RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni ta’ l-Ambjent (Verżjoni kkodifikata)

29.1.2008 - (COM(2007)0667 – C6‑0397/2007 – 2007/0235(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Francesco Enrico Speroni
(Kodifikazzjoni – Artikolu 80 tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2007/0235(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0020/2008
Testi mressqa :
A6-0020/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni ta’ l-Ambjent (Verżjoni kkodifikata)

(COM(2007)0667 – C6‑0397/2007 – 2007/0235(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0667),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0397/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6‑0020/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif ġiet adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament;

  • [1]  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

ANNESS

Brussell, 28.11.2007

Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni ta’ l-Ambjent (Verżjoni kkodifikata)

COM(2007)0667 tal-31.10.2007 – 2007/0235/COD

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta’ ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta’ testi leġiżlattivi, u b’mod partikulari l-punt 4 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, li jikkonsisti mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa’ fl-14 ta’ Novembru 2007 bl-iskop li jeżamina l-proposta li ssemmiet qabel, li tressqet mill-Kummissjoni.

Wara din il-laqgħa, saret evalwazzjoni tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkodifika r-Regolament tal-Kunsill (KEEC) Nru 1210/90 tas-7 Mejju 1990 dwar l-istabbiliment ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni ta’ l-Ambjent, u bħala riżultat ta’ dan il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, bi qbil komuni, stabbilixxa dan li ġej.

1. Fit-titolu ta’ l-att, il-kliem "the establishment of " għandu jitneħħa. B’konsegwenza ta' din l-adattazzjoni, it-titolu jinqara "Proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on the European Environment Agency and the European Environment Information and Observation Network".

2. Fl-Artikolu 1(1), il-kelma "establishes" għandha tiġi mibdula mal-kliem "provides for".

3. Fl-Artikolu 4(4), bejn il-kliem "Member States may also" u "identify the institutions", għandu jiddaħħal il-kliem "by 30 April 1994" (dan il-kliem għandu jidher bejn żewġ kommas).

B’konsegwenza, l-evalwazzjoni tal-proposta ppermettiet lill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, mingħajr nuqqas ta' qbil, li l-proposta hija kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti, mingħajr bidla fis-sustanza tagħhom.

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                           M. PETITE

Jurisconsult                                       Jurisconsult                            Direttur Ġenerali

PROĊEDURA

Titolu

Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni ta’ l-Ambjent (Verżjoni kkodifikata)

Referenzi

COM(2007)0667 – C6-0397/2007 – 2007/0235(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

31.10.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

13.11.2007

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Francesco Enrico Speroni

13.12.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

22.1.2008