RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE fir-rigward ta' l-aġġustamenti ta' arranġamenti speċjali ta' taxxa fuq il-gas oil li jintuża bħala fjuwil tal-magna għal skopijiet kummerċjali u għall-koordinazzjoni tat-tassazzjoni tal-petrol bla ċomb u tal-gas oil li jintużaw bħala fjuwil tal-magni
4.2.2008 - (COM(2007)0052 – C6-0109/2007 – 2007/0023(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Olle Schmidt
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE fir-rigward ta' l-aġġustamenti ta' arranġamenti speċjali ta' taxxa fuq il-gas oil li jintuża bħala fjuwil tal-magna għal skopijiet kummerċjali u għall-koordinazzjoni tat-tassazzjoni tal-petrol bla ċomb u tal-gas oil li jintużaw bħala fjuwil tal-magni
(COM(2007)0052 – C6-0109/2007 – 2007/0023(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0052),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0109/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0030/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi mill-Parlament | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 1 PREMESSA 4 | |||||||||||||||||||||||||
(4) Filwaqt li l-fjuwil jirrappreżenta proporzjon kbir ta' l-ispejjeż ta' ġestjoni ta' negozju tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, jistgħu jiġu osservati diverġenzi kbar fil-livell ta' tassazzjoni applikat fuq gas oil mill-Istati Membri. Filwaqt li l-fjuwil jirrappreżenta proporzjon kbir ta' l-ispejjeż ta' ġestjoni ta' negozju tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, jistgħu jiġu osservati diverġenzi kbar fil-livell ta' tassazzjoni applikat fuq gas oil mill-Istati Membri. Dawn id-diverġenzi jwasslu għal turiżmu tal-fjuwil u tagħwiġ tal-kompetizzjoni. Approssimazzjoni mtejba fuq livell Komunitarju tal-livell ta' tassazzjoni applikabbli għal gas oil kummerċjali għandha tindirizza l-kwistjoni ta' kompetizzjoni inġusta b'mod effiċjenti u eventwalment għandha tirriżulta fil-funzjonament imtejjeb tas-suq intern u tnaqqis fil-ħsara ta' l-ambjent. |
(4) Filwaqt li l-fjuwil jirrappreżenta proporzjon kbir ta' l-ispejjeż ta' ġestjoni ta' negozju tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, jistgħu jiġu osservati diverġenzi kbar fil-livell ta' tassazzjoni applikat fuq gas oil mill-Istati Membri. Dawn id-diverġenzi jistgħu jwasslu għal turiżmu tal-fjuwil u tagħwiġ tal-kompetizzjoni fir-reġjuni tal-fruntieri. Approssimazzjoni mtejba fuq livell Komunitarju tal-livell ta' tassazzjoni applikabbli għal gas oil kummerċjali għandha tindirizza l-kwistjoni ta' kompetizzjoni inġusta b'mod effiċjenti u eventwalment għandha tirriżulta fil-funzjonament imtejjeb tas-suq intern u tnaqqis fil-ħsara ta' l-ambjent. Fl-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa għandhom jitqiesu wkoll l-effetti inflazzjonarji u l-bżonn li tissaħħaħ il-kompetittività ta' l-Unjoni Ewropea. Għandu jkun enfasizzat li l-armonizzazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq il-petrol bla ċomb u l-gas oil m'għandhiex twassal għal rekwiżiti mhux proporzjonali għal dawk l-Istati Membri li inkella jkollhom politika fiskali stretta u impenn qawwi kontra l-inflazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Meta terġa' titkabbar aktar iz-zona ta' l-euro, se tkun riveduta l-prattika attwali li hija ta' ħsara, l-iktar il-fatt li l-pajjiżi kandidati huma obbligati jgħollu r-rati tat-taxxa tas-sisa. Dan l-obbligu jxekkel il-kapaċità ta' l-Istat Membru rilevanti li jissodisfaw il-kriterji dwar l-inflazzjoni, li hija prekundizzjoni ewlenija tas-sħubija fiz-zona ta' l-euro. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 PREMESSA 6 | |||||||||||||||||||||||||
(6) Mill-perspettiva ambjentali, jidher xieraq, f'dan l-istadju, li jiġu stabbiliti l-istess livelli minimi għat-tassazzjoni fuq il-petrol bla ċomb u fuq il-gas oil. Ma hemm ebda raġuni valida għalfejn il-livelli nazzjonali ta' tassazzjoni għal-gas oil u għall-petrol bla ċomb għandhom jiġu stabbiliti taħt il-livelli nazzjonali applikabbli fuq il-gas oil kummerċjali. Għall-Istati Membri li jagħmlu distinzjoni bejn użu kummerċjali u mhux kummerċjali tal-gas oil użat bħala propellant, għandu għalhekk jiġi kkjarifikat li l-livell nazzjonali ta' tassazzjoni għal gas oil mhux kummerċjali wżat bħal propellant mgħandux ikun anqas mil-livell nazzjonali applikat għal gas oil kummerċjali minn dak l-Istat Membru. L-istess għandu japplika għar-relazzjoni bejn il-petrol bla ċomb u gas oil kummerċjali wżat bħala propellant.
|
(6) Mill-perspettiva ambjentali, jidher xieraq, f'dan l-istadju, li jiġu stabbiliti l-istess livelli minimi għat-tassazzjoni fuq il-petrol bla ċomb u fuq il-gas oil. Ma hemm ebda raġuni valida għalfejn il-livelli nazzjonali ta' tassazzjoni għall-gas oil u għall-petrol bla ċomb għandhom jiġu stabbiliti taħt il-livelli nazzjonali applikabbli fuq il-gas oil kummerċjali. Għall-Istati Membri li jagħmlu distinzjoni bejn użu kummerċjali u mhux kummerċjali tal-gas oil użat bħala propellant, għandu għalhekk jiġi kkjarifikat li l-livell nazzjonali ta' tassazzjoni għal gas oil mhux kummerċjali użat bħala propellant m'għandux ikun anqas mil-livell nazzjonali applikat għal gas oil kummerċjali minn dak l-Istat Membru, madankollu, mingħajr ma dan jaffettwa ħażin l-utent tal-gas oil mhux kummerċjali. L-istess għandu japplika għar-relazzjoni bejn il-petrol bla ċomb u gas oil kummerċjali użat bħala propellant. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tenfasizza r-rilevanza tar-rabta bejn it-tipi tar-rati tat-taxxa tas-sisa kummerċjali u mhux kummerċjali. Jekk ir-rata tat-taxxa tas-sisa kummerċjali tikber, il-piż fuq il-konsumatur medju se jiżdied minħabba r-rabta bejn ir-rati tat-taxxa tas-sisa kummerċjali u mhux kummerċjali. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 PREMESSA 6 A (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||
|
(6a) L-Istati Membri li jużaw il-perjodi ta' tranżizzjoni għandhom tendenza, sfortunatament, li ma jiħdux passi biex ilaħħqu ma' l-istandards minimi tat-taxxa tas-sisa, kuntrarjament għall-impenji li ħadu. Għalhekk kwalunkwe titwil awtomatiku tal-perjodu ta' tranżizzjoni assolutament mhux aċċettabbli. Il-Kummissjoni fl-2010 għandha tirrapporta dwar sa liema punt dawk l-Istati Membri li qed joqorbu lejn l-aħħar tal-perjodu ta' tranżizzjoni ssodisfaw l-obbligi tagħhom. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-emenda titlob biex ma jingħatax appoġġ għar-reġim tat-titwil awtomatiku għaliex dan jikkontribwixxi għall-persistenza tat-tagħwiġ tal-kompetizzjoni u tat-turiżmu tal-fjuwil fl-UE. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 PREMESSA 6 B (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||
|
(6b)Sabiex tkun żgurata l-koerenza tad-Direttiva 2003/96/KE mal-politika komuni għat-trasport u biex ikun evitat tagħwiġ potenzjali tal-kompetizzjoni fis-swieq tat-trasport tal-merkanzija, id-definizzjoni tal-gas oil użat bħala propellant għandha tkun immodifikata. Għandu jkun stabbilit li d-definizzjoni ta' użu kummerċjali tikkonċerna l-ġarr ta' prodotti bit-triq minn vetturi li l-piż gross massimu ta' tagħbija permissibli tagħhom huwa ta' mhux inqas minn 3.5 tunnellati. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
The whole legislation on EC transport policy contains a definition of heavy goods vehicles used for transports that includes all vehicles having a maximum permissible laden weight of over 3,5 tonnes. There has been a general tendency to align all transport legislations in order to establish the same definition. In particular, the Eurovignette directive (directive 1999/62/EC) has been amended by the directive 2006/38/EC, which introduced a new definition of heavy goods vehicles (vehicles with weight of over 3,5 tonnes) and replaced the previous-one (vehicles with weight of over 7,5 tonnes). In the same line, the Community legislation concerning the access to the international road haulage market (Regulation 881/92, Commission proposal COM(2007)265) applies to heavy goods vehicles with a weigh of over 3,5 tonnes. There is no reason to keep only in Directive 2003/96 a different definition, which may lead to competitive disadvantages for small haulers. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 PREMESSA 7 | |||||||||||||||||||||||||
(7) Ċerti Stati Membri ġew mogħtija perjodi ta' tranżizzjoni sabiex ikunu jistgħu jadattaw mingħajr xkiel għall-livelli ta' tassazzjoni stabbiliti bid-Direttiva 2003/96/KE. Għall-istess raġunijiet, dawn il-perjodi ta' tranżizzjoni għandhom jiġu ssupplementati fir-rigward ta' din id-Direttiva. |
(7) Ċerti Stati Membri ġew mogħtija perjodi ta' tranżizzjoni sabiex ikunu jistgħu jadattaw mingħajr xkiel għal-livelli ta' tassazzjoni stabbiliti bid-Direttiva 2003/96/KE. Għal uħud minn dawk l-Istati Membri, dawn il-perjodi ta' tranżizzjoni għandhom jiġu ssupplementati fir-rigward ta' din id-Direttiva. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 PREMESSA 10 | |||||||||||||||||||||||||
(10) Il-possibilità li l-Istati Membri jiffissaw rata mnaqqsa fuq gas oil għal skopijiet kummerċjali taħt il-livell minimu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003, meta tiġi introdotta jew applikata sistema ta' imposti għall-utenti tat-triq li tirriżulta f'piż ġenerali ta' taxxa li jkun il-biċċa l-kbira ekwivalenti, għandha tiġi estiża. Għal dan il-għan u fid-dawl ta' l-esperjenza, ikun xieraq li ma jinżammx ir-rekwiżit skond liema l-livell nazzjonali ta' tassazzjoni fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003 għal gas oil użat bħala propellant għandu jkun talanqas id-doppju tal-livell minimu ta' tassazzjoni applikabbli fl-1 ta' Jannar 2004. |
(10) Il-possibilità li l-Istati Membri jiffissaw rata mnaqqsa fuq gas oil għal skopijiet kummerċjali meta tiġi introdotta jew applikata sistema ta' imposti għall-utenti tat-triq li tirriżulta f'piż ġenerali ta' taxxa li jkun il-biċċa l-kbira ekwivalenti, għandha tiġi estiża. Għandu jkun ukoll possibbli li l-Istati Membri jippromwovu l-użu ta' fjuwils mingħajr bażi ta' żejt u b'karbonju baxx kemm permezz ta' inċentivi fiskali kif ukoll permezz ta' skemi maħsuba biex jiżguraw ċertu livell ta' konsum ta' dawk il-fjuwils. Għal dan il-għan u fid-dawl ta' l-esperjenza, ikun xieraq li ma jinżammx ir-rekwiżit skond liema l-livell nazzjonali ta' tassazzjoni fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003 għal gas oil użat bħala propellant għandu jkun talanqas id-doppju tal-livell minimu ta' tassazzjoni applikabbli fl-1 ta' Jannar 2004. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Jekk jintuża, skond ir-regola, bħala parti minn kwalunkwe fjuwil tal-magna dan jista' jħalli benefiċċji ambjentali sostanzjali. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 PREMESSA 10 A (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||
|
(10a) Waqt li jingħata rikonoxximent sħiħ lill-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri li jiggwadanjaw dħul addizzjonali mill-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu inkoraġġiti biex jinvestuh mill-ġdid primarjament fl-infrastruttura, fil-bijofjuwils u f'miżuri ambjentali ġodda bl-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Bħala parti minn strateġija globali, il-bijofjuwils jistgħu jikkontribwixxu wkoll għall-objettivi ambjentali u għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 ARTIKOLU 1, PUNT 1, PUNT (A) Artikolu 7, paragrafu 1 (Direttiva 2003/96/KE) | |||||||||||||||||||||||||
1. B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2004, mill-1 ta' Jannar 2010, mill-1 ta' Jannar 2012 u mill-1 ta' Jannar 2014, il-livelli minimi ta' tassazzjoni applikabbli għall-fjuwils tal-magni għandhom ikunu ffissati kif jidhru fl-Anness I Tabella A. |
1. B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2004, mill-1 ta' Jannar 2010, mill-1 ta' Jannar 2012 u mill-1 ta' Jannar 2015, il-livelli minimi ta' tassazzjoni applikabbli għall-fjuwils tal-magni għandhom ikunu ffissati kif jidhru fl-Anness I Tabella A. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Dan l-artikolu jrid ikun konformi mad-dati msemmija fit-tabella A. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 ARTIKOLU 1, PUNT 1, PUNT (A) Artikolu 7, paragrafu 2, subparagrafu 1 (Direttiva 2003/96/KE) | |||||||||||||||||||||||||
2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu differenza bejn użu kummerċjali u mhux kummerċjali ta' gas oil użat bħala propellant, jekk kemm-il darba il-livelli minimi tal-Komunità ikunu osservati u r-rata għal gas oil kummerċjali użat bħala propellant ma tkunx inqas mill-livell nazzjonali ta' tassazzjoni b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2003. |
2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu differenza bejn użu kummerċjali u mhux kummerċjali ta' gas oil użat bħala propellant, jekk kemm-il darba il-livelli minimi tal-Komunità ikunu osservati. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Sabiex tkun permessa l-konverġenza tar-rati tat-taxxa tas-sisa fost l-Istati Membri, l-UE m'għandhiex biss iżżid il-livelli minimi obbligatorji tar-rati iżda wkoll tippermetti lill-gvernijiet li jnaqqsu r-rati tat-taxxa tas-sisa tagħhom jekk dan ikun meħtieġ, sakemm il-livelli minimi Komunitarji jkunu osservati. Din is-soluzzjoni tippermetti li jkun hemm distribuzzjoni aktar ekwa tal-piż ta' l-aġġustament marbut mal-konverġenza tar-rati tat-taxxa tas-sisa. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 ARTIKOLU 1, PUNT 1, PUNT (AA) (ġdid) Artikolu 7, paragrafu 3, punt (a) (Direttiva 2003/96/KE) | |||||||||||||||||||||||||
|
(aa) Punt (a) tal-paragrafu 3 għandu jkun sostitwit b'dan li ġej: “(a) il-ġarr ta' oġġetti għall-kiri jew għar-rigal, jew għall-persuna stess, permezz ta' karozzi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi artikulati intenzjonati esklussivament għall-ġarr ta' oġġetti bit-triq li l-piż massimu permissibli tagħhom huwa ta' mhux inqas minn 3.5 tunnellati;” | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
The whole legislation on EC transport policy contains a definition of heavy goods vehicles used for transports that includes all vehicles having a maximum permissible laden weight of over 3,5 tonnes. There has been a general tendency to align all transport legislations in order to establish the same definition. In particular, the Eurovignette directive (directive 1999/62/EC) has been amended by the directive 2006/38/EC, which introduced a new definition of heavy goods vehicles (vehicles with weight of over 3,5 tonnes) and replaced the previous-one (vehicles with weight of over 7,5 tonnes). In the same line, the Community legislation concerning the access to the international road haulage market (Regulation 881/92, Commission proposal COM(2007)265) applies to heavy goods vehicles with a weigh of over 3,5 tonnes. There is no reason to keep only in Directive 2003/96 a different definition, which may lead to competitive disadvantages for small haulers. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 ARTIKOLU 1, PUNT 1, PUNT (B) Artikolu 7, paragrafu 4 (Direttiva 2003/96/KE) | |||||||||||||||||||||||||
4. L-Istati Membri li japplikaw jew idaħħlu sistema ta' imposti għall-utenti tat-triq għal vetturi bil-mutur li jużaw il-gas oil kummerċjali kif definit fil-paragrafu 3, jistgħu japplikaw rata mnaqqsa għal gas oil bħal din li taqa' taħt il-livell nazzjonali ta' tassazzjoni fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003, sakemm il-piż ġenerali tat-taxxa jibqa' l-biċċa l-kbira ekwivalenti, u sakemm il-livell minimu Komunitarju applikabbli għal gas oil jiġi osservat. |
4. L-Istati Membri jistgħu japplikaw jew idaħħlu sistema ta' imposti għall-utenti tat-triq għal vetturi bil-mutur li jużaw il-gas oil kummerċjali kif definit fil-paragrafu 3, sakemm il-livell minimu Komunitarju applikabbli għal gas oil jiġi osservat. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 ARTIKOLU 1, PUNT 1, PUNT (C) Artikolu 7, paragrafu 5, subparagrafu 2 (Direttiva 2003/96/KE) | |||||||||||||||||||||||||
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli komuni għall-mekkaniżmi msemmija fl-ewwel subparagrafu, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2).” |
Sa mhux aktar tard minn ...*, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli komuni għall-mekkaniżmi msemmija fl-ewwel subparagrafu, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2). _____________ * sitt xhur wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Regoli komuni għall-mekkaniżmu ta' rimbors huma essenzjali biex ikun żgurat li r-rimbors isir skond kundizzjonijiet li huma indaqs, trasparenti u sempliċi. Barra minn hekk, regoli komuni jevitaw li jkun hemm tagħwiġ tas-suq komuni. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 ARTIKOLU 1, PUNT 2 Artikolu 18 (Direttiva 2003/96/KE) | |||||||||||||||||||||||||
(2) L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej: |
(2) L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej: | ||||||||||||||||||||||||
(a) Fil-paragrafu 3, l-ewwel sentenza hija mibdula b'dan li ġej: |
(a) Fil-paragrafu 3, l-ewwel sentenza hija mħassra. | ||||||||||||||||||||||||
“Ir-Renju ta' Spanja jista' japplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2007 biex jaġġusta l-livell nazzjonali tiegħu ta' tassazzjoni fuq gas oil użat bħala propellant għal-livell minimu ġdid ta' EUR 302, sa l-1 ta' Jannar 2012 biex jilħaq EUR 330, u sa l-1 ta' Jannar 2014 biex jilħaq EUR 359 u sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 380.” |
| ||||||||||||||||||||||||
(b) Fil-paragrafu 4, l-ewwel sentenza hija mibdula b'dan li ġej: |
(b) Fil-paragrafu 4, l-ewwel sentenza hija mħassra. | ||||||||||||||||||||||||
“Ir-Repubblika ta' l-Awstrija tista' tapplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2007 biex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil użat bħala propellant għal-livell minimu ġdid ta' EUR 302, sa l-1 ta' Jannar 2012 biex jilħaq EUR 330, u sa l-1 ta' Jannar 2014 biex jilħaq EUR 359 u sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 380.” |
| ||||||||||||||||||||||||
(c) Fil-paragrafu 5, l-ewwel sentenza hija mibdula b'dan li ġej: |
(c) Fil-paragrafu 5, l-ewwel sentenza hija mħassra. | ||||||||||||||||||||||||
“Ir-Renju tal-Belġju jista' japplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2007 biex jaġġusta l-livell nazzjonali tiegħu ta' tassazzjoni fuq gas oil użat bħala propellant għal-livell minimu ġdid ta' EUR 302, sa l-1 ta' Jannar 2012 biex jilħaq EUR 330, u sa l-1 ta' Jannar 2014 biex jilħaq EUR 359 u sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 380.” |
| ||||||||||||||||||||||||
(d) Fil-paragrafu 6, l-ewwel sentenza hija mibdula b'dan li ġej: |
(d) Fil-paragrafu 6, l-ewwel sentenza hija mħassra. | ||||||||||||||||||||||||
“Il-Gran Dukat ta' Lussumburgu jista' japplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2009 biex jaġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil użat bħala propellant għal-livell minimu ġdid ta' EUR 302, sa l-1 ta' Jannar 2012 biex jilħaq EUR 330, u sa l-1 ta' Jannar 2014 biex jilħaq EUR 359 u sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 380.” |
| ||||||||||||||||||||||||
(e) Fil-paragrafu 7, l-ewwel sentenza, fit-tieni sub-paragrafu, hija mibdula b'dan li ġej: |
(e) Fil-paragrafu 7, l-ewwel sentenza, fit-tieni sub-paragrafu, hija mħassra. | ||||||||||||||||||||||||
“Ir-Repubblika tal-Portugall tista' tapplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2009 biex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil użat bħala propellant għal-livell minimu ġdid ta' EUR 302, sa l-1 ta' Jannar 2012 biex jilħaq EUR 330, u sa l-1 ta' Jannar 2014 biex jilħaq EUR 359 u sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 380.” |
| ||||||||||||||||||||||||
(f) Fil-paragrafu 8, l-ewwel sentenza, fit-tielet sub-paragrafu, hija mibdula b'dan li ġej: |
(f) Fil-paragrafu 8, l-ewwel sentenza, fit-tielet sub-paragrafu, hija mħassra. | ||||||||||||||||||||||||
“Ir-Repubblika Ellenika tista' tapplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2010 biex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil użat bħala propellant għal-livell minimu ġdid ta' EUR 302, sa l-1 ta' Jannar 2012 biex jilħaq EUR 330, u sa l-1 ta' Jannar 2014 biex jilħaq EUR 359 u sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 380.” |
| ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Dan l-artikolu jrid ikun konformi mad-dati msemmija fit-tabella A. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 ARTIKOLU 1, PUNT 3, PUNT (A) Artikolu 18a, paragrafu 5 (Direttiva 2003/96/KE) | |||||||||||||||||||||||||
Ir-Repubblika tal-Latvja tista' tapplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2011 biex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil u kerosene użati bħala propellant għall-livell minimu ġdid ta' EUR 302 għal kull 1000 l, sa l-1 ta' Jannar 2013 biex jilħaq EUR 330 u, għal gas oil użat bħala propellant, sa l-1 ta' Jannar 2015 biex jilħaq EUR 359 u sa l-1 ta' Jannar 2017 biex jilħaq EUR 380. |
Ir-Repubblika tal-Latvja tista' tapplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2012 biex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil u kerosin użati bħala propellant għall-livell minimu ġdid ta' EUR 302 għal kull 1000 l, sa l-1 ta' Jannar 2013 biex jilħaq EUR 330 u, għal gas oil użat bħala propellant u sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 359. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Għal stati membri bi dħul baxx li ssieħbu ma' l-UE reċentement u li diġà daħħlu żidiet sostanzjali fit-taxxi tas-sisa fuq il-fjuwils, il-perjodi ta' deroga għandhom ikunu estiżi sabiex jingħatalhom aktar żmien biex jaġġustaw. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 ARTIKOLU 1, PUNT 3, PUNT (B) Artikolu 18a, paragrafu 6 (Direttiva 2003/96/KE) | |||||||||||||||||||||||||
Ir-Repubblika tal-Latwanja tista' tapplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2011 biex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil u kerosene użati bħala propellant għall-livell minimu ġdid ta' EUR 302 għal kull 1000 l, sa l-1 ta' Jannar 2013 biex jilħaq EUR 330 u, għal gas oil użat bħala propellant, sa l-1 ta' Jannar 2015 biex jilħaq EUR 359 u sa l-1 ta' Jannar 2017 biex jilħaq EUR 380. |
Ir-Repubblika tal-Litwanja tista' tapplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2012 biex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil u kerosin użati bħala propellant għall-livell minimu ġdid ta' EUR 302 għal kull 1000 l, sa l-1 ta' Jannar 2013 biex jilħaq EUR 330 u, għal gas oil użat bħala propellant, u sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 359. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Għal stati membri bi dħul baxx li ssieħbu ma' l-UE reċentement u li diġà daħħlu żidiet sostanzjali fit-taxxi tas-sisa fuq il-fjuwils, il-perjodi ta' deroga għandhom ikunu estiżi sabiex jingħatalhom aktar żmien biex jaġġustaw. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 ARTIKOLU 1, PUNT 3, PUNT (C) Artikolu 18a, paragrafu 9 (Direttiva 2003/96/KE) | |||||||||||||||||||||||||
Ir-Repubblika ta' Polonja tista' tapplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2010 biex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil użat bħala propellant għal-livell minimu ġdid ta' EUR 302 għal kull 1000 l, sa l-1 ta' Jannar 2012 biex jilħaq EUR 330, u sa l-1 ta' Jannar 2014 biex jilħaq EUR 359 u sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 380. |
Ir-Repubblika tal-Polonja tista' tapplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2012 biex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil użat bħala propellant għal-livell minimu ġdid ta' EUR 302 għal kull 1000 l, sa l-1 ta' Jannar 2013 biex jilħaq EUR 330, u sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 359. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Għal stati membri bi dħul baxx li ssieħbu ma' l-UE reċentement u li diġà daħħlu żidiet sostanzjali fit-taxxi tas-sisa fuq il-fjuwils, il-perjodi ta' deroga għandhom ikunu estiżi sabiex jingħatalhom aktar żmien biex jaġġustaw. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 ARTIKOLU 1, PUNT 4 Artikolu 18c (Direttiva 2003/96/KE) | |||||||||||||||||||||||||
Mingħajr preġudizzju għad-derogi ta' l-Artikolu 7 stabbiliti fit-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, dawn l-Istati Membri jistgħu japplikaw perjodu ta' tranżizzjoni addizzjonali għal gas oil użat bħala propellant sa l-1 ta' Jannar 2015 biex jilħqu EUR 359 u sa l-1 ta Jannar 2017 biex jilħqu EUR 380. |
Mingħajr preġudizzju għad-derogi ta' l-Artikolu 7 stabbiliti fit-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, dawn l-Istati Membri jistgħu japplikaw perjodu ta' tranżizzjoni addizzjonali għal gas oil użat bħala propellant u sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħqu EUR 359. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Għal stati membri bi dħul baxx li ssieħbu ma' l-UE reċentement u li diġà daħħlu żidiet sostanzjali fit-taxxi tas-sisa fuq il-fjuwils, il-perjodi ta' deroga għandhom ikunu estiżi sabiex jingħatalhom aktar żmien biex jaġġustaw. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 ARTIKOLU 1, PUNT 5 Anness I, Tabella A (Direttiva 2003/96/KE) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda mill-Parlament | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Ir-rati minimi għandhom ikunu għoljin biżżejjed biex jippromwovu konsum sostenibbli tal-petrol u tal-gas oil. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 ARTIKOLU 1, PUNT 5 Anness I, Tabella A, Nota (ġdida) (Direttiva 2003/96/KE) | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-emenda għandha l-għan li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet indaqs neċessarji għall-Istati Membri li m'humiex fiz-zona ta' l-euro biex jilħqu r-rekwiżit tas-sostenibilità rigward il-kriterji ta' inflazzjoni fuq naħa u l-konverġenza tal-livell tat-taxxa fuq in-naħa l-oħra. Ara emenda 31. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 ARTIKOLU 1, PUNT 5 A (ġdid) Artikolu 29a (ġdid) (Direttiva 2003/96/KE) | |||||||||||||||||||||||||
|
(5a) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 29a li ġej: | ||||||||||||||||||||||||
|
“Artikolu 29a | ||||||||||||||||||||||||
|
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar kemm l-Istati Membri li l-perjodu ta' tranżizzjoni tagħhom jispiċċa fl-2010 ssodisfaw l-obbligi tagħhom.” | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-emenda titlob għall-istabbiliment ta' evalwazzjoni tal-Kummissjoni li tirrapporta dwar l-evoluzzjoni tad-dover ta' l-Istati Membri rigward iż-żieda tar-rata tat-taxxa tas-sisa. |
NOTA SPJEGATTIVA
B'mod ġenerali, ir-rapporteur jaqbel ma' l-għan tal-Kummissjoni tat-tnaqqis tat-tagħwiġ tal-kompetizzjoni fis-suq tat-trasport tal-merkanzija. L-aħjar mod kif tkun indirizzata l-problema tal-kompetizzjoni jkun permezz ta' l-armonizzazzjoni sħiħa. F'dan il-kuntest, għandu jkun enfasizzat li l-eżistenza ta' differenzi fil-prezz tal-petrol u l-gas oil fis-suq intern mhix fiha nfisha indikazzjoni ta' tagħwiġ fis-suq tat-trasport tal-merkanzija.
Ir-rapporteur tagħkom jagħraf li l-proposta tal-Kummissjoni tagħti biss kontribut limitat fit-tnaqqis tal-ħsara ambjentali permezz tal-politika fiskali marbuta mat-trasport. Jidher ċar li politiki bħal dawn jistgħu, jekk ikunu iebsa biżżejjed, iwasslu għal bidla fl-imġiba fost il-konsumaturi u l-kumpaniji u b'hekk jiżguraw li l-emissjonijiet tas-CO2 jitnaqqsu. Madankollu, ir-rapporteur jistaqsi jekk il-proposta tal-Kummissjoni tistax tgħin lill-Komunità b'mod sinifikanti biex tirrispetta l-impenji tagħha rigward l-ambjent, inkluż il-Protokoll ta' Kyoto.
Ir-rapporteur iqis li, minħabba l-isfidi ambjentali sinifikanti li l-bidla fil-klima tirrappreżenta mhux biss għall-Komunità iżda għad-dinja, il-Kummissjoni għandu jkollha rwol ferm aktar b'saħħtu fil-promozzjoni ta' l-użu ta' prodotti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent permezz ta' inizjattivi "ħodor" kuraġġużi u innovattivi, fosthom fil-qasam tat-tassazzjoni. F'dan il-kuntest wieħed għandu jinkoraġġixxi l-kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa, użata biex tippromwovi l-konsum sostenibbli u l-ħarsien ta' l-ambjent, pereżempju billi jorbot id-dħul miksub minn taxxi "ħodor" mal-promozzjoni ta' l-iżvilupp ta' prodotti u proċessi ta' produzzjoni "ħodor". Għalhekk ir-rapporteur tagħkom huwa favur li l-Istati Membri jkollhom il-permess li jużaw miżuri fiskali biex jippromwovu l-użu ta' fjuwils mingħajr bażi ta' żejt.
F'dawn il-kundizzjonijiet, ir-rapporteur tagħkom huwa tal-fehma li l-proposta tal-Kummissjoni ma tippermettix lill-Istati Membri l-flessibilità li hemm bżonn għall-promozzjoni ta' l-użu ta' fjuwils mingħajr bażi ta' żejt.
B'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri għandhom jingħataw aktar flessibiltà billi jitħallew, fost affarijiet oħra, inaqqsu r-rati ta' tassazzjoni fuq il-fjuwils użati fil-parti l-kbira tal-magni li jagħmlu użu effiċjenti ta' l-enerġija, għall-fjuwils mingħajr bażi ta' żejt. Dan jipprovdi ċertezza legali għan-negozji waqt li fl-istess ħin jippermetti l-kompetizzjoni. Dan jipprovdi wkoll lill-Istati Membri b'opportunitajiet biex jippromwovu l-użu ta' teknoloġiji iktar nodfa bl-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u li jirrispettaw impenji ambjentali internazzjonali oħra.
Barra minn hekk, ir-rapporteur tagħkom iqis li rati minimi iktar għoljin ikollhom impatt iktar pożittiv fuq it-tendenzi ta' konsum tal-konsumaturi u n-negozji. Is-sistemi tranżitorji eżistenti m'għandhomx ikunu estiżi u l-ebda ftehim tranżizzjonali ġdid m'għandu jkun introdott.
PROĊEDURA
Titolu |
Tassazzjoni tal-petrol bla ċomb u tal-gas oil |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0052 – C6-0109/2007 – 2007/0023(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
19.4.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 26.4.2007 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 26.4.2007 |
ITRE 26.4.2007 |
TRAN 26.4.2007 |
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ENVI 3.5.2007 |
ITRE 7.6.2007 |
TRAN 10.4.2007 |
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Olle Schmidt 22.5.2007 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
8.10.2007 |
5.11.2007 |
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
29.1.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 1 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Mariela Velichkova Baeva, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Slavi Binev, Sebastian Valentin Bodu, Udo Bullmann, Manuel António dos Santos, Christian Ehler, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Donata Gottardi, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Piia-Noora Kauppi, Guntars Krasts, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Gay Mitchell, Cristobal Montoro Romero, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Dariusz Rosati, Heide Rühle, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Ieke van den Burg, Cornelis Visser, Sahra Wagenknecht |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Katerina Batzeli, Daniel Dăianu, Harald Ettl, Werner Langen, Vladimír Maňka, Thomas Mann, Bilyana Ilieva Raeva, Margaritis Schinas, Andreas Schwab, Charles Tannock |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Metin Kazak, Alfonso Andria |
|||||||
Data tat-tressiq |
5.2.2008 |
|||||||