RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi li jikkonċernaw il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti
8.1.2008 - (COM(2006)0778 – C6‑0457/2006 – 2006/0258(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Bart Staes
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi li jikkonċernaw il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti
(COM(2006)0778 – C6‑0457/2006 – 2006/0258(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0778),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1), skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0457/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6‑0004/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 3 | |
(3) L-istatistiċi armonizzati u komparabbli tal-Komunità dwar il-bejgћ u l-użu tal-pestiċidi huma essenzjali gћall-iżvilupp u gћall-monitoraġġ tal-leġiżlazzjoni u ta’ l-istrateġiji politiċi tal-Komunità fil-kuntest ta’ l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi. |
L-istatistiċi armonizzati u komparabbli tal-Komunità dwar il-produzzjoni, l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet, il-bejgћ, id-distribuzzjoni u l-użu tal-pestiċidi huma essenzjali gћall-iżvilupp u gћall-monitoraġġ tal-leġiżlazzjoni u ta’ l-istrateġiji politiċi tal-Komunità fil-kuntest ta’ l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni u d-distribuzzjoni jkunu inklużi bħala fatturi ewlenin fl-istrateġija għall-użu sostenibbli tal-pestiċidi. | |
Emenda 2 Premessa 4 | |
(4) Peress li l-effetti tad-Direttiva relattivament ġdida 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali mhux se evidenti jekk mhux sew wara l-2006, meta tkun ġiet iffinalizzata l-ewwel valutazzjoni dwar is-sustanzi attivi gћall-użu fi prodotti bijoċidali, la l-Kummissjoni u lanqas ћafna mill-Istati Membri m’gћandhom bћalissa l-gћarfien u l-esperjeza biżżejjed sabiex jipproponu aktar miżuri dwar il-bijoċidi. L-ambitu ta’ dan ir-Regolament huwa, gћalhekk, limitat gћall-prodotti li jipproteġu l-pjanti li huma koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegћid fis-suq ta’ prodotti gћall-protezzjoni tal-pjanti , li fir-rigward tagħhom teżisti diġà esperjenza kbira f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġbir tad-data. Jekk ikun meћtieġ, l-ambitu jista’ jiġi estiż f’fażi aktar tard sabiex jinkludi l-bijoċidi. |
(4) Peress li l-effetti tad-Direttiva relattivament ġdida 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali mhux se jkunu evidenti jekk mhux sew wara l-2006, meta tkun ġiet iffinalizzata l-ewwel evalwazzjoni dwar is-sustanzi attivi gћall-użu fi prodotti bijoċidali, la l-Kummissjoni u lanqas ћafna mill-Istati Membri m’gћandhom bћalissa l-gћarfien u l-esperjeza biżżejjed sabiex jipproponu aktar miżuri dwar il-bijoċidi. L-ambitu ta’ dan ir-Regolament huwa, gћalhekk, limitat gћall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li huma koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegћid fis-suq ta’ prodotti gћall-protezzjoni tal-pjanti , li fir-rigward tagħhom diġà teżisti esperjenza kbira f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġbir tad-data. L-ambitu għandu jitwessa' biex jinkludi l-prodotti bijoċidali, qabel ma jitressaq l-ewwel rapport mill-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-ingredjenti attivi tal-bijoċidi jintużaw ukoll bħala prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Il-bijoċidi għandhom kważi l-istess impatt fuq is-saħħa u fuq l-ambjent. Il-kategoriji kollha, il-produzzjoni u l-kummerċ tal-prodotti bijoċidi huma magħrufa; għalhekk il-bijoċidi għandhom ikunu inklużi fir-Regolament. | |
Emenda 3 Premessa 8 | |
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar Statistika tal-Komunità jikkostitwixxi l-qafas ta’ referenza gћad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, dan jirrikjedi l-konformità ma’ standards ta’ imparzjalità, ta’ affidabbiltà, ta’ oġġettività, ta’ indipendenza xjentifika, ta’ kost-effettività u ta’ konfidenzjalità statistika. |
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar Statistika tal-Komunità jikkostitwixxi l-qafas ta’ referenza gћad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, dan jirrikjedi l-konformità ma’ standards ta’ imparzjalità, ta’ affidabiltà, ta’ oġġettività, ta’ indipendenza xjentifika, ta' akkuratezza, ta’ effiċjenza f'sens ta' nfiq u ta’ kunfidenzjalità statistika. |
Emenda 4 Premessa 9 | |
(9) Il-protezzjoni meћtieġa gћall-konfidenzjalità tad-data ta’ valur kummerċjali gћandha tiġi żgurata, fost mezzi oћra, b’aggregazzjoni xierqa meta jiġu ppubblikati l-istatistiċi. |
(9) Jeħtieġ li titwaqqaf sistema trasparenti ta' rappurtaġġ u ta' monitoraġġ għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u jeħtieġ li l-protezzjoni meћtieġa gћall-kunfidenzjalità tad-data ta’ valur kummerċjali tiġi żgurata, fost mezzi oћra, b’aggregazzjoni xierqa meta jiġu ppubblikati l-istatistiċi. Madankollu, irid jintlaħaq kompromess biex id-data magħżula dwar l-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti tkun disponibbli għall-pubbliku, skond il-Konvenzjoni ta' Aarhus. |
Ġustifikazzjoni | |
Mhux id-data kollha li tinġabar hija kunfidenzjali, u għalhekk data bħal din għandha tkun pubblika. L-iskop ta' dan huwa biex iċ-ċittadini ta' l-UE jkunu infurmati u edukati (skond il-Konvenzjoni ta' Aarhus), kif ukoll bħala salvagwardja kontra perikli potenzjali li jirriżultaw mill-użu mhux xieraq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. | |
Emenda 5 Artikolu 1, titolu | |
Is-suġġett u l-ambitu |
Is-suġġett, l-ambitu u l-għanijiet |
Emenda 6 Artikolu 1, subparagrafu 1 | |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas gћall-produzzjoni ta’ statistiċi tal-Komunità dwar it-tqegћid fis-suq u l-użu ta’ prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti. |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas gћall-produzzjoni ta’ statistiċi tal-Komunità dwar il-produzzjoni, it-tqegћid fis-suq u l-użu ta’ pestiċidi. |
|
(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu. It-terminu "pestiċidi" għandu jintuża fit-test adottat kollu, anke fit-titolu.) |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li tkun stabbilita koerenza tad-definizzjonijiet bejn ir-Regolament Statistiku u l-Pakkett dwar il-Pestiċidi. Il-frażi "prodotti għall-ħarsien tal-pjanti" użata fil-proposta kollha, anke fit-titolu, tista' twassal għal konfużjoni billi t-terminu "pestiċidi" huwa msemmi fit-titoli tal-proposti kollha. "Prodotti għall-ħarsien tal-pjanti" għandha tinbidel għal "pestiċidi" fit-test kollu ta' dan ir-Regolament. | |
L-istatistiċi dwar il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom ikopru l-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu, bil-għan li titwaqqaf sistema ta' kontrolli affidabbli. | |
Emenda 7 Artikolu 1, paragrafu 2, inċiż 1 | |
– l-ammonti annwali ta’ prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jitpoġġew fis-suq skond l-Anness I; |
– l-ammonti annwali ta’ prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jiġu mmanifatturati u li jitqiegħdu fis-suq skond l-Anness I; |
Emenda 8 Artikolu 1, paragrafu 2, inċiż 2 | |
– l-ammonti annwali ta’ prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jintużaw fl-agrikoltura skond l-Anness II. |
– l-ammonti annwali ta’ prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jintużaw skond l-Anness II. |
Emenda 9 Artikolu 1, paragrafu 2, inċiż 2 a (ġdid) | |
|
- l-ammonti annwali ta' prodotti bijoċidali li jitqiegħdu fis-suq skond l-Anness I, l-Anness IA u l-Anness IB tad-Direttiva 98/8/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda dwar l-Artikolu 1, paragrafu 1. | |
Emenda 10 Artikolu 1, paragrafu 2a (ġdid) | |
|
2a. L-istatistiċi, b'mod partikolari, għandu jkollhom l-objettivi li ġejjin: – l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, l-iżvilupp ta' indikaturi ta' risjku nazzjonali u Komunitarji armonizzati, l-identifikazzjoni ta' tendenzi fl-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u l-evalwazzjoni ta' l-effikaċja ta’ pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali skond id-Direttiva .../.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jintlaħaq użu sostenibbli tal-pestiċidi1, - li tinġabar informazzjoni dwar il-flussi ta’ sustanzi fl-istadji ta’ produzzjoni, ta' kummerċ u ta' użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. _______ |
Ġustifikazzjoni | |
L-istatistiċi għandhom jintużaw għal objettivi speċifiċi stipulati fil-liġi Komunitarja. Barra minn hekk, id-data disponibbli għandha tintuża biex tippermetti li l-flussi ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jiġu identifikati u biex tagħti indikazzjoni ta' l-użu ta' prodotti illegali. | |
Emenda 11 Artikolu 2, punt (a) | |
(a) ‘il-prodott gћall-ћarsien tal-pjanti’ tfisser prodott gћall-ћarsien tal-pjanti kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 91/414/KEE, kif emendata; |
(a) 'pestiċidi' tfisser: |
|
(i) prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 91/414/KEE, kif emendata; |
|
(ii) prodotti bijoċidali kif definiti fid-Direttiva 98/8/KE li jappartjenu għat-tipi ta' prodott 14 - 19 kif definiti fl-Anness V tagħha; |
Ġustifikazzjoni | |
Billi l-frażi "prodotti għall-ħarsien tal-pjanti" se tinbidel bit-terminu "pestiċidi" fir-Regolament kollu, irid ikun ċar għalxiex qed jirreferu l-pestiċidi. F'dan il-każ, il-pestiċidi jkopru prodotti għall-ħarsien tal-pjanti kif definiti fid-Direttiva msemmija hawn fuq u l-istess prodotti bijoċidali msemmija fid-Direttiva ta' Qafas dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi. | |
Emenda 12 Artikolu 3, paragrafu 1, inċiż - 1 (ġdid) | |
|
- data minn produtturi, kummerċjanti u importaturi tal-pestiċidi, |
Ġustifikazzjoni | |
Il-produtturi, il-kummerċjanti u l-importaturi tal-pestiċidi jrid ikollhom id-data l-iktar rilevanti dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u ta' prodotti bijoċidali. | |
Emenda 13 Artikolu 3, paragrafu 1, inċiżi 1 sa 3 | |
– stħarriġ, |
|
– l-obbligi ta’ rappurtar li japplikaw gћall-fornituri u li jikkonċernaw il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jitqiegћdu fis-suq; jistgћu jintużaw awtorizzazzjonijiet distinti gћall-użi professjonali u mhux professjonali,
|
– l-obbligi ta’ rappurtar li japplikaw gћall-fornituri u li jikkonċernaw il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jitqiegћdu fis-suq; jistgћu jintużaw awtorizzazzjonijiet distinti gћall-użi professjonali u mhux professjonali, b’mod partikulari, l-obbligi skond l-Artikolu 64(2) tar-Regolament (KE) Nru XXX/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti1, |
– l-obbligi ta’ rappurtar li japplikaw gћall-utenti professjonali u li jkunu bbażati fuq ir-rekords li jinżammu u li jirrigwardaw l-użu tal-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti, |
– l-obbligi ta’ rappurtar li japplikaw gћall-utenti professjonali u li jkunu bbażati fuq ir-rekords li jinżammu u li jirrigwardaw l-użu tal-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti; b’mod partikulari, l-obbligi skond l-Artikolu 64(1) tar-Regolament (KE) Nru XXX/..., |
|
– stħarriġ, ______ 1 (COM(2006)0388) |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li jkun evitat id-duplikar ta' obbligi fuq il-bdiewa biex jiddokumentaw u jiġbru d-data, billi dan ikun piż żejjed għalihom; meta jkun xieraq, il-prijorità għandha tingħata lill-użu ta' sorsi oħra. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istħarriġ ikun immoniterjat minn persuni kkwalifikati kif xieraq. | |
Emenda 14 Artikolu 3, paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
1a. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-għażla tagħhom ta’ ġbir ta’ data skond il-paragrafu 1, imbagħad il-Kummissjoni għandha tapprova l-metodu ta’ ġbir ta’ data skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(3). |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tkun garantita l-kompatibiltà u l-komparabiltà tad-data f’livell Komunitarju, il-Kummissjoni għandha tawtorizza l-metodu ta’ ġbir ta’ data magħżul mill-awtorità ta’ l-Istat Membru. | |
Emenda 15 Artikolu 3, paragrafu 1b (ġdid) | |
|
1b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u min hu responsabbli għat-tqegħid fis-suq u/jew l-importazzjoni ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jagħtu rapport fis-sena lill-awtoritajiet kompetenti dwar: (a) f'liema kwantitajiet jiġu prodotti sustanzi partikolari jew prodott partikolari għall-ħarsien tal-pjanti, (b) f'liema kwantitajiet sustanza attiva partikolari jew prodott għall-ħarsien tal-pjanti huma fornuti lil kumpaniji ta' pproċessar jew lil impriżi li jbigħu bl-ingrossa fl-Unjoni Ewropea, (c) f'liema kwantitajiet sustanza attiva partikolari jew prodott partikolari għall-ħarsien tal-pjanti jiġu esportati. Din l-informazzjoni għandha tiġi evalwata mill-awtoritajiet kompetenti u, meta jkun xieraq, wara li tiġi pproċessata biex tiġi mħarsa l-kunfidenzjalità ta' ċerta informazzjoni, għandha tiġi ppubblikata. |
Ġustifikazzjoni | |
L-obbligu tal-produtturi u l-operaturi fis-suq responsabbli għat-tqegħid fis-suq, li jiddikjaraw il-kwantitajiet li jitqiegħdu fis-suq jew li jiġu esportati, huwa element essenzjali għall-ġbir tad-data u għalhekk għandu jissemma espressament fit-test bażiku ta' dan ir-Regolament. | |
Emenda 16 Artikolu 3, subparagrafu 2 | |
2. L-Istati Membri gћandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni r-riżultati statistiċi, inkluż id-data konfidenzjali, skond l-iskedi u fil-limiti ta’ żmien speċifikati fl-Annessi I u II. Id-data gћandha tiġi ppreżentata skond il-klassifikazzjoni mogћtija fl-Anness III. |
2. L-Istati Membri gћandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni r-riżultati statistiċi, inkluża d-data konfidenzjali, skond l-iskedi u fil-limiti ta’ żmien speċifikati fl-Annessi I u II. Id-data gћandha tiġi ppreżentata skond il-klassifikazzjoni mogћtija fl-Anness III. L-Istati Membri jistgħu jgħaqqdu d-data għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità. |
Ġustifikazzjoni | |
1. Biex ikunu żviluppati indikaturi ta' riskju, li huwa l-iskop tar-regolament dwar l-istatistiċi, jinħtieġu biss ir-riżultati statistiċi: m'hijiex meħtieġa informazzjoni kunfidenzjali. Għalhekk din ir-referenza hija żejda. | |
2. Għandu jkun possibbli li d-data trażmessa skond il-klassifika ta' Anness III tkun aggregata sabiex tinżamm informazzjoni kunfidenzjali dwar l-operat u n-negozju. | |
Emenda 17 Artikolu 3, paragrafu 2a (ġdid) | |
|
2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li grupp ta' esperti kwalifikati jevalwa d-data miġbura u jevalwaha f'dak li huwa impatt fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Din l-evalwazzjoni għandha tiġi ppubblikata fuq l-Internet. |
Ġustifikazzjoni | |
L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri responsabbli għall-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali stipulati fid-Direttiva XXX (COM(2006)373 finali) għandhom iwettqu evalwazzjoni permezz ta' esperti dwar id-data statistika u, meta jkun xieraq, għandhom jadattaw il-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali għat-tendenzi osservati. | |
Emenda 18 Artikolu 3, subparagrafu 6 | |
6. Meta jkun meћtieġ gћal raġunijiet ta’ konfidenzjalità, qabel il-pubblikazzjoni l-Kummissjoni gћandha tgћaqqad id-data skond il-klassijiet kimiċi jew il-kategoriji tal-prodotti kif indikat fl-Anness III. |
6. Gћal raġunijiet ta’ konfidenzjalità, qabel il-pubblikazzjoni u meta jkun xieraq, il-Kummissjoni gћandha tgћaqqad id-data skond il-klassijiet kimiċi jew il-kategoriji tal-prodotti kif indikat fl-Anness III, filwaqt li jitqiesu n-natura kunfidenzjali ta' informazzjoni sensittiva dwar in-negozju kif ukoll l-obbligi tal-privatezza. |
|
Skond ir-Regolament (KE) Nru 322/97, id-data kunfidenzjali għandha tintuża mill-awtoritajiet nazzjonali u mill-awtorità Komunitarja għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament biss. |
Ġustifikazzjoni | |
L-immaniġġjar ta' data kunfidenzjali ma jridx ikun irregolat biss fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet; irid ikun speċifikat ukoll li d-data m'għandhiex tintuża għal xi skop ieħor għajr l-iskop speċifikat. | |
Emenda 19 Artikolu 4, paragrafu 2, punt (d) | |
(d) l-adattament tal-lista ta’ sustanzi li għandhom ikunu koperti u l-klassifikazzjoni tagћhom f’kategoriji ta’ prodotti u fi klassijiet kimiċi kif imfisser fl-Anness III. |
(d) l-adattament tal-lista ta’ sustanzi li għandhom ikunu koperti u l-klassifikazzjoni tagћhom f’kategoriji ta’ prodotti u fi klassijiet kimiċi kif imfisser fl-Anness III. Jeħtieġ li l-adattament tal-lista tas-sustanzi jsir fuq bażi regolari u fid-dawl ta' l-evalwazzjoni li qed issir ta' sustanzi attivi. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Anness tas-sustanzi attivi jrid ikun aġġornat kulmeta sustanza attiva ġdida tkun inkluża fl-Anness I tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni, speċjalment minħabba li l-lista ta' sustanzi attivi se tkun aġġornata skond id-Direttiva ta' Qafas. | |
Emenda 20 Artikolu 6, subparagrafu 1 | |
Il-Kummissjoni gћandha tressaq rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull ћames snin. Dan ir-rapport gћandu jevalwa b’mod partikolari l-kwalità tad-data trażmessa, il-piż fuq in-negozji, kif ukoll l-utilità ta’ dawn l-istatistiċi fil-kuntest ta’ l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi. |
Il-Kummissjoni gћandha tressaq rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull ћames snin. Dan ir-rapport gћandu jevalwa b’mod partikolari l-kwalità u l-komparabilità tad-data trażmessa, il-piż fuq l-impriżi agrikoli, impriżi ta' l-ortikultura u n-negozji l-oħra, kif ukoll l-utilità ta’ dawn l-istatistiċi fil-kuntest ta’ l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, b'mod partikulari, fir-rigward ta' l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 1. Għandu jinkludi, jekk ikun xieraq, proposti mfassla biex tkompli titjieb il-kwalità tad-data u biex jitnaqqas il-piż fuq l-impriżi agrikoli u n-negozji. |
Ġustifikazzjoni | |
L-utilità ta' l-istatistiċi fir-rigward ta' l-obbligi preskritti mil-liġi għandha tkun ċara fir-rapport tal-Kummissjoni. | |
Emenda 21 Anness I, titolu | |
L-Istatistiċi dwar it-tqegћid fis-suq ta’ prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti |
L-Istatistiċi dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti |
Ġustifikazzjoni | |
ll-ġbir ta' data dwar il-kwantitajiet prodotti għandu jiġi inkluż. | |
L-istatistiċi għandhom ikopru l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. | |
Emenda 22 Anness I, taqsima 2 | |
Gћandha tiġi kkompilata l-kwantità ta’ kull sustanza elenkata fl-Anness III li tintuża fi prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jitqiegħdu fis-suq. |
F'kull Stat Membru gћandha tiġi kkompilata l-kwantità ta’ kull sustanza elenkata fl-Anness III li tintuża fi prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti u fi prodotti bijoċidali li jitqiegħdu fis-suq. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tar-Regolament huwa li jitnaqqas ir-riskju mill-pestiċidi u li titqabbel is-sitwazzjoni fi Stati Membri differenti. Dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu biss jekk ikun hemm data nazzjonali u reġjonali disponibbli. | |
Emenda 23 Anness I, taqsima 2a (ġdida) | |
|
TAQSIMA 2a Obbligu ta' rappurtar Il-produtturi ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u min hu responsabbli għat-tqegħid fis-suq u/jew l-importazzjoni ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jagħtu rapport fis-sena lill-awtoritajiet kompetenti dwar: - f'liema kwantitajiet sustanzi partikolari jew prodott partikolari għall-ħarsien tal-pjanti jiġu prodotti, - f'liema kwantitajiet sustanza attiva partikolari jew prodott għall-ħarsien tal-pjanti huma fornuti lil kumpaniji ta' pproċessar jew lil impriżi li jbigħu bl-ingrossa fl-Unjoni Ewropea, - f'liema kwantitajiet sustanza partikolari jew prodott partikolari għall-ħarsien tal-pjanti jiġu esportati. |
Emenda 24 Anness I, taqsima 3 | |
Id-data gћandha tiġi espressa f’kilogrammi ta’ sustanzi. |
Id-data gћandha tiġi espressa f’kilogrammi ta’ sustanzi attivi. |
Ġustifikazzjoni | |
It-terminoloġija korretta hija "sustanzi attivi". | |
Emenda 25 Anness I, taqsima 5, paragrafu 2 | |
2. Wara l-ewwel perjodu ta’ referenza, l-Istati Membri gћandhom ifornu d-data għal kull sena kalendarja. |
2. Wara l-ewwel perjodu ta’ referenza, l-Istati Membri gћandhom ifornu d-data għal kull sena kalendarja u għandhom jippubblikawha - f'forma aggregata, meta xieraq - fuq l-Internet, filwaqt li jitqiesu n-natura sensittiva ta' informazzjoni sensittiva dwar in-negozju kif ukoll l-obbligi tal-privatezza. |
Ġustifikazzjoni
Il-pubblikazzjoni tad-data mill-Istati Membri għandha tkun stipulata fil-liġi.
Emenda 26 Anness II, taqsima 1, paragrafu 1 | |
1. L-istatistiċi gћandhom jinkludu l-użu agrikolu tal-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti f’kull Stat Membru. |
1. L-istatistiċi gћandhom jinkludu l-użu agrikolu, ortikulturali u l-użu professjonali mhux agrikolu tal-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti, bħall-użu f'postijiet pubbliċi fejn hemm il-ħdura, jew għall-manutenzjoni tat-toroq u tal-binarji tal-ferrovija f’kull Stat Membru. |
Ġustifikazzjoni | |
L-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fil-qasam mhux agrikolu għandu jiġi kkunsidrat. Għaldaqstant, l-utenti professjonali bħad-dipartimenti tal-ġonna pubbliċi u l-parks u d-dipartimenti għall-immaniġġjar tat-toroq jew tal-binarji tal-ferroviji għandhom ikunu inklużi fil-qasam ta' applikazzjoni. | |
Emenda 27 Anness II, taqsima 3, paragrafu 1 | |
1. Il-kwantitatjiet ta’ sustanzi użati gћandhom jiġu espressi f’kilogrammi. |
1. Il-kwantitatjiet ta’ sustanzi attivi użati gћandhom jiġu espressi f’kilogrammi. |
Ġustifikazzjoni | |
It-terminoloġija korretta hija "sustanzi attivi". | |
Emenda 28 Anness II, taqsima 5, paragrafu 5 | |
5. Id-data gћandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni fi żmien 12-il xahar mit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ ћames snin. |
5. Id-data gћandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni u għandha tkun ippubblikata - f'forma aggregata, meta xieraq - fuq l-Internet, fi żmien 12-il xahar mit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ ћames snin, filwaqt li jitqiesu n-natura kunfidenzjali ta' informazzjoni sensittiva dwar in-negozju kif ukoll l-obbligi tal-privatezza. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-pubblikazzjoni tad-data mill-Istati Membri għandha tkun stipulata fil-liġi. | |
Emenda 29 Anness II, taqsima 6, inċiż 5a (ġdid) | |
|
- l-istima ta' l-ispejjeż medji għall-ġbir ta' data u kwalunkwe metodi kif jistgħu jitnaqqsu dawn l-ispejjeż. |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta tal-Kummissjoni dwar statistiċi li jikkonċernaw il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti hija marbuta direttament ma' "L-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi", li ġiet ippreżentata ftit xhur qabel. L-għan tal-proposta huwa armonizzazzjoni wiesgħa madwar l-Ewropa ta' l-istatistiċi nazzjonali dwar il-bejgħ u l-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Dan għandu jippermetti li tinġabar data sinifikattiva dwar l-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u, fi żmien medju, iwassal sabiex jitnaqqsu r-riskji li jġib miegħu l-użu ta' prodotti bħal dawn għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, kif ukoll l-impatt fuqhom.
1. Kwalità ta’ data komparabbli
L-għan ewlieni ta’ l-armonizzazzjoni huwa li tinġabar data mill-Istati Membri kollha li hija kompatibbli u komparabbli, sabiex jistgħu jiġu prodotti statistiċi li jfissru ħafna, affidabbli u oġġettivi f'livell Komunitarju. Sabiex ma jkunx hemm periklu li dan l-għan ma jintlaħaqx, il-flessibiltà mogħtija lill-Istati Membri (fl-Artikolu 3) dwar kif tiġi kkombinata l-ħafna data ewlenija minn sorsi differenti, għandha tkun ibbilanċjata b'approvazzjoni obbligatorja tas-sistema ta' ġbir ta' data proposta mill-Istati Membri permezz tal-Kummissjoni (ara l-Emenda 5 proposta).
2. Nevitaw li d-data tinġabar darbtejn
Fil-fehma tar-rapporteur, jeħtieġ li tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ stħarriġ u ta’ ġbir ta’ data li titfa' piż żejjed b'mod partikolari fuq il-bdiewa. Il-proposti leġiżlattivi dwar l-Istrateġija Tematika li qed ikunu diskussi bħalissa fil-PE u fil-Kunsill jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar iż-żamma ta' data li tipprovdi informazzjoni dwar l-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti kif ukoll dwar il-forniment ta' data tal-bejgħ min-naħa tal-produtturi (ara, b'mod partikolari, l-Artikolu 64 tar-regolament propost dwar l-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi, COM(2006)0388). Għal dawn id-dispożizzjonijiet għandha ssir riferenza espressament b'konnessjoni mal-ġbir ta' data statistika stipulat f'dan ir-Regolament.
Barra minn hekk, dispożizzjonijiet simili dwar iż-żamma ta' rekords huma element essenzjali tal-ħarsien integrat tal-pjanti u ta' skemi privati ta' l-immaniġġjar tal-kwalità bħall-EurepGAP/GlobalGAP. Għandha tingħata prijorità lid-data diġà disponibbli ta' impriżi, li joperaw skond dawn l-istandards, għall-iskop tal-ġbir ta' statistika, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li dan il-grupp mhuwiex kampjun rappreżentattiv ta' l-impriżi agrikoli b'mod ġenerali.
Id-data dwar il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li huma prodotti u li jitqiegħdu fis-suq, li għandha tiġi fornita mill-produtturi u d-distributuri lill-awtoritajiet kompetenti, għandha tifforma l-bażi ta' l-eżerċizzji ta' stħarriġ. Bil-ħsieb li l-ġbir ta' data Ewropea tiġi armonizzata kemm jista' jkun, mhuwiex biżżejjed li l-obbligu ta' rappurtaġġ ta' dawn l-operaturi fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet jiġu definiti (kif jipprovdi l-Artikolu 64 tar-regolament dwar l-awtorizzazzjoni). L-obbligu tar-rappurtaġġ għandu jiġi definit b'mod kemm jista' jkun preċiż f'dan ir-regolament, peress li jipprovdi d-data bażika meħtieġa għall-ġbir ta' data dwar l-użu ta' dawn il-prodotti (ara l-Anness II, Taqsima 1).
3. L-inklużjoni ta’ użi mhux agrikoli fl-ambitu tar-regolament
Fil-fehma tar-rapporteur, m'hemmx ġustifikazzjoni biex l-użi ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għal skopijiet mhux agrikoli jiġu esklużi milll-ambitu ta' dan ir-regolament. Filwaqt li l-użu privat, pereżempju f'ġonna privati jew f’raba’ mogħtija biex tinħadem, fil-verità jista' jkun magħruf biss minn data dwar il-bejgħ, utenti professjonali u fuq skala kbira (bħas-servizzi muniċipali u l-użu ta’ l-erbiċidi fit-toroq u l-binarji tal-ferroviji) għandhom ikunu suġġetti għall-istess rekwiżiti, fir-rigward ta' l-obbligu li jżommu u jiġbru data, bħall-utenti fil-biedja.
4. Nagħmlu użu sħiħ mid-data miġbura
Id-data miġbura għandha tiġi sfruttata b'mod fil-livell nazzjonali u fil-livell Komunitarju li tkun utli kemm jista' jkun fl-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija Tematika. Ir-rapporteur, għalhekk, qed jipproponi li grupp ta' esperti jevalwaw id-data miġbura u jevalwaha f'dak li huwa l-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Dan il-grupp ta' esperti għandu jiġi stabbilit taħt ir-responsabilità ta' l-awtorirtajiet responsabbli għall-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali u għandu jifforma netwerk fil-livell Ewropew.
Anki d-data dwar il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkunu ġew prodotti u mibjugħa għandha tintuża b'mod li mhux biss tipprovdi l-bażi għall-ġbir ta' data dwar l-użu ta' pestiċidi, iżda fl-istess ħin tagħti punt ta' tluq lill-awtoritajiet biex jiddokumentaw il-flussi tal-prodotti. Għal dan il-għan, ikun biżżejjed li l-kurrenti tan-negozju jsiru trasparenti sal-livell tal-klijenti kbar u/jew in-negozju tal-biedja. Fuq kollox, fil-konfront tal-problema dejjem tikber ta' prodotti importati illegalment, skond kif tirrapporta l-industrija stess, il-ġbir ta' informazzjoni dwar il-flussi tal-materjal fis-settur tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, jista' jkun għodda utli għall-awtoritajiet kompetenti, li jagħti valur miżjud sinifikanti jipprovdi lill-ġbir ta' data propost.
10.10.2007
OPINJONI tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi li jikkonċernaw il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti
(COM(2006)0778 – C6‑0457/2006 – 2006/0258(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta għal regolament tal-Kummissjoni dwar statistiċi li jikkonċernaw il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti hija marbuta direttament ma' "L-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi", li ġiet ippreżentata ftit xhur qabel. L-għan tal-proposta huwa l-armonizzazzjoni wiesgħa madwar l-Ewropa ta' l-istatistiċi nazzjonali dwar il-bejgħ u l-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, b'mod li jippermetti li tinġabar dejta sinifikattiva dwar l-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u, fi żmien medju, iwassal sabiex jitnaqqsu r-riskji għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem li jġib miegħu l-użu ta' prodotti bħal dawn, kif ukoll l-impatt fuqhom.
Fil-fehma tar-rapporteur, jeħtieġ li tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ stħarriġ u ta’ ġbir ta’ dejta li titfa' piż żejjed b'mod partikolari fuq il-bdiewa. Il-proposti leġiżlattivi dwar l-Istrateġija Tematika li qed ikunu diskussi bħalissa fil-PE u fil-Kunsill jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar iż-żamma ta' dejta li tipprovdi informazzjoni dwar l-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti kif ukoll dwar il-forniment ta' dejta tal-bejgħ min-naħa tal-produtturi (ara, b'mod partikolari, l-Artikolu 64 tar-regolament propost dwar l-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi, COM(2006)0388). Għandha ssir riferenza espressament għal dawn id-dispożizzjonijiet b'konnessjoni mal-ġbir ta' dejta statistika kif stipulat f’dan ir-regolament.
Barra minn hekk, dispożizzjonijiet simili dwar iż-żamma ta' rekords huma element essenzjali tal-ħarsien integrat tal-pjanti u ta' skemi privati ta' l-immaniġġjar tal-kwalità bħall-EurepGAP/GlobalGAP. Għandha tingħata prijorità lid-dejta diġà disponibbli għall-impriżi, li joperaw skond dawn l-istandards, għall-iskop tal-ġbir ta' statistika, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li dan il-grupp mhuwiex kampjun rappreżentattiv ta' l-impriżi agrikoli b'mod ġenerali.
Id-dejta dwar il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li huma prodotti u li jitqiegħdu fuq is-suq, li għandha tiġi fornita mill-produtturi u d-distributuri lill-awtoritajiet kompetenti, għandha tifforma l-bażi ta' l-eżerċizzji ta' stħarriġ. Bil-ħsieb li l-ġbir ta' dejta Ewropea jiġi armonizzat kemm jista' jkun, mhuwiex biżżejjed li l-obbligu ta' rappurtaġġ ta' dawn l-operaturi fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet jiġu definiti (kif stipulat fl-Artikolu 64 tar-regolament dwar l-awtorizzazzjoni). L-obbligu tar-rappurtaġġ għandu jiġi definit b'mod kemm jista' jkun preċiż f'dan ir-regolament, peress li jipprovdi d-dejta bażika meħtieġa għall-ġbir ta' dejta dwar l-użu ta' dawn il-prodotti (ara l-Anness II, taqsima 1).
Fil-fehma tar-rapporteur, m'hemmx ġustifikazzjoni biex l-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għal skopijiet mhux agrikoli jiġi eskluż mill-ambitu ta' dan ir-regolament. Filwaqt li l-użu privat, pereżempju f'ġonna privati, fil-verità jista' jintlaħaq biss minn dejta dwar il-bejgħ, utenti professjonali u fuq skala kbira (bħas-servizzi muniċipali u kumpaniji ta' trasport) għandhom ikunu suġġetti għall-istess rekwiżiti, fir-rigward ta' l-obbligu li jżommu u jiġbru dejta, bħall-utenti fil-biedja.
Id-dejta miġbura għandha tiġi sfruttata b'ċertu mod f’livell nazzjonali u Komunitarju li tkun utli kemm jista' jkun fl-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija Tematika. Ir-rapporteur, għalhekk, qed jipproponi li grupp ta' esperti jevalwa d-dejta miġbura u jevalwaha f'dak li huwa impatt fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.
Dan il-grupp ta' esperti għandu jiġi maħtur taħt ir-responsabilità ta' l-awtoritajiet responsabbli għall-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali u għandu jifforma netwerk fil-livell Ewropew.
Anki d-dejta dwar il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkunu ġew prodotti u mibjugħa għandhom jintużaw b'mod li mhux biss jipprovdu l-bażi għall-ġbir ta' dejta dwar l-użu ta' pestiċidi, iżda fl-istess ħin jagħtu punt ta' tluq lill-awtoritajiet għall-ġbir ta' dejta dwar il-kurrenti tal-produzzjoni. Għal dan il-għan, ikun biżżejjed li tkun garantita t-trasparenza tal-kummerċ sal-livell tal-klijenti kbar jew ta’ negozjanti lokali ta’ prodotti għall-biedja. Fuq kollox, fil-konfront tal-problema dejjem tikber ta' prodotti importati illegalment, skond kif tirrapporta l-industrija stess, il-ġbir ta' informazzjoni dwar il-kurrenti tal-materjal fis-settur tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, jista' jkun għodda utli għall-awtoritajiet kompetenti, li jipprovdi l-ġbir ta' dejta propost b'valur miżjud.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill- Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Test propost mill-Kummissjoni[1] | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Artikolu 1, titolu | |
Is-suġġett u l-ambitu |
Is-suġġett, l-ambitu u l-għanijiet |
Emenda 2 Artikolu 1, paragrafu 2, inċiż 2 | |
–l-ammonti annwali ta’ prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jintużaw fl-agrikoltura skond l-Anness II. |
–l-ammonti annwali ta’ prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti użati skond l-Anness II. |
Emenda 3 Artikolu 1, paragrafu 2 a (ġdid) | |
|
2a. L-istatistiċi, b’mod partikulari, għandhom ikunu utli: – għall-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, – għall-iżvilupp ta' indikaturi ta' risjku nazzjonali u Komunitarji armonizzati, għall-identifikazzjoni ta' tendenzi fl-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti kif ukoll għall-evalwazzjoni ta' l-effikaċja tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali skond id-Direttiva XXX li twaqqaf qafas għal azzjoni Komunitarja biex jintlaħaq użu sostenibbli tal-pestiċidi (COM (2006) 0373), – għall-ġbir ta' informazzjoni dwar kurrenti fir-rigward tal-produzzjoni, in-negozju u l-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. |
Ġustifikazzjoni | |
L-istatistiċi għandhom jintużaw għal għanijiet speċifiċi stipulati fil-liġi Komunitarja. Barra minn hekk, id-dejta disponibbli għandha tintuża biex tippermetti li flussi ta’ sustanzi fir-rigward tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jiġu identifikati u biex tagħti indikazzjoni ta' l-użu ta' prodotti illegali. | |
Emenda 4 Artikolu 3, paragrafu 1, inċiżi 1 sa 3 | |
–stћarriġ, |
|
–l-obbligi ta’ rappurtar li japplikaw gћall-fornituri u li jikkonċernaw il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jitqiegћdu fis-suq; jistgћu jintużaw awtorizzazzjonijiet distinti gћall-użi professjonali u mhux professjonali, |
–l-obbligi ta’ rappurtar li japplikaw gћall-fornituri u li jikkonċernaw il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jitqiegћdu fis-suq; jistgћu jintużaw awtorizzazzjonijiet distinti gћall-użi professjonali u mhux professjonali, partikolarment, l-obbligi skond l-Artikolu 64(2) tar-Regolament XXX li jirrigwarda t-tqiegħed fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (COM (2006)0388); |
– l-obbligi ta’ rappurtar li japplikaw gћall-utenti professjonali u li jkunu bbażati fuq ir-rekords li jinżammu u li jirrigwardaw l-użu tal-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti, |
– l-obbligi ta’ rappurtar li japplikaw gћall-utenti professjonali u li jkunu bbażati fuq ir-rekords li jinżammu u li jirrigwardaw l-użu tal-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti, partikolarment, l-obbligi skond l-Artikolu 64(1) tar-Regolament XXX li jirrigwarda t-tqiegħed fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (COM (2006)0388); |
|
– stћarriġ, |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li jiġi evitat duplikar ta' obbligi fuq il-bdiewa biex jiddokumentaw u jiġbru d-dejta, billi dan iżid il-piż fuqhom; meta xieraq, għandha tingħata prijorità lill-użu ta’ sorsi oħra. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istħarriġ jitmexxa minn persuni kkwalifikati. | |
Emenda 5 Artikolu 3, paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li: - il-produtturi ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti kif ukoll - dawk responsabbli għat-tqegħid fis-suq u/jew l-importazzjoni ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti annwalment ifasslu rapport lill-awtoritajiet kompetenti dwar: - il-kwantitajiet li bihom jiġu prodotti sustanzi partikolari jew prodott partikolari għall-ħarsien tal-pjanti, - il-kwantitajiet li bihom sustanza attiva partikolari jew prodott għall-ħarsien tal-pjanti huma pprovduti lil kumpaniji ta' pproċessar jew impriżi li jbigħu bl-ingrossa fl-Unjoni Ewropea, - il-kwantitajiet li bihom sustanza attiva partikolari jew prodott partikolari għall-ħarsien tal-pjanti jiġu esportati, Din l-informazzjoni għandha tiġi evalwata mill-awtoritajiet kompetenti u, meta jkun xieraq, wara li tiġi pproċessata biex tiġi mħarsa l-kunfidenzjalità ta' ċerta informazzjoni, għandha tiġi ppubblikata. |
Ġustifikazzjoni | |
L-obbligu tal-produtturi u l-operaturi fis-suq responsabbli għat-tqegħid tal-prodotti fis-suq li jiddikjaraw il-kwantitajiet li jitqiegħdu fis-suq jew li jiġu esportati huwa element essenzjali għall-ġbir tad-dejta u għalhekk għandu jissemma espressament fit-test bażiku ta' dan ir-Regolament. | |
Emenda 6 Artikolu 6, paragrafu 1 | |
Il-Kummissjoni gћandha tressaq rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull ћames snin. Dan ir-rapport gћandu jevalwa b’mod partikolari l-kwalità tad-data trażmessa, il-piż fuq in-negozji, kif ukoll l-utilità ta’ dawn l-istatistiċi fil-kuntest ta’ l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi. |
Il-Kummissjoni gћandha tressaq rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull ћames snin. Dan ir-rapport gћandu jevalwa b’mod partikolari l-kwalità u l-komparabilità tad-data trażmessa, il-piż fuq l-impriżi agrikoli, impriżi ta' l-ortikultura u n-negozji l-oħra, kif ukoll l-utilità ta’ dawn l-istatistiċi fil-kuntest ta’ l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, b'mod partiklari, fir-rigward ta' l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 1. Huwa għandu jinkludi, jekk ikun xieraq, proposti biex tkompli titjieb il-kwalità tad-data u jonqos il-piż fuq impriżi agrikoli u negozji. |
Emenda 7 Anness I, titolu | |
L-Istatistiċi dwar it-tqegћid fis-suq ta’ prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti |
L-Istatistiċi dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti |
Ġustifikazzjoni | |
ll-ġbir ta' dejta dwar il-kwantitajiet prodotti għandu jiġi inkluż. | |
Emenda 8 Anness I, taqsima 2 a (ġdida) | |
|
TAQSIMA 2a Obbligu ta' rappurtar Il-produtturi ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u dawk responsabbli għat-tqegħid fis-suq u/jew l-importazzjoni ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jirrappurtaw kull sena lill-awtoritajiet kompetenti dwar - il-kwantitajiet li bihom jiġu prodotti sustanzi attivi partikolari jew prodott partikolari għall-ħarsien tal-pjanti, - il-kwantitajiet li bihom sustanza attiva partikolari jew prodott għall-ħarsien tal-pjanti huma pprovduti lil kumpaniji ta' pproċessar jew impriżi li jbigħu bl-ingrossa fl-Unjoni Ewropea, - il-kwantitajiet li bihom sustanza attiva partikolari jew prodott partikolari għall-ħarsien tal-pjanti jiġu esportati, |
Emenda 9 Anness I, taqsima 6, paragrafu 3 | |
Ir-rapport li jikkonċerna t-tieni sena ta’ referenza gћandu jkollu stima mhux analizzata tal-proporzjonijiet tal-kwantità totali ta’ sustanzi f’kull grupp maġġuri elenkat fl-Anness III li jintużaw fi prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jitpoġġew fis-suq (kemm) gћal użi agrikoli u mhux agrikoli. Dawn l-istimi gћandhom jiġu mġedda kull ћames snin. |
Ir-rapport li jikkonċerna t-tieni sena ta’ referenza gћandu jkollu stima mhux analizzata tal-proporzjonijiet tal-kwantità totali ta’ sustanzi f’kull grupp maġġuri elenkat fl-Anness III li jintużaw fi prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti li jitpoġġew fis-suq gћal użi agrikoli, u mhux agrikoli għall-ortikultura, partikolarment fit-trasport, għall-użu ta' spazji komunali ħodor u dawk privati. Dawn l-istimi gћandhom jiġu mġedda kull ћames snin. |
Emenda 10 Anness II sezzjoni 1 paragrafu 1 | |
1. L-istatistiċi gћandhom jinkludu l-użu agrikolu tal-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti f’kull Stat Membru. |
1. L-istatistiċi gћandhom jinkludu l-użu agrikolu, ta' l-ortikultura u dak professjonali mhux agrikolu tal-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti f’kull Stat Membru. |
Emenda 11 Anness II, sezzjoni 6, inċiż 5a (ġdid) | |
|
- l-ispejjeż medji stmati għall-impriżi agrikoli marbuta mal-ġbir tad-data għall-impriżi agrikoli u ta' l-ortikultura u kull mod biex jitnaqqsu dawn l-ispejjeż. |
PROĊEDURA
Referenzi |
COM(2006)0778 - C6-0457/2006 - 2006/0258(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ENVI |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 14.12.2006 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni: Data tal-ħatra |
Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf 19.12.2006 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
11.9.2007 |
9.10.2007 |
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
9.10.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Bernadette Bourzai, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Giuseppe Castiglione, Albert Deß, Gintaras Didžiokas, Michl Ebner, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Lutz Goepel, Esther Herranz García, Lily Jacobs, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Jean-Claude Martinez, Véronique Mathieu, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, Neil Parish, Radu Podgorean, María Isabel Salinas García, Agnes Schierhuber, Willem Schuth, Czesław Adam Siekierski, Alyn Smith, Janusz Wojciechowski, Andrzej Tomasz Zapałowski |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Esther De Lange, Gábor Harangozó, Jan Mulder, Catherine Neris, Markus Pieper |
|||||||
PROĊEDURA
Referenzi |
COM(2006)0778 - C6-0457/2006 - 2006/0258(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
11.12.2006 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 14.12.2006 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 14.12.2006 |
IMCO 14.12.2006 |
AGRI 14.12.2006 |
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ITRE 12.4.2007 |
IMCO 1.3.2007 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Bart Staes 10.4.2007 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
8.10.2007 |
|
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
19.12.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
26 15 4 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Pilar Ayuso, John Bowis, Magor Imre Csibi, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Jill Evans, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Marie Anne Isler Béguin, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Urszula Krupa, Aldis Kušķis, Marios Matsakis, Linda McAvan, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Guido Sacconi, Richard Seeber, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Thomas Ulmer, Anders Wijkman, Glenis Willmott |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Kathalijne Maria Buitenweg, Philip Bushill-Matthews, Bairbre de Brún, Johannes Lebech, Miroslav Mikolášik, Hartmut Nassauer, Alojz Peterle, Bart Staes |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ingeborg Gräßle, Andreas Schwab |
|||||||
Data tat-tressiq |
8.1.2008 |
|||||||
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.