RAPPORT dwar il-Protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet – Il-ġlieda kontra l-frodi – Rapporti annwali 2005 u 2006
25.1.2008 - (2006/2268(INI))
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Francesco Musotto
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-Protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet – Il-ġlieda kontra l-frodi – Rapporti annwali 2005 u 2006
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-rapporti annwali preċedenti tal-Kummissjoni u ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Ġlieda Kontra l-Frodi (OLAF),
– wara li kkunsidra r-rapport tat-12 ta' Lulju 2006, mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolat 'Il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet – Il-ġlieda kontra l-frodi – Rapport annwali 2005' (COM(2006)0378), inklużi l-annessi (SEC(2006)0911 u SEC(2006)0912) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tas-6 ta' Lulju 2007, mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolat 'Il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet – Il-ġlieda kontra l-frodi – Rapport annwali 2006' (COM(2007)0390), inklużi l-annessi (SEC(2007)0930 u SEC(2007)0938) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali ta' l-Attività ta' l-OLAF għall-2005[1],
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali ta' l-Attività ta' l-OLAF għall-2006[2],
– wara li kkunsidra r-Rapport ta' l-Attività tal-Kumitat ta' Sorveljanza ta' l-OLAF għall-perjodu Diċembru 2005 sa Mejju 2007[3],
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005[4],
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006[5],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 276(3) u 280(5) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6],
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u kontra irregolarijiet oħra[7],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6–0009/2008),
A. wara li kkunsidra s-sustanza ta' l-Artikolu 280(1) u (2) tat-Trattat KE,
B. billi l-Artikolu 53(b)(2) tar-Regolament Finanzjarju jistipula dan li ġej:
"2. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet komplementari inklużi fir-regolamenti rilevanti speċifiċi skond is-settur, u sabiex fl-amministrazzjoni kondiviża jiġi żgurat li l-fondi jiġu użati skond ir-regoli u l-prinċipji applikabbli, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri leġislattivi, regolatorji u amministrattivi kollha meħtieġa jew miżuri oħrajn meħtieġa biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet. Għal dan il-għan huma għandhom partikolarment:
(a) jaċċertaw lilhom infushom li l-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit fil-fatt jitwettqu u jiżguraw li dawn jiġu implimentati b'mod korrett;
(b) jipprevjenu u jindirizzaw l-irregolaritajiet u l-frodi;
(ċ) jirkupraw fondi mħallsa b’mod ħażin jew użati b'mod mhux korrett jew fondi mitlufin bħala riżultat ta’ irregolaritajiet jew żbalji;
(d) jiżguraw, permezz ta’ regolamenti rilevanti speċifiċi għas-settur u f’konformità ma’ l-Artikolu 30(3), il-pubblikazzjoni annwali ex post adegwata tal-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-baġit.
Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli u għandhom iwaqqfu sistema effettiva u effiċjenti ta’ kontroll intern, (…).",
Ammont ta' irregolaritajiet notifikati
1. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li r-rapporti dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, u b'mod partikolari r-rapport dwar is-sena finanzjarja 2006, saru aktar analitiċi; madankollu, jinnota li l-istatistiki joqogħdu fuq strutturi nazzjonali li huma differenti ħafna, b'sistemi amministrattivi u ġudizzjarji u sistemi ta' sorveljanza u ta' spezzjonijiet differenti;
2. Jitlob li r-rapporti annwali dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u r-rapporti mfassla mill-Parlament fuq il-bażi ta' dawk ir-rapporti jiġu inklużi fl-aġenda tal-Kunsill, u li l-Kunsill sussegwentement jgħaddi l-osservazzjonijiet tiegħu lill-Parlament u lill-Kummissjoni;
3. Jinnota li fl-oqsma tar-riżorsi proprji, in-nefqa agrikola u l-azzjonijiet strutturali ta' l-Istati Membri, l-irregolaritajiet li ġew innotifikati fl-2006 ammontaw għal EUR 1,143 miljun (ikkumparati ma' EUR 1,024 miljun fl-2005, EUR 982.3 miljuni fl-2004, EUR 922 miljun fl-2003 u EUR 1,150 miljun fl-2002); l-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fl-2006 jistgħu jiġu kklassifikati kif ġej:
– ri¿orsi proprji: EUR 353 miljun (EUR 328.4 miljuni fl-2005, EUR 212.4 miljuni fl-2004, EUR 269.9 miljuni fl-2003 u EUR 367 miljun fl-2002),
– garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (EAGGF): EUR 87 miljun (EUR 102 miljun fl-2005, EUR 82.1 miljun fl-2004, EUR 169.7 miljuni fl-2003 u EUR 198.1 miljun fl-2002),
– azzjonijiet strutturali: EUR 703 miljun (EUR 601 miljun fl-2005, EUR 694.5 miljuni fl-2004, EUR 482.2 miljuni fl-2003 u EUR 614.1 miljun fl-2002);
jinnota wkoll li fil-qasam tal-fondi ta' qabel l-ade¿joni, l-irregolaritajiet li ġew notifikati ammontaw għal EUR 12.32 miljuni (EUR 17.6 miljuni fl-2005);
4. Jikkunsidra li hemm ħafna fatturi li jistgħu jinfluwenzaw il-varjazzjonijiet annwali fl-impatt finanzjarju ta' l-irregolaritajiet;
5. Jenfasizza li n-numru kbir ta' irregolaritajiet li jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mhux neċessarjment jimplika livell għoli ta' frodi; jista' juri wkoll li l-arranġamenti tas-sorveljanza li hemm fis-seħħ huma effettivi u li hemm koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, fir-rapport annwali tagħha għall-2006, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza ta' din il-koperazzjoni;
Anali¿i ġenerali
6. Jinnota li, fir-rigward tar-ri¿orsi proprji, l-ammont affetwat mill-irregolaritajiet ¿died b'7% minn EUR 328 miljun fl-2005 għal EUR 353 miljun fl-2006;
7. il-prodotti li kienu affettwati l-aktar mill-irregolaritajiet kienu t-televixins (EUR 69 miljun fl-2005;
8. EUR 62.3 miljuni fl-2006) u s-sigaretti (EUR 30.9 miljuni fl-2005; EUR 27.6 miljuni fl-2006); in-numru ta' ka¿ijiet fl-Italja (+122%) u fl-Olanda (+81%) ¿died b'mod konsiderevoli; EUR 113.4 miljuni (32%) ġew irkuprati fl-2006;
9. Jinnota li, fir-rigward tan-nefqa agrikola, l-ammont affetwat mill-irregolaritajiet naqas b'EUR 105 miljun fl-2005 għal EUR 87 miljun fl-2006; Spanja, Franza u l-Italja kienu responsabbli għal 57.2% ta' l-irregolaritajiet, jew total ta' EUR 64.9 miljuni, filwaqt li s-setturi li kienu affettwati l-aktar kienu l-i¿vilupp rurali, iċ-ċanga u l-vitella, u l-frott u l-ħxejjex;
10. Jilqa’ b’sodisfazzjon l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005, dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni(il-CAP[8] li għandu l-għan li jipprovdi qafas legali ssimplifikat u iktar effettiv sabiex l-Istati Membri jirkupraw il-ħlasijiet irregolari; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-applikazzjoni ta’ dak l-att il-ġdid u sabiex tippreżentalu rapport;
11. Huwa inkuraġġut li s-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (l-IACS), li permezz tagħha jiġu pproċessati 68% ta' l-operazzjonijiet, qed taħdem tajjeb u għamlitha possibbli li tiġi identifikata proporzjon kbira ta' irregolaritajiet;
12. Jinnota, bi tħassib, li l-livell ta’ rkupru tas-somom imħallsa bla b¿onn għadu baxx u jvarja bejn l-Istati Membri u, minħabba li ċ-ċans ta’ rkupru jonqos ma¿-¿mien, jistieden lill-Kummissjoni sabiex i¿¿id l-isforzi tagħha biex ittejjeb ir-rata ta’ rkupru tas-somom imħallsa bla b¿onn;
13. Huwa ta' l-opinjoni li, meta fi Stat Membru speċifiku l-irkupru jibqa' baxx b'mod sistematiku, il-Kummissjoni għandha tapplika mi¿uri korrettivi;
14. Ji¿gura lill-Kummissjoni dwar l-appoġġ sħiħ tiegħu fl-applikazzjoni stretta tal-leġi¿lazzjoni dwar is-sospensjoni ta' pagamenti, u jħeġġeġ li l-iffinanzjar tal-CAP għandu jkun suġġett ukoll għall-istess proċedura bħall-mi¿uri li diġà bdew [9] fil-ka¿ tan-nuqqas ta' trasferiment ta' fondi fejn il-Kummissjoni m'għandhiex garanzija assoluta ta' l-affidabilità tas-sistemi ta' mmaniġġjar u kontroll ta' l-Istat Membru li jkun il-benefiċjarju ta' dawn il-fondi;
15. Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-effiċjenza u t-trasparenza tas-sistemi ta' monitoraġġ relatati mal-pagamenti tal-bdiewa fil-kuntest tar-rapport annwali tagħha dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet;
16. Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma tat-'Task Force' għall-Irkupru, li rnexxielha ssolvi numru kbir ta' irregolaritajiet mis-snien preċedenti (mill-1971 sa l-2006: € 3,061 miljun); għaldaqstant, l-Istati Membri rkupraw € 898 miljun, u € 1,200 miljun ġew imħallsa permezz tal-proċedura ta’ 'approvazzjoni tal-kontijiet'; madankollu, jenfasizza li l-Istati Membri għandhom ikunu iktar viġilanti sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet u għall-irkupru tal-flus;
17. Jinnota l-adozzjoni mill-Kummissjoni tat-tieni rapport tagħha dwar in-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tas-sistema tal-'blacklist' (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1469/95[10]), u jistieden dibattitu usa', fi ħdan l-istituzzjonijiet, dwar il-prospettivi għall-futur, b'¿ieda sostanzjali fil-pieni għall-Istati Membri li jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-pagament lura ta' somom imħallsa bla b¿onn minħabba li dan huwa l-aktar approċċ ovvju;
18. Jinnota li l-ammont affetwat mill-irregolaritajiet rigward l-azzjonijiet strutturali ¿died bi 17%, minn EUR 601 miljun fl-2005 għal EUR 703 miljun fl-2006 (Fondi Strutturali EUR 517 miljun, Fondi ta' Koe¿joni EUR 186 miljun); dawn l-irregolaritajiet kienu prinċipalment (75%) relatati mal-Fond Ewropew għall-I¿vilupp Reġjonali (l-ERDF); Il-Ġermanja, Spanja, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit kienu responsabbli għal madwar 85% ta' l-ammont affetwat (EUR 438.1 miljun) relatat mal-Fondi Strutturali 2006; f'ħafna ka¿ijiet il-benefiċjarji kienu ffatturaw għal spejje¿ mhux eliġibbli; id-dettalji ġew ¿velati wara l-verifika tad-dokumenti;
19. Jiddispjaċih li, mill-95 proġett iffinanzjat mill-Fondi Strutturali u vverifikati matul il-perjodu ta’ għoti ta’ fondi attwali, 60 kienu affettwati minn żbalji materjali fl-infiq iddikjarat tal-proġett, li jirrappreżentaw żieda fin-numru ta' irregularitajiet meta mqabbla mas-sena ta' qabel; jikkunsidra li għandu jiġi vverifikat numru ikbar ta’ proġetti sabiex il-konklużjonijiet miksuba jippermettu l-formulazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet ċari sabiex jittejjeb l-immaniġġjar finanzjarju;
20. Jinnota li EUR 266.5 miljuni minn total ta' EUR 703 miljun għad iridu jiġu rkuprati għall-2006, filwaqt li għas-snin preċedenti għad iridu jiġu rkuprati EUR 762 miljun; jistieden lill-Kummissjoni biex tinforma lill-kumitati kompetenti tal-Parlament darbtejn fis-sena dwar il-progress li jkun sar u dwar il-miżuri speċifiċi meħuda sabiex jiġi aċċellerat l-irkupru ta' l-ammonti pendenti;
21. Jinnota li, fir-rigward tal-fondi ta' qabel l-ade¿joni, l-impatt finanzjarju naqas minn EUR 26.5 miljuni fl-2005 għal EUR 12.3 miljuni fl-2006; l-iktar ¿balji frekwenti kienu l-iffatturar għal spejje¿ mhux eliġibbli u n-nuqqas ta' konformità mal-kundi¿¿jonijiet kuntrattwali jew regolatorji; EUR 11-il miljun ġew irkuprati minn meta ddaħħlu l-fondi, i¿da għad iridu jiġu rkuprati EUR 14-il miljun;
22. Il-Parlament għadu konvint li jekk qatt għandha tinlaħaq dikjarazzjoni po¿ittivi ta' assigurazzjoni, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta' l-UE, inklu¿a l-Qorti ta' l-Awdituri, iridu jaslu għal ftehim politiku dwar 'rata ta' ¿balji tollerabbli';
Punti dgħajfa
21. Jistieden lill-Kummissjoni biex fir-rapport annwali ta' l-2008 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, tinkludi anali¿i ta' l-istrutturi ta' l-Istati Membri li huma involuti fil-ġlieda kontra l-irregolaritajiet; din l-anali¿i għandha tagħti tweġibiet, fost affarijiet oħra, għall-mistoqsijiet li ġejjin sabiex il-Parlament ikollu stampa iktar ċara ta' l-implimentazzjoni tal-qafas leġi¿lattiv tan-netwerk għal kontra l-frodi:
– liema huma l-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri involuti f'dan l-e¿erċizzju?
– kif jorganizzaw il-koperazzjoni tagħhom?– x'setgħat ta' spezzjoni għandhom l-awtoritajiet nazzjonali ?– dawn l-awtoritajiet nazzjonali joperaw fuq ba¿i ta' pprogrammar annwali?
– huma obbligati li jfasslu rapport dwar l-objettivi li għandhom jintlaħqu fl-attività ta' monitoraġġ tagħhom?
– l-awtoritajiet nazzjonali huma obbligati li jfasslu rapport dwar l-u¿u tal-fondi ta' l-UE?
– kif jikkoperaw ma' l-OLAF u b'liema mod jiġu kkomunikati s-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni?
– għal-liema databases Ewropej għandhom aċċess dirett?
– liema huma d-databases nazzjonali li l-Kummissjoni għandha aċċess għalihom?
– x'inhuma l-ispejje¿ stmati tal-kontrolli?
– x'inhuma l-mekkani¿mi għar-rapportaġġ ta' l-irregolaritajiet?
– x'hini s-sitwazzjoni attwali rigward l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96?
22. Jistieden lill-Kummissjoni biex tindika, fir-rigward tas-settur tar-ri¿orsi proprja, liema huma l-azzjonijiet ulterjuri tagħha li bi ħsiebha twettaq biex jintemmu l-importazzjonijiet frodulenti tat-televi¿jonijiet, tas-sigaretti u tal-prodotti ffalsifikati b'mod ġenerali; f'dan il-kuntest, jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-OLAF irnexxielu jiftaħ uffiċċju fiċ-Ċina; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tintensifika l-ġlieda kontra l-iffalsifikar; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta lura fil-kuntest tar-rapport annwali għall-2007 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, li se jiġi ppubblikat f'Lulju ta' l-2008, dwar l-inizjattivi u l-azzjonijiet meħuda fuq il-ba¿i tar-ri¿oluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta' Ottubru 2007[11] dwar l-implikazzjonijiet tal-ftehima bejn il-Komunità, l-Istati Membri u Philip Morris dwar l-intensifikar tal-ġlieda kontra l-frodi u l-kuntrabandu tas-sigaretti;
23. Iqis li huwa fatt kompletament inaċċettabbli li għal ħafna snin il-Ġermanja u Spanja ma għaddewx l-informazzjoni lill-Kummissjoni, f'forma elettronika, dwar l-irregolaritajiet rigward in-nefqa agrikola; barra minn hekk, jinnota li dawn i¿-¿ewġ pajji¿i huma responsabbli għal 38% (EUR 33.2 miljuni) ta' l-irregolaritajiet u li l-Ġermanja m'għadhiex tipprovdi dettalji dwar l-individwi u l-kumpaniji involuti, minkejja l-obbligu biex tagħmel hekk; b'konsegwenza ta' dan, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tibda proċeduri ta' ksur kontra dawn i¿-¿ewġ Stati Membri u biex i¿¿omm 10% tal-ħlasijiet agrikoli fi stenniji għall-proċedura; jistieden liċ-'chairman' tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit biex jibgħat ittra lir-Rappre¿entazzjonijiet Permanenti kkonċernati u jitlobhom spjegazzjoni;
24. Iqis li l-perjodu ta' 39 xahar bejn meta titwettaq irregolarità u meta din tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni m'huwiex aċċettabbli, minħabba li dan id-dewmien iwassal biex l-irkupru jkun aktar diffiċli; isaqsi lill-Kummissjoni dwar x'kienu l-mi¿uri li ħadet biex isejjaħ għall-ordni lill-Istati Membri; jinnota li l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri jindikaw ċertu livell ta' kompjaċenza;
25. Isaqsi x'kienu l-mi¿uri li ħadet il-Kummissjoni biex tnaqqas in-numru ta' irregolaritajiet fis-setturi ta' l-i¿vilupp rurali, iċ-ċanga u l-vitella, u l-frott u l-ħxejjex;
26. Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu pożizzjoni soda jekk il-Greċja tonqos milli tikkonforma mal-pjan ta' azzjoni għall-introduzzjoni tas-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll[12]; jixtieq li jkun infurmat dwar l-ammont totali ta' għotjiet/għajnuniet li tħallsu s'issa mill-baġit tal-Komunità lill-Greċja biex twaqqaf l-IACS u dwar jekk dan l-ammont jistax jiġi rkuprat jekk is-sistema ma tkunx kompletament operazzjonali sa Settembru 2008;
27. Jinnota li, fir-rigward ta' l-azzjonijiet strutturali, 84% ta' l-irregolaritajiet kollha ġew irreġistrati fl-Italja (2006: EUR 228.2 miljuni), fi Spanja (2006: EUR 85.7 miljuni), fir-Renju Unit (2006: EUR 59.8 miljuni), fil-Portugall (2006: EUR 37.2 miljuni), u fil-Ġermanja (2006: EUR 27.2 miljuni); barra minn hekk, jinnota li la l-Ġermanja u l-anqas Spanja ma jużaw il-modulu elettroniku tas-sistema ta’ informazzjoni għal kontra l-frodi u li l-Ġermanja ma tibgħatx data dwar l-individwi u l-kumpaniji involuti; jistieden liċ-'chairman' tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit biex jibgħat ittra lir-Rappreżentazzjonijiet Permanenti kkonċernati u jitlobhom spjegazzjoni;
28. F'dan il-kuntest, iqis li l-perjodu ta' pprogrammar 2000-2006 wera li r-regoli kkumplikati wisq u s-sitemi ineffettivi ta' supervi¿joni u kontroll ikkontribwew għall-irregolaritajiet li ġew aċċertati; barra minn hekk, jinnota li l-benefiċjarji ta' sikwiet irċevew il-pagamenti tard; għaldaqstant, jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib li ġab ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006, li jistipula d-dispozizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-I¿vilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koe¿joni [13]; b'mod ġenerali, jitlob sabiex l-awtoritajiet reġjonali u lokali jkunu involuti aktar fl-ipprogrammar u fl-implimentazzjoni ta' dawn il-fondi;
29. Jinnota li fir-ri¿oluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u l-ġlieda kontra l-frodi - rapport annwali 2004 [14], il-Parlament iddikjara li: "(...) fil-perjodu ta' rapportaġġ 2005, għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-irregolaritajiet fir-rigward ta' l-azzjonijiet strutturali"; madankollu, jinnota li s-sitwazzjoni tidher li marret għall-agħar;
30. Iqis li l-Kummissjoni għandha tagħti importanza partikulari għan-netwerks kriminali li jispeċjalizzaw fl-approprjazzjoni bla dritt tal-fondi ta' l-UE;
31. Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll Baġitarju b'analiżi dettaljata tas-sistema jew sistemi użata/i mill-kriminalità organizzata, kemm jekk b'mod mafjuż u kif ukoll jekk le, biex jiddgħajfu l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet;
32. Jesprimi t-tħassib l-aktar serju tiegħu dwar is-sejbiet li ġejjin tal-President tal-Qorti ta' l-Awdituri: ‘Is-sistemi ta' kontroll u supervi¿joni fl-Istati Membri ġeneralment kienu ineffettivi jew moderatament ineffettivi, u s-supervi¿joni tat-tħaddim tagħhom mill-Kummissjoni kienet biss moderatament effettiva’;[15]
33. Għalhekk, jistieden lill-Istati Membri biex jiggarantixxu l-kwalità tas-sistemi ta' supervi¿joni u kontrol tagħhom billi jadottaw, fuq livell politiku xieraq, dikjarazzjoni nazzjonali dwar l-immaniġġjar rigward l-infiq kollu tal-Komunità taħt tmexxija komuni; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti appoġġ attiv lil din l-idea u biex tirrapporta dwar il-progress miksub fir-rapport annwali tagħha dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet;
34. Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri xierqa, possibilment bl-inklużjoni ta' proċeduri ta' ksur, kontra dawk l-Istati Membri li ma jgħinux lis-servizzi tal-Kummissjoni fit-twettiq ta' l-ispezzjonijiet fuq il-post kif stipulat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96;
35. F'dan il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-inklu¿joni ta' elementi li jorbtu u ta' prekawzjoni fil-leġi¿lazzjoni futura tal-KE fir-rigward tat-tmexxija komuni sabiex l-irregolaritajiet ikunu jistgħu jiġu rkuprati fit-tmiem tal-proċedura ta' rkupru, pere¿empju billi Stat Membru jpoġġi garanzija mal-Komunitajiet sabiex il-benefiċjarji jkunu jistgħu ju¿aw il-fondi Ewropej;
36. Jinnota li, fir-rigward ta' l-azzjonijiet strutturali, għad fadal iktar minn EUR 1,000 miljun li jridu jiġu rkuprati għall-2006 u s-snin ta' qabel;
37. Jenfasizza r-responsabilità diretta ta’ l-Istati Membri biex jiġu rkuprati fondi li l-ħlas tagħhom huwa affetwat b'irregolaritajiet; itenni l-inkoraġġiment tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tissospendi l-ħlasijiet interim lil Stati Membri f'ka¿ijiet ta' irregolarità serja; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jkun hemm reazzjoni xierqa għall-insuffiċjenza tas-sistemi ta' kontroll maniġerjali fl-Istati Membri u jfakkar li l-frodi u l-irregolaritajiet jippreġudikaw il-ħidma ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari l-proġetti strutturali;
38. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, bħala parti mill-Inizjattiva Ewropea għat-Trasparenza, se tiġi ppubblikata informazzjoni dwar min jibbenefika mill-Fondi Strutturali, u jħeġġeġ sabiex fl-Istati Membri jiġi introdott obbligu li jorbot li tiġi ppubblikata informazzjoni dwar proġetti u dwar dawk li jibbenefikaw mill-fondi kollha Komunitarji taħt tmexxija komuni;
39. Jistieden lill-Istati Membri biex jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-telf finanzjarju li jirri¿ulta minn ammonti mitlufa b'mod definittiv, li l-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rapport annwali tagħha;
40. Jistieden ukoll lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri biex jinfurmaw lill-Kummissjoni, inklu¿ l-OLAF, darba fis-sena, dwar is-sentenzi tal-qorti dwar l-u¿u qarrieqi tal-Fondi Strutturali;
41. Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu po¿izzjoni fir-rigward ta' l-evalwazzjoni negattiva tal-ħidma tagħha mill-Qorti ta' l-Awdituri u biex tispjega x'passi ħadet biex ittejjeb, fl-Istati Membri, sitwazzjoni li tipperikola l-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet;
42. Fl-istess ħin jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta lura aktar spiss lill-Istati Membri, filwaqt li tagħti dettalji kemm dwar kif użat l-informazzjoni rrapportata u kif ukoll dwar kif segwit l-irregolaritajiet irrapportati;
43. Jinnota li, rigward l-u¿u ta' fondi għal qabel l-ade¿joni, il-Bulgarija (2006: EUR 1.7 miljuni), il-Portugall (2006: EUR 2.4 miljuni), il-Rumanija (2006: EUR 5.5 miljuni), u s-Slovakkja (2006: EUR 1.9 miljuni) kienu responsabbli għal 94% ta' l-irregolaritajiet; jinnota li, f'dan il-kuntest, il-Kummissjoni enfasizzat il-b¿onn ta' interpretazzjoni komuni u applikazzjoni uniformi tal-linji gwida u d-dokumenti ta' ħidma; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni biex tindika x'kienu l-mi¿uri li ħadet f'dan ir-rigward;
44. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmilha possibbli għall-Istati Membri sabiex jidentifikaw b'mod aktar ċar, u mill-bidu nett, dawk l-irregolaritajiet li hemm suspett li jinvolvu approprazzjonijiet bla dritt u qarrieqa, minħabba li l-Istati Membri għad għandhom diffikultjiet minħabba li ma jafux b'mod preċiż x'jikkostitwixxi irregolarità jew frodi u x'hemm bżonn li jiġi rrapportat lill-Kummissjoni/OLAF, minkejja li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' rapportaġġ trimestrali;
45. Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħin lill-Istati Membri fl-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni għal Kontra l-Frodi (AFIS)/Ciginfo ta' l-OLAF; jemmen li dan is-sit amministrattiv uniku jista' jtejjeb l-iskambju tad-data (speċjalment dwar l-irregolaritajiet) bejn l-OLAF u l-Istati Membri ladarba s-sistemi nazzjonali u dawk Ewropej ikunu kompatibbli;
46. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit diġà ltaqa' darbtejn mal-kontropartijiet tiegħu mill-parlamenti nazzjonali; jemmen li l-laqgħat annwali tal-kumitati għall-kontroll tal-baġit tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew jistgħu jkunu ta' importanza massima għat-titjib tas-sistemi ta' kontroll u ta' monitoraġġ ta' l-Istati Membri u biex tinkiseb dikjarazzjoni nazzjonali dwar l-immaniġġjar;
47. Jixtieq jara l-aktar koperazzjoni mill-qrib bejn il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u l-korpi nazzjonali u reġjonali ta' verifika bil-għan li jiżdied l-użu tar-rapporti tagħhom għall-monitoraġġ ta' l-użu tal-fondi ta' l-UE fl-Istati Membri;
Rapporti ta' l-attività ta' l-OLAF
48. Jinnota li l-OLAF ġie strutturat mill-ġdid fl-2006, filwaqt li ġie meqjus ir-Rapport Speċjali 1/2006 tal-Qorti ta' l-Awdituri; iqis li l-operazzjonijiet ta' l-OLAF għandhom jiġu evalwati mill-Parlament bħala parti mill-proċedura biex jiġi revedut ir-Regolament OLAF;
49. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li d-database imsemmija fl-Artikolu 95 tar-Regolament Finanzjarju rivedut tkun kompletament operazzjonali sa mill-1 ta' Jannar 2009;
50. Jinnota li l-OlAF irċieva 802 notifika ġdida fl-2005, u 826 fl-2006; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li s-sitema ta' evalwazzjoni għamlitha possibbli li jonqos in-numru ta' investigazzjonijiet miftuħa għal 254 ka¿, u fil-fatt, barra minn hekk, li, skond l-istatistiki, il-maġġoranza ta' l-investigazzjonijiet mitmuma kienu segwiti minn azzjoni amministrattiva, dixxiplinarja, finanzjarja, ġudizjarja jew leġi¿lattiva; jinnota li l-impatt finanzjarju tal-ka¿ijiet kollha li hemm għaddejjin bħalissa u dawk magħluqa kien EUR 6,600 miljun fl-aħħar ta' l-2005 u UER 7,400 miljun fl-aħħar ta' l-2006, u s-setturi affettwati l-aktar kienu l-Fondi Strutturali (2006: EUR 1,606.7 miljuni), is-sigaretti (2006: EUR 1,320.1 miljun), id-dwana (2006: EUR 989.8 miljuni), u l-VAT (2006: EUR 727.8 miljuni);
51. Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprepara l-bażi legali xierqa għall-pubblikazzjoni ta' l-ismijiet tal-kumpaniji u ta' l-individwi li qarqu bil-Komunità;
52. Jilqa' l-mod kif l-OLAF informa lill-Parlament dwar is-segwitu ta' l-investigazzjonijiet magħluqa tiegħu; madankollu, jinnota li l-uffiċċji ta' prosekuzzjoni kkonċernati rrifjutaw li jieħdu azzjoni ta' segwiment f'20 okka¿joni (mill-134 ka¿ fejn kien intalab segwitu ġudizzjarju) minħabba l-istatut ta' limitazzjonijiet jew minħabba nuqqas ta' provi;
53. Madankollu, jiddispjaċih li l-OLAF ma reġax nieda d-djalogu dwar l-informazzjoni bil-miktub li l-kumitat kompetenti tal-Parlament jirċievi regolarment, kif kien mitlub fir-ri¿oluzzjoni msemmija hawn fuq dwar ir-rapport annwali fir-rigward ta' l-2004;
54. Jinnota li, bħal fis-snin ta' qabel, il-maġġoranza tal-ka¿i ġew irreġistrati fil-Belġju, fil-Ġermanja u fl-Italja;
55. Jinnota li r-riżoluzzjoni dwar l-intensifikar tal-ġlieda kontra l-frodi u l-kuntrabandu tas-sigaretti u l-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Inkjesta tal-Parlament dwar is-Sistema ta' Transitu Komunitarju ġiet adottata fil-11 ta' Ottubru 2007[16];
56. Jinnota li fl-2006, ammont li jaqbe¿ l-450 miljun euro kien identifikat għall-irkupru b'konnessjoni ma' l-investigazzjonijiet ta' l-OLAF, u li dan l-ammont ġie minn ka¿ijiet li ngħalqu fl-2006 (madwar EUR 114 miljun) u minn mi¿uri ta' segwitu li għaddejjin bħalissa (madwar EUR 336 miljun, prinċipalment mis-settur ta' l-agrikoltura (EUR 134.6 miljuni));
57. Jilqa' b'sodisfazzjon il-koperazzjoni bejn l-OLAF, il-Europol, il-Eurojust u ċerti organizzazzjonijiet internazzjonali, li wieħed mill-għanijiet tagħhom huwa l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; fl-istess ħin, jenfasizza li koperazzjoni bħal din trid tkun trasparenti u m'għandiex taffettwa l-indipendenza ta' l-OLAF;
58. Jifhem li l-Kummissjoni tixitieq tillimita n-numru ta' ver¿jonijiet tal-lingwi minħabba raġunijiet ta' ekonomija; madankollu, jinsisti li kemm l-Anness 2 tar-rapporti annwali dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u kif ukoll ir-rapporti ta' l-attività għandhom ikunu disponibbli ta' l-anqas darba fis-sena bl-Ingli¿, bil-Franċi¿ u bil-Ġermani¿;
Revi¿joni tar-Regolament OLAF
59. Ifakkar lill-Kummissjoni li l-Parlament kien favur li "(...) is-setgħat investigattivi ta' l-OLAF jingħaqdu f'regolament wieħed;"[17]; fl-istess ħin jenfasizza li l-grupp ta' ħidma tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi ukoll jidher favur is-simplifikar tal-bażijiet legali attwali[18]; għalhekk jistieden lill-OLAF biex jippreżenta, bħala kwistjoni ta' urġenza, analiżi ta' l-interoperabilità tal-bażijiet legali differenti li jagħtuh is-setgħa fil-kuntest tar-rapport ta' attività annwali ta' l-OLAF 2007, bil-għan li possibilment jiġu integrati s-sejbiet ta' din l-analiżi fir-reviżjoni futura tar-Regolament OLAF; f'dan il-kuntest jinnota l-fatt li t-Trattat ta' Liżbona[19] jemenda wkoll l-Artikolu 280 tat-Tratta UE li jittratta l-ġlieda kontra l-frodi;
60. Jinnota li l-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem fis-27 ta' Novembru 2007 qatatha, fil-petizzjoni 20477/05 Tillack kontra l-Belġju li l-istat Belġjan kiser l-Artikolu 10 (il-libertà ta' l-espressjoni) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem meta wettaq tfiċċija fil-bini kummerċjali tal-Ġurnalist; madankollu jinnota li la l-investigazzjonijiet amministrattivi preċedenti ta' l-OLAF u l-anqas dawk tal-Kummissjoni ma kienu s-suġġett tas-sentenza; f'dan il-kuntest, huwa tal-fehma li, b'mod ġenerali, għandha tittieħed kull miżura xierqa biex jitħarsu d-drittijiet tal-persuni li jkunu qed jiġu investigati;
Il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT
61. Huwa ferm imħasseb minħabba t-telf finanzjarju kkaw¿at mit-tran¿azzjonijiet tat-tip 'karu¿ell'; pere¿empju, jinnota li l-Istitut Ġermani¿ għar-Riċerka Ekonomika jpoġġi t-telf ta' dħul nazzjonali mill-VAT għall-2003 sa l-2005 għal bejn EUR 17,000 miljun u EUR 18,000 miljun kull sena; li, fl-estrapolazzjoni ġenerali, l-Istati Membri jistmaw li jitilfu madwar 10% mid-dħul tal-VAT tagħhom kull sena; u li terz ta' dan it-telf huwa attribwit għal tran¿azzjonijiet transkonfinali tat-tip 'karu¿ell';
62. Barra minn hekk, jinnota li l-'House of Lords' tistma t-telf ta' dħul nazzjonali mill-VAT fir-Renju Unit għall-2005 sa l-2006 għal madwar GBP 3,500 miljun u GBP 4,750 miljun, u dan ifisser ta' l-anqas GBP 9.6 miljuni kuljum; jikkwota r-rapport li jiddikjara li: "Il-mekkani¿mu attwali għat-tran¿azzjonijiet fil-Komunità m'huwiex sostenibbli."[20];
63. Jinnota li l-irċevuti proprja biss jistgħu jitqiesu għall-ġbir tar-ri¿orsi proprji relatati mal-VAT;
64. Huwa mħasseb ħafna minħabba li ħafna Stati Membri għadhom mhux qed juru ħeġġa biex i¿idu l-koperazzjoni bejn is-servizzi nazzjonali kompetenti u bejn il-Kummissjoni, inklu¿ l-OLAF, u s-servizzi nazzjonali;
65. Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill rigward ċerti elementi essenzjali li jikkontribwixxu għat-twaqqif ta' l-istrateġija kontra l-frodi tal-VAT fi ħdan l-UE (COM(2007)0758); għalhekk, jistieden lill-kumitat kompetenti tiegħu biex jieħu passi attivi għall-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tagħha;
66. Jikkritika l-fatt li l-Kunsill għadu ma adottax po¿izzjoni dwar il-proposta għal Regolament dwar assistenza amministrattiva reċiproka għall-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra l-frodi u kontra kwalunkwe attività illegali oħra, li kienet is-suġġett ta' l-ewwel qari fil-Parlament fit-23 ta' Ġunju 2005[21]; jistieden lill-President tiegħu biex jagħmel kuntatt mal-Presidenza tal-Kunsill bil-għan li jsir progress dwar din il-kwistjoni;
67. Iqis li l-koperazzjoni mtejba bejn is-servizzi konċernati u mal-Kummissjoni (l-OLAF) hija essenzjali biex tiġi indirizzata l-frodi transkonfinali tat-tip 'karu¿ell'; iqis li, f'dan il-kuntest, għandha tissaħħaħ is-sistema ta' skambju ta' informazzjoni rigward il-VAT u l-koperazzjoni fil-qasam ta' l-anali¿i tad-data, bl-assistenza tal-Kummissjoni (l-OLAF);
o
o o
68. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Kumitat ta' Sorveljanza ta' l-OLAF u lill-OLAF.
- [1] http://ec.europa.eu/atwork/synthesis/aar/aar2005/index_en.htm.
- [2] http://ec.europa.eu/atwork/synthesis/aar/index_en.htm.
- [3] http://ec.europa.eu/anti_fraud/reports/sup-com_en.html.
- [4] ĠU C 263, 31.10.2006, p. 1.
- [5] http://eca.europa.eu/portal/pls/portal/docs/1/483522.PDF.
- [6] ĠU C 390, 30.12.2006, p. 1.
- [7] ĠU C 292, 15.11.1996, p. 2.
- [8] ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007., p.1.)
- [9] Il-Kummissarju Hübner iddikkjarat, fi tweġiba bil-miktub lill-Kumitat fuq il-Kontroll Baġitarju, li "fl-2006, il-klejms ta' pagament ta' l-ERDF ġew miżmuma minn Spanja fi stennija għar-riżultati ta' verifiki tal-miżuri ta' rimedju. Eżempji oħrajn huma l-interruzzjonijiet ta' pagamenti ESF fl-2005 għal programmi kollha fl-Ingilterra, għal programmi ta' l-Objettiv 3 u għal xi programmi reġjonali fi Franza, u għal programmi fir-reġjuni tal-Calabria u ta' Sqallija fl-Italja, u fl-2006 għall-EQUAL fi Spanja u l-Italja".
- [10] Ir-Regolament (KE) Nru 1469/95 tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1995, relatat mal-miżuri li jridu jittieħdu fir-rigward ta’ benefiċjarji ta’ operazzjonijiet iffinanzjati mill-EAGGF, Taqsima ta’ Garanzija, (ĠU L 29.6.1995, p1).
- [11] Testi adottati, P6_TA(2007)0432.
- [12] ‘5.11.
- [13] ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1989/2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 6.)
- [14] Testi adottati, P6_TA(2006)0277, paragrafu 11.
- [15] Preżentazzjoni lill-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju fit-12 ta' Novembru 2007.
- [16] Testi adottati, P6_TA(2007)0432.
- [17] P6_TA(2006)0277, paragrafu 30
- [18] Ittra lid-Direttur ta' l-OLAF tat-2 ta' April 2007.
- [19] ĠU C 306, 17.12.2007, p. 127.
- [20] Punt 52 tar-rapport mill-'House of Lords' - Kumitat ta' l-Unjoni Ewropea, 'Stopping the Carousel:' Frodi minn negozjanti mitlufin li ssir fl-UE, Dokument tal-HL 101, 25 ta' Mejju 2007.
- [21] Testi adottati, P6_TA(2005)0255.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (8.5.2007)
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-Protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet – Ġlieda kontra l-frodi – Rapport Annwali 2005
(2006/2268(INI))
Rapporteur għal opinjoni: Jan Březina
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:
1. Jiddispjaċih li, mill-95 proġett iffinanzjat mill-Fondi Strutturali u vverifikati matul il-perjodu ta’ għoti ta’ fondi attwali, 60 kienu affettwati minn żbalji materjali f'infiq tal-proġett iddikjarat, li jirrappreżentaw żieda fin-numru ta' irregularitajiet meta mqabbla mas-sena ta' qabel; jikkunsidra li numru ikbar ta’ proġetti għandu jiġi vverifikat sabiex il-konklużjonijiet miksuba jippermettu l-formulazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet ċari biex jittejjeb l-immaniġġjar finanzjarju;
2. Jinnota b'sodisfazzjon li, għalkemm meta mqabbel ma' l-2004 żdied kemmxejn in-numru ta' irregolaritajiet fil-qasam tal-politika strutturali u ta' koeżjoni, l-impatt finanzjarju ta' dawn l-irregolaritajiet kien ħafna iċken;
3. Jinnota li l-kumplessità ta’ qafas leġiżlattiv tikkontribwixxi sa ċertu punt għall-irregolaritajiet min-naħa ta’ l-Istati Membri u b’konsegwenza t’hekk għandha tinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tkompli tissimplifikah;
4. Jappella biex issir definizzjoni aktar ċara bejn il-kunċett ta' frodi u ta' irregolarità;
5. Jitlob sabiex tingħata pubbliċità wiesgħa lill-każijiet ta' frodi u ta' irregolaritajiet, filwaqt li jkunu identifikati dawk responsabbli;
6. Jifhem li proċeduri ta' l-għeluq tal-proġetti li jinkludu verifiki ex post, jistgħu jieħdu ħafna żmien; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tirrevedi u tissimplifika l-proċeduri tagħha sabiex l-għeluq ta’ proġetti għall-perjodu 2000-2006 ikun jista' jsir mingħajr dewmien żejjed, filwaqt li jkunu żgurati l-ogħla standards ta’ mmaniġġjar finanżjarju;
7. Għal darb'oħra jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-adegwatezza tal-mekkaniżmi ta' kontroll finanzjarju tagħhom u għandom ifasslu, fuq il-livell amministrattiv adegwat, dikjarazzjoni ta' mmaniġġjar nazzjonali li tkopri l-fondi kollha Komunitarji f'amministrazzjoni maqsuma;
8. Jenfasizza r-responsabilità diretta ta’ l-Istati Membri biex jiġu rkuprati fondi li l-ħlas tagħhom hu mtebba' b'irregularità; itenni l-inkoraġġiment tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tissospendi l-ħlasijiet interim lil Stati Membri f'każijiet ta' irregolarità serja; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jkun hemm reazzjoni xierqa għall-insuffiċjenza tas-sistemi ta' kontroll maniġerjali fl-Istati Membri u jfakkar li l-frodi u l-irregolaritajiet jippreġudikaw il-ħidma ta' l-Unjoni Ewropea, l-aktar il-proġetti strutturali;
9. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, bħala parti mill-Inizjattiva Ewropea għat-Trasparenza, trid tiġi ppubblikata informazzjoni dwar min jibbenefika mill-Fondi Strutturali, u jħeġġeġ sabiex fl-Istati Membri ikun introdott obbligu li jorbot li tiġi ppubblikata informazzjoni dwar proġetti u dwar dawk li jibbenefikaw mill-fondi kollha Komunitarji taħt amministrazzjoni maqsuma;
10. Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' sett ċar u trasparenti ta' rekwiżiti Komunitarji fir-rigward ta’ l-immaniġjar ta’ sistemi tal-kontroll; jikkunsidra li l-idea importanti ta’ “livell tollerabbli ta’ riskju” għandha tiġi ddefinita b’mod aktar preċiż sabiex tipprovdi linji gwida ċari biex jintlaħqu l-aspettattivi leġittimi ta’ Stati Membri, awtoritajiet reġjunali u kuntratturi;
11. Bil-ħsieb li jkun hemm approċċ konsistenti għall-evalwazzjoni ta' kif jintefqu l-Fondi Strutturali, jappella sabiex il-konklużjonijiet tar-Rapport Speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri Nru 10/2006 jitqiesu fl-evalwazzjonijiet ex ante, interim u ex post fil-ġejjieni għall-perjodi ta' pprogrammar 2000-2006, 2007-2013 u lil hinn.
PROĊEDURA
|
Titolu |
dwar il-Protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet – Ġlieda kontra l-frodi – Rapport Annwali 2005 |
||||||
|
Numru tal-proċedura |
|||||||
|
Kumitat responsabbli |
CONT |
||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI29.11.2006
|
||||||
|
Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
|
||||||
|
Rapporteur ta' opinjoni Data tal-ħatra |
Jan Březina 27.2.2007 |
||||||
|
Rapporteur ta' opinjoni preċedenti |
|
||||||
|
Diskussjoni fil-kumitat |
20.3.2007 |
|
|
|
|
||
|
Data ta' l-adozzjoni |
2.5.2007 |
||||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
47 0 0 |
|||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Alfonso Andria, Stavros Arnaoutakis, Jean Marie Beaupuy, Rolf Berend, Wolfgang Bulfon, Antonio De Blasio, Vasile Dîncu, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Eugenijus Gentvilas, Ambroise Guellec, Gábor Harangozó, Marian Harkin, Jim Higgins, Alain Hutchinson, Mieczysław Edmund Janowski, Gisela Kallenbach, Tunne Kelam, Evgeni Kirilov, Miloš Koterec, Constanze Angela Krehl, Mario Mantovani, Miguel Angel Martínez Martínez, Yiannakis Matsis, Miroslav Mikolášik, Lambert van Nistelrooij, Jan Olbrycht, Maria Petre, Markus Pieper, Elisabeth Schroedter, Stefan Sofianski, Grażyna Staniszewska, Oldřich Vlasák, Vladimír Železný |
||||||
|
Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali |
Bastiaan Belder, Brigitte Douay, Den Dover, Riitta Myller, Zita Pleštinská, Christa Prets, Miloslav Ransdorf, Richard Seeber, László Surján, Károly Ferenc Szabó |
||||||
|
Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali skond ir-Regola 178(2) |
Véronique De Keyser, Henrik Lax, Samuli Pohjamo |
||||||
|
Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss) |
|
||||||
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BIEDJA U L-IŻVILUPP RURALI (8.5.2007)
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet - Il-ġlieda kontra l-frodi - Rapport Annwali 2005
(2006/2268(INI))
Rapporteur għal opinjoni: Kyösti Virrankoski
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:
1. Jilqa’ b’sodisfazzjon l-adozzjoni ta’ regolament ġdid dwar l-iffinanzjar tas-CAP (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005), li għandu l-għan li jipprovdi qafas legali simplifikat u iktar effettiv għall-Istati Membri sabiex jirkupraw pagamenti irregolari; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-applikazzjoni ta’ dik il-leġiżlazzjoni l-ġdida u sabiex tippreżentalu rapport;
2. Jilqa’ b’sodisfazzjoni t-twettiq tal-mandat tat-Task Force għall-Irkupru, li, wara li eżaminat il-każi ta’ qabel l-1999, għamlitha possibbli li jkunu rkuprati somom sostanzjali li kienu tħallsu b’mod irregolari lil operaturi mill-EAGGF, it-Taqsima ta’ Garanzija;
3. Jiddispjaċih li, għalkemm l-irregolaritajiet rigward l-infiq agrikolu fl-2005 naqsu meta mqabbla mas-sena ta’ qabel, l-impatt finanzjarju tagħhom żdied; jistieden lill-Istati Membri sabiex jagħmlu sforzi biex itejbu d-dixxiplina ta' rraputar biex jitnaqqsu kemm in-numru u kemm l-impatt finanzjarju ta’ l-irregolaritajiet;
4. Jinnota, bi tħassib, li l-livell ta’ rkupru tas-somom imħallsa bla bżonn għadu baxx u jvarja fost l-Istati Membri u, minħabba li ċ-ċans ta’ rkupru jonqos maż-żmien, jistieden lill-Kummissjoni sabiex iżżid l-isforzi tagħha biex ittejjeb ir-rata ta’ rkupru tas-somom imħallsa bla bżonn;
5. Jenfasizza l-importanza ewlenija ta' l-Istati Membri li jkollhom sistemi xierqa għal irkupru ta' somom imħallsa bla bżonn, u b'hekk inaqqsu l-ħtieġa biex il-Kummissjoni tapplika miżuri korrettivi; huwa ta' l-opinjoni li, meta fi Stat Membru speċifiku l-irkupru jibqa' baxx b'mod sistematiku, il-Kummissjoni għandha tapplika miżuri korrettivi;
6. Jiżgura lill-Kummissjoni bl-appoġġ sħiħ tiegħu fl-applikazzjoni stretta tal-leġiżlazzjoni dwar sospensjoni ta' pagamenti, u jħeġġeġ li l-iffinanzjar tal-CAP għandu jkun suġġett ukoll għall-istess proċedura peress li l-miżuri li diġà bdew[1] fil-każ tan-nuqqas ta' trasferiment ta' fondi fejn il-Kummissjoni m'għandhiex garanzija assoluta ta' l-effiċjenza tas-sistemi ta'maniġment u kontroll ta' l-Istat Membru li huwa l-benefiċjarju ta' dawn il-fondi;
7. Iqis li s-sistema ta' pagamenti diretti introdotta fi ħdan il-kuntest tar-riforma tal-CAP, li tikkonsisti f'somom li jitħallsu lill-bdiewa, għandha tittejjeb, biex jiġi evitat tgħawwiġ ta' kompetizzjoni, biex ikun żgurat li l-proċeduri ma jkunux eċċessivi f'sens ta' spiża u sempliċi u li jkun hemm u trasparenza massima fir-rigward ta' pagamenti u min jirċiviehom fl-Istati Membri kollha;
8. Huwa importanti għalih li jkunu żgurati l-effiċjenza u t-trasparenza ta’ kontrolli u sistemi ta’ mmoniterjar relatati ma’ pagamenti lill-bdiewa; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, sabiex tippreżentalu rapporti annwali dwar ir-riżultati ta’ kontrolli u sistemi ta' dan it-tip;
9. Jilqa’ b’sodisfazzjon l-iżviluppi f’xi Stati Membri, bħall-adozzjoni ta’ miżuri ġodda sabiex jitjiebu l-kontroll u l-irkupru ta’ l-ammonti ta’ flus imħallsa bla bżonn, u jenfasizza l-bżonn ta’ l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet addizzjonali fil-każ ta’ irregolaritajiet jew frodi;
10. Jinnota l-adozzjoni mill-Kummissjoni tat-tieni rapport tagħha dwar in-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tas-sistema ta' 'blacklist' (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1469/95), u jistieden dibattitu wiesa', fi ħdan l-istituzzjonijiet, dwar il-mod opportun, b'żieda sostanzjali fil-pieni għall-Istati Membri li jonqsu milli josservaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-pagament mill-ġdid ta' somom imħallsa bla bżonn li jkun l-aktar approċċ ovvju.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet - Il-ġlieda kontra l-frodi - Rapport Annwali 2005 |
||||||
|
Numru tal-proċedura |
|||||||
|
Kumitat responsabbli |
CONT |
||||||
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI29.11.2006
|
||||||
|
Koperazzjoni aktar mill-qrib – data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
|
||||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Kyösti Virrankoski 19.12.2006 |
||||||
|
Rapporteur għal opinjoni preċedenti |
|
||||||
|
Eżami fil-kumitat |
21.3.2007 |
11.4.2007 |
|
|
|
||
|
Data ta' l-adozzjoni |
8.5.2007 |
||||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 0 0 |
|||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Vincenzo Aita, Peter Baco, Katerina Batzeli, Thijs Berman, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Dumitru Gheorghe Mircea Coşea, Joseph Daul, Albert Deß, Gintaras Didžiokas, Carmen Fraga Estévez, Lutz Goepel, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Esther Herranz García, Elisabeth Jeggle, Atilla Béla Ladislau Kelemen, Heinz Kindermann, Véronique Mathieu, Rosa Miguélez Ramos, Neil Parish, Radu Podgorean, María Isabel Salinas García, Agnes Schierhuber, Willem Schuth, Czesław Adam Siekierski, Csaba Sándor Tabajdi, Marc Tarabella, Witold Tomczak, Donato Tommaso Veraldi, Andrzej Tomasz Zapałowski |
||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Esther De Lange, Ilda Figueiredo, Jan Mulder, James Nicholson, Armando Veneto |
||||||
|
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
||||||
|
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
|
||||||
- [1] Il-Kummissarju Hübner sostna fi tweġiba bil-miktub lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit: 'fl-2006 klejms ta' pagament ta' l-ERDF ġew miżmuma minn Spanja fi stennija għall-riżultati ta' verifiki ta' miżuri ta' rimedju. Eżempji oħrajn huma interruzzjonijiet ta' pagamenti ESF fl-2005 għal programmi kollha fl-Ingilterra, għal programmi ta' l-Objettiv 3 u xi programmi reġjonali fi Franza, u għal programmi fir-reġjuni tal-Calabria u ta' Sqallija fl-Italja, u fl-2006 għal EQUAL fi Spanja u l-Italja'.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
|
Data ta' l-adozzjoni |
22.01.2008 |
||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
25 1 0 |
|
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Pierre Audy, Herbert Bösch, Paul van Buitenen, Paulo Casaca, Jorgo Chatzimarkakis, Antonio De Blasio, Markus Ferber, Christofer Fjellner, Ingeborg Gräßle, Dan Jørgensen, Esther De Lange, Marusya Ivanova Lyubcheva, Hans-Peter Martin, Jan Mulder, Francesco Musotto, Bill Newton Dunn, Borut Pahor, José Javier Pomés Ruiz, Bart Staes, Alexander Stubb, Kyösti Virrankoski |
||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Daniel Caspary, Valdis Dombrovskis, Edit Herczog, Monica Maria Iacob-Ridzi, Cătălin-Ioan Nechifor, Pierre Pribetich, Petya Stavreva |
||
|
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
||