre Pribetich, Lambert van Nistelrooij, Silvia-Adriana Ţicău, Vladimir Urutchev

Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza