Proċedura : 2007/2187(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0005/2008

Testi mressqa :

A6-0005/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 31/01/2008 - 8.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0029

RAPPORT     
PDF 248kWORD 209k
8.1.2008
PE 394.189v03-00 A6-0005/2008

dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka: Perspettivi Ġodda

(2007/2187(INI))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Umberto Guidoni

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka: Perspettivi Ġodda

(2007/2187(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' April bit-titolu Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka: Perspettivi Ġodda (COM(2007)0161),

–   wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni (SEC(2007)0412) li jakkumpanja l-Green Paper tal-Kummissjoni hawn fuq imsemmija,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li tikkonċerna s-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunita Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007-2013(1)) (FP7),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/973/KE tad-19 ta' Diċembru 2006(2) dwar il-programm speċifiku 'Nies' li jimplimenta l-FP7,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' Mejju 2007 dwar it-tpoġġija fil-prattika ta' l-għarfien: strateġija ta' evalwazzjoni għall-Ewropa bbażata fuq bażi wiesgħa(3),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat dwar is-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Kumitat dwar l-Iżvilupp Reġjonali (A6-0005/2008),

A. billi l-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000, li sar fl-Liżbona, approva l-objettiv li tinħoloq Żona Ewropea ta' Riċerka (ERA),

B.  billi l-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002, li sar f'Barċellona, qabel fuq objettiv li t-total ta' l-ispejjeż ta' l-R&D jiżdied għal 3% tal-PGD ta' l-Unjoni sa l-2010 (żewġ terzi minn dan irid jiġi mis-settur privat),

C. billi l-FP7 ġie mfassal biex jappoġġa l-ħolqien ta' l-ERA,

D. billi l-ħolqien ta' l-ERA għandu jkun akkumpanjat mit-twaqqif ta' Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Ogħla u Żona Ewropea ta' Innovazzjoni, biex b'hekk jitlestew it-tliet partijiet ta' dak li jissejjaħ it-trijangolu ta' l-għarfien,

E.  billi l-ERA tħaddan fiha tliet aspetti prinċipali: suq intern għar-riċerka, fejn ir-riċerkaturi, it-teknoloġija u l-għarfien jistgħu jiċċirkolaw b'mod ħieles, koordinazzjoni effettiva ta' attivitajiet ta' riċerka nazzjonali u reġjonali fuq il-livell ta' l-UE, programmi u politiki u inizjattivi implimentati u ffinanzjati fuq il-livell ta' l-UE,

F.  billi jeħtieġ li jsiru sforzi akbar fid-dimensjonijiet kollha tar-riċerka ta' l-UE, partikularment f'dak li jirrigwarda l-koordinazzjoni: in-nies, l-infrastruttura, l-organizzazzjoni, l-iffinanzjar, il-kondiviżjoni ta' l-għarfien u l-koperazzjoni globali, sabiex tingħeleb il-frammentazzjoni tar-riċerka fl-UE u jitwettaq il-potenzjal ta' l-UE f'dan il-qasam,

G. billi l-opportunitajiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol mhumiex it-tip li jagħmlu kuraġġ lill-ġuvintur u lin-nisa li jidħlu fis-settur tar-riċerka, li jfisser li qed jinħlew riżorsi umani ta' valur,

H. billi l-iffinanzjar ta' l-R&D fl-UE għadu lura mill-objettiv ta' Liżbona ta' 3% tal-Prodott Gross Domestiku,

I.   billi hemm il-ħtieġa ta' viżjoni aktar wiesgħa tal-ħolqien ta' l-ERA, li tinvolvi l-partijiet interessati kollha,

J.   billi n-nisa għadhom mhux rappreżentati f'ħafna oqsma tax-xjenza u ta' l-inġinerija u fil-pożizzjonijiet ta' manager, billi l-kontribut ta' l-R&D tas-settur privat ta' l-UE għadu lura minn dak tal-kompetituri diretti tagħha,

Noħolqu suq uniku tax-xogħol għar-riċerkaturi

1.  Jilqa' d-definizzjoni komuni tal-karriera ta' riċerka u t-twaqqif ta' sistema ta' informazzjoni dwar l-impjieg ta' riċerkaturi u prattiki ta' riċerka madwar l-Ewropa u jemmen li dan jista' jgħin biex l-UE tilħaq l-ogħla livelli fir-riċerka;

2.  Jiddispjaċih li l-figuri għall-infiq fl-R&D juru li l-medja ta' l-UE hija biss ta' 1.84% tal-PGD, meta mqabbla mat-2.68% fl-Istati Uniti ta' l-Amerika u t-3.18% fil-Ġappun, u li l-infiq ivarja minn 0.39% fir-Rumanija u 0.4% f'Ċipru għal 3.86% fl-Isvezja; jenfasizza l-importanza li tiżdied il-medja ta’ l-infiq kif ukoll li tiżdied in-nefqa f’ċerti Stati Membri; jenfasizza l-importanza li r-riċerka diversa u l-isforzi għall-iżvilupp jiġu ffukati aħjar madwar l-Unjoni, b'mod partikulari sabiex tiġi ffaċilitata t-transizzjoni lejn l-ekonomija diġitali; jemmen li dan huwa fundamentali għall-ħolqien ta' kundizzjonijiet xierqa għall-kisba ta' ekonomija bbażata fuq l-għarfien kif stipulat fl-Istrateġija ta' Liżbona;

3.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u r-reġjuni biex joħolqu strateġiji għall-iżvilupp ta' riżorsi fiżiċi u riżorsi umani fis-setturi tar-riċerka u ta' l-innovazzjoni li tkopri, per eżempju, it-titjib u l-provvista ta' infrastrutturi tar-riċerka, mobilità miżjuda għar-riċerkaturi bl-għajnuna ta' appoġġ finanzjarju raffurzat, inizjattivi lokali biex iħajru lir-riċerkaturi, it-tneħħija ta' ostakoli legali, amministrattivi u lingwistiċi, skambju ta' staff u biex jiġi żgurat l-aċċess għal kulħadd, speċjalment għar-riċerkaturi nisa u għaż-żgħar;

4.  Jappoġġja bis-sħiħ il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Kondotta għar-reklutaġġ tagħhom bħala mezz biex l-ERA issir aktar attraenti għar-riċerkaturi; jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika l-livell sa fejn il-Karta u l-Kodiċi ta' Kondotta ġew implimentati fl-Istati Membri;

5  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi mwaqqfa u introdotta rotta Ewropea unika għall-karriera fil-qasam tar-riċerka u li tiġi introdotta sistema integrata ta' informazzjoni dwar opportunitajiet ta' xogħol u kuntratti ta' taħriġ fis-settur tar-riċerka fl-Ewropa; jemmen li huwa essenzjali li jinħoloq suq uniku tax-xogħol għall-ħaddiema ta' riċerka;

6.  Jenfasizza l-importanza li l-proċeduri ta' reklutaġġu u promozzjoni għall-ħaddiema fir-riċerka jkunu miftuħa u trasparenti; jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw bilanċ aħjar bejn in-nisa u l-irġiel fir-rigward tar-reklutaġġ u l-promozzjoni;

7.  Jesprimi dispjaċir li l-ħruġ nett tranżatlantiku ta' investiment fir-riċerka u l-iżvilupp għadu qed jiżdied; jenfasizza l-importanza li jiġi evitat iktar ħruġ ta' riċerkaturi kompetenti Ewropej; jitlob għall-adozzjoni ta' miżura xierqa biex ir-riċerkaturi jibqgħu fl-UE u biex jinġiebu lura fl-UE, speċjalment billi jiġu żgurati prospetti wiesa' ta' karriera u kundizzjonijiet attraenti ta' xogħol kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa;

8.  Jaqbel mal-pjan li tiżdied il-mobilità ġeografika tar-riċerkaturi kif ukoll il-mobilità intersettorjali tagħhom (jiġifieri bejn l-universitajiet u l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u bejn id-dinja akkademika u dik tal-kummerċ) bħala metodu biex jintlaħaq il-qsim ta' l-għarfien u t-trasferiment tat-teknoloġija; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jarrikkixxu l-kurrikuli ta' post-graduate u tad-Dottorat billi jinkoraġġixxu s-superviżoni konġunta tar-riċerka f'pajjiżi differenti u sabiex jikkunsidraw it-tnedija ta' boroż ta' studju Ewropej għal studji wara l-livell ta' Dottorat u skemi ta' taħriġ li jibnu fuq il-programm Erasmus li kellu suċċess kbir;

9.  Jenfasizza li suq intern li jiffunzjona tajjeb huwa importanti għall-iżvilupp ta’ l-ERA u li l-moviment ħieles, b'mod partikulari tar-riċerkaturi, huwa vitali; jesprimi dispjaċir li l-ostakoli għadhom ixekklu l-mobilità tar-riċerkaturi fi ħdan l-UE; jitlob għal miżuri sabiex jitjieb iċ-ċaqliq ħieles tar-riċerkaturi, b'mod partikolari billi jitneħħew ir-restrizzjonijiet trans-nazzjonali li fadal għall-moviment ħieles tal-ħaddiema kif ukoll għat-titjib ta' l-infrastruttura ta' riċerka ta’ l-UE; jappoġġja l-ħolqien ta’ Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT).

10. Jikkunsidra li l-aċċess tar-riċerkaturi għall-UE m'għandux jiġi mfixkel minn ostakoli eżistenti nazzjonali, bħalma huma r-rikonoxximent u l-portabilita insuffiċenti ta' drittijiet soċjali miksuba, l-iżvantaġġi fiskali u d-diffikultajiet biex jiġu rilokati l-familji; iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex ifasslu l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom dwar il-liġi pubblika b'tali mod li r-riċerkaturi mill-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jkollhom kundizzjonijiet ta' xogħol paragunabbli u ma jkunux miżmuma milli jagħmlu xogħol ta' riċerka;

11. Ifakkar li mod kif ir-riċerkaturi jsiru aktar mobbli jista' jkun permezz tal-ħolqien ta' vawċer ta' riċerka li jista' jintuża minn riċerkaturi fi Stati Membri u istituzzjonijiet u universitajiet oħra li jospitawhom, b'hekk il-vawċer jagħmel disponibbli aktar riżorsi finanzjarji għar-riċerka li tattira riċerkaturi barranin; jemmen li dan mhux biss iżid l-interess ta' l-istituzzjonijiet u l-universitajiet ta' riċerka biex jospitaw riċerkaturi minn Stati Membri ohra, u biex jattiraw xjentisti li għandhom l-aktar talent, imma jikkontribwixxi wkoll ghall-iżvilupp ta' ċentri ta' eċċellenza billi jkun possibbli għall-programmi u l-istituzzjonijiet ta' riċerka l-aktar attraenti li jattiraw aktar riċerkaturi u jtejbu s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom; jemmen li dan l-appoġġ miżjud għall-mobilità tar-riċerkaturi għandu jkun miżjud ma' l-iskemi ta' ffinanzjar attwali għall-mobilita u li l-fondi jiġu allokati mill-programmi 'Koperazzjoni' u 'Kapaċità' ta' l-FP7;

12. Jenfasizza l-ħtieġa li jingħata appoġġ lir-riċerkaturi żgħażagħ, partikularment bl-iżgurar li jkomplu jirċievu għotjiet meta jibdlu l-post tax-xogħol tagħhom fl-UE;

13. Jemmen li l-qafas regolatorju tal-Komunita dwar iċ-ċirkolazzjoni ħielsa tar-riċerkaturi fl-ERA teħtieġ li tiġi infurzata biex tiffaċilita l-ħruġ ta' visa u permessi ta' xogħol għal ċittadini ta' pajjiżi terzi;

14. Iqis li jeħtieġ li jiġu introdotti miżuri speċifiċi biex jippromwovu aktar parteċipazzjoni tan-nisa fl-attivitajiet kollha ta' riċerka, bil-għan li jiżdied il-proporzjon ta' nisa li jsegwu karriera fir-riċerka;

15. Jemmen li l-fatt li ż-żgħażagħ huma anqas interessati li jkomplu l-edukazzjoni tagħhom fix-xjenza u t-teknoloġija hija marbuta mill-qrib man-nuqqas ta' koperazzjoni bejn il-kamp privat u dak akkademiku; għalhekk jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex iżidu l-isforzi tagħhom biex jippromwovu oqfsa għall-kollaborazzjoni bejn dawn iż-żewġ setturi;

16. Jitlob sabiex ikun hemm skambju ta' esperjenza fost l-Istati Membri biex jiżviluppaw approċċ koerenti lejn il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità fir-riċerka ffinanzjata mill-Komunità u jżidu l-proporzjoni ta' persuni b'diżabilità li jagħżlu karriera fir-riċerka;

17. Jikkunsidra li l-awtoritajiet pubbliċi, il-korpi ta' riċerka u l-intrapriżi għandhom jippromwovu miżuri biex jirrikonċiljaw il-ħajja professjonali u privata;

18. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga kif jista' jittejjeb it-tagħlim tax-xjenza fl-UE, f'kull livell ta' l-edukazzjoni; jiddeplora n-nuqqas ta' riżorsi umani fl-R&D f'ħafna Stati Membri, x'aktarx minħabba n-nuqqas ta' interess fost il-ġenerazzjoni aktar żagħżugħa biex isegwu kurrikuli xjentifiċi u jibdew karrieri fix-xjenza; għalhekk jipproponi li jittieħdu inizjattivi li jressqu lill-istudenti aktar qrib lejn ir-riċerka fil-laboratorju u fil-post; barra minn hekk jipproponi l-promozzjoni ta' metodi attivi u investigativi ta' taghlim bl-użu ta' l-osservazzjoni u l-esperimenti, il-ħolqien ta' skambju ta' programmi ta' għalliema-riċerkaturi, u l-appoġġ ta' metodi ta' taħriġ innovattivi mill-awtoritajiet reġjonali u lokali; iqis li żviluppi mgħaġġla fix-xjenza jistgħu joħolqu vojt bejn iċ-ċittadin ordinarju u r-riċerka xjentifika u teknoloġika; iqis li hemm il-ħtieġa li jkun promoss u appoġġjat id-djalogu bejn ix-xjentisti u s-soċjetà u li, kif xieraq, ix-xjentisti għandhom jippreżentaw ir-riżultati tar-riċerka tagħhom b'mod li jinftiehum minn kulħadd u jkun disponibbli għal kulħadd;

19. Iqis li l-kundizzjonijiet soċjali għar-riċerkaturi għandhom ikunu mtejba permezz ta' ħolqien ta' opportunitajiet ta' impjiegi għall-imsieħba tar-riċerkaturi u l-provvediment ta' appoġġ fit-tfittxija tagħhom għal faċilitajiet ta' kura u dawk ta' edukazzjoni għat-tfal tagħhom;

Niżviluppaw infrastrutturi tar-riċerka ta’ klassi dinjija

20. Jilqa' l-progress magħmul fl-iżvilupp ta' infrastrutturi ta' riċerka bl-adozzjoni tal-pjan tal-Forum Ewropew dwar l-Istrateġija għall-Infrastrutturi ta' Riċerka (ESFRI); madankollu jemmen li għandu jkun hemm provvediment sabiex jiġu inklużi il-faċilitajiet u l-infrastrutturi ġodda li attwalment qed jiġu żviluppati mill-Istati Membri flimkien ma' l-infrastrutturi identifikati mill-ESFRI;

21. Iħeġġeġ sabiex il-finanzjament għal infrastrutturi pan-Ewropej ġodda ta' riċerka ikun provdut biss jekk ma jeżistux infrastrutturi nazzjonali ta' l-istess valur li jipprovdu opportunitajiet simili ta' aċċess għal riċerkaturi minn Stat Membru ieħor;

22. Jenfasizza l-irwol u l-importanza ta' l-Organizzazzjonijiet ta' Riċerka (RPOs) fil-qasam tar-riċerka Ewropea, flimkien ma' l-universitjiet u l-agenziji li jiffinanzjaw ir-riċerki. Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi livell ta' kollaborazzjoni ma' l-aġenziji nazzjonali, l-universitajiet u l-RPOs fl-Ewropa, flimkien ma' awtoritajiet reġjonali, qabel ma taqbel dwar politika u pjan ta' implimentazzjoni komuni;

23. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproponi qafas legali biex jiffaċilita l-ħolqien u l-ħidma ta' organizzazzjonijiet Komunitarji kbar ta' riċerka u infrastrutturi, u tikkunsidra l-involviment ta' istituzzjonijiet u ftehimiet Ewropej eżistenti, bħall-Organizzazzjoni għar-Riċerka Nukleari (CERN), l-Agenzija Spazjali Ewropea (ESA) u l-Ftehima Ewropea ta' Żvilupp dwar il-fużjoni (EFDA), minkejja li għandhom jiġu evitati t-trattati intergovernattivi;

24. Fl-istess ħin jirrakkomanda li entitajiet minn pajjiż b'setturi ta' riċerka anqas dinamiċi, imma b'aktar potenzjal ta' riċerka, għandhom ikunu involuti b'mod sħiħ fil-proċess ta' bini ta' infrastruttura ta' riċerka pan-Ewropea;

25. Jikkunsidra li, sabiex ikunu żgurati ħidmiet fuq medda ta' żmien twil u titjib kontinwu, il-proċessi ta' approvazzjoni għal infrastrutturi kbar ta' riċerka għandhom ikopru l-R&D, it-teknoloġija ta' l-informatika u l-finanzjament operattiv;

26. Jirrikonoxxi li l-EIT se jkun fattur importanti fit-tisħiħ ta' l-infrastruttura tar-riċerka ta' l-UE;

27. Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja lill-RPOs, lill-universitajiet u lill-aġenziji ta' finanzjament għar-riċerka kemm biex jissaħħu kif ukoll biex jgħaqqdu r-riżorsi tagħhom fil-bini ta' l-ERA; l-għan huwa li tintlaħaq tmexxija globali fl-akbar żoni xjentifiċi;

It-tisħiħ ta’ l-istituzzjonijiet tar-riċerka

28. Jikkonferma l-importanza tad-dimensjoni reġjonali ERA u jqis li l-iżvilupp ta' gruppi reġjonali huwa mezz importanti ta' kif tinkiseb massa kritika, jingiebu flimkien l-universitajiet, l-istituzzjonijiet u l-industrija tar-ricerka, u jinħolqu ċcentri Ewropej ta' eċċellenza; jemmen li l-programmi 'Il-Potenzjal tar-Riċerka' u 'Ir-Reġjuni ta' l-Għarfien' u l-Fondi Strutturali li jippromwovu l-potenzjal tar-riċerka u l-innovazzjoni tar-reġjuni, għandu jitqies bħala kontribuzzjoni prinċipali favur l-objettivi tal-FP7;

29. Jenfasizza l-importanza ta' punti ta' kuntatt nazzjonali u reġjonali fit-tisħiħ ta' l-effetti ta' programmi ta' qafas u jistieden sabiex ikun hemm koperazzjoni aktar fil-fond min-naħa tagħhom;

30. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex twaqqaf forum Ewropew tar-riċerka b'rappreżentanza nazzjonali għolja, inklużi kunsilli nazzjonali ta' riċerka, fdati bil-missjoni li jidentifikaw, jiżviluppaw u jappoġġjaw l-akbar inizjattivi ta' riċerka pan-Ewropea, kif ukoll sistema komuni ta' reviżjoni xjentifika u teknika biex ikunu sfruttati aħjar ir-riżultati tal-programmi Ewropej; jemmen li għandu jkun ta' benefiċċju t-twaqqif ta' sistema affidabbli għall-verifika ta' l-għarfien u l-metodi ta' analiżi, għall-kontroll u ċ-ċertifikazzjoni u għaċ-ċentri ta' netwerks ta' eċċellenza fl-UE,

31. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li n-netwerks ta' eċċellenza u l-komunitajiet ta' riċerka onlajn ikunu kumplimentarji bis-sħiħ, billi tispjega b'mod ċar l-objettivi tagħhom, ir-regoli ta' ħidma u l-arranġamenti dwar il-finanzjament;

32. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi aktar l-appalt pubbliku biex tappoġġja l-R&D fuq il-livell tal-UE billi tagħmel użu aktar kostanti ta' l-istrumenti u tar-riżorsi pubbliċi;

33. Jilqa' l-inizjattiva għal Karta Ewropea għall-użu tal-proprjeta intellettwali minn istituzzjonijiet u universitajiet pubbliċi tar-riċerka, approvata mill-Kunsill Ewropew li sar fi Brussell fil-21 u t-22 ta' Ġunju 2007, sakemm din twassal għal sett ta' regoli li jistgħu jintużaw li jikkunsidraw b'mod partikulari l-ħtiġijiet ta' l-elaborazzjoni u t-trasferiment ta' l-għarfien xjentifiku;

34. Jiġbed l-attenzjoni lejn l-irwol li għandhom l-SMEs (impriżi ta' daqs żgħir u medju) bħala entitajiet ta' riċerka; jemmen li huwa neċessarju li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom fil-proġetti ta' l-R&D fuq livell ta' l-UE skond l-objettiv ta' allokazzjoni ta' mill-anqas 15% tal-baġit ta' l-FP7 għall-SMEs;

35. Iqis li r-riċerka fil-fond trid tkun strettament marbuta ma' l-innovazzjoni, għalhekk jemmen li jridu jiġu maħsuba passi konkreti lejn il-ħolqien ta' riċerka Ewropea integrata u ta' zona ta' innovazzjoni;

It-tqassim ta’ l-għarfien

36. Jemmen li l-investiment fl-infrastruttura, il-funzjonalità u l-inizjattivi ta' kontro-referenza elettronika ppermettew titjib kbir fit-tixrid u l-użu ta' informazzjoni xjentifika u li d-Dikjarazzjoni ta' Berlin dwar l-Aċċess Liberu għall-Għarfien fix-Xjenzi u fl-Istudji Umanistiċi huwa eżempju ta' kif l-Internet fetaħ opportunitajiet ta' esperimentazzjoni b'mudelli ġodda. jenfasizza l-importanza tar-rispett tal-libertà ta' l-għażla u tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali (IPR) u ta' l-awtur, billi jiżgura l-kontinwazzjoni ta' reviżjonijiet ta' kwalità minn esperti u l-preservazzjoni sigura u fdata ta' xogħolijiet attestati, u jinkoraġġixxi lill-partijiet interessati sabiex jaħdmu flimkien permezz ta' proġetti pilota biex jevalwaw l-impatt u l-vijabbilita ta' mudelli alternattivi, bħall-iżvilupp ta' l-Aċċess Liberu;

37. Jaqbel mal-kunċett ta' "innovazzjoni miftuħa" promoss mill-Kummissjoni skond liema kunċett is-setturi pubbliku u dak privat isiru msieħba sħaħ u jaqsmu l-għarfien u dan sakemm tkun żviluppata sistema bbilanċjata u ġusta bejn l-aċċess liberu u r-riżultati xjentifiċi u l-użu ta' tali riżultati mis-settur privat (qsim ġust ta' l-għarfien); jemmen li għandha tiġi rikonoxxuta r-regola ta' ppremjar ġust u ekwitabbli għall-użu ta' għarfien pubbliku mill-industrija;

38. Jemmen bis-sħiħ li l-inċertezza legali u l-għoli ta' l-ispiża li teżisti bħalissa fil-qasam ta' l-IPR jikkontribwixxu għat-tfarrik ta' sforzi fir-riċerka fl-Ewropa; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipproċedi biex tagħmel evalwazzjoni ta' impatt ta' l-istrumenti legali differenti li jistgħu jintużaw biex inaqqsu l-ostakoli eżistenti fit-trasferiment ta' l-għarfien fl-ERA; jinnota li invenzjonijiet irreġistrati sew jistgħu jkunu sors importanti ta' tagħrif u li l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni ta' l-IPR, inkluża l-liġi ta' l-UE dwar il-privattivi, ma tistax tkun ta' ostakolu għall-qsim ta' l-għarfien; jenfasizza l-importanza vitali tat-twaqqif ta' Privattiv Komunitarju u ta' sistema ġudizzjarja għall-Privattivi Ewropej li tkun ta' kwalità għolja, effiċjenti finanzjarjament u favur l-innovazzjoni li tirrispetta l-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej; jiġbed l-attenzjoni għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sistema ta' privattivi fl-Ewropa (COM(2007)0165) , jiġbed l-attenzjoni li l-qafas legali li jirriżulta, se jipprovdi inċentivi aħjar għall-involviment ta' negozji privati fir-riċerka u se jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' l-innovaturi ta' l-UE fuq livell internazzjonali;

39. Jistieden lill-Kummissjoni, b'kollaborazzjoni ma' l-Istati Membri, biex twaqqaf forum Ewropew fejn jistgħu jiġu koordinati proċessi, fuq il-livell Ewropew u nazzjonali, tad-dħul tas-soċjeta ċivili f'diskussjonijiet dwar ix-xjenza, ir-riċerka u t-teknoloġija;

40. Iqis li, fil-kuntest ta' l-ERA, il-kapaċitajiet taċ-Ċentri ta' Riċerka Konġunta (JRC) għandhom ikunu sfruttati bħala strutturi xjentifiċi u teknoloġiċi ta' livell għoli li huma indipendenti u newtrali, li jipprovdu għarfien speċjalizzat komuni lill-istituzzjonijiet ta' l-UE u jappoġġjaw il-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet prinċipali (il-kwalità tal-ħajja, is-sikurezza ta' l-ikel, l-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumatur);

41. Jemmen li, b'missjoni mġedda li tappoġġja u tinkoraġġixxi l-attivitajiet tagħhom u ffukata fuq l-ottimizzazzjoni tal-benefiċċji li jinkisbu mill-istrutturi tagħhom, il-JRC jistgħu jippromwovu "opportunitajiet verament Ewropej" fil-qasam tat-taħriġ u l-mobilità ta' riċerkaturi żgħażagħ;

Nottimizzaw il-programmi u l-prioritajiet tar-riċerka

42. Iqis li huwa importanti li jiġi implimentat il-prinċipju tal-ftuħ reċiproku tal-programmi nazzjonali għal partiċipanti minn Stati Membri oħra peress li dan għandu jkun pass 'il quddiem lejn l-iskambju ta' informazzjoni dwar programmi nazzjonali eżistenti u għandu jwassal għall-evalwazzjoni ta' attivitajiet nazzjonali ta' riċerka minn bords internazzjonali;

43. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ħafna Stati Membri - speċjalment dawk li għandhom strutturi inqas żviluppati fir-riċerka u l-iżvilupp - jibżgħu li jitilfu l-aħjar imħuħ ġewwa l-UE stess; jitlob għal miżuri sabiex dan jiġi evitat billi l-politiki ta' riċerka nazzjonali jsiru komplimentari iktar milli kompetittivi, speċjalment sabiex tiġi promossa l-koordinazzjoni tar-riżorsi u jkunu evitati d-duplikazzjoni jew it-tixrid tagħhom;

44. Jemmen li ta' min jiġu esplorati l-potenzjalitajiet offruti mill-mekkaniżmu ta' "geometrija varjabbli", bħala mezz xieraq sabiex tiġi żviluppata flessibilita adegwata fit-twettiq ta' programmi tematiċi;

45. Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi mtejba l-komplimentarjetà bejn l-UE u l-finanzjament tar-riċerka nazzjonali;

46. Jemmen li l-ftuħ ta' programmi nazzjonali ta' riċerka u l-finanzjament tagħhom tar-riċerkaturi kollha fl-Istati Membri għandhom jibdew, l-ewwelnett, fil-qasam tar-riċerka fundamentali, jew kif inhi magħrufa bħala "riċerka fil-fruntieri";

47. Josserva li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jaħdmu fil-ħolqien ta' qafas favur ir-riċerka u għandhom jagħtu kontribut sinifikanti fit-twettiq ta' ERA u dan għandu jsir permezz ta' programmi Ewropej ta' finanzjament bħall-FP7, imma li jista' jsir ukoll progress kunsiderevoli permezz ta' programmi miftehma minn qabel iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jikkunsidra, b'mod partikulari, li l-potenzjal ta' l-R&D ta' reġjuni 'xjentifikament aktar dgħajfin' għandu jiġi mtejjeb peremzz ta' l-użu kombinat ta' fondi Strutturali u ta' l-FP7, kif ukoll investimenti nazzjonali u reġjonali, sabiex, fost affarijiet oħra, jindirizzaw b'mod effiċjenti l-ħtiġijiet lokali ta' riċerka mmexxija mis-soċjeta;

48. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-objettivi ta' l-Istrateġija ta' Liżbona ma jistgħux jintlaħqu mingħajr żieda fl-involviment tas-settur privat f'attivitajiet ta' riċerka; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjonijiet li jsaħħu l-inċentivi għas-settur privat biex jinvesti u jipparteċipa fir-riċerka; jappoġġja l-opinjoni li hemm bżonn li tkun żviluppata tmexxija Ewropea fi swieq li għandhom teknoloġija intensiva appoġġjata minn standards qawwijin ta' protezzjoni ta' l-IPR; huwa tal-fehma li għal dan il-għan huwa importanti li s-Sħubiji Pubbliċi Privati,fis-swieq li joperaw tajjeb, jiġu estiżi;

49. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw l-aħħar finanzjament għall-attivitajiet tar-riċerka nazzjonali u reġjonali definiti fil-Programmi Operattivi u biex jiżguraw l-iskambju effiċjenti ta' prattiki tajbin u koperazzjoni bejn ir-reġjuni; jinsisti li l-eżempji tal-prattiki tajba li jistgħu jkunu effiċjenti f'reġjun partikulari ma jistgħux jiġu applikati bla modifiki għal kwalunkwe reġjun ieħor; jinsisti għalhekk fuq in-natura speċifika ta' l-evalwazzjoni fuq livell reġjonali fuq il-bażi ta' indikaturi trasparenti li jkunu aċċettati minn kulħadd u li wieħed jista' jorbot fuqhom;

50. Jenfasizza l-importanza li jiġi meħlus il-potenzjal tar-riċerka fir-reġjuni Ewropej kollha bħala mezz ta' tkabbir fil-kompetittività tar-riċerka Ewropea;

51. Jikkunsidra li għandhom jittieħdu azzjonijiet sabiex jiġu aġġornati il-forom u l-istrumenti ta' koperazzjoni u biex dawn jiġu adattati għall-objettivi ta' l-ERA; jirrakkomanda li jiġu żviluppati aktar inizjattivi bħall-koperazzjoni Ewropea fil-qasam tar-riċerka xjentifika u teknika (COST) u n-netwerk pan-Ewropea għal R&D industrijali u orjentat lejn is-suq;

52. Jirrikonoxxi l-irwol li għandhom in-netwerks ta' eċċellenza fil-ħolqien ta' l-ERA peremzz ta' integrazzjoni li sservi għal ħafna snin, b'hekk ikun evitat it-tifrik ta' l-isforzi fir-riċerka, u jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tagħti l-appoġġ tagħha lil netwerks ta' suċċess sabiex tilħaq dan il-għan;

53. Jenfasizza li koperazzjoni ffukata fil-qasam ta' l-R&D tista' trawwem opportunitajiet importanti mad-dinja kollha għall-R&D immexxija mill-Ewropa; għalhekk iħeġġeġ biex is-sistemi tar-riċerka nazzjonali u reġjonali jkunu marbuta permezz ta' netwerks fl-Ewropa u lil hinn minnha, filwaqt li jiġu żgurati l-koerenza tal-programmi tar-riċerka nazzjonali u reġjonali u l-prijoritajiet ta' interess Ewropew, bħal l-EIT, b'mod partikulari f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi l-importanza ta' xjenzi spazjali u reġjonali għall-koeżjoni territorjali, b'referenza partikulari għall-programm ta' l-2013 tan-Netwerk Ewropew għall-Osservazzjoni ta' Ppjanar ta' Spazju; jemmen li l-koperazzjoni territorjali għandha tiġi żviluppata bħala mezz li bih tintlaħaq massa kritika u jsiru l-preparamenti għall-internazzjonalizzazzjoni; għalhekk jistieden lill-Istati Membri kollha biex ineħħi l-ostakoli amministrattivi bejn il-fruntieri li jfixklu l-koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta' l-għarfien; jirrakkomanda l-metodu ta' koordinazzjoni miftuħa sabiex jiġu kkumparati l-aħjar prattiki nazzjonali f'dan il-qasam;

54. Iqis li jeħtieġ approċċ aktar wiesa' fl-iffissar ta' prijoritajiet ta' deċiżjonijiet strateġiċi dwar il-finanzjament pubbliku u li l-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija u l-Inizjattivi Konġunti ta' Teknololġija, fost oħrajn, għandhom jiksbu benefiċċju mill-involviment imsaħħaħ ta' l-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati, bħall-universitajiet u l-RPOs u l-SMEs, sabiex ikunu żviluppati l-istrateġiji fuq medda twila ta' żmien; jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-investiment għall-R&D u l-innovazzjoni fl-Ewropa; f'dan il-kuntest jirreferi għall-kombinazzjoni ta' l-Aġenda Territorjali Ewropea u l-objettivi ta' Liżbona meħuda fil-linji gwida strateġiċi għall-politika dwar il-koeżjoni, fejn it-tnejn huma pre-kondizzjonijiet biex tkun żgurata l-kompetittivita; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu kombinati l-approċċ minn fuq 'l isfel ta' l-ERA ma' l-approċċ minn isfel 'il fuq tal-politika reġjonali; jenfasizza l-ħtieġa li titjieb il-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet u l-programmi ta' riċerka, bħalma huma l-Pjattaformi Ewropej għat-Teknoloġija u l-programm "ERA-NET";

55. Jemmen li t-tbassir u l-aġendi strateġiċi mfassla mir-riċerka komunitarja għandhom ikunu kkunsidrati meta jitfasslu programmi ta' ħidma u jistieden sabiex ikun hemm proposti fl-FP7;

Ninfetħu għad-dinja: il-koperazzjoni internazzjonali fix-xjenza u fit-teknoloġija

56. Iqis li l-koperazzjoni fl-R&D tista' tgħin fil-kisba ta' l-Objettivi tal-Millennju għall-Iżvilupp speċifiċi u għalhekk jemmen li huwa importanti li l-politiki ta' koperazzjoni xjentifika ta' l-UE jiġu allinjati ma' l-politika esterna ta' l-UE u mal-programmi ta' għajnuna għall-iżvilupp;

57. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex issaħħaħ il-koperazzjoni fir-riċerka u trawwem id-djalogu, il-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali; jemmen li tali koperazzjoni se tippermetti aktar li l-UE tindirizza kwistjonijiet rilevanti ħafna, bħall-iżvilupp sostenibbli reġjonali, is-saħħa, is-sikurezza ta' l-ikel u l-bidla fil-klima;

58. Jistieden lill-Kummissjoni biex tibda, timplimenta u tappoġġja miżuri biex ittejjeb il-livell ta' parteċipazzjoni tax-xjentisti minn pajjizi li qed jizviluppaw, fi xjenza ta' kollaborazzjoni internazzjonali u l-proġetti R&D u tippromwovi l-aċċess għal proprjetà intellettwali globali eżistenti; jenfasizza l-importanza li riċerkaturi minn pajjiżi terzi jiġu mħajra lejn l-UE partikolarment minn pajjiżi viċini ta’ l-UE, inter alia permezz ta' transpożizzjoni aktar mgħaġġla tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta' Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta' ċittadini minn pajjiżi terzi għal skopijiet ta' riċerka xjentifika(4), b'kunsiderazzjoni sħiħa għall-bżonnijiet tar-riċerkaturi; jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni għall-ħolqien ta' sistema ta' 'blue card' li tkun ta' valur kbir għar-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija (S&T) li mhumiex koperti minn din id-direttiva;

59. Jixtieq li l-EER, fil-kuntest tal-ftuħ tiegħu lejn id-dinja, jagħti post privileġġjat lir-reġjuni l-aktar imbiegħda ta' l-UE u lill-pajjiżi u t-territorji barra minn dawn il-pajjiżi, sabiex jiġu sfruttati l-vantaġġi u l-benefiċċji li toffri d-diversità reġjonali Ewropea, billi dawn jiġu integrati f'azzjonijiet ta' koperazzjoni xjentifika u teknoloġika b'mod koerenti, fil-qafas tan-"netwerks ta' eċċellenza";

60. Iqis li l-pajjiżi viċini ta’ l-UE u l-pajjiżi li huma l-aktar allinjati mal-prijoritajiet ġeo-politiċi ta' l-UE, bħal dawk tal-baċin tal-Mediterran u ta' l-Ewropa tal-Lvant, l-Afrika u l-Amerika Latina, għandhom ikunu mħeġġa biex jipparteċipaw fl-ERA permezz ta' aktar promozzjoni ta' ftehimiet dwar koperazzjoni xjentifika u teknoloġika; iqis li pajjiżi li huma aktar allinjati mal-prijoritajiet ġeo-politiċi ta' l-UE, bħal dawk tal-baċin tal-Mediterran, għandhom ikunu mħeġġa biex jipparteċipaw f' 'ERA usa' ' li bil-mod tista' tifrex l-iskemi tagħha ta' koordinazzjoni, il-prinċipji ta' qsim ta' għarfien u l-mobilità tar-riċerkaturi lil hinn mill-fruntieri riġidi ta' l-UE u l-pajjiżi assoċjati magħha;

o    o

61. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 412, 30.12.2006, p.1.

(2)

ĠU L 54, 22.2.2007, p. 91.

(3)

Testi adottati P6_TA(2007)0212.

(4)

ĠU L 289, 3.11.2005, p. 15.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-riċerka, is-soċjeta u t-tkabbir ekonomiku

L-irwol tax-xjenza u tat-teknoloġija fis-soċjeta kien influwenzat ħafna mit-twemmin li jara r-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D) prinċiparjament bħala strument ta' kompetizzjoni ekonomika: ir-riċerka hija ta' valur biss jekk din tippromwovu innovazzjoni. Din l-analiżi twassal biex ir-riċerka applikata tiġi preferuta minn investigazzjoni bażika, l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda aktar mill-iskoperta ta' teoriji xjentifiċi ġodda, perspettiva fuq terminu ta' żmien qasir aktar minn impenn fuq perjodu twil ta' żmien.

Id-dibattitu kien iffukat kważi kollu kemm hu fuq il-valur ekonomiku ta' l-R&D, u iktar u iktar attenzjoni ġiet mogħtija lil strumenti li jipproteġu d-Drittijiet tal-Proprjeta Intellettwali (IPRs). Fi snin riċenti seħħew bidliet profondi fir-rigward ta' l-IPRs: it-twessigħ ta' oqsma ta' għarfien protett u l-għoti ta' medda aktar wiesgħa ta' drittijiet għal dawk li jkollhom privattiva. Is-suġġetti li għandhom jedd għall-privattiva ġew imwessa' biex jinkludu software u databases (dawk relatati mal-ġenetika u l-ġeo-fiżika) kif ukoll ġiet involuta x-xjenza bażika (bħall-matematika u l-bijoloġija)(1).

Iżda jeżistu żewġ pożizzjonijiet diverġenti dwar din il-kwistjoni. Fuq naħa, hemm il-ħtieġa li jiġu garantiti inċentivi lill-inventuri: jekk id-dħul ekonomiku għall-awtur mhuwiex protett, hemm ir-riskju li l-innovazzjoni tiġi rallentata. Fuq in-naħa l-oħra, it-twessigħ ta' l-IPR jista' joħloq ostakoli mhux mixtieqa għat-tixrid ta' l-informazzjoni, l-ingredjent bażiku għall-innovazzjoni. Estensjoni eċċessiva ta' privattiva tista' tiġġenera tgħawwiġ tar-riżorsi allokati għall-innovazzjoni teknika, investimenti li huma direzzjonati lejn oqsma bi dħul privat ikbar milli lejn dawk b'interess akbar għas-soċjeta kollha(2).

Ir-rapporteur jemmen li huwa importanti li mmorru lura għall-missjoni prinċipali tar-riċerka xjentifika: il-ħolqien ta' għarfien ġdid(3). Hemm bżonn li tiġi evalwata mill-ġdid pre-konċezzjoni mxerrda tal-fehma li hemm relazzjoni lineari bejn l-R&D u l-innovazzjoni. Fil-fatt, il-ko-relazzjonijiet jeżistu iżda dawn jinvolvu livelli ogħla ta' kumplessita u potenzjalment għandhom x'jaqsmu ma' oqsma li huma barra sew mid-dimensjoni tax-xjenza. Għalhekk, għandha tiġi korretta l-fehma fejn ir-riċerka hija meqjusa bħala tip ta' "panacea" li ssolvi l-problemi ekonomiċi u soċjali.

Mill-banda l-oħra, ma nistgħux nimmaġinaw li l-R&D jibqgħu biss f'idejn ix-xjenzati li jaħdmu fit-"torri ta' l-avorju" tagħhom. Għalkemm dan ma jindirizzax direttament id-dividendi ekonomiċi viżibbli u immedjati, l-R&D huma fattur fundamentali għall-ħolqien tas-soċjeta bbażata fuq l-għarfien fl-Ewropa.

Hemm evidenzi konvinċenti li investigazzjonijiet b'finanzjament pubbliku jipproduċu numru konsiderevoli ta' benefiċċji soċjali. Madankollu, dawn il-benefiċċji huma żgħar, eteroġeni, diffiċli tikkaratterizzahom u tkejjilhom u bażikament huma indiretti. Ir-riċerka pubblika għandha tiġi kunsidrata aktar bħala sors ta' ideat u metodi ġodda, u fuq kollox, mezz biex in-nies jitħarrġu jsolvu prolemi kumplessi.

Sfortunatament m'hemmx mudelli sempliċi li jiddiskrivu n-natura tal-benefiċċji li jirriżultaw mir-riċerka b'finanzjament pubbliku, u huwa aktar diffiċli biex jiġi stabbilit l-ammont ta' riżorsi u l-oqsma li wieħed għandu jinvesti fihom, anki minħabba li hemm differenzi konsiderevoli fost il-pajjiżi u l-oqsma. Il-kitbiet li huma disponibbli jindikaw li l-finanzjament tar-riċerka, bħala bosta oqsma oħra b'finanzjament pubbliku (bħalma huma s-sigurta u d-difiża), mhumiex faċilment ġustifikati f'termini ta' "benefiċċji ekonomiċi li jistgħu jitkejlu".

Il-ħtieġa għal tmexxija ta' riċerka

Il-gvernijiet ta' l-UE stabbilew l-aġenda ambizzjuża ta' Liżbona li tenfasizza l-irwol ewlieni tat-tranżizzjoni għall-ekonomija bbażata fuq l-għarfien biex ikunu żgurati tkabbir sostenibbli, aktar impjiegi aħjar, u koeżjoni soċjali akbar.

Ambizzjonijiet u viżjoni tal-ġejjieni bħal dawn huma essenzjali jekk il-politika fl-Ewropa trid tirrifletti kwistjonijiet soċjali maġġuri. Madankollu, il-parti li l-R&D jista' jkollhom f'dan il-proċess se tkun limitata jekk numru ta' fatturi prinċipali, li attwalment qed jipprevjeni biex l-Ewropa tikseb il-potenzjal sħiħ tagħha fix-xjenza u t-teknoloġija, mhux se jiġu indirizzati b'mod xieraq.

Ir-rapporteur jemmen li r-rendiment innovattiv ta' l-Ewropa, u għalhekk, il-potenzjal tagħha għat-tkabbir, jiddependu fuq l-iżvilupp ta' "sistema bilanċjata" ta' produzzjoni u distribuzzjoni ta' għarfien. L-irwol tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri għalhekk huwa li jinvestu fil-kapital uman, jintensifikaw ir-relazzjonijiet, u jottimizzaw il-fluss ta' l-għarfien. L-Ewropa trid tfittex kriterji alternattivi biex tkejjel l-effettivita ta' strumenti politiċi, b'mod speċjali meta tħares lejn l-effetti katalistiċi ta' l-appoġġ pubbliku, imsemmi wkoll bħala "żieda ta' atteġġament"(4).

Fattur li jikkontribwixxi għad-dgħjufija ta' l-Ewropa fix-Xjenza u t-Teknoloġija huwa n-nuqqas ta' investiment suffiċjenti fl-R&D(5). Jekk l-Ewropa trid tikkumbatti l-isfidi ħorox ekonomiċi, soċjali u ambjentali li qed taffaċċja fil-bidu tas-seklu wieħed u għoxrin, se jkollha bżonn tonfoq iktar fir-riċerka.

Il-passi meħuda fil-Kunsill Ewropew ta' Liżbona fl-2000 kienu reazzjoni għal dan it-tħassib dwar is-sotto-investiment ta' l-Ewropa fl-ekonomija ta' l-għarfien, u dan ġie rinfurzat aktar fis-samit ta' Barċellona fl-2002, fejn l-UE stabbilit l-objettiv li tikseb intensita ta' l-R&D ta' 3 fil-mija sa l-2010. Madankollu, it-tkabbir fl-infiq tagħha ta' l-R&D mis-sena 2000 kien insuffiċjenti biex jikseb dan l-objettiv(6).

Fl-istess ħin, ħafna mid-differenza fl-infiq meta kumparat mal-kompetituri tagħha jirrelata ma' l-R&D finanzjati mill-industrija. Fallimenti tas-suq jipprevjeni lis-settur privat milli jinvesti fir-riċerka fuq l-aqwa livell soċjali. Il-gvernijiet għandhom rwol importanti: kemm billi jipprovdu inċentivi u kundizzjonijiet li jħeġġu aktar investiment privat fl-R&D, kif ukoll billi jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-R&D fil-każijiet fejn l-impriżi soltu ma jagħmlux dan.

Iżda, fuq kollox, l-irwol tal-gvernijiet hu li joħolqu l-kundizzjonijiet li jippermettu li jinħoloq għarfien ġdid u li dan jagħmluh disponibbli lis-soċjeta kollha. Fil-fatt, l-għarfien u l-innovazzjoni għandhom il-kwalitajiet ta' "prodott pubbliku", jiġifieri xi ħaġa li għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd fis-soċjeta(7).

"Il-ħtieġa għal appoġġ pubbliku tar-riċerka ġejja wkoll min-natura ta' sistema ta' l-innovazzjoni, kif ukoll mill-importanza li jkun hemm investiment fil-kapital uman u f'netwerks biex ikun żgurat l-assorbiment ta' l-għarfien. Il-proċess tal-produzzjoni ta' l-għarfien huwa ħafna aktar kumpless minn kif jissuġġerixxi l-mudell lineari. Hemm ħafna effetti ta' feedback bejn il-fażijiet differenti fil-proċess ta' innovazzjoni, li huwa kkunsidrat aħjar bħala sistema, fejn ir-relazzjonijiet istituzzjonali u "l-flussi ta' l-għarfien" bejn il-parteċipanti differenti huma ta' importanza kritika"(8).

"Kontra dan l-isfond ta' riżorsi limitati għall-R&D, sar aktar importanti li jkun żgurat li fondi skarsi jintefqu bl-aktar mod effettiv possibbli. Madankollu, l-effetti li diġa huma negattivi ta' l-investiment relattivament baxx ta' l-Ewropa fir-riċerka (...) huma multiplikati minn numra ta' żbilanċi strutturali fi ħdan is-sistema Ewropea ta' l-R&D. Dawn id-dgħjufiji sistematiċi jagħmlu lill-Ewropa pajjiż anqas attraenti għall-investituri ta' l-R&D u għar-riċerkaturi, u jipproduċu frammentazzjoni inutli ta' sforzi ta' riċerka.

Fil-qofol tal-problema hemm il-kwistjoni tat-tmexxija ta' riċerka fl-Ewropa. B'mod partikulari, titqajjem il-kwistjoni ta' kif inhu l-aħjar mod biex jiġu allokati kompetenzi u riżorsi ta' politika madwar il-livelli organizzattivi differenti ta' l-awtorita pubblika- lokali/reġjonali, nazzonali u ta' l-UE."(9)

Kontribuzzjoni ta' l-ERA

Fl-UE żdiedet il-kuxjenza dwar il-ħtieġa li jiġu organizzati aħjar is-sistemi fuq bosta livelli ta' tmexxija fir-rigward tar-riċerka sabiex ikunu żgurati komplementarjetajiet akbar ta' politiki, titnaqqas il-frammentazzjoni tal-finanzjament u tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' l-isforzi.

Hemm evidenza wkoll ta' żieda fir-reġjonalizzazzjoni. Is-suċċess ta zoni bħal Silicon Valley u Cambridge ikkonvinċa lill-gvernijiet tal-ħtieġa li jinħolqu aktar minn dawn l-aggruppamenti innovattivi ta' għarfien.

"Mill-banda l-oħra ... kien hemm tkabbir sinifikanti fl-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni tal-livell ta' intervent ta' l-UE. Mill-Ewwel Programm ta' Qafas, fl-1984, il-politika Ewropea dwar ir-riċerka espandiet f'termini ta' ambizzjoni u baġit. ... Madankollu, ... il-politiki dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni jkompli jiġu segwiti l-aktar b'mod parallel - fuq livelli nazzjonali, reġjonali u ta' l-UE - li jwassal għal dak li ħafna sejħu "distakk fit-tmexxija" ta' integrazzjoni u koordinament dgħajfa bejn dawn il-livelli differenti".(10)

Bil-kontra ta' l-Istati Uniti jew il-Ġappun, ir-riċerka Ewropea għadha tirrappreżenta "taħbil il-moħħ" tas-sistemi pubbliċi nazzjonali.

Ir-responsabbilta ta' l-attivitajiet nazzjonali, li huma regolati minn 27 struttura leġiżlattiva, regolatorja u finanzjarja li jvarjaw bejniethom, għandha tittieħed waħda indipendenti minn l-oħra .(11) (12)

L-UE diġa tgħin biex tikkumpensa l-finanzjament għar-riċerka kollaborattiva trans-nazzjonali taħt l-FPs. Madankollu, l-appoġġ finanzjarju li tista' toffri l-UE llum huwa limitat. L-isforzi Komunitarji jirrappreżentaw it-28 politika ta' riċerka, u b'baġit ta' madwar 6% biss mill-finanzjament pubbliku, ma tistax tkun dinamika biżżejjed biex ikollha effett verament integranti fuq il-politiki nazzjonali.

L-inizjattiva taz-Zona Ewropea tar-Riċerka (ERA) ġiet imnedija f'Marzu 2000 biex tittratta dawn il-kwistjonijiet, iżda minkejja l-progress miksub f'dawn is-snin, riedu jiġu miksuba koordinament u koperazzjoni akbar madwar l-Ewropa.

"Riedu jiġu stabbiliti aktar rabtiet bejn il-parteċipanti differenti (awtoritajiet pubbliċi, kumpaniji, universitajiet, istituzzjonijiet ta' riċerka) fuq il-livelli kollha tal-politika (reġjonali, nazzjonali, tal-Komunita u inter-governattivi) fis-sistema Ewropea ta' riċerka."(13)

Mill-banda l-oħra, il-kuntest evolva sew mis-sena 2000.

- Il-globalizzazzjoni aċċellerat u l-għarfien huwa komponent ewlieni f'din id-dinamika globali ġdida. Sehem akbar ta' R&D globali se jitqiegħed barra mill-Ewropa(14) u, minħabba t-tendenzi attwali, is-sehem ta' l-Ewropa fir-riċerka xi darba se jkun jirrappreżenta anqas minn 10% tal-produzzjoni globali ta' l-għarfien.

- Żdiedu diversi sfidi soċjo-ekonomiċi - aktar inugwaljanzi soċjo-ekonomiċi, il-bidla fil-klima, ix-xjuħija, u r-riskji ta' mard infettiv - u hemm qbil li huma meħtieġa aktar azzjonijiet kunċertati fuq livell ta' l-UE u dak globali, b'mod speċjali fix-xjenza u t-teknoloġija.

- L-istampa ġenerali Ewropea tar-riċerka evolviet bit-tnedija tas-Seba' FP, li jinkludi miżuri ġodda bħalma huwa l-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC), iżda wkoll permezz ta' varji miżuri speċifiċi ta' l-ERA, kif ukoll id-diversita aktar wiesgħa tal-kulturi xjentifiċi li ġew flimkien ma' UE akbar(15).

L-UE għandha tradizzjoni twila ta' eċċellenza fl-R&D, iżda din l-eċċellenza hija ħafna drabi mifruxa madwar l-Ewropa, bi 80% tar-riċerka pubblika li qed issir fuq livell nazzjonali, l-aktar fi ħdan programmi ta' riċerka nazzjonali jew reġjonali. Dan ħafna drabi jfisser li l-potenzjal tar-riċerka ta' l-UE mhux qed jiġi esplojtjat bis-sħiħ.

Il-Green Paper tal-Kummissjoni tenfasizza kwistjonijiet kruċjali fost id-dimensjonijiet kollha ta' l-ERA:

- Il-ħolqien ta' 'suq intern' għar-riċerka - zona ta' moviment ħieles għall-għarfien, ir-riċerkaturi u t-teknoloġija - bil-għan li tiżdied il-koperazzjoni, tiġi stimultata l-innovazzjoni u jinkiseb allokament aħjar ta' riżorsi;

Il-politika Ewropea dwar ir-riċerka li jkollha għeruq sodi fis-soċjetà Ewropea. Għandha tappoġġja l-progress fl-oqsma ta' interess pubbliku maġġuri, bħalma huma s-saħħa, l-enerġija u l-bidla fil-klima.

- Hija meħtieġa ristrutturazzjoni tat-tessut ta' riċerka fl-Ewropa sabiex jinkiseb bilanċ bejn il-kompetizzjoni u l-koperazzjoni u sabiex tiġi żviluppata eċċellenza ta' klassi dinjija.

- Ir-riċerka Ewropea għandha tikseb benefiċċju sħiħ mid-diversità ta’ l-Ewropa li ġiet arrikkita mill-fażijiet ta’ tkabbir reċenti.

Dawn il-kwistjonijiet għandhom ikunu l-qofol ta' dibattitu istituzzjonali u pubbliku mmirat lejn it-tħejjija ta' l-inizjattivi għall-2008, hekk kif qegħdin noqorbu biex jiġi rivedut l-ewwel ċiklu ta’ tliet snin ta’ l-Istrateġija mġedda ta’ Liżbona u l-ftuħ tat-tieni ċiklu.

Filwaqt li l-objettivi oriġinali ta' l-ERA jibqgħu validi fil-preżent, hemm bżonn ta' approċċ aktar dinamiku.(16) "Dan ma jitlobx għal żieda parzjali ta' effettivita u impatt, iżda biex l-effettivita u l-impatt isiru prijoritajiet ewlenin… l-azzjoni għandha tittieħed fejn l-aktar hija effettiva. Dan ifisser allokament mill-ġdid ta' responsabbiltajiet u l-assunzjoni li mmorru lil hinn mill-istruttura eżistenti tas-sistema Ewropea ta' riċerka..."(17).

"Dan il-"Ftehim il-Ġdida" ikun jinvolvi approċċ aktar ambizzjuż lejn it-twettiq taz-Zona tar-Riċerka Ewropea… Bil-kontra ta' l-inizjattiva oriġinali ta' l-ERA, dan ma jippromwovix sempliċiment it-twaqqif ta' rabtiet bejn il-parteċipanti Ewropej eżistenti tax-Xjenza u t-Teknoloġija, kull wieħed bl-irwoli u r-responsabbiltajiet eżistenti tagħhom… Fuq kollox huwa importanti li jinżamm moħħ miftuħ dwar ir-riżultat ta' dan id-dibattitu u l-inkjesta. Jista' jkun ifisser espansjoni ta' attivitajiet nazzjonali jew reġjonali f'ċerti oqsma. Jista' twassal għal żieda fl-azzjonijiet fuq livell ta' l-UE f'oħrajn. Tista' tirriżulta wkoll fi ħtieġa li jinbnew istituzzjonijiet komuni Ewropej ġodda għax-Xjenza u t-Teknoloġija(18), li jħarsu lejn organizzazzjonijiet bħalma huma s-CERN u l-ESA bħala eżempji tajba ta' stejjer ta' suċċess.

"Il-Ftehim il-Ġdid ikun ifisser it-tħejjija ta' dawn id-deċiżjonijiet flimkien fuq bażi ta' evidenza soda u skambjata, u li b'kuraġġ naffaċċjaw"(19) il-bidliet. Il-kapaċita ta' l-UE li tagħmel dan tista' ġġib magħha fażi ġdida għar-riċerka Ewropea.(20)

(1)

            The increased economic value of IPR´s has lead to a significant increment of patents: the number of requests at the European Patent Office increased from 70,000, in 1990, to 129,000 in 2000; the same happened in US were patents increased from 62,000, in 1980, to 90,000, in 1990, and 166,000 on 2001. Also the relative controversies for patents and copyrights increased, at least in the United States.

(2)

In the Ocse meeting of January 2004, was stated that the IPR’s system should not reduce access to new knowledge. Governments were asked to adopt appropriate measures to guarantee that scientific data from public financed research were made available to everyone

(3)

"...universities and the endowed research institutes must furnish both the new scientific knowledge and the trained research workers. These institutions are uniquely qualified by tradition and by their special characteristics to carry on basic research. They are charged with the responsibility of conserving the knowledge accumulated by the past, imparting that knowledge to students, and contributing new knowledge of all kinds. It is chiefly in these institutions that scientists may work in an atmosphere which is relatively free from the adverse pressure of convention, prejudice, or commercial necessity. At their best they provide the scientific worker with a strong sense of solidarity and security, as well as a substantial degree of personal intellectual freedom. All of these factors are of great importance in the development of new knowledge, since much of new knowledge is certain to arouse opposition because of its tendency to challenge current beliefs or practice. Industry is generally inhibited by preconceived goals, by its own clearly defined standards, and by the constant pressure of commercial necessity. Satisfactory progress in basic science seldom occurs under conditions prevailing in the normal industrial laboratory..." (Vannevar Bush, The Endless Frontier, 1945).

(4)

Muldur, U., Corvers, F., Delanghe, H., Dratwa, J., Heimberger, D., Sloan, B., Vanslembrouck, S., "A new Deal for an Effective European Research Policy - The Design and Impacts of the 7th Framework Programme", 2006

(5)

The United States and Japan not only invest more of their GDP in R&D than the EU (2.67% and 3.20% respectively in 2003 compared with 1.90% for the EU), but have also increased their R&D intensity since the mid-1990s, leaving Europe seriously lagging behind.

(6)

Between 2000 and 2003 the average annual growth of EU-25 R&D intensity was just 0.7%, a trend which, if continued, would lead to an intensity of only about 2.2 % in 2010.

(7)

Muldur, U., Corvers, F., Delanghe, H., Dratwa, J., Heimberger, D., Sloan, B., Vanslembrouck, S., "A new Deal for an Effective European Research Policy - The Design and Impacts of the 7th Framework Programme", 2006

(8)

idem, p. 48

(9)

idem p. 51

(10)

Muldur, U., Corvers, F., Delanghe, H., Dratwa, J., Heimberger, D., Sloan, B., Vanslembrouck, S., "A new Deal for an Effective European Research Policy - The Design and Impacts of the 7th Framework Programme", 2006

(11)

The example of basic research illustrates these issues. Its funding is dispersed across the Union, and consequently, many projects lack the necessary critical mass. The amount spent by Johns Hopkins University on basic research exceeds the individual efforts of 18 EU MS’s, and is greater than the combined efforts of the 10 new MS’s.

(12)

Muldur, U., Corvers, F., Delanghe, H., Dratwa, J., Heimberger, D., Sloan, B., Vanslembrouck, S., "A new Deal for an Effective European Research Policy - The Design and Impacts of the 7th Framework Programme", 2006

(13)

idem, p. 263

(14)

China and India have emerged as global S&T actors. India increased its R&D spending threefold over the last decade, building on average economic growth of 8% since 2003. China is one of the world's largest spenders and it is expected to catch up with the EU by 2009 in terms of R&D intensity (since 2004, is producing 3 times more engineers than the US and has the same number of full time researchers as all EU MS’s together) .

(15)

With the access of Romania and Bulgaria, the EU population has raised to around 490 million people, the world's third largest population area after China and India. The EU is the world's leading market in terms of demand for knowledge-intensive products. Studies have shown that demand for such products is a major driver of R&D location and investment decisions. The problem is, however, that a single EU market for S&T intensive products does not exist yet. Several barriers persist: different national legislation, different technical standards, specificities in local markets, etc.

(16)

Muldur, U., Corvers, F., Delanghe, H., Dratwa, J., Heimberger, D., Sloan, B., Vanslembrouck, S., "A new Deal for an Effective European Research Policy - The Design and Impacts of the 7th Framework Programme", 2006, p. 263, 264

(17)

Muldur, U., Corvers, F., Delanghe, H., Dratwa, J., Heimberger, D., Sloan, B., Vanslembrouck, S., "A new Deal for an Effective European Research Policy - The Design and Impacts of the 7th Framework Programme", 2006, p. 264

(18)

idem, p. 266.

(19)

idem,

(20)

idem,


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR (29.11.2007)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka: Perspettivi Ġodda

(2007/2187(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Bill Newton Dunn

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.   Jilqa’ bil-qalb il-Green paper tal-Kummissjoni dwar iz-Zona Ewropea ta’ Riċerka: Perspettivi Ġodda (COM(2007)0161), jenfasizza li l-ħolqien ta’ Zona Ewropea ta’ Riċerka (ERA) huwa vitali għall-kisba ta’ l-objettivi ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi;

2.   Jenfasizza li Suq Intern li jiffunzjona tajjeb huwa importanti għall-iżvilupp ta’ l-ERA u li b’mod partikolari li l-moviment ħieles tar-riċerkaturi huwa vitali; jesprimi dispjaċir li riċerkaturi għadhom jesperjenzaw ostakoli li jxekklu l-mobilità tagħhom fi ħdan l-UE; jitlob għal miżuri sabiex jitjieb iċ-ċaqlieq ħieles tar-riċerkaturi, b'mod partikolari billi jitneħħew ir-restrizzjonijiet tranżnazzjonali li fadal għall-moviment ħieles tal-ħaddiema kif ukoll għat-titjib ta' l-infrastruttura ta' riċerka ta’ l-UE; jappoġġja l-ħolqien ta’ Istitut Ewropew għat-Teknoloġija.

3.   Jesprimi dispjaċir li l-ħruġ nett tranżatlantiku ta' investiment fir-riċerka u l-iżvilupp għadu qed jiżdied; jenfasizza l-importanza li jiġi evitat iktar ħruġ ta' riċerkaturi kompetenti Ewropej; jitlob li jkun hemm miżuri xierqa biex ir-riċerkaturi jinżammu fl-UE jew jiġu attirati mill-ġdid lejn l-UE, speċjalment billi jiġu żgurati prospetti kbar tal-karriera u kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti kemm għall-irġiel u kif ukoll għan-nisa;

4.   Jenfasizza l-importanza li riċerkaturi minn pajjiżi terzi jiġu mħajra lejn l-UE partikolarment minn pajjiżi viċini ta’ l-UE, inter alia permezz ta' transpożizzjoni aktar mgħaġġla tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 t'Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta' ċittadini minn pajjiżi terzi għal skopijiet ta' riċerka(1) xjentifika, b'kunsiderazzjoni sħiħa għall-bżonnijiet tar-riċerkaturi; jappoġġja wkoll il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħolqien ta' sistema ta' 'blue card' li tkun ta' valur kbir għar-riżorsi umani fix-xjenza u t-teknoloġija (S&T) li mhumiex koperti minn din id-direttiva;

5.   Jenfasizza l-importanza vitali tat-twaqqif ta' Privattiv Komunitarju u ta' sistema ġudizzjarja għall-Privattivi Ewropej li tkun ta' kwalità għolja, effiċjenti finanzjarjament u favur l-innovazzjoni li tirrispetta l-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej; jiġbed l-attenzjoni għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sistema ta' privattivi fl-Ewropa (COM(2007)0165) , jiġbed l-attenzjoni li l-qafas legali li jirriżulta, se jipprovdi inċentivi aħjar għall-involviment ta' negozji privati fir-riċerka u se jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' l-innovaturi Ewropej fuq livell internazzjonali;

6.   Jenfasizza l-importanza ta' qafas legali għall-proprjetà intelletwali f'pubblikazzjonijiet xjentifiċi li jiggarantixxi l-aħjar aċċess possibbli għal informazzjoni xjentifika filwaqt li jissalvagwardja l-irwol kbir li għandhom intrapriżi ta' l-UE f'pubblikazzjonijiet xjentifiċi;

7.   Jesprimi dispjaċir li ċ-ċifri ta’ l-infiq għar-riċerka u l-iżvilupp juru li l-medja ta’ l-UE hija biss 1.84% tal-GDP meta mqabbla ma' 2.68% fl-Istati Uniti u 3.18% fil-Ġappun; u li l-infiq ivarja minn 0.39% fir-Rumanija u 0.4% f’Ċipru sa 3.86% fl-Iżvezja; jenfasizza l-importanza li tiżdied il-medja ta’ l-infiq kif ukoll li tiżdied in-nefqa f’ċerti Stati Membri; jenfassizza l-importanza ta' aktar konċentrazzjoni fuq sforzi ta' ricerca u żvilupp diversi madwar l-Unjoni, speċjalment sabiex tiġi faċilitata t-tranżizzjoni lejn l-ekonomija diġitali; dan huwa fundamentali għall-ħolqien tal-kundizzjonijiet xierqa għall-kisba ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien kif titlob l-Istrateġija ta' Liżbona;

8.   Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ħafna Stati Membri - speċjalment dawk li għandhom strutturi inqas żviluppati fir-riċerka u l-iżvilupp - jibżgħu li jitilfu l-aħjar imħuħ ġewwa l-UE stess; jitlob għal miżuri sabiex dan jiġi evitat billi l-politiki ta' riċerka nazzjonali jsiru kumplimentari iktar milli kompetittivi, speċjalment sabiex tiġi promossa l-koordinazzjoni tar-riżorsi u jkunu evitati d-dupplikazzjoni jew it-tixrid tagħhom;

9.   Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-konsumaturi huma wieħed mill-aktar forzi importanti li jmexxu s-suq, li permezz ta' l-eżerċitar ta' l-għażla, jistgħu joħolqu inċentivi għall-innovazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu iktar passi biex jistimulaw id-djalogu pubbliku dwar l-importanza ta' l-ERA;

10. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-objettivi ta' l-Istrateġija ta' Liżbona ma jistgħux jintlaħqu mingħajr żieda fl-involviment tal-kummerċ privat f'attivitajiet ta' riċerka; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjonijiet li jsaħħu l-inċentivi għal kummerċ privat biex jinvesti u jipparteċipa fir-riċerka; jappoġġja l-opinjoni li hemm bżonn li tkun żviluppata tmexxija Ewropea fi swieq li għandhom teknoloġija intensiva appoġġjata minn standards qawwijin ta' protezzjoni tal-proprjetà intelletwali; huwa tal-fehma li għal dan il-għan huwa importanti li s-Sħubija Pubblika Privata,fis-swieq li joperaw tajjeb, tiġi estiża għal dan il-għan.

11. Filwaqt li jistimula l-innovazzjoni, jiġbed l-attenzjoni għall-potenzjal enormi disponibbli, meta l-akkwist pubbliku jkun il-mutur ta' prodotti u servizzi ġodda; jemmen li, fl-ERA, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka għandhom ikunu mħeġġa biex jaħdmu mill-qrib ma' awtoritajiet pubbliċi u biex jipparteċipaw f'kuntratti ta' l-iżvilupp.

12. Jenfasizza l-irwol ewlieni u speċifiku ta' l-SMEs għal kisba ta' l-objettivi ta' l-istrateġija ta' Liżbona permezz ta' parteċipazzjoni attiva u żvilupp ta' l-ERA; jilqa' b'sodisfazzjon l-inċentivi tal-Kummissjoni biex tattira SMEs għall-proċess tat-trasferiment tat-teknoloġija fl-Ewropa.

13. Jenfasizza l-bżonn li tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn programmi ta' riċerka nazzjonali u reġjonali u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex taħdem mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati kollha biex tiżgura koerenza fir-riċerka dwar kwistjonijiet ta' interess Ewropew.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

27.11.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Charlotte Cederschiöld, Corina Creţu, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Malcolm Harbour, Anna Hedh, Iliana Malinova Iotova, Pierre Jonckheer, Kurt Lechner, Lasse Lehtinen, Toine Manders, Arlene McCarthy, Nickolay Mladenov, , Catherine Neris, Bill Newton Dunn, Zita Pleštinská, Zuzana Roithová, Leopold Józef Rutowicz, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Eva-Britt Svensson, Alexander Stubb, Marianne Thyssen, Horia-Victor Toma, Jacques Toubon

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Emmanouil Angelakas, André Brie, Wolfgang Bulfon, Ieke van den Burg, Colm Burke, Giovanna Corda, András Gyürk, Filip Kaczmarek, Manuel Medina Ortega

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Roland Gewalt,

(1)

ĠU L 289, 3.11.2005, p. 15.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (18.12.2007)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka: Perspettivi Ġodda

(2007/2187(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Miroslav Mikolášik

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.   Jisħaq fuq l-irwol ewlieni tar-reġjuni fl-iżvilupp u l-istrutturar taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u fl-għajnuna biex tingħeleb il-frammentazzjoni fir-riċerka pubblika Ewropea;

2.   Jilqa' bil-ferħ il-fatt li waħda mill-innovazzjonijiet ewlenin fit-Trattat ta' Liżbona hija r-rikonoxximent taż-Żona Ewropea ta' Riċerka bħala l-istrument li se jissodisfa l-għanijiet ta' l-UE rigward ir-riċerka u l-iżvilupp; jirreferi għas-Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka u għall-Iżvilupp u l-miżuri li jaqgħu taħt dak il-programm, bħal ma huma l-Inizjattivi tat-Teknoloġija Konġunti, in-netwerk għall-infrastrutturi tar-riċerka pan-Ewropej u r-Reġjuni ta' inizjattiva ta' l-Għerf, u jenfasizza l-bżonn għal sħubijiet privati-pubbliċi mtejba sabiex jitrawmu relazzjonijiet tar-riċerka tan-negozju u jiżviluppa tkabbir reġjonali;

3.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri u r-reġjuni biex joħolqu strateġiji għall-iżvilupp ta' riżorsi fiżiċi u riżorsi umani fis-setturi tar-riċerka u ta' l-innovazzjoni li tkopri, per eżempju, it-titjib u l-provvista ta' infrastrutturi tar-riċerka, mobilità miżjuda għar-riċerkaturi bl-għajnuna ta' appoġġ finanzjarju raffurzat, inizjattivi lokali biex iħajru lir-riċerkaturi, it-tneħħija ta' barrieri legali, amministrattivi u lingwistiċi, skambju ta' staff u biex jiġi żgurat l-aċċess għal kulħadd, speċjalment għar-riċerkaturi nisa u għaż-żgħar; jappoġġja għalhekk l-inizjattivi bħall-‑{}‑Karta Ewropea tar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Mġiba għar-reklutaġġ tar-riċerkaturi, kif ukoll l-attivitajiet taċ-ċentri reġjonali ta' mobiltà u ta' lqugħ tar-riċerkaturi; iħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex jiżviluppaw kundizzjonijiet aħjar ta' xogħol għar-riċerkaturi, billi jintroduċu l-miżuri neċessarji biex jirrikonċiljaw il-ħajja professjonali ma' dik familjari;

4.   Jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza ta' strutturi skolari u b'mod partikolari ta' l-universitajiet u ta' l-istabbilimenti ta' l-edukazzjoni għolja u l-irwol fundamentali tagħhom fil-promozzjoni tar-riċerka u tas-suġġetti tar-riċerka, ta' l-innovazzjoni u tat-trasferiment tat-teknoloġiji, b'mod partikulari fil-livell reġjonali; jinsisti wkoll dwar l-importanza ta' l-awtoritajiet lokali fit-tixrid tal-kultura xjentifika u tal-promozzjoni tad-djalogu bejn ix-xjenza u s-soċjetà; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti jinvestu f'dawn l-oqsma, sabiex isaħħu l-għodda tar-riċerka u jtejbu l-infrastrutturi;

5.   Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex irawmu l-iżvilupp ta' ċentri ta' riċerka akkademika u xjentifika reġjonali u ta' gruppi reġjonali għar-riċerka u trasferiment ta' teknoloġija kif ukoll ta' ċentri reġjonali ta' eċċellenza, filwaqt li jħeġġu koperazzjoni pan-Ewropea iżjed mill-qrib fost ċentri bħal dawn; jinsisti f'dan ir-rigward li tingħata attenzjoni wkoll għal proġetti iżgħar f'reġjuni inqas preferuti u li titħeġġeġ struttura diċentralizzata; jitlob lill-Istati Membri u r-reġjuni biex iħeġġu l-iskambju ta' għarfien fost ċentri bħal dawn, b'mod partikolari permezz ta' mobilità tar-riċerkaturi, u biex jiżviluppaw netwerks virtwali u komunitajiet tar-riċerka;

6.   Jixtieq li l-EER, fil-kuntest tal-ftuħ tiegħu lejn id-dinja, jagħti post privileġġjat lir-reġjuni l-aktar imbiegħda ta' l-UE u lill-pajjiżi u t-territorji barra minn dawn il-pajjiżi, sabiex jiġu sfruttati l-vantaġġi u l-benefiċċji li toffri d-diversità reġjonali Ewropea, billi dawn jiġu integrati f'azzjonijiet ta' koperazzjoni xjentifika u teknoloġika b'mod koerenti, fil-qafas tan-"netwerks ta' eċċellenza";

7.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw iffinanzjar optimali għall-attivitajiet tar-riċerka nazzjonali u reġjonali definiti fil-Programmi Operattivi u biex jiżguraw l-iskambju effiċjenti ta' prattiki tajbin u koperazzjoni bejn ir-reġjuni; jinsisti li l-eżempji tal-prattiki tajba li jistgħu jkunu effiċjenti f'reġjun partikulari ma jistgħux jiġu applikati bla modifiki għal kwalunkwe reġjun ieħor; jinsisti għalhekk fuq in-natura speċifika ta' l-evalwazzjoni fuq livell reġjonali fuq il-bażi ta' indikaturi trasparenti li jkunu aċċettati minn kulħadd u li wieħed jista' jorbot fuqhom;

8.   Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiżdiedu l-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp u li tiġi stimulata l-innovazzjoni fl-Ewropa; ifakkar, f'dan il-kuntest, fl-għaqda ta' l-Aġenda Territorjali Ewropea ma' l-għanijiet ta' Liżbona adottati fl-orjentazzjonijiet strateġiċi għall-politika ta' koeżjoni, li tikkostitwixxu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi garantita l-kompetittività; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-istrateġija minn fuq għal isfel ta' l-ERA tingħaqad ma' l-istrateġija minn isfel għal fuq tal-politika reġjonali; jenfasizza l-bżonn li titjieb il-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet u tal-programmi ta' riċerka, bħall-Pjattaformi Ewropej ta' Teknoloġija u l-programm minn isfel għal fuq ta' l-ERA-NET;

9.   Barra minn hekk jisħaq fuq il-bżonn li jkun hemm koordinazzjoni fil-livelli nazzjonali u reġjonali għall-iffinanzjar provdut permezz tal-Programmi ta' Qafas tar-Riċerka u mill-Fondi Strutturali, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet speċifiċi tan-netwerks reġjonali li permezz tagħhom jintużaw dawk il-fondi;

10. Jenfasizza li koperazzjoni R&D fil-mira tista' trawwem opportunitajiet importanti mad-dinja kollha għall-R&D immexxija mill-Ewropa; għalhekk iħeġġeġ li s-sistemi ta' riċerka nazzjonali u reġjonali ikunu marbuta man-netwerks fl-Ewropa u lil hinn minnha, filwaqt li jiggarantixxu l-koerenza tal-programmi u l-prioritajiet tar-riċerka nazzjonali u reġjonali ta’ interess Ewropew, bħal ma huwa l-Istitut Ewropew ta' l-Innovazzjoni u tat-Teknoloġija; f'dan il-kuntest, jitlob lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi l-importanza ta' xjenzi spazjali u reġjonali għal koeżjoni territorjali, b'referenza partikolari għall-programm ESPON 2013; jemmen li koperazzjoni territorjali bejn il-fruntieri għandha tiġi żviluppata bħala mezz li bih tintlaħaq massa kritika u jitlestew il-preparamenti għall-internazzjonalizzazzjoni. għalhekk jitlob lill-Istati Membri sabiex ineħħu l-ostakli amministrattivi li hemm mal-fruntieri u li jxekklu l-koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta' l-għarfien; jirrakkomanda l-metodu ta' koordinazzjoni miftuħa sabiex jiġu mqabbla l-aħjar prattiki nazzjonali f'dan il-qasam;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

18.12.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Emmanouil Angelakas, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Jean Marie Beaupuy, Rolf Berend, Wolfgang Bulfon, Bairbre de Brún, Petru Filip, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Eugenijus Gentvilas, Ambroise Guellec, Gábor Harangozó, Marian Harkin, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Mieczysław Edmund Janowski, Rumiana Jeleva, Gisela Kallenbach, Tunne Kelam, Evgeni Kirilov, Miloš Koterec, Constanze Angela Krehl, Jamila Madeira, Mario Mantovani, Miroslav Mikolášik, Lambert van Nistelrooij, Jan Olbrycht, Maria Petre, Markus Pieper, Pierre Pribetich, Wojciech Roszkowski, Elisabeth Schroedter, Grażyna Staniszewska, Catherine Stihler, Margie Sudre, Kyriacos Triantaphyllides, Vladimír Železný

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Brigitte Douay, Den Dover, Emanuel Jardim Fernandes, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Zita Pleštinská, Samuli Pohjamo, Grażyna Staniszewska, Iuliu Winkler,

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

19.12.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Šarūnas Birutis, Jan Březina, Renato Brunetta, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Den Dover, Lena Ek, Nicole Fontaine, Adam Gierek, Umberto Guidoni, Fiona Hall, David Hammerstein, Rebecca Harms, Gunnar Hökmark, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Pia Elda Locatelli, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Danutė Budreikaitė, Joan Calabuig Rull, Edit Herczog, Toine Manders, Lambert van Nistelrooij, Pierre Pribetich, Dirk Sterckx, Silvia-Adriana Ţicău, Vladimir Urutchev

Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza