RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjoni ta’ dwal u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija (verżjoni kodifikata)

6.2.2008 - (COM(2007)0192 – C6‑0108/2007 – 2007/0066(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Hans-Peter Mayer
(Kodifikazzjoni – Artikolu 80 tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2007/0066(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0022/2008
Testi mressqa :
A6-0022/2008
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjoni ta’ dwal u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija (verżjoni kodifikata)

(COM(2007)0192 – C6‑0108/2007 – 2007/0066(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0192),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251, paragrafu 2, u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli, il-proposta ġiet preżentata lilu mill-Kummissjoni (C6-0108/2007),

–   wara li kkunsidra l-ftehima interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' xogħol mgħaġġel għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0022/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-grupp konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din il-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU L 102 ta' l-4.4.1996, p. 2.

ANNESS

Brussell, April 2007

Opinjoni tal-Grupp Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjoni ta’ dwal u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija

(COM(2007)0192 tas-17 ta' April 2007 – 2007/0066(COD))

B'kunsiderazzjoni għall-ftehima interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dawr metodu ta' ħidma aċċellerat bil-għan li jkun hemm kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi legiżlattivi, u speċjalment punt 4 tal-ftehima, il-Grupp konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa' fl-24 ta' April 2007 f'laqgħa dedikata għall-eżaminazzjoni tal-proposta msemmija, preżentata mill-Kummissjoni.

Waqt l-eżaminazzjoni tal-proposta tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li hija maħsuba biex tikkodifika d-Direttiva 78/93 3 KEE tal-Kunsill tas-17 ta' Ottubru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati ma' l-installazzjoni ta’ dwal u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija, il-Grupp bi ftehim komuni, qabel dwar dak li ġej.

1.  Fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 7, l-frażi "id-direttivi maħsuba għal Anness III" għandha tkun segwita bil-frażi "Taqsima A".

2. Fl-Anness I, punt 1.3, l-indikazzjoni "2.4" għandha ssir "2.1.1".

3. Fl-Anness I, punt 4.5.4.2, il-kelma "plague" għandha tiġi sostitwita bil-kelma "plage".

4. Fl-Anness I, punt 4.15, il-linja li bħalissa tiġbor flimkien il-punti minn 4.15.3 sa 4.15.9 għandha tiġi sostitwita minn żewġ linji differenti, l-ewwel linja tiġbor il-punti 4.15.3 sa 4.15.6 bl-indikazzjoni "Ebda speċifikazzjoni partikolari" u l-punt l-ieħor jiġbor il-punti 4.15.7, 4.15.8 u 4.15.9 bl-indikazzjoni "Tifsira oħra".

Din l-eżaminazzjoni tista' tippermetti wkoll lill-grupp biex jilħaq ftehima komuni li l-proposta hija effettivament limitata għal kodifikazzjoni pura u sempliċi mingħajr modifikazzjoni tal-kontenut ta' l-atti li huma s-suġġett.

C. PENNERA                                    J.-C. PIRIS                           M. PETITE     Ġuristalingwista

      Ġuristalingwista    Direttur Ġenerali

PROĊEDURA

Titolu

Installazzjoni ta’ dwal u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija (verżjoni kkodifikata)

Referenzi

COM(2007)0192 – C6-0108/2007 – 2007/0066(COD)

Data meta ġie preżentat lill-PE

17.4.2007

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-sessjoni plenarja

JURI

26.4.2007

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Hans-Peter Mayer

10.7.2007

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

10.7.2007

Data ta' l-adozzjoni

22.1.2008