RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-istruttura u r-rati ta’ sisa fuq it-tabakk manifatturat (verżjoni kodifikata)

29.1.2008 - (COM(2007)0587 – C6‑0392/2007 – 2007/0206(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Francesco Enrico Speroni
(Kodifikazzjoni – Artikolu 80 tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2007/0206(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0021/2008
Testi mressqa :
A6-0021/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-istruttura u r-rati ta’ sisa fuq it-tabakk manifatturat (verżjoni kodifikata)

(COM(2007)0587 – C6‑0392/2007 – 2007/0206(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0587),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0392/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6‑0021/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament;

  • [1]  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

ANNESS

Brussell, 21.11.2007

Opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

Proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-istruttura u r-rati tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat

COM(2007)0587 of 11.10.2007 – 2007/0206 (CNS)

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta’ ħidma aċċellerat għal kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari għal punt 4, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, li jikkonsisti fis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa’ fis-17 ta’ Ottubru 2007 għall-iskop ta’ eżaminar, fost l-oħrajn, tal-proposta msemmija qabel imressqa mill-Kummissjoni.

Fil-laqgħa[1], analiżi tal-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tikkodifika d-Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti, id-Direttiva tal-Kunsill 92/80/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq it-tabakk fabbrikat li mhux sigaretti u d-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE tas-27 ta’ Novembru 1995 dwar dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat wasslet biex il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv jistabbilixxi b’kunsens komuni dan li ġej.

1) Fl-Artikolu 1, il-virgola li tidher wara l-kelma "armonizzazzjoni" għandha titneħħa.

2) Ir-referenza “95/59/KE Art. 19” li tidher fil-kaxxa ta’ referenza wara l-Artikolu 22 kellha tinkludi wkoll l-indikazzjoni “(adattat/a)”.

B’konsegwenza ta’ dan, l-analiżi tal-proposta ppermettiet il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv biex jikkonkludi, mingħajr nuqqas ta’ qbil, li l-proposta hija kodifikazzjoni sinċiera ta’ testi attwali, mingħajr xi bdil fis-sustanza tagħhom.

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                                      M. PETITE

Jurisconsult                                       Jurisconsult                                       Direttur Ġenerali

  • [1]  Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv kellu fid-dispożizzjoni tiegħu 22 verżjoni fil-lingwi uffiċjali tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tat-test bl-Ingliż, peress li dan huwa l-kopja tal-verżjoni tal-lingwa ewlenija tad-dokument diskuss.

PROĊEDURA

Titolu

Dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (Verżjoni kkodifikata)

Referenzi

COM(2007)0587 – C6-0392/2007 – 2007/0206(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

24.10.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

13.11.2007

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Francesco Enrico Speroni

23.10.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

22.1.2008

 

 

 

Data tat-tressiq

29.1.2008