RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (Kodiċi tad-Dwana modernizzat)
24.1.2008 - ***II
(11272/6/2007 – C6‑0354/2007 – 2005/0246(COD))
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: lly Fourtou
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (Kodiċi tad-Dwana modernizzat)
(11272/6/2007 – C6‑0354/2007 – 2005/0246(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11272/6/2007 – C6‑0354/2007),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0608),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u għall-Ħarsien tal-Konsumatur (A6‑0011/2008),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni;
2. Jiġbed l-attenzjoni li l-att huwa mwaqqaf skond il-pożizzjoni komuni;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-Att flimkien mal-President tal-Kunsill skond l-Artikolu 254 (1) tat-Trattat KE;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att, ladarba jkun ġie verifikat li l-proċeduri kollha jkunu ġew ikkumpletati kif xieraq, u bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, biex jippubblikah fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] Testi adottati fit-12.12.2007, P6_TA(2006)0545.
NOTA SPJEGATTIVA
Wieħed għandu jiftakar li l-objettiv tal-proposta tar-regolament dwar kodiċi tad-dwana modernizzat huwa li jibdel radikalmentil-kodiċ tad-dwana adottat oriġinarjament fl-1992. Il-proposta li tkopri oqsma relatati mar-rekwiżiti ta' dwana elettronika u l-ambjent kummerċjali, mas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar id-dwana u man-natura li tinbidel tal-kompiti mwettqa mill-awtoritajiet doganali, għandha l-għan li tissimplifika l-leġiżlazzjoni u l-proċeduri amministrattivi mill-perspettiva kemm ta' l-awtoritajiet doganali u kemm ta' l-operaturi ekonomiċi
Il-Parlament Ewropew adotta r-rapport tiegħu fl-ewwel qari fit-12 ta' Diċembru 2006. Il-Presidenza Ġermaniża rnexxilha tikseb ftehima politika fil-25 ta' Ġunju 2007. Il-Parlament Ewropew adotta 51 emenda għall-proposta fl-ewwel qari li 34 minnhom, l-iktar importanti, ġew adottati b'mod sħiħ jew parzjali fil-pożizzjoni komuni tal-Kunsill.
Ir-rapporteur tagħkom għalhekk għandha l-intenzjoni li terġa titratta s-suġġetti li ma kienx hemm qbil dwarhom fl-ewwel qari u tispjegalkom għalfejn hija taċċetta l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill. Dawn il-punti importanti huma:
· l-operaturi ekonomiċi awtorizzati,
· id-dritt ta' rappreżentanza fid-dwana,
· ir-rilaxx ċentralizzat (centralised customs clearance) u
· il-komitoloġija.
1) L-Operatur Ekonomiku Awtorizzat
Din id-dispożizzjoni partikulari ġiet introdotta permezz tar-regolament 648/2005 imsejjaħ "emenda ta' sigurtà" biex iżżid il-faċilitajiet għall-operaturi bħala kumpens għat-toqol ġdid li tpoġġa fuqhom bħala riżultat tal-bżonn li jitqiesu kwistjonijiet ta' sigurtà.
Il-Kunsill, fil-pożizzjoni komuni tiegħu adotta l-emenda 16 tal-Parlament Ewropew dwar żewġ tipi distinti ta' awtorizzazzjoni - "simplifikazzjonijiet doganali" u "sigurtà u sikurezza", soluzzjoni li tikkunsidra l-bżonnijiet differenti ta' l-operaturi ekonomiċi.
Bi qbil ma' l-emenda 17 tal-Parlament Ewropew, il-possibilità li l-applikant jitlob li l-istejtus miftiehem ta' l-operatur ekonomiku jkun limitat għal Stat Membru speċifiku wieħed jew aktar, tħassret.
2) Id-dritt ta' rappreżentanza fid-dwana - L-Artikolu 11
Rigward ir-rappreżentanti tad-dwana (Artikolu 11 u premessa 10), il-Kunsill laħaq kompromess interessanti. Il-Kunsill ma rriproduċiex eżattament il-proposti tal-Parlament Ewropew, iżda telaq mill-premessa li r-rappreżentanti doganali u l-operaturi ekonomiċi awtorizzati għandhom jiftiehmu dwar dak li qed nitolbu aħna.
Fil-pożizzjoni komuni, ir-rappreżentanza tad-dwana hija meqjusa bħala servizz skond it-tifsira tat-Trattat. Ir-rappreżentanza tad-dwana tkopri għalhekk il-libertà ta' l-istabbiliment u r-rendiment ta' servizzi.
Rigward id-dritt ta' l-istabbiliment, din hija kompetenza ta' l-Istati Membri. Madanakollu, ir-rendiment ta' servizzi intrakomunitarji, huwa bbażat fuq il-kriterji miftiema ta' l-operaturi ekonomiċi kif stabbilit fl-Artikolu 14 punti minn a) sa d).
3) Ir-rilaxx ċentralizzat.
Il-Kunsill introduċa Artikolu 106 ġdid, li jieħu approċċ iktar loġiku u trasparenti għad-dispożizzjonijiet kollha tal-Kodiċi relatati mal-kunċett tar-rilaxx ċentralizzat. Skond it-test il-ġdid, l-operaturi ekonomiċi kollha jistgħu jibbenefikaw minn rilaxx ċentralizzat fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru iżda huma għandhom josservaw il-kriterji ta' eliġibilità ta' l-istejtus ta' operatur ekonomiku awtorizzat f'każijiet li jinvolvu diversi Stati Membri.
Il-Kunsill għamel dikjarazzjoni dwar il-qsim tal-ġbir tad-dazju, dwar il-VAT u dwar statistiċi skond sistema ta' rilaxx ċentralizzat. Barra minn hekk, qed jitħejja mekkaniżmu għall-korrezzjoni tal-qsim tal-ġbir ta' dazju li għandu jikkunsidra l-parteċipazzjoni effettiva ta' l-amministrazzjonijiet doganali u fiskali fl-attivitajiet doganali marbuta ma' l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' oġġetti. Dan il-mekkaniżmu għalhekk se jippermetti li l-adozzjoni tal-kodiċi tad-dwana modernizzat ma tiddewwimx u se jevita kwalunkwe tfixkil kbir għall-ġestjoni baġitarja ta' l-Istati Membri.
Fi stqarrija oħra, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea għamlu dikjarazzjoni konġunta minħabba li ż-żewġ istituzzjonijiet jaqblu li jevalwaw il-funzjonament tas-sistema tar-rilaxx ċentralizzat tliet snin wara li l-Kodiċi mmodernizzat ikun daħal fis-seħħ. Is-servizzi tal-Kummissjoni għalhekk, se jissottomettu rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni se tiżviluppa skond il-bżonn, il-proposti għall-modifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni
4) Il-komitoloġija
Wieħed mill-punti importanti kienet il-proċedura regolatorja bi skrutinju, li kellha tapplika għal 28 dispożizzjoni biss iżda l-Kunsill wessgħa din il-proċedura għal 44 dispożizzjoni; għalhekk l-involviment tal-Parlament żdied.
Din hija r-raġuni għalfejn ir-rapporteur tagħkom tappoġġja l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill u qed titlobkom tadottaw l-abbozz ta' rakkomandazzjoni tagħha mingħajr emenda.
PROĊEDURA
Titolu |
Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità |
|||||||
Referenzi |
11272/6/2007 – C6-0354/2007 – 2005/0246(COD) |
|||||||
Data ta’ l-1 qari tal-PE - Numru P |
12.12.2006 T6-0545/2006 |
|||||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2005)0608 - C6-0419/2005 |
|||||||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni |
25.10.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 25.10.2007 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Janelly Fourtou 12.12.2005 |
|
|
|||||
Diskussjoni fil-kumitat |
5.11.2007 |
27.11.2007 |
22.1.2008 |
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
23.1.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
28 0 |
||||||
Membri preżenti għall-vot finali |
Mogens Camre, Gabriela Creţu, Janelly Fourtou, Vicente Miguel Garcés Ramón, Malcolm Harbour, Anna Hedh, Alexander Lambsdorff, Lasse Lehtinen, Toine Manders, Arlene McCarthy, Nickolay Mladenov, Zita Pleštinská, Giovanni Rivera, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Alexander Stubb, Marianne Thyssen, Jacques Toubon, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali |
André Brie, Colm Burke, Giovanna Corda, Brigitte Fouré, Filip Kaczmarek, Marine Le Pen, Andrea Losco, Manuel Medina Ortega, Gary Titley, Stefano Zappalà |
|||||||
Data tat-tressiq |
25.1.2008 |
|||||||