RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta' riċerka u żvilupp maħsub biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' persuni mdaħħlin fiż-żmien permezz ta' l-użu ta' Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni ġodda (ICT), imnedija minn diversi Stati Membri
4.2.2008 - (COM(2007)0329 – C6‑0178/2007 – 2007/0116(COD)) - ***I
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Neena Gill
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta' riċerka u żvilupp maħsub biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' persuni mdaħħlin fiż-żmien permezz ta' l-użu ta' Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni ġodda (ICT), imnedija minn diversi Stati Membri
(COM(2007)0329 – C6-0178/2007 – 2007/0116(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0329),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u l-Artikoli 169 u 172(2) tat-Trattat tal-KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0178/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0027/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 6 | |
(6) L-iżvilupp ta' xjuħija attiva bħala element ċentrali tal-linji gwida mġedda għall-impjieg, il-prospettiva ta' l-UE għax-xjuħija timmira li timmobilizza l-potenzjal sħiħ ta' persuni ta' kull età u tisħaq fuq il-ħtieġa għal bidla mill-istrateġiji għax-xjuħija fframmentati għal dawk komprensivi bbażati fuq il-kunċett taċ-ċiklu tal-ħajja. |
(6) Ix-xjuħija attiva hija element ċentrali tal-linji gwida mġedda għall-impjieg. Il-prospettiva ta' l-UE għax-xjuħija timmira li timmobilizza l-potenzjal sħiħ ta' persuni ta' kull età (il-kunċett ta' tul iċ-ċiklu tal-ħajja), filwaqt li tassigura opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel, u tisħaq fuq il-ħtieġa għal bidla mill-istrateġiji għax-xjuħija fframmentati għal dawk komprensivi. Filwaqt li x-xjuħija tal-popolazzjoni fl-Unjoni hija sfida soċjali, din tista' titqies ukoll bħala opportunità għas-swieq emerġenti. |
Emenda 2 Premessa 6 a (ġdida) | |
|
(6a) L-iżvilupp rapidu tat-Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) u tas-servizzi elettroniċi jżid ir-riskju ta' l-esklużjoni mill-informazzjoni. It-titjib ta' l-għarfien diġitali, speċjalment għan-nis, huwa għaldaqstant prekundizzjoni għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni fis-soċjetà ta' l-informazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-programmi ta' riċerka u ta’ l-iżvilupp għandhom jindirizzaw il-kwistjoni li jittejjeb l-Għarfien Diġitali, speċjalment il-problemi marbuta ma' l-esklużjoni tan-nisa mill-informazzjoni. | |
Emenda ta' kompromess 3 Premessa 8 | |
(8) Peress li jixtiequ jaraw metodu koerenti fil-qasam ta' l-ICT għal Xjuħija Tajba fuq livell Ewropew u sabiex jaġixxu b'mod effettiv, diversi Stati Membri ħadu l-inizjattiva li jistabbilixxu programm konġunt ta' riċerka u żvilupp intitolat "Għajxien Megħjun Kontestwalment" (minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-“Programm Konġunt AAL”) fil-qasam ta' l-ICT għal xjuħija tajba fis-soċjetà ta' l-informazzjoni, sabiex jinkisbu sinerġiji f'termini ta' ġestjoni u ta' riżorsi finanzjarji u ta' tagħqid ta' għarfien espert addizzjonali ma' riżorsi disponibbli f'diversi pajjiżi madwar l-Ewropa. |
(8) Peress li jixtiequ jaraw metodu koerenti fil-qasam ta' l-ICT għal Xjuħija Tajba fuq livell Ewropew u sabiex jaġixxu b'mod effettiv, diversi Stati Membri ħadu l-inizjattiva li jistabbilixxu programm konġunt ta' riċerka u żvilupp intitolat "Għajxien Megħjun Kontestwalment" (minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-“Programm Konġunt AAL”), sabiex jinkisbu sinerġiji f'termini ta' ġestjoni u ta' riżorsi finanzjarji, mekkaniżmu ta' valutazzjoni unika u komuni minn esperti independenti u tagħqid ta' għarfien espert addizzjonali ma' riżorsi disponibbli f'diversi pajjiżi madwar l-Ewropa. |
Emenda ta' kompromess 4 Premessa 9 | |
(9) Il-Programm Konġunt AAL jimmira li jindirizza l-isfida tax-Xjuħija Demografika billi jipprovdi l-qafas neċessarju legali u amministrattiv għal kooperazzjoni Ewropea u fuq skala kbira bejn l-Istati Membri dwar riċerka applikata u innovazzjoni fil-qasam tat-Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) għal xjuħija Tajba f'soċjetà li qed tixjieħ. L-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall u Spanja, (minn issa 'l quddiem imsejħa l-"Istati Membri parteċipanti") u l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera qablu li jikkoordinaw u jimplimentaw flimkien attivitajiet immirati bħala kontribuzzjoni għall-Programm Konġunt AAL. Il-valur globali tal-parteċipazzjoni tagħhom huwa stmat b'minimu ta' EUR 150 miljun għat-tul taż-żmien tas-Seba' Programm Kwadru. |
(9) Il-Programm Konġunt AAL jimmira li jindirizza l-isfida tax-Xjuħija Demografika billi jipprovdi l-qafas neċessarju legali u amministrattiv għal kooperazzjoni Ewropea u fuq skala kbira bejn l-Istati Membri dwar riċerka applikata u innovazzjoni fil-qasam ta’ l-ICT għal xjuħija Tajba f'soċjetà li qed tixjieħ, fejn, inċidentalment, il-persentaġġ tan-nisa huwa ogħla minn dak ta' l-irġiel minħabba li l-għomor medju mistenni tan-nisa huwa itwal. L-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall u Spanja, (minn issa 'l quddiem imsejħa l-"Istati Membri parteċipanti") u l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera qablu li jikkoordinaw u jimplimentaw flimkien attivitajiet immirati bħala kontribuzzjoni għall-Programm Konġunt AAL. Il-parteċipazzjoni għandha tkun soġġetta għal kontribuzzjoni minima finanzjarja proporzjonata mad-domanda potenzjali mid-diversi komunitajiet ta’ riċerka nazzjonali. Peress li l-Programm Konġunt AAL għandu jagħmel kontribuzzjoni sostanzjali għall-iżvilupp fil-Qasam ta' Riċerka Ewropea, il-valur totali tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera għandu jkun ta' aktar minn EUR 150 miljun għal tul is-Seba' Programm Kwadru. |
Emenda ta' kompromess 5 Premessa 11 | |
(11) Is-sostenn finanzjarju tal-Komunità għandu jingħata soġġett għad-definizzjoni ta' pjan finanzjarju bbażat fuq impenji formali ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-implimentazzjoni konġunta tal-programmi ta' riċerka u żvilupp u ta' attivitajiet imnedija fuq livell nazzjonali u għall-kontribut tagħhom lill-finanzjament ta' l-eżekuzzjoni konġunta tal-Programm Konġunt AAL |
(11) Is-sostenn finanzjarju tal-Komunità għandu jingħata soġġett għad-definizzjoni ta' pjan finanzjarju bbażat fuq impenji formali ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-implimentazzjoni konġunta tal-programmi ta' riċerka u żvilupp u ta' attivitajiet imnedija fuq livell nazzjonali u għall-kontribut tagħhom lill-finanzjament ta' l-eżekuzzjoni konġunta tal-Programm Konġunt AAL Il-kontribuzzjonijiet nazzjonali għandhom idaħħlu somma akbar minn 20% ta’ l-iffinanzjar nazzjonali totali għar-riċerka għall-attivitajiet relatati ma’ l-AAL. |
Emenda 6 Premessa 17 | |
(17) Il-Komunità għandha jkollha d-dritt li tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha jekk il-Programm Konġunt AAL jiġi implimentat b'mod inadegwat, parzjalment jew fit-tard, jew jekk l-Istati Membri parteċipanti u l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera ma jikkontribwixxux jew jikkontribwixxu parzjalment jew fit-tard għall-finanzjament tal-Programm Konġunt AAL, f'konformità mat-termini stabbiliti bi ftehim li għandhom jiġu konklużi bejn il-Komunità u l-istruttura speċifika ta' implimentazzjoni li tistabbilixxi l-arranġamenti ddettaljati għall-kontribuzzjoni Komunitarja. |
(17) Il-Komunità għandha tnaqqas jew ittemm il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha jekk il-Programm Konġunt AAL jiġi implimentat b'mod inadegwat, parzjalment jew fit-tard, f'konformità mat-termini stabbiliti bi ftehim li għandhom jiġu konklużi bejn il-Komunità u l-istruttura speċifika ta' implimentazzjoni li tistabbilixxi l-arranġamenti ddettaljati għall-kontribuzzjoni Komunitarja. |
Emenda 7 Premessa 22 a (ġdida) | |
|
(22a) Barra minn hekk, bi qbil mas-Seba' Programm ta' Qafas, għandu jkun hemm promozzjoni attiva ta' l-irwol tan-nisa fix-xjenza u r-riċerka permezz ta' miżuri xierqa bl-għan li jiżdied in-numru tan-nisa involuti f’dan il-qasam. |
Emenda ta' kompromess 8 Premessa 22 b (ġdida) | |
|
(22b) Huwa essenzjali li l-involviment ta’ SMEs jkun imħeġġeġ fit-twettieq ta’ attivitajiet fil-Programm Konġunt AAL. |
Emenda ta' kompromess 9 Premessa 22 c (ġdida) | |
|
(22c) Fl-implimentazzjoni tal-programm Konġunt AAL għandha tingħata attenzjoni għall-kontroll u l-użu tat-teknoloġiji u għall-appoġġ ta' l-innovazzjoni fis-servizzi u l-integrazzjoni ffukata fuq l-utent, kif ukoll fuq l-aċċess għas-servizzi permezz ta' għażla ta' mezzi differenti, inkluż l-proviżjoni ta' servizz individwali. Għandu jitħeġġeġ ukoll l-aċċess ġust ta’ l-Istati Membri kollha għal soluzzjonijiet finanzjarjament effettivi biex ikun evitat li titkabbar il-firda diġitali u b'hekk tinħoloq Ewropa maqsuma fuq żewġ livelli. |
Emenda 10 Premessa 22 d (ġdida) | |
|
(22d) Attivitajiet imwettqa b’konformità mall-programm Konġunt AAL għandhom jinkludi riċerka fuq xejriet demografiċi fl-Istati Membri sabiex jiġi ddeterminat fejn dawn ix-xejriet huma l-aktar qawwija u sabiex jiġu analizzati l-implikazzjonijiet soċjali u ekonomiċi tagħhom. |
Emenda 11 Premessa 23 | |
(23) Il-Kummissjoni għandha tmexxi valutazzjoni interim , li tivvaluta l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL u l-progress li sar f'dak li huma għanijiet stabbiliti, kif ukoll evalwazzjoni finali, |
(23) Il-Kummissjoni għandha tmexxi valutazzjoni interim sa l-2010, li tivvaluta l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL u l-progress li sar f'dak li huma għanijiet stabbiliti, F’dik il-valutazzjoni għandha tqis ukoll il-ħtieġa għal valutazzjonijiet interim oħra qabel il-valutazzjoni finali fl-aħħar ta’ l-2013. |
Emenda 12 Artikolu 2, punt (c) | |
(c) l-istabbiliment tal-mudell ta' tmexxija xieraq u effiċjenti għall-Programm Konġunt AAL f'konformità mal-linji gwida stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni; |
(c) l-istabbiliment ta’ mudell ta' tmexxija xieraq, effiċjenti u li jqis il-kwistjonijiet relatati mal-ġeneru għall-Programm Konġunt AAL f'konformità mal-linji gwida stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni; |
Emenda 13 Artikolu 2, punt (e) | |
(e) l-impenji ta' l-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera biex jikkontribwixxu għall-iffinanzjar tal-Programm Konġunt AAL u l-ħlas effettiv tal-kontribuzzjoni finanzjarja, b'mod partikolari l-finanzjament tal-parteċipanti fil-proġetti magħżulin wara s-sejħiet għal proposti mnedija taħt il-Programm; |
(e) l-impenji ta' l-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera biex jikkontribwixxu għall-iffinanzjar tal-Programm Konġunt AAL u l-ħlas effettiv tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż operazzjonali tal-Programm Konġunt AAL u għall-finanzjament tal-parteċipanti fil-proġetti magħżulin wara s-sejħiet għal proposti mnedija taħt il-Programm; |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jiġi speċifikat kif l-ispejjeż operazzjonali se jiġu finanzjati. | |
Emenda ta' kompromess 14 Artikolu 2, punt (e a) (ġdid) | |
(e) l-impenji ta' l-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera biex jikkontribwixxu għall-iffinanzjar tal-Programm Konġunt AAL u l-ħlas effettiv tal-kontribuzzjoni finanzjarja, b'mod partikolari l-finanzjament tal-parteċipanti fil-proġetti magħżulin wara s-sejħiet għal proposti mnedija taħt il-Programm; |
(e a) l-impenji ta' l-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera biex jikkontribwixxu għall-iffinanzjar tal-Programm Konġunt AAL b’somma akbar minn 20% mill-finanzjament nazzjonali totali għall-attivitajiet relatati ma’ l-AAL; |
Emenda 15 Artikolu 2 punt (g) | |
(g) l-iżgurar ta' livell għoli ta' eċċellenza xjentifika u ta' osservanza ta' prinċipji etiċi skond il-prinċipji ġenerali tas-Seba' Programm Kwadru; kif ukoll |
(g) l-iżgurar ta' livell għoli ta' eċċellenza xjentifika, ta' osservanza ta' prinċipji etiċi, u ta’ l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru fl-oqsma kollha tar-riċerka l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru f'kull qasam tar-riċerka skond il-prinċipji ġenerali tas-Seba' Programm Kwadru; kif ukoll |
Emenda 16 Artikolu 3 | |
L-għoti ta' sostenn finanzjarju mill-istruttura speċifika ta' implimentazzjoni lil partijiet terzi fl-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL, u b'mod partikolari is-sostenn finanzjarju pprovdut lil parteċipanti fi proġetti magħżula wara sejħiet għal proposti għall-konċessjoni tal-għotjiet, għandhom ikunu soġġetti għal trattament ugwali u trasparenza. Is-sostenn finanzjarju lil partijiet terzi għandu jingħata abbażi ta' eċċellenza xjentifika u skond il-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni. |
L-għoti ta' sostenn finanzjarju mill-istruttura speċifika ta' implimentazzjoni lil partijiet terzi fl-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL, u b'mod partikolari s-sostenn finanzjarju pprovdut lil parteċipanti fi proġetti magħżula wara sejħiet għal proposti għall-konċessjoni tal-għotjiet, għandhom ikunu soġġetti għal trattament ugwali, l-integrazzjoni tal-ġeneru u trasparenza, prevedibilità għall-applikanti u evalwazzjoni minn esperti indipendenti. Is-sostenn finanzjarju lil partijiet terzi għandu jingħata abbażi ta' eċċellenza xjentifika u għall-kapaċità li jingħata kontribut lill-objettivi soċjali u ekonomiċi globali tal-Programm Konġunt AAL skond il-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni |
Ġustifikazzjoni | |
L-applikanti għandhom ikunu ċerti dwar il-kundizzjonijiet li se japplikaw għall-parteċipazzjoni tagħhom u għandhom jkunu jistgħu jivverifikaw minn qabel jekk huma jissodisfawx dawn il-kundizzjoniiet. Sabiex ikun hemm evalwazzjoni tabilħaqq tal-koperazzjoni Ewropea, aktar jeħtieġ li jkun hemm esperti independenti milli sett ta' evalwazzjonijiet nazzjonali u jeħtieġ li wieħed jibni fuq l-esperjenza miksuba mill-inizjattiva ta' l-Art 169 ta' qabel (salvagwardja xjentifika, integrazzjoni maniġerjali u finanzjarja). Il-proposti għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-objettivi soċjali u ekonomiċi għal "xjuħija tajba bl-ICT". | |
Emenda 17 Artikolu 5 | |
Jekk il-Programm Konġunt AAL ma jiġix implimentat jew jiġi implimentat b'mod inadegwat, parzjalment jew fit-tard, jew jekk l-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera] ma jikkontribwixxux, jew jikkontribwixxu parzjalment jew tard lill-finanzjament tal-Programm Konġunt AAL, il-Komunità tista' tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha skond l-implimentazzjoni attwali tal-Programm Konġunt AAL u l-ammont ta' fondi pubbliċi allokati lill-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera għall-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL, bi qbil mat-termini stabbiliti fil-ftehim li għandu jiġi mitmum bejn il-Kummissjoni u l-istruttura speċifika ta' implimentazzjoni. |
Jekk il-Programm Konġunt AAL ma jiġix implimentat jew jiġi implimentat b'mod inadegwat, parzjalment jew fit-tard, il-Komunità għandha tnaqqas jew ittemm il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha skond l-implimentazzjoni attwali tal-Programm Konġunt AAL. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-kontribuzzjoni tal-Komunità għandhom ikunu mistqarra ċar. | |
Emenda 18 Artikolu 5, paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Jekk l-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera ma jikkontribwixxux, jew jikkontribwixxu parzjalment jew tard għall-finanzjament tal-Programm Konġunt AAL, il-Komunità tista' tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha skond l-ammont ta' fondi pubbliċi allokati lill-Istati Membri parteċipanti, lill-Iżrael, lin-Norveġja u lill-Iżvizzera skond it-termini stipulati fil-ftehima li għandha ssir bejn il-Kummissjoni u l-istruttura ta' implimentazzjoni magħżula apposta. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-kontribuzzjoni tal-Komunità għandhom ikunu mistqarra ċar. | |
Emenda 19 Artikolu 8 | |
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti ta' l-Awdituri. L-Istati Membri parteċipanti l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera huma mistiedna jippreżentaw lill-Kummissjoni, permezz ta' l-istruttura speċifika ta' implimentazzjoni, kwalunkwe tagħrif addizzjonali meħtieġ mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti ta' l-Awdituri li jikkonċerna l-ġestjoni finanzjarja ta' l-isturttura speċifika ta' implimentazzjoni. |
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti ta' l-Awdituri. L-Istati Membri parteċipanti l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera huma mistiedna jippreżentaw lill-Kummissjoni, permezz ta' l-istruttura speċifika ta' implimentazzjoni, kwalunkwe tagħrif addizzjonali meħtieġ mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti ta' l-Awdituri li jikkonċerna l-ġestjoni finanzjarja ta' l-istruttura speċifika ta' implimentazzjoni li jkun konsistenti mar-rekwiżiti ġenerali ta' l-irrappurtar stipulati fl-Artiklu 12. |
Emenda 20 Artikolu 12, paragrafu 1 | |
1. Ir-rapport annwali tas-Seba' Programm Kwadru ippreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'konformità ma' l-Artikolu 173 tat-Trattat għandu jinkludi sinteżi ta' l-attivitajiet tal-Programm Konġunt AAL. |
1. Ir-rapport annwali tas-Seba' Programm Kwadru ippreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'konformità ma' l-Artikolu 173 tat-Trattat għandu jinkludi rapport dwar l-attivitajiet tal-Programm Konġunt AAL. |
Emenda 21 Artikolu 12, paragrafu 2 | |
2. Valutazzjoni interim tal-Programm Konġunt AAL għandu jsir mill-Kummissjoni sentejn wara l-bidu tal-Programm, iżda f'kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-2010. Din il-valutazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-implimentazzjoni, inkluż l-integrazzjoni xjentifika, ġestjonarja u finanzjarja, tal-Programm Konġunt AAL u għandha tagħti spinta 'l quddiem lill-għanijiet stabbiliti, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-mezzi l-aktar xierqa sabiex l-integrazzjoni titjieb aktar. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' dan, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha u, fejn xieraq, proposti għall-adattament ta' din id-Deċiżjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
2. Valutazzjoni interim tal-Programm Konġunt AAL għandu jsir mill-Kummissjoni sentejn wara l-bidu tal-Programm, iżda f'kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-2010. Jekk jitqies li dan ikun meħtieġ wara l-ewwel reviżjoni interim, jistgħu jsiru valutazzjonijiet interim ulterjuri. Valutazzjoni ta' dan it-tip għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-implimentazzjoni, inkluż l-integrazzjoni xjentifika, ġestjonarja u finanzjarja, tal-Programm Konġunt AAL u għandha tagħti spinta 'l quddiem lill-għanijiet stabbiliti, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-mezzi l-aktar xierqa sabiex l-integrazzjoni titjieb aktar. Għandha titqies l-esperjenza minn programmi konġunti preċedenti li jkunu twettqu skond l-Artikolu 169 tat-Trattat. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' dan, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha u, fejn xieraq, proposti għall-adattament ta' din id-Deċiżjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda ta' kompromess 22 Anness I, punt I, inċiż 1 | |
- Il-promozzjoni tal-ħruġ ta' prodotti, servizzi u sistemi għal xjuħija tajba fid-dar, fil-komunità u fuq ix-xogħol li jkunu innovattivi u bbażati fuq l-ICT, u b'hekk jiżdiedu l-kwalità tal-ħajja, l-awtonomija, il-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali, il-ħiliet u l-impjegabilità ta' persuni mdaħħla fiż-żmien, u t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-kura tas-saħħa u dik soċjali; Dan jista' jiġi bbażat e.ż. fuq utilizzazzjoni innovattiva tat-teknoloġija ta' l-ICT, mogħdijiet ġodda għall-interazzjoni mal-klijenti jew tipi ġodda ta' katini ta' valur għas-servizzi ta' ħajja indipendenti. |
- Il-promozzjoni tal-ħruġ ta' prodotti, servizzi u sistemi għal xjuħija tajba fid-dar, fil-komunità u fuq ix-xogħol li jkunu innovattivi u bbażati fuq l-ICT, u b'hekk jiżdiedu l-kwalità tal-ħajja, l-awtonomija, il-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali, il-ħiliet u l-impjegabilità ta' persuni mdaħħla fiż-żmien, u t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-kura tas-saħħa u dik soċjali; Dan jista' jiġi bbażat e.ż. fuq utilizzazzjoni innovattiva tat-teknoloġija ta' l-ICT, mogħdijiet ġodda għall-interazzjoni mal-klijenti jew tipi ġodda ta' katini ta' valur għas-servizzi ta' ħajja indipendenti. Ir-riżultati tal-Programm Konġunt AAL jistgħu jintużaw ukoll minn gruppi oħra ta' persuni, prinċipalment dawk b'diżabilitajiet. |
Emenda 23 Anness I, punt I, inċiż 3 | |
- It-tijib fil-kundizzjonijiet għall-esplojtazzjoni industrijali tar-riżultai tar-riċerka billi jiġi pprovdut qafas koerenti Ewropew għall-iżvilupp ta' metodi komuni u għall-iffaċilitar tal-lokalizzazzjoni u l-adattament ta' soluzzjonijiet komuni li jkunu kompatibbli ma' preferenzi soċjali u aspetti regolatorji diverġenti fuq livell nazzjonali jew reġjonali madwar l-Ewropa. |
- It-tijib fil-kundizzjonijiet għall-esplojtazzjoni industrijali tar-riżultai tar-riċerka billi jiġi pprovdut qafas koerenti Ewropew għall-iżvilupp ta' metodi komuni u ta' standards minimi komuni u għall-iffaċilitar tal-lokalizzazzjoni u l-adattament ta' soluzzjonijiet komuni li jkunu kompatibbli ma' preferenzi soċjali u aspetti regolatorji diverġenti fuq livell nazzjonali jew reġjonali madwar l-Ewropa. |
Emenda ta' kompromess 24 Anness I, punt II 3 a (ġdid) | |
|
Permezz ta' l-attivitajiet tiegħu, il-Programm Konġunt AAL għandu jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' l-Istrateġija ta' Liżbona u biex tinħoloq soċjetà bbażata fuq l-għarfien, waqt li jipprova jiżgura li t-teknoloġija ġdida ma twassalx għall-esklużjoni soċjali. F'dan il-kuntest, għandu jiġi promoss l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet li huma effettivi meta mqabbla mal-prezz u li jistgħu jgħinu li jiġi żgurat aċċess ġust u simplifikat fir-reġjuni kollha ta' l-Ewropa, inklużi l-inħawi rurali u periferali, għal prodotti u servizzi relevanti bbażati fuq l-ICT. |
|
|
|
|
Amendment 25 Anness I, punt II 3 b (ġdid) | |
|
Kull meta jkun possibbli, l-attivitajiet li jsiru taħt il-Programm AAL għandu jibnu fuq u jassiguraw sinerġiji ma' l-iżviluppi u l-politiki reġjonali relevanti, pereżempju l-iżviluppi dwar "djar intelliġenti" ('smart housing') jew infrastrutturi oħra meħtieġa għall-ittestjar ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ICT li jirriżultaw mill-proġetti. |
Emenda 26 Anness I, punt II 3 c (ġdid) | |
|
Il-Programm Konġunt AAL għandu jqis ukoll it-tendenzi demografiċi fl-Istati Membri sabiex jiġu pprovduti soluzzjonijiet li jirriflettu l-qagħda soċjali u ekonomika fl-Unjoni kollha. |
Emenda ta' kompromess 27 Anness I, punt III (1 a) (ġdid) | |
|
Meta jkunu qed jintgħażlu suġġetti għar-riċerka biex jiġu inklużi fil-programm ta' ħidma annwali, għandhom jitqiesu kriterji bħal dawn li ġejjin: |
|
- il-kumplimentarjetà ma' programmi nazzjonali u Komunitarji relevanti u n-nonduplikazzjoni; |
|
- l-innovazzjoni u l-kofinanzjar mis-settur privat, b'mod partikulari l-SMEs, bl-għan li jiġu appoġġjati prodotti jew servizzi lesti għas-suq jew kważi lesti għas-suq; |
|
- l-iżvilupp ta' teknoloġija u soluzzjonijiet li huma adattati għall-bżonnijiet tax-xjuħ, pereżempju fl-ambjent tad-dar tagħhom ("djar intelliġenti") u jew fl-ambjent tax-xogħol tagħhom; |
|
- jekk is-servizz li se jiġu żviluppati jirrispettawx il-privatezza u d-dinjità tax-xjuħ; |
|
- jekk it-teknoloġija jew is-servizzi li jipprovdu appoġġ għal għajxien indipendenti jikkontribwixxux ukoll għal żieda fil-parteċipazzjoni soċjali min-naħa tax-xjuħ; |
Emenda ta' kompromess 28 Anness I, punt III, paragrafu 3 (ġdid) | |
Il-proposti għall-proġetti għandhom jiġu vvalutati u magħżula fuq livell ċentrali abbażi ta' kriterji ta' eliġibilità trasparenti u komuni kif stabbiliti fil-programm ta' ħidma, li għandhom jorbtu lill-Istati Membri parteċipanti u l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera, minbarra għadd limitat ta' każijiet definiti sew li għandhom jiġu speċifikati aktar fl-implimentazzjoni tal-Programm. |
Il-proposti għall-proġetti għandhom jiġu vvalutati u magħżula fuq livell ċentrali abbażi ta' kriterji ta' eliġibilità trasparenti u komuni kif stabbiliti fil-programm ta' ħidma, li għandhom jorbtu lill-Istati Membri parteċipanti u l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera. Kriterji għall-eliġibilità, għall-valutazzjoni u għall-għażla għandhom jiġu ppubblikati mal-programm ta' ħidma. |
Emenda ta' kompromess 29 Anness I, punt III, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jivverifikaw il-konformità ma' kundizzjonijiet legali jew amministrattivi speċifikati għall-iffinanzjar. Wara l-għeluq ta' sejħa għall-proposti, jista' jitwettaq kontroll ta' l-eliġibilità mill-istruttura għall-implimentazzjoni dedikata. Kriterji għall-eliġibilità komuni għandhom jinkludu ta' l-inqas dan li ġej: |
|
- tressiq ta' proposti f'waqtu, komplut u b'mod elettroniku, u |
|
- sodisfar ta' rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni ta' konsorzja. |
Emenda 30 Anness I, punt III, paragrafu 3 b (ġdid) | |
|
Għandha ssir valutazzjoni unika, komuni u ċentrali minn esperti indipendenti maħtura mill-Kummissjoni. L-esperti indipendenti għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-proċess ta' valutazzjoni u ta' għażla. |
Emenda 31 Anness I, punt III, paragrafu 8, inċiż 2 | |
- jiżgura li l-klassifikazzjoni finali tal-proposti miftiehma abbażi tal-valutazzjoni għandha tkun torbot l-Istati Sħab, minbarra f'każijiet identifikati kif xieraq bħal problemi legali jew vijabbiltà finanzjarja; |
- jiżgura li l-klassifikazzjoni finali tal-proposti miftiehma abbażi tal-valutazzjoni għandha tkun torbot l-Istati Sħab; |
Emenda ta' kompromess 32 Anness I, punt IV, paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Mhux aktar minn 6% tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandu jintuża biex jikkontribwixxi għall-ispejjeż operazzjonali globali tal-Programm Konġunt AAL. |
Emenda 33 Anness II, paragrafu 6 | |
Bord Konsultattiv li jinkludi rappreżentanti mill-industrija u partijiet interessati oħrajn jipprovdu rakkomandazzjonijiet għall-prijoritajiet u suġġetti li għandhom jiġu indirizzati fis-sejħiet għal proposti tal-Programm Konġunt AAL. |
Bord Konsultattiv li jinkludi rappreżentanti mill-industrija u partijiet interessati oħrajn, bħal persuni aktar avvanzati fl-età, u - bl-intenzjoni li jkun hemm solidarjetà u fehim interġenerazzjonali - żagħżagħ, se jipprovdi rakkomandazzjonijiet għall-prijoritajiet u suġġetti li għandhom jiġu indirizzati fis-sejħiet għal proposti tal-Programm Konġunt AAL. |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta tal-Kummissjoni hija dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-programm konġunt ta' riċerka u żvilupp dwar l-Għajxien Megħjun Kontestwalment (AAL) li fih jieħdu sehem bosta Stati Membri skond l-Artikolu 160 tat-Trattat.
L-għan globali tal-programm huwa t-titjib fil-kwalità tal-ħajja ta' persuni mdaħħlin fiż-żmien u t-tisħiħ tal-bażi industrijali fl-Ewropa permezz ta' l-użu tat-Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (minn issa 'l quddiem imsejħa ICT).
Il-programm għandu tliet objettivi speċifiċi:
· Il-promozzjoni tal-ħruġ ta' prodotti, servizzi u sistemi innovattivi bbażati fuq l-ICT, għal tixjiħ tajjeb fid-dar, fil-komunità u fil-post tax-xogħol.
· Il-ħolqien ta' massa kritika ta' riċerka, żvilupp u innovazzjoni fl-Ewropa fit-teknoloġiji u s-servizzi għal tixjiħ tajjeb fis-soċjetà ta' l-informazzjoni, inkluż ambjent li jiffavorixxi l-SMEs (intrapriżi żgħar u ta' daqs medju).
· It-titjib fil-kundizzjonijiet għall-esplojtazzjoni industrijali billi jiġi pprovdut qafas koerenti Ewropew għall-iżvilupp ta' metodi komuni u għall-iffaċilitar ta' soluzzjonijiet komuni.
S’issa tmintax-il pajjiż Ewropew u l-Iżrael iddeċidew li jinvestu l-isforzi tar-riċerka tagħhom fl-ICT għal għajxien indipendenti fil-programm konġunt AAL għal riċerka applikata. Laħqu ftehim dwar programm konġunt ta’ ħidma ta’ riċerka, li se jistieden lil proġetti konġunti flimkien ma’ parteċipanti minn pajjiżi differenti, sabiex ikollhom proċedura komuni ta’ evalwazzjoni u jkunu ffinanzjati mill-baġits nazzjonali.
Għalfejn huwa meħtieġ il-programm konġunt?
It-tixjiħ demografiku ta’ l-Ewropa jippreżenta sfida lis-soċjetà u lill-ekonomija Ewropej. Il-medja ta’ l-għomor tal-ħajja llum hija ta’ 80 sena u l-għadd ta’ persuni li għandhom bejn il-65 u t-80 sena se jitla’ b’40% bejn l-2010 u l-2030.
L-ICT jista' jgħin lill-individwi mdaħħlin fiż-żmien itejbu l-kwalità tal-ħajja, jibqgħu aktar b'saħħithom u jgħixu hajja indipendenti għal aktar żmien. Ħerġin soluzzjonijiet innovattivi li jgħinu sabiex jingħelbu problemi rrelatati mal-memorja, mal-vista, mas-smigħ, mal-mobiltà, man-nuqqas ta’ indipendenza, li jsiru komuni ħafna biż-żmien[1]. L-ICT jgħin ukoll sabiex il-persuni mdaħħlin fiż-żmien jibqgħu attivi fix-xogħol jew fil-komunità tagħhom. L-esperjenza akkumulata u l-ħiliet tagħhom huma vantaġġ kbir, l-iktar fis-soċjetà ta’ l-għarfien.
It-tixjiħ tal-popolazzjoni jqiegħed ukoll pressjoni fuq kemm jistgħu jiġu akkwistati servizzi għall-kura tas-saħħa u soċjali u fuq id-disponibiltà ta’ staff għall-kura tas-saħħa u soċjali, filwaqt li jesiġi aġġustament tal-mod li bih dawn is-servizzi bħalissa qegħdin jiġu offruti sabiex tintlaħaq talba fil-ġejjieni li kulma jmur qiegħda tiżdied. Teknoloġiji ġodda ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jfissru li qiegħda ssir ħaġa possibbli li jkunu pprovduti l-kura u t-trattament meħtieġa minn persuni – bi prezz irħas – fid-djar tagħhom.
It-tixjiħ demografiku jfisser ukoll opportunità għall-ekonomija Ewropea. Fost il-popolazzjoni aktar imdaħħla fiż-żmien hemm kapaċità ta' nfiq kbira u minħabba l-fatt li t-tixjiħ qiegħed isir fenomenu globali, bażi qawwija ta' soluzzjonijiet iffaċilitati permezz ta' l-ICT fl-Ewropa tkun tista' toffri spinta għal opportunitajiet għall-esportazzjoni madwar id-dinja kollha.
Jekk l-UE trid li ssir mexxej ta’ l-ogħla grad mad-dinja kollha f’din l-industrija, fatt importanti huwa li tindirizza l-mudell tan-negozju u l-prezzijiet għall-konsumaturi. Madankollu, sabiex ikunu żgurati prezzijiet irħas, huwa neċessarju li titbaxxa l-ispiża ta’ l-iżvilupp u tal-produzzjoni. Sabiex jistabbilixxu suq b’saħħtu ta’ l-UE, l-Istati Membri se jkunu meħtieġa li jagħtu ħarsa b’mod kollettiv lejn il-fatt li jiżviluppaw standards fuq livell ta’ l-UE u interoperabiltà.
Il-Programm Konġunt AAL
Il-programm Konġunt jinkludi żewġ tipi ta' attivitajiet:
· Attivitajiet ta' riċerka, żvilupp u innovazzjoni li jikkonsistu minn progetti transnazzjonali li jitqassmulhom l-ispejjez taghhom u li jinvolvu millinqas tliet imsiehba nn Stati Membri partecipanti differenti. Hawnhekk il-mira se tkun riċerka orjentata lejn is-suq, ta' tul ta' żmien qasir jew medju u b’kapaċità ta’ esplojtazzjoni tar-riżultati tal-proġett matul perjodu ta' żmien realistiku.
· Attivitajiet ta' senserija, ta' promozzjoni tal-programm u ta' netwerking, sabiex ikunu stabbiliti kuntatti mal-partijiet interessati kollha fil-katina tal-valur. Il-partijiet interessati huma dawk responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet mis-settur pubbliku, fornituri tas-servizz tas-settur privat u ta' l-assigurazzjoni, rappreżentanti mill-industriji, l-SMEs u l-utenti.
Kull pajjiż se jiffinanzja lill-parteċipanti nazzjonali tiegħu li jkunu ntgħażlulhom il-proposti tagħhom. Il-fondi nazzjonali se jkunu mmaniġġjati minn agenziji nazzjonali li se jimmaniggjaw ukoll il-fondi li jkunu gejjin mill-istruttura ddedikata ta’ implimentazzjoni.
Il-kontribuzzjoni Komunitarja se tirrappreżenta persentaġġ fiss tal-fondi pubbliċi globali ġejjin mill-programmi nazzjonali li qegħdin jipparteċipaw, iżda f'kwalunkwe każ ma tistax taqbeż il-50% tal-fondi pubbliċi totali ta' parteċipant fi proġett magħżul.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima totali mill-Komunità hija ta’ 150 miljun EWRO mill-baġit tas-7 Programm ta’ Qafas.
Kummenti
Ir-rapporteur iqis li l-proposta tal-Kummissjoni tqajjem bosta mistoqsijiet fir-rigward tal-kontenuti tar-riċerka, ta’ l-attivitajiet, tal-fondi, tas-sħubija u ta’ l-aċċessibiltà.
a) Kontenuti tar-riċerka
Il-proposta ma tinkludix xi indikazzjoni dwar il-linji ewlenin tar-riċerka li se tkun qiegħda tiffinanzja. Lanqas ma tfisser kif se tittieħed deċiżjoni dwar il-programm ta’ ħidma annwali, barra mill-fatt li ssir “konsultazzjoni ma’ partijiet interessati Ewropej rilevanti”. Elaborazzjoni iktar fil-fond, bħal ngħidu aħna abbozz tal-programm ta’ ħidma, tkun utli.
L-implimentazzjoni konġunta ta’ programmi nazzjonali għandha timplika l-eżistenza ta’ programmi nazzjonali b’linji differenti ta’ riċerka. Ma jissemmewx il-linji ewlenin komuni f’dawn il-programmi jew l-artikulazzjoni possibbli ta’ metodi nazzjonali rilevanti fi programm koerenti mmirat lejn l-għanijiet mistqarra.
Ir-rapporteur huwa mħasseb dwar l-inklużjoni fil-programm ta’ ħidma ta’ kwistjonijiet bħal ngħidu aħna:
L-aċċettazzjoni ta’ teknoloġiji minn persuni mdaħħlin fiż-żmien; il-ħtiġijiet ta’ l-utenti; l-aċċessibiltà (b’mod partikolari għal żoni rurali), kemm ħaġa tista’ tiġi akkwistata kemm mill-konsumatur kif ukoll mill-organizzazzjonijiet għall-kura tas-saħħa u ostakli prattiċi li jipprevienu l-użu ta’ teknoloġiji diġà eżistenti.
b) Attivitajiet
Il-programm Konġunt jinkludi żewġ tipi ta' attivitajiet: attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni u ta’ senserija, promozzjoni tal-programm u netwerking. Madankollu, ebda attività ma tidher li qiegħda tindirizza l-għan importanti ħafna tal-programm li jipprovdi “qafas koerenti Ewropew għall-iżvilupp ta' metodi komuni u għall-iffaċilitar tal-lokalizzazzjoni u l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet komuni…” Dan il-qafas huwa ovvjament il-valur miżjud ewlieni tal-programm konġunt u minkejja dan, la l-attivitajiet ta’ riċerka lanqas l-avvenimenti ta’ senserija ma jidhru li jiffukaw fuqu jew inkella l-konnessjoni m’hijiex iġġustifikata b’mod ċar.
Ir-rapporteur huwa mħasseb dwar li tkun żgurata imparzjalità/indipendenza fl-għażla tal-proposti u li l-fondi jintużaw għal proġetti verament innovattivi li jagħtu spinta ‘l quddiem f’dan il-qasam u mhux biss sabiex ikunu ffinanzjati seminars u fuljetti.
c) Fondi
Il-Kummissjoni għandha tikkjarifika tlaqqigħ żbaljat possibbli ta’ fondi minn bagits nazzjonali flimkien ma’ proposti maghzulin mill-istess pajjizi.
Hija meħtieġa kjarifika iktar fil-fond dwar x’jiġri mill-fondi totali tal-programm f’każ li Stati Membri ma jintrabtux mal-fondi allokati fis-sena. M’huwiex dikjarat jekk issirx kontribuzzjoni minima mill-Istati Membri u mill-industrija.
d) Sħubija
Minħabba l-fatt li l-fondi mill-UE huma ammont fiss, jidher li m’hemm ebda inċentiv għall-Istati Membri inizjali li jipparteċipaw fi ħdan il-programm AAL li jippromwovu l-parteċipazzjoni ta’ membri ġodda.
e) Struttura
Il-proposta għandha struttura kumplessa li tinvolvi li tiġi stabbilita assoċjazzjoni b’bord tad- diretturi, b’bord konsultattiv u bi staff amministrattiv. Din l-istruttura ta’ implimentazzjoni se tkun tista’ tirċievi fondi, toħroġ sejħiet għal proposti u tevalwa u talloka l-fondi. Iżda tibqa’ titqajjem mistoqsija dwar jekk huwiex fattibbli li tiġi ssimplifikata l-istruttura u li jkun hemm inqas strati fi ħdan l-Assoċjazzjoni AAL u dwar jekk ix-xogħol jistax isir b’mod dirett mill-Kummissjoni milli minn assocjazzjoni separata.
Ir-rapporteur huwa mħasseb ukoll dwar il-viżibiltà ta’ l-UE, donatur maġġuri, taħt din l-istruttura.
Fl-aħħar, u filwaqt li jqis il-fatt li l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 169 ġabet magħha problemi fl-imgħoddi (bħal immaniġġjar ħażin jew impenji ta’ fondi li ma ġewx onorati mill-Istati Membri) ir-rapporteur iqis li l-proposta għandha turi li m’hemm ebda alternattiva għall-Artikolu 169.
f) Aċċessibiltà
L-Istati Membri kollha għandhom aċċess simili għat-teknoloġiji f’termini ta’ prodotti u servizzi fis-suq sabiex ma tinħoloqx Ewropa maqsuma f’żewġ partijiet u ma titwessax id-diviżjoni diġitali.
M’għandux ikun hemm diviżjoni ġeografika lanqas jekk persuni mdaħħlin fiż-żmien f’żoni rurali/periferali ma jkollhomx l-istess aċċess għat-teknoloġiji bħal dawk f’konglomerazzjonijiet.
Fir-rigward ta’ l-aċċess għall-prodotti/għas-servizzi – ir-rapport jassumi li dan is-segment demografiku għandu kapaċità ta’ nfiq kbira, iżda fir-realtà, il-persuni mdaħħlin fiż-żmien huma konxji mill-prezzijiet u ħafna minnhom jgħixu bil-pensjoni biss. Għaldaqstant, huwa essenzjali li l-prezzijiet jinżammu raġonevoli u li l-prodotti jkunu aċċessibbli għal kull min ikun jeħtieġhom.
L-evidenza tissuġġerixxi li l-persuni mdaħħlin fiż-żmien u l-persuni diżabbli jinsabu f’riskju ogħla li jiġu emarġinati b’mod diġitali, u għaldaqstant għad fadal ħafna xi jsir sabiex tiġi evitata l-esklużjoni soċjali tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien fil-post tax-xogħol/fil-komunità/fid-djar. Barra minn hekk, ir-ricerka tissuggerixxi li l-persuni mdahhlin fiz-zmien huma inqas inklinati li juzaw/li jippruvaw teknologiji godda; għaldaqstant, huwa importanti li l-prodotti żviluppati jkunu jistgħu jintużaw b’mod faċli u għandha ssir ħafna riċerka dwar kif isiru prodotti li jkunu jistgħu jintużaw b’mod sempliċi. Dan ifisser li l-grupp immirat għandu jkun inkluż matul il-fażi ta’ l-iddisinjar u dik konċettwali.
Fl-aħħar, hemm bżonn li nagħmlu distinzjoni bejn il-ħtiġijiet ta’ gruppi ta’ etajiet differenti. L-evidenza turi li grupp ta’ età bejn il-65 u l-75 sena għandu ħtiġijiet differenti minn grupp ta’ eta bejn il-75 u l-85 sena u ‘l fuq minn 85 sena. F’termini ta’ teknoloġiji mmirati lejn gruppi ta’ persuni diżabbli, dawn ta’ l-aħħar għandhom ħtiġijiet speċifiċi ħafna iżda ta’ sikwit l-iżvilupp ta’ prodotti għal ħtiġijiet speċjalizzati bħal dawn jista’ jqum ħafna flus u barra minn hekk is-segment tas-suq m’huwiex proporzjonatament kbir.
Impatti oħrajn
F’xi każijiet, it-teknoloġiji ta’ l-ICT għat-tixjiħ tajjeb fis-soċjetà jistgħu jnaqqsu l-ħtieġa ta’ staff għall-kura tas-saħħa (fiżjoterapisti, infermiera, tobba) iżda għandha tiġi indirizzata l-kwistjoni tar-riskji li jinħolqu jekk ma jkunux preżenti esperti mediċi meta l-pazjenti jkunu qegħdin jagħmlu eżerċizzji ta’ riabilitazzjoni jew għall-immonitorjar tas-saħħa.
Kwistjonijiet oħrajn ta’ tħassib għar-rapporteur huma: is-simplifikazzjoni ta’ l-aċċess għall-SMEs; l-impatt fuq l-impjiegi fis-settur tas-saħħa jekk konsumaturi mdaħħlin fiż-żmien isiru iktar indipendenti u l-ostakli prattiċi tekniċi u regolatorji li jipprevienu użu usa’ ta’ l-ICT f’dan il-qasam.
Konklużjoni
Il-proposta tesiġi iktar definizzjoni f’termini tal-kontenuti tar-riċerka u l-proċess ta’ tfassil tal-programm ta’ ħidma. Hija meħtieġa iktar indikazzjoni dwar it-tendenzi rilevanti fl-RTD (Riċerka u Żvilupp Teknoloġiku) fl-Istati Membri, linji komuni, nuqqasijiet jew suġġetti possibbli ta’ valur miżjud Ewropew.
Il-proposta ma tfissirx b’mod sħiħ kif l-attivitajiet proposti se jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ qafas Ewropew komuni li jista’ jipprovdi s-suq komuni meħtieġ għall-industriji parteċipanti.
Fl-aħħar, huwa essenzjali li l-UE tadotta metodu komprensiv fir-rigward ta’ l-isfida ppreżentata mit-tixjiħ fl-Ewropa u mit-tendenzi demografiċi tagħna li jaffettwaw bosta oqsma politiċi: l-impjieg, is-sistemazzjoni fid-djar, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-appoġġ soċjali u s-saħħa pubblika.
- [1] 45% mill-persuni li għandhom età li tibda minn 75 sena ‘l fuq huma sa certu punt ostakolati fl-attivitajiet ta’ ghajxien taghhom ta’ kuljum.
OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (18.12.2007)
f'isem il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta' riċerka u żvilupp maħsub biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' persuni mdaħħlin fiż-żmien permezz ta' l-użu ta' Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni ġodda (ICT), imnedija minn diversi Stati Membri
(COM(2007)0329 – C6‑0178/2007 – 2007/0116(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg
EMENDI
Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 6 | |
(6) L-iżvilupp ta' xjuħija attiva bħala element ċentrali tal-linji gwida mġedda għall-impjieg, il-prospettiva ta' l-UE għax-xjuħija timmira li timmobilizza l-potenzjal sħiħ ta' persuni ta' kull età u tisħaq fuq il-ħtieġa għal bidla mill-istrateġiji għax-xjuħija fframmentati għal dawk komprensivi bbażati fuq il-kunċett taċ-ċiklu tal-ħajja. |
(6) L-iżvilupp ta' xjuħija attiva bħala element ċentrali tal-linji gwida mġedda għall-impjieg u l-kunsiderazzjoni tal-fatt li, bis-saħħa tas-sistemi u l-prodotti bbażati fuq it-teknoloġiji ta' l-infomrazzjoni u l-komunitkazzjoni, il-persuni (il-biċċa l-kbira nisa) li jieħdu ħsieb l-anzjani ma jkunux mitluba jieqfu mix-xogħol, il-prospettiva ta' l-UE għax-xjuħija timmira li timmobilizza l-potenzjal sħiħ ta' persuni ta' kull età, u tiżgura opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel, u tisħaq fuq il-ħtieġa għal bidla mill-istrateġiji għax-xjuħija fframmentati għal dawk komprensivi bbażati fuq il-kunċett taċ-ċiklu tal-ħajja. |
Ġustifikazzjoni | |
L-intenzjoni hawnhekk hija li tiġi enfasizzata l-idea tal-promozzjoni ta' l-impjieg permezz tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, mhux biss bl-estensjoni tal-ħajja attiva ta' l-anzjani iżda ukoll billi jiġi żgurat li l-persuni (ġeneralment in-nisa) li jieħdu ħsieb l-anzjani ma jkollhomx għalfejn jieqfu mix-xogħol. | |
Emenda 2 Premessa 6 a (ġdida) | |
|
(6a) L-iżvilupp rapidu tat-Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) u tas-servizzi elettroniċi jżid ir-riskju ta' l-esklużjoni mill-informazzjoni. It-titjib ta' l-għarfien diġitali, speċjalment għan-nisa f'kull livell, huwa għaldaqstant prekundizzjoni għall-inklużjoni u l-parteċipazzjoni fis-soċjetà ta' l-informazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-programmi ta' riċerka u żvilupp għandhom jindirizzaw il-kwistjoni li jittejjeb l-Għarfien Diġitali, speċjalment il-problemi marbuta ma' l-esklużjoni tan-nisa mill-informazzjoni. | |
Emenda 3 Premessa 9 | |
(9) Il-Programm Konġunt AAL jimmira li jindirizza l-isfida tax-Xjuħija Demografika billi jipprovdi l-qafas neċessarju legali u amministrattiv għal kooperazzjoni Ewropea u fuq skala kbira bejn l-Istati Membri dwar riċerka applikata u innovazzjoni fil-qasam tat-Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) għal xjuħija Tajba f'soċjetà li qed tixjieħ. L-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall u Spanja, (minn issa 'l quddiem imsejħa l-"Istati Membri parteċipanti") u l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera qablu li jikkoordinaw u jimplimentaw flimkien attivitajiet immirati bħala kontribuzzjoni għall-Programm Konġunt AAL. Il-valur globali tal-parteċipazzjoni tagħhom huwa stmat b'minimu ta' EUR 150 miljun għat-tul taż-żmien tas-Seba' Programm Kwadru. |
(9) Il-Programm Konġunt AAL jimmira li jindirizza l-isfida tax-Xjuħija Demografika billi jipprovdi l-qafas neċessarju legali u amministrattiv għal kooperazzjoni Ewropea u fuq skala kbira bejn l-Istati Membri dwar riċerka applikata u innovazzjoni fil-qasam tat-Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) għal xjuħija Tajba f'soċjetà li qed tixjieħ, fejn il-persentaġġ tan-nisa huwa ogħla minn dak ta' l-irġiel minħabba li l-għomor medju mistenni tan-nisa huwa itwal. L-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall u Spanja, (minn issa 'l quddiem imsejħa l-"Istati Membri parteċipanti") u l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera qablu li jikkoordinaw u jimplimentaw flimkien attivitajiet immirati bħala kontribuzzjoni għall-Programm Konġunt AAL. Il-valur globali tal-parteċipazzjoni tagħhom huwa stmat b'minimu ta' EUR 150 miljun għat-tul taż-żmien tas-Seba' Programm Kwadru. |
Emenda 4 Premessa 21 a (ġdida) | |
|
(21a) Bi qbil mas-Seba' Programm ta' Qafas, għandu jkun hemm promozzjoni attiva ta' l-irwol tan-nisa fix-xjenza u r-riċerka permezz ta' miżuri xierqa bil-għan li jiżdied in-numru tagħhom f'dan il-qasam u jkompli jissaħħaħ l-irwol attiv tagħhom fir-riċerka. |
Emenda 5 Artikolu 2, punt (c) | |
(c) l-istabbiliment tal-mudell ta' tmexxija xieraq u effiċjenti għall-Programm Konġunt AAL f'konformità mal-linji gwida stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni; |
(c) l-istabbiliment tal-mudell ta' tmexxija xieraq, effiċjenti u li jqis il-kwistjonijiet relatati mal-ġeneru għall-Programm Konġunt AAL f'konformità mal-linji gwida stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni; |
Emenda 6 Artikolu 2 punt (g) | |
(g) l-iżgurar ta' livell għoli ta' eċċellenza xjentifika u ta' osservanza ta' prinċipji etiċi skond il-prinċipji ġenerali tas-Seba' Programm Kwadru; kif ukoll |
(g) l-iżgurar ta' livell għoli ta' eċċellenza xjentifika u ta' osservanza ta' prinċipji etiċi, inkluża l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru f'kull qasam tar-riċerka skond il-prinċipji ġenerali tas-Seba' Programm Kwadru; kif ukoll |
Emenda 7 Artikolu 3 | |
L-għoti ta' sostenn finanzjarju mill-istruttura speċifika ta' implimentazzjoni lil partijiet terzi fl-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL, u b'mod partikolari is-sostenn finanzjarju pprovdut lil parteċipanti fi proġetti magħżula wara sejħiet għal proposti għall-konċessjoni tal-għotjiet, għandhom ikunu soġġetti għal trattament ugwali u trasparenza. Is-sostenn finanzjarju lil partijiet terzi għandu jingħata abbażi ta' eċċellenza xjentifika u skond il-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni. |
L-għoti ta' sostenn finanzjarju mill-istruttura speċifika ta' implimentazzjoni lil partijiet terzi fl-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL, u b'mod partikolari is-sostenn finanzjarju pprovdut lil parteċipanti fi proġetti magħżula wara sejħiet għal proposti għall-konċessjoni tal-għotjiet, għandhom ikunu soġġetti għal trattament ugwali, l-integrazzjoni tal-ġeneru u t-trasparenza. Is-sostenn finanzjarju lil partijiet terzi għandu jingħata abbażi ta' eċċellenza xjentifika u skond il-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni. |
Emenda 8 Artikolu 12, paragrafu 2 | |
2. Valutazzjoni interim tal-Programm Konġunt AAL għandu jsir mill-Kummissjoni sentejn wara l-bidu tal-Programm, iżda f'kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-2010. Din il-valutazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-implimentazzjoni, inkluż l-integrazzjoni xjentifika, ġestjonarja u finanzjarja, tal-Programm Konġunt AAL u għandha tagħti spinta 'l quddiem lill-għanijiet stabbiliti, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-mezzi l-aktar xierqa sabiex l-integrazzjoni titjieb aktar. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' dan, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha u, fejn xieraq, proposti għall-adattament ta' din id-Deċiżjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
2. Valutazzjoni interim tal-Programm Konġunt AAL għandu jsir mill-Kummissjoni sentejn wara l-bidu tal-Programm, iżda f'kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-2010. Din il-valutazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-implimentazzjoni, inkluż l-integrazzjoni xjentifika, ġestjonarja u finanzjarja, kif ukoll l-evalwazzjoni ta' l-impatt ta' kwistjonijiet relatati mal-ġeneru tal-Programm Konġunt AAL u għandha tagħti spinta 'l quddiem lill-għanijiet stabbiliti, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-mezzi l-aktar xierqa sabiex l-integrazzjoni titjieb aktar. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' dan, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha u, fejn xieraq, proposti għall-adattament ta' din id-Deċiżjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 9 Anness I, I. Objettivi Speċifiċi, paragrafu 1, inċiż 1 | |
- Il-promozzjoni tal-ħruġ ta' prodotti, servizzi u sistemi għal xjuħija tajba fid-dar, fil-komunità u fuq ix-xogħol li jkunu innovattivi u bbażati fuq l-ICT, u b'hekk jiżdiedu l-kwalità tal-ħajja, l-awtonomija, il-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali, il-ħiliet u l-impjegabilità ta' persuni mdaħħla fiż-żmien, u t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-kura tas-saħħa u dik soċjali; Dan jista' jiġi bbażat e.ż. fuq utilizzazzjoni innovattiva tat-teknoloġija ta' l-ICT, mogħdijiet ġodda għall-interazzjoni mal-klijenti jew tipi ġodda ta' katini ta' valur għas-servizzi ta' ħajja indipendenti. |
- Il-promozzjoni tal-ħruġ ta' prodotti, servizzi u sistemi għal xjuħija tajba fid-dar, fil-komunità u fuq ix-xogħol li jkunu innovattivi u bbażati fuq l-ICT, u b'hekk jiżdiedu l-kwalità tal-ħajja, l-awtonomija, il-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali u ekonomika, il-ħiliet u l-impjegabilità ta' persuni mdaħħla fiż-żmien, u tiżgura li l-kura tas-saħħa u dik soċjali tkun ekonomikament vijabbli, u fl-istess ħin iżżid il-provvista ta' din it-tip ta' kura fil-ħajja ta' kuljum. Dan jista' jiġi bbażat e.ż. fuq utilizzazzjoni innovattiva tat-teknoloġija ta' l-ICT, mogħdijiet ġodda għall-interazzjoni mal-klijenti jew tipi ġodda ta' katini ta' valur għas-servizzi ta' ħajja indipendenti. |
Emenda 10 Anness I, V. Ir-riżultati mistennija mill-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL, paragrafu 1 | |
L-istruttura speċifika ta' implimentazzjoni għandha tipprovdi rapport annwali, li għandha tagħti ħarsa ġenerali ddettaljata dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL (in-numru ta' proġetti ppreżentati u magħżula għal finanzjament, l-użu ta' finanzjament Komunitarju, id-distribuzzjoni tal-fondi nazzjonali, it-tip ta' parteċipanti, l-istatistika tal-pajjiż, l-avvennimenti ta' senserija u l-attivitajiet ta' disseminazzjoni, eċċ) u l-progress lejn integrazzjoni msaħħa.
|
L-istruttura speċifika ta' implimentazzjoni għandha tipprovdi rapport annwali, li għandha tagħti ħarsa ġenerali ddettaljata dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL (in-numru ta' proġetti ppreżentati u magħżula għal finanzjament, sa liema punt ġiet kkunsidrata d-dimensjoni ta' l-ugwaljanza bejn l-irġel u n-nisa, l-użu ta' finanzjament Komunitarju, id-distribuzzjoni tal-fondi nazzjonali, it-tip ta' parteċipanti, l-istatistika tal-pajjiż, l-avvennimenti ta' senserija u l-attivitajiet ta' disseminazzjoni, eċċ) u l-progress lejn integrazzjoni msaħħa.
|
PROĊEDURA
Titolu |
It-titjib fil-kwalità tal-ħajja ta' persuni mdaħħlin fiż-żmien |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0329 - C6-0178/2007 - 2007/0116(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ITRE |
|||||||
Opinjoni mressqa minn Data tat-tħabbira fil-Plenarja |
FEMM 21.6.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Lidia Joanna Geringer de Oedenberg 12.7.2007 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
20.11.2007 |
17.12.2007 |
|
|
||||
Data ta' l-adozzjoni |
17.12.2007 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
25 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Emine Bozkurt, Hiltrud Breyer, Edite Estrela, Věra Flasarová, Claire Gibault, Zita Gurmai, Esther Herranz García, Piia-Noora Kauppi, Pia Elda Locatelli, Doris Pack, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Zita Pleštinská, Christa Prets, Karin Resetarits, Eva-Britt Svensson, Anne Van Lancker, Anna Záborská |
|||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriela Creţu, Iratxe García Pérez, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Donata Gottardi, Anna Hedh, Kartika Tamara Liotard, Marusya Ivanova Lyubcheva, Maria Petre |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Titjib fil-kwalità tal-ħajja ta’ persuni mdaħħlin fiż-żmien |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0329 – C6-0178/2007 – 2007/0116(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
14.6.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 21.6.2007 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 21.6.2007 |
EMPL 21.6.2007 |
CULT 21.6.2007 |
FEMM 21.6.2007 |
||||
Opinjoni mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 24.10.2007 |
EMPL 27.6.2007 |
CULT 25.6.2007 |
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Neena Gill 26.6.2007 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
5.11.2007 |
|
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
24.1.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
45 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Šarūnas Birutis, Jan Březina, Renato Brunetta, Philippe Busquin, Jerzy Buzek, Dragoş Florin David, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, David Hammerstein, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Anne Laperrouze, Pia Elda Locatelli, Eugenijus Maldeikis, Eluned Morgan, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Andres Tarand, Britta Thomsen, Catherine Trautmann, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras, Dominique Vlasto |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Neena Gill, Vittorio Prodi, John Purvis, Esko Seppänen, Vladimir Urutchev, Lambert van Nistelrooij |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Pierre Pribetich |
|||||||
Data tat-tressiq |
4.2.2008 |
|||||||