RAPPORT dwar il-proposta ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE rigward rekwiżiti minimi tas-sigurtà u tas-saħħa relattivi għall-espożizzjoni ta' ħaddiema għar-riskji ġejjin minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (it-tmintax-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE)

28.1.2008 - (COM(2007)0669 – C6‑0394/2007 – 2007/0230(COD)) - ***I

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Jan Andersson
(Proċedura simplifikata - Artikolu 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2007/0230(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0012/2008
Testi mressqa :
A6-0012/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE rigward rekwiżiti minimi tas-sigurtà u tas-saħħa relattivi għall-espożizzjoni ta' ħaddiema għar-riskji ġejjin minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (it-tmintax-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE)

(COM(2007)0669 – C6‑0394/2007 – 2007/0230(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0669),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 137(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0394/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6‑0012/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

PROĊEDURA

Titolu

Espożizzjoni ta’ ħaddiema għar-riskji li joriġinaw minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi)

Referenzi

COM(2007)0669 – C6-0394/2007 – 2007/0230(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

26.10.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

13.11.2007

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Jan Andersson

20.11.2007

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

17.12.2007

Diskussjoni fil-kumitat

22.1.2008

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

23.1.2008

 

 

 

Data tat-tressiq

28.1.2008