RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (riformulazzjoni)
12.2.2008 - (COM(2007)0265 – C6-0146/2007 – 2007/0099(COD)) - ***I
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Mathieu Grosch
(Riformulazzjoni - Artikolu 80a tar-Regoli ta' Proċedura)
PR_COD_1amRecast
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (riformulazzjoni)
(COM(2007)0265 – C6-0146/2007 – 2007/0099(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2007)0265),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251 paragrafu 2 u l-Artikolu 71 tat-Trattat KE, b'konformità mal-proposta mressqa lilu mill-Kummissjoni (C6-0146/2007),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 għal użu iktar strutturat tat-teknika tal-formulazzjoni mill-ġdid ta' l-atti ġuridiċi[1],
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ta’ l-20 ta’ Novembru 2007, b’konformità ma' l-Artikolu 80 a, paragrafu 3, tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0038/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata hawn taħt u kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 4 a (ġdida) | |
|
(4a) It-trasport ta' merkanzija bit-triq li tkun dieħla jew ħierġa bħala parti waħda minn vjaġġ ta' trasport kombinat taħt il-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ta’ oġġetti bejn Stati Membri1, u għalhekk trasport kombinat bil-ferrovija/bit-triq u/jew trasport fuq l-ilma/bit-triq fiż-żewġ direzzjonijiet, ma jaqax taħt id-definizzjoni ta' kabotaġġ. _________ 1 ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/103/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 344). |
Ġustifikazzjoni | |
Prattiki attwali f'ċerti Stati membri ma jsegwux din it-tendenza, iżda dan ma jistax u m'għandux ikun l-intenzjoni. | |
Emenda 2 Premessa 9 | |
(9)Ċertifikazzjoni ta' xufier għandha wkoll tiġi stabbilita, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifkaw b'mod effettiv jekk xufier minn pajjiżi terzi humiex impjegati legalment jew għad-dispożizzjoni tat-trasportatur responsabbli għal operazzjoni partikolari ta' trasport. |
(9)Ċertifikazzjoni ta' xufier għandha wkoll tiġi stabbilita, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifkaw b'mod effettiv jekk xufier minn pajjiżi terzi humiex impjegati legalment jew għad-dispożizzjoni tat-trasportatur responsabbli għal operazzjoni partikolari ta' trasport. Din iċ-ċertifikazzjoni tax-xufiera għandha tkun komprensibbli għal kull persuna li tagħmel kontrolli bħal dawn. |
Ġustifikazzjoni | |
Għall-kjarifikazzjoni. | |
Emenda 3 Premessa 11 | |
(11) Fl-imgħoddi, servizzi ta' trasport nazzjonali bħal dawn kienu awtorizzati fuq bażi temporanja. Fil-prattika, kien difficli li jigi accertat liema servizzi kienu awtorizzati. Huma għalhekk meħtieġa regoli ċari u faċilment infurzabbli. |
(11) Fl-imgħoddi, servizzi ta' trasport nazzjonali bħal dawn kienu awtorizzati fuq bażi temporanja. Fil-prattika, kien diffiċli li jiġi aċċertat liema servizzi kienu awtorizzati. Huma għalhekk meħtieġa regoli ċari u faċilment infurzabbli. Fuq perjodu ta' żmien twil, madankollu, ir-restrizzjonijiet dwar il-kabotaġġ ma jkunux aktar ġustifikati. Għandhom jiġu aboliti kompletament, peress li dawn ir-restrizzjonijiet ma jaqblux mal-prinċipji ta' suq intern mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment ħieles tal-merkanzija u s-servizzi għandhom ikunu garantiti. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li r-regoli jiġu infurzati b'mod uniformi madwar l-UE. |
Ġustifikazzjoni | |
Fit-Trattati ta' l-1957, diġà kien hemm provvediment għall-moviment ħieles tas-servizzi u għall- politika komuni għat-trasport. Fl-1985 il-PE ressaq proċeduri kontra l-Kunsill quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja minħabba li naqas milli jaġixxi u milli jifformula politika komuni għat-trasport. Bħala riżultat ta' din is-sentenza ttieħdu l-ewwel inizjattivi biex jiġi liberalizzat is-suq tat-trasport bit-toroq. Issa m'għandniex indawwru l-arloġġ lura iżda, għall-kuntrarju, għandna nimmiraw lejn liberalizzazzjoni sħiħa tas-suq tal-kabotaġġ fl-2012. Mill-perspettiva ambjentali għandna niżguraw li t-trasport bit-triq ikun kemm jista' jkun effiċjenti u nillimitaw l-ammont ta' vjaġġi mingħajr tagħbija għall-minimu assolut. | |
Emenda 4 Premessa 12 a (ġdida) | |
|
(12a) Ir-restrizzjonijiet rigward in-numru u rigward il-perjodu biex jiġi eżerċitat trasport tat-tip kabotaġġ jikkostitwixxu fażi neċessarja iżda intermedja, li għandha tinċita lill-Istati Membri biex jarmonizzaw kemm jista' jkun il-kundizzjonijiet fiskali u tax- xogħol. Ir-restrizzjonijiet imposti taħt dan ir-regolament, għalhekk, huma temporanji u għandhom jiġu revokati b'effett mill-1 ta' Jannar 2014. |
Ġustifikazzjoni | |
F'suq intern, restrizzjonijiet dwar trasport tat-tip kabotaġġ għandhom ikunu temporanji biss. Għalhekk, għandha tissemma data speċifika biex tinkuraġġixxi l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet fiskali u dawk tax-xogħol. | |
Emenda 5 Premessa 12 b (ġdida) | |
|
(12b) Xi Stati Membri ġirien għandhom rabtiet ekonomiċi qawwija li ilhom stabbiliti. Għalhekk dawn l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprovdu aċċess ikbar għall-kabotaġġ lit-trasportaturi ta' dawn il-pajjiżi ġirien. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istati Membri ġirien li għandhom rabtiet ekonomiċi qawwija għandu jkollhom il-possibilità li jiftħu ulterjorment is-suq bejniethom. Ara wkoll l-emenda li tikkostitwixxi paragrafu ġdid 6b għall-Artikolu 8. | |
Emenda 6 Premessa 13 a (ġdida) | |
|
(13a) Għandu jkun possibbli li jkun żgurat li t-traffiku terz, jiġifieri l-operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali bejn żewġ Stati Membri li l-ebda wieħed minnhom ma huwa l-Istat Membru ta' residenza tat-trasportatur, ma jwassalx għal sitwazzjonijiet fejn ir-regolarità, il-kontinwità u l-aspett sistematiku tiegħu, ixekklu s-suq billi japplikaw fih kundizzjonijiet ta' impjieg u ta' xogħol inqas favorevoli minn dawk applikabbli fiż-żewġ Stati Membri li bejniethom isir it-traffiku terz. |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li wieħed ikun jista' jevita problemi marbuta ma' trasportaturi li, b'mod regolari u sistematiku, jagħmlu traffiku terz billi jibbenefikaw minn kundizzjonijiet soċjali jew ta' salarju inqas favorevoli milli fil-pajjiż ta' l-istabbiliment tagħhom. Ara wkoll l-emenda li toħloq l-Artikolu 7a ġdid. | |
Emenda 7 Premessa 14 | |
(14) Il-formalitajiet amministrattivi għandhom jitnaqqsu kemm jista' jkun mingħajr l-abbandun tal-kontrolli u l-penali li jiggarantixxu l-applikazzjoni korretta u l-infurzar effettiv ta' dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, ir-regoli eżistenti dwar l-irtirar tal-liċenzja Komunitarja għandhom jiġu ċċarati u msaħħa. Ir-regoli kurrenti għandhom jiġu adattati sabiex jippermettu s-sanzjonar effettiv ta' ksur serju jew minuri ripetuti imwettqa fi Stat Membru għajr l-Istat Membru ta' l-istabbiliment. Il-penali m'għandhomx ikunu diskriminatorji u jridu jkunu proporzjonati għas-serjetà tal-ksur. Għandu jkun possibbli li jsir rikors kontra s-sanzjonijiet imposti kollha. |
(14) Formalitajiet amministrattivi għandhom jitnaqqsu kemm jista' jkun mingħajr l-abbandun tal-kontrolli u s-sanzjonijiet li jiggarantixxu l-applikazzjoni korretta u infurzar effettiv ta' dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, ir-regoli eżistenti dwar l-irtirar tal-liċenzja Komunitarja għandhom jiġu ċċarati u msaħħa. Ir-regoli kurrenti għandhom jiġu adattati sabiex jippermettu s-sanzjonar effettiv ta' ksur serju imwettaq fi Stat Membru għajr l-Istat Membru ta' l-istabbiliment. Il-penali m'għandhomx ikunu diskriminatorji u jridu jkunu proporzjonati għas-serjetà tal-ksur. Għandu jkun possibbli li jsir appell. |
Ġustifikazzjoni | |
L-impożizzjoni ta' sanzjonijiet għall-każi ta' ksur minuri ripetut li jsir fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru ta' l-istabbiliment jitlob li l-ksur minuri jiġi notifikat lill-Istat Membru ta' l-istabbiliment mill-Istat Membru li fih saret l-offiża. Dan iwassal għal piż sproporzjonat u eċċessiv fuq il-kapaċità ta' l-amministrazzjoni. | |
Emenda 8 Premessa 15 | |
(15) L-Istati Membri għandhom idaħħlu fir-reġistru nazzjonali tagħhom ta' l-impriżi tat-traspport bit-triq kull ksur serju u ksur minimu ripetuti mwettaq mit-trasportaturi u li wasslu għall-impożizzjoni ta' sanzjoni. |
(15)L-Istati Membri għandhom idaħħlu fir-reġistru nazzjonali tagħhom ta' l-impriżi tat-trasport bit-triq kull ksur serju mwettaq mit-trasportaturi u li wassal għall-impożizzjoni ta' sanzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Sakemm il-vjolazzjonijiet jiġu interpretati u indirizzati b'ħafna modi differenti fl-Istati Membri u sakemm għalissa m'hemm l-ebda prospettiva speċifika ta' xi titjib mgħaġġel f'dan ir-rigward, dan ir-regolament m'għandux ikun fih dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ksur minuri ripetut. | |
Emenda 9 Artikolu 1, paragrafu 4 | |
4. Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport nazzjonali tal-merkanzija bit-triq li jitwettaq fuq bażi temporanja minn trasportatur mhux residenti kif ipprovdut fil-Kapitolu III. |
4. 4. Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport tat-tip kabotaġġ. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jiġi ċċarat li dan il-paragrafu qed jirreferi għat-trasport tat-tip kabotaġġ, hekk kif definit fl-Artikolu 2 (6), biex jiġi evitat li jintużaw interpretazzjonijiet oħra ta' l-espressjoni ''trasport temporanju''. | |
Emenda 10 Artikolu 1, paragrafu 5, parti introduttorja | |
Dan ir-Regolament ma japllikax għal mat- tipi trasport li ġejjin u vjaġġi mingħajr tagħbija magħmula b'rabta ma' trasport tali t: |
Dan ir-Regolament ma japplikax għat-tipi ta' traportazzjoni u vjaġġi mingħajr tagħbija li ġejjin, magħmula b'rabta ma' tali trasport, peress li dawn huma eżentati mill-iskema ta' liċenzjar tal-Komunità: |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jiġi ċċarat li r-Regolament ma japplikax għat-tipi ta' trasport elenkati fl-Artikolu 1(5) minħabba l-fatt li huma liberalizzati fil-livell ta' Komunità. | |
Emenda 11 Artikolu 1, paragrafu 5, punt (a) | |
(a) It-trasport tal-posta bħala servizz pubbliku; |
(a) It-trasport tal-posta bħala servizz universali, |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba t-tibdil li se jsir fid-Direttiva dwar is-Servizz tal-Posta, jaqbel li wieħed isemmi s-‘servizz universali’. | |
Emenda 12 Artikolu 2, paragrafu 6 | |
6)'operazzjonijiet ta' kabotagg' tfisser trasport nazzjonali għall-kiri jew għall-kumpens imwettaq fuq bażi temporanja fi Stat Membru ospitanti; |
6) ''trasport tat-tip kabotaġġ'': operazzjonijiet ta' trasport nazzjonali f'isem ħaddieħor li jitwettqu fuq bażi temporanja fi Stat Membru ospitanti, jiġifieri skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III; |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjoni ta' trasport tat-tip kabotaġġ għandha tirreferi għall-kundizzjonijiet tal-Kapitolu III, sabiex jiġi evitat li jintużaw interpretazzjonijiet oħra ta' l-espressjoni ''trasport temporanju''. | |
Emenda 13 Artikolu 2, paragrafu 7 | |
(7) “ksur serju jew ksur minuri ripetuti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq” tfisser ksur li jwasslu għat-telf tal-kondotta tajba skond l-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru XX/XXXX [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta' operatur tat-trasport bit-triq]. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rekwiżit ta' reputazzjoni tajba huwa inaċċettabbli għar-raġuni li jikkostitwixxi preżunzjoni mhux ġustifikata li l-membri ta' kategorija ta' xogħol jistgħu jkunu ħatja ta' mġiba abbużiva fis-sens morali. Minn perspettiva strettament legali,i t-terminu mhuwiex xieraq bħala bażi għal piena. L-intenzjoni tagħna hija li tiġi emendata l-proposta għal Regolament li jistabbilixxi regoli komuni rigward il-kundizzjonijiet li wieħed għandu jkun konformi magħhom biex isegwi l-impjieg ta' operatur tat-trasport bit-triq (rapport mis-Sinjura Ticau). | |
Emenda 14 Artikolu 2, paragrafu 7 a (ġdid) | |
|
7a) ‘traffiku terz’ ifisser operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali minn trasportatur, imwettqa bejn żewġ Stati Membri ospitanti, u li l-ebda wieħed minnhom ma hu l-Istat ta' residenza ta' dan it-trasportatur. |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li wieħed ikun jista' jevita problemi marbuta ma' trasportaturi li, b'mod regolari u sistematiku, jagħmlu traffiku terz billi jibbenefikaw minn kundizzjonijiet soċjali jew ta' salarju inqas favorevoli milli fil-pajjiż ta' l-istabbiliment tagħhom. Ara wkoll l-emenda li toħloq l-Artikolu 7a ġdid. | |
Emenda 15 Artikolu 7 a (ġdid) | |
|
L-Artikolu 7a |
|
Traffiku terz u ‘posting' ta’ ħaddiema |
|
Meta t-traffiku terz bejn żewġ Stati Membri jitwettaq fuq bażi regolari, kontinwa u/jew sistematika, minn trasportatur tal-merkanzija, wieħed mill-Istati Membri ospitanti jista' jitlob li jiġu applikati l-kundizzjonijiet ta' xogħol u ta' impjieg imsemmija fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li wieħed ikun jista' jevita problemi marbuta ma' trasportaturi li, b'mod regolari u sistematiku, jagħmlu traffiku terz billi jibbenefikaw minn kundizzjonijiet soċjali jew ta' salarju inqas favorevoli milli fil-pajjiż ta' l-istabbiliment tagħhom. Ara wkoll l-emenda li toħloq l-Artikolu 7a ġdid. | |
Emenda 16 Artikolu 2, paragrafu 7 | |
2. It-trasportaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikun permessi jwettqu, bl-istess vettura, sa tliet operazzjonijiet ta' kabotaġġ konsekuttivi għal trasport internazzjonali minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz għall-Istat Membru ospitanti darba li tkun saret il-kunsinna tal-merkanzija ttrasportata waqt il-vjaġġ internazzjonali li jkun dieħel. L-aħħar ħatt ta' tagħbija tul operazzjoni tal-kabotaġġ qabel it-tluq mill-Istat Membru ospitanti għandha sseħħ fi żmien sebat ijiem mill-aħħar ħatt fl-Istat Membru ospitanti waqt il-vjaġġ internazzjonali li jkun dieħel. |
2. It-trasportaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikun permessi jwettqu, bl-istess vettura, sa tliet operazzjonijiet ta' kabotagg konsekuttivi għal trasport internazzjonali minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz għall-Istat Membru ospitanti darba li tkun saret il-kunsinna tal-merkanzija ttrasportata waqt il-vjaġġ internazzjonali li jkun dieħel. L-awtorizzazzjoni għat-twettiq ta' dan it-trasport tat-tip kabotaġġ ma għandux jiddependi fuq il-ħatt totali tal-vetturi. L-aħħar ħatt ta' tagħbija tul operazzjoni tal-kabotaġġ qabel it-tluq mill-Istat Membru ospitanti għandha sseħħ fi żmien sebat ijiem mill-aħħar ħatt fl-Istat Membru ospitanti waqt il-vjaġġ internazzjonali li jkun dieħel. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kabotaġġ għandu jkun awtorizzat b’effett mill-ewwel ħatt, anke jekk parzjalment, matul trasport internazzjonali. B'hekk il-vetturi jkunu jistgħu jitilqu mimlija, sabiex jiġu evitati traġitti fejn il-vetturi jkunu nofshom vojta. | |
Emenda 17 Artikolu 8, paragrafu 2 a (ġdid) | |
|
2a. It-trasport tat-tip kabotaġġ jista' wkoll jiġi mwettaq fi Stat Membru li l-vettura għandha tgħaddi minnu wara l-ħatt fl-Istat Membru ta' ħruġ matul operazzjoni ta' trasport internazzjonali, bil-kundizzjoni li l-iqsar rotta lura tgħaddi minn dan l-Istat Membru u titwettaq fi żmien 7 ijiem mill-ġurnata tal--ħatt magħmul fil-pajjiż ta' ħruġ. |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li jiġi awtorizzat il-kabotaġġ fil-pajjiż ta' tranżitu fuq ir-rotta lura, sabiex ma jkunx hemm traġitti fil-vojt. | |
Emenda 18 Artikolu 8 (2) (b) ġdid | |
|
2b. Ir-restrizzjonijiet fuq in-numru u t-tul ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ għandhom jitneħħew gradwalment. Sentejn wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, in-numru ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiżdiedu għal sebgħa. Fl-1 ta' Jannar 2014, ir-restrizzjonijiet kollha fuq in-numru u t-tul ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ għandhom jitneħħew. |
Ġustifikazzjoni | |
F'suq intern, restrizzjonijiet dwar trasport tat-tip kabotaġġ għandhom ikunu temporanji biss. Għalhekk, għandha tissemma data speċifika biex tinkuraġġixxi l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet fiskali u dawk tax-xogħol. | |
Emenda 19 Artikolu 8, paragrafu 3, subparagrafu 2, parti introduttorja | |
Prova bħal din għandha tinkludi mill-inqas id-dettalji li ġejjin għal kull operazzjoni: |
Prova bħal din għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin għal kull operazzjoni: |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jiġi evitat li l-Istati Membri jitolbu provi speċifiċi sabiex titnaqqas il-burokrazija inutli. | |
Emenda 20 Artikolu 8, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
3a. L-Istati Membri m'għanhomx ikun meħtieġa dokument speċifiku addizzjonali jew dokumenti duplikati li jagħtu xhieda tal-fatt li t-termini u l-kundizzjonijiet kif stipulati f'dan il-paragrafu ġew rispettati. Sa l-1 ta' Jannar 2010, l-Kummissjoni għandha tfassal (skond il-proċedura regolatorja u ta' monitoraġġ ta' l-Artikolu 14(2)) mudell singolu u armonizzat għal lista tat-tagħbija (waybill) valida fl-Unjoni Ewropea għat-trasport internazzjonali, it-trasport nazzjonali u t-trasport tat-tip kabotaġġ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'konvenzjonijiet oħra ma’ pajjiżi terzi jiġu allineati mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandha tiġi evitata sitwazzjoni fejn kull Stat Membru huwa meħtieġ dokument ta' kontroll speċifiku. Fi żmien medju lista tat-tagħbija (waybill) singola u armonizzata għat-tipi kollha ta' trasport hija l-uniku mod biex ikun hemm ċertezza legali, simplifikazzjoni amministrattiva, żieda fl-importanza ta' kuntratti ta' trasport u, konsegwentement, relazzjonijiet kummerċjali trasparenti u obbligatorji. | |
Emenda 21 Artikolu 8, paragrafu 6 a (ġdid) | |
|
6a. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament m'għandhomx iżommu Stat Membru milli jawtorizza t-trasportaturi tal-merkanzija ta' Stat Membru ieħor jew iktar li jwettqu numru ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ illimitati jew ta' 'l fuq minn dak stabbilit fil-paragrafu 2 fit-territorju tiegħu, u bla limitu ta' żmien sa mill-aħħar ħatt jew f'iktar żmien minn dak stabbilit fil-paragrafu 2. L-awtorizzazzjonijiet mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jiġu applikati. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet eżistenti u l-awtorizzazzjonijiet li huma jagħtu wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Verżjoni modifikata mir-rapporteur ta' l-Emenda 14. | |
Mhux biss il-pajjiżi ġirien għandhom ikunu jistgħu jiftiehmu flimkien dwar regoli aktar liberi iżda l-Istati Membri kollha li jixtiequ jagħmlu dan. | |
Fi kliem ieħor, mhux biss il-pajjiżi ġirien għandu jkollhom permess li jiftiehmu dwar regoli aktar liberi għall-kabotaġġ. | |
Emenda 22 Artikolu 8, paragrafu 6 b (ġdid) | |
|
6b. Il-bidu jew it-tmiem tat-trasport ta' merkanzija fuq it-toroq bħala parti waħda minn vjaġġ ta' trasport kombinat skond il-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 92/106/KEE ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' kabotaġġ. |
Ġustifikazzjoni | |
Prattiki attwali f'ċerti Stati membri ma jsegwux din it-tendenza, iżda dan ma jistax u m'għandux ikun l-intenzjoni. | |
Emenda 23 Artikolu 9, paragrafu 1, punt (e a) (ġdid) | |
|
Ea) il-‘posting’ ta’ ħaddiema kif stabbilit mid-Direttiva 96/71/KE1 ______________. 1ĠU 18 tal-21.1.1997, p.1. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-premessa 13 tispjega li d-Direttiva dwar il-‘Posting’ ta’ Ħaddiema tapplika għall-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ. Dan għandu jkun rifless ukoll fl-Artikoli ta’ dan ir-Regolament. | |
Emenda 24 Artikolu 11, paragrafu 1, subparagrafu 1, parti introduttorja | |
Fil-każ ta' ksur serju jew ksur minuri ripetuti leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq li jkunu saru jew ġew aċċertati fi kwalunkwe Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' fejn ikun stabbilit it-trasportatur li ikkommetta dan il-ksur għandhom joħorġu twissja u jistgħu, fost l-oħrajn, jimponu s-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin: |
Fil-każ ta' ksur serju tal-legiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq li jkunu saru jew ġew aċċertati fi kwalunkwe Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' fejn ikun stabbilit it-trasportatur li ikkommetta dan il-ksur għandhom joħorġu twissja u jistgħu, fost l-oħrajn, jimponu s-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin: |
Ġustifikazzjoni | |
Sakemm il-vjolazzjonijiet jiġu interpretati u indirizzati b'ħafna modi differenti fl-Istati Membri u sakemm għalissa m'hemm l-ebda prospettiva speċifika ta' xi titjib mgħaġġel f'dan ir-rigward, dan ir-regolament m'għandux ikun fih dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ksur minuri ripetut. | |
Emenda 25 Artikolu 11, paragrafu 1, subparagrafu 1, punt (b a) (ġdid) | |
|
(ba) l-għoti ta' multi. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet ikollhom l-effett xieraq, ir-Regolament għandu joħloq dispożizzjonijiet espliċiti għal multi bħala possibilità ta' sanzjoni. | |
Emenda 26 Artikolu 11, paragrafu 1, l-aħħar subparagrafu | |
Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu ddeterminati b'konsiderazzjoni għas-serjetà tal-ksur u l-għadd tal-ksur minuri kommessi minn min jippossjedi liċenzja tal-Komunità u b'konsiderazzjoni għan-numru totali ta' kopji attestati ta' dik il-liċenzja li hu jżomm fir-rigward tat-traffiku internazzjonali. |
Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu determinati, wara li tkun ingħata deċiżjoni finali u wara li l-possibilitajiet legali kollha għar-reviżjoni miftuħa għat-trasportaturi ikunu ġew eżawriti, b'konsiderazzjoni għas-serjetà tal-ksur kommess minn min jippossjedi liċenzja tal-Komunità u b'konsiderazzjoni għan-numru totali ta' kopji attestati ta' dik il-liċenzja li hu jżomm fir-rigward tat-traffiku internazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Sakemm il-vjolazzjonijiet jiġu interpretati u indirizzati b'ħafna modi differenti fl-Istati Membri u sakemm għalissa m'hemm l-ebda prospettiva speċifika ta' xi titjib mgħaġġel f'dan ir-rigward, dan ir-regolament m'għandux ikun fih dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ksur minuri ripetut. | |
Emenda 27 Artikolu 11, paragrafu 2, subparagrafu 1, parti introduttorja | |
Fil-kaz ta' ksur serju jew ksur minuri rripetut dwar xi użu ħażin hu liema hu ta' l-attestazzjonijiet tax-xufiera, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment tat-trasportatur li jkun ikkommetta dan il-ksur għandu jimponi sanzjonijiet xierqa, bħal ma huma: |
Fil-każ ta' ksur serju dwar xi użu ħażin hu liema hu ta' l-attestazzjonijiet tax-xufiera, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment tat-trasportatur li jkun ikkommetta dan il-ksur għandhom jimponu sanzjonijiet xierqa, bħal ma huma: |
Ġustifikazzjoni | |
Sakemm il-vjolazzjonijiet jiġu interpretati u indirizzati b'ħafna modi differenti fl-Istati Membri u sakemm għalissa m'hemm l-ebda prospettiva speċifika ta' xi titjib mgħaġġel f'dan ir-rigward, dan ir-regolament m'għandux ikun fih dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ksur minuri ripetut. | |
Emenda 28 Artikolu 11, paragrafu 2, punt (e a) (ġdid) | |
|
(ea) l-għoti ta' multi. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet ikollhom l-effett xieraq, ir-Regolament għandu joħloq dispożizzjonijiet espliċiti għal multi bħala possibilità ta' sanzjoni. | |
Emenda 29 Artikolu 11, paragrafu 3, subparagrafu 1 | |
3. Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 12(1) hawn taħt, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbilment għandhom jiddeċiedu jekk sanzjoni għandhiex tiġi imposta fuq it-trasportatur ikkonċernat. Huma għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn ikunu ġie ivverifikat il-ksur minnufih u mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta jkunu mgħarrfa dwar il-ksur li għalih ġew imposti s-sanzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. |
3. Meta jkun aċċertat ksur serju il-każ imsemmi fl-Artikolu 12(1) hawn taħt, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbilment għandhom jiddeċiedu liema sanzjoni għandha tiġi imposta fuq it-trasportatur ikkonċernat, li tvarja minn twissija u tkompli bit-teħid temporanju jew permanenti tal-liċenzja Komunitarja. Huma għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn ikunu ġie ivverifikat il-ksur minnufih u mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta jkunu mgħarrfa dwar il-ksur li għalih ġew imposti s-sanzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Meta jkun hemm ksur serju, dan għandu jiġi segwit b'sanzjonijiet. | |
Emenda 30 Artikolu 11, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
3a. Id-deċiżjoni dwar l-irtirar temporanju ta' kwalunkwe dokument (liċenzja Komunitarja, attestazzjoni tax-xufier, kopji awtentikati) għandha tistipula: |
|
(a) il-perjodu ta' l-irtirar temporanju; |
|
(b) il-kundizzjonijiet biex jintemm l-irtirar temporanju; |
|
(c) il-każijiet li fihom il-liċenzja Komunitarja għandha tiġi rtirata b'mod permanenti għaliex il-kundizzjonijiet stabbiliti skond punt (b) ma jkunux ġew issodisfati waqt il-perjodu stipulat skond punt (a). |
Ġustifikazzjoni | |
Dejta relatata mat-tmiem ta' l-irtirar temporanju tal-liċenzja Komunitarja għandha tiġi speċifikata b'mod ċar. | |
Emenda 31 Artikolu 12, paragrafu 1, subparagrafu 1, parti introduttorja | |
1. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru huma konxji ta' ksur serju jew ta' ksur serju ripetut ta' dan ir-Regolament jew tal-legizlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq li jkun qieghed isir minn xi trasportatur mhux residenti , l-Istat Membru li 1 fih jigi accertat li qed isir il-ksur ghandu jittrazmetti lill-awtoritajiet kompetenti ta' l- Istat Membru ta' l-istabbiliment kemm jista' jkun malajr izda mhux aktar tard minn xahar wara li jkun sar jaf bil-ksur u bl-informazzjoni li gejja: |
1. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru huma konxji ta' ksur serju jew ta' ksur serju ripetut ta' dan ir-Regolament jew tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq li jkun qiegħed isir minn xi trasportatur mhux residenti, l-Istat Membru li fih jiġi aċċertat li qed isir il-ksur għandu jittrażmetti lill-awtoritajiet kompetenti ta' l- Istat Membru ta' l-istabbiliment kemm jista' jkun malajr iżda mhux aktar tard minn xahar wara d-data tad-deċiżjoni finali li tkun ittieħdet wara li jiġu eżawriti l-possibilitajiet legali kollha għal reviżjoni mogħtija lit-trasportatur li fuqu qed jiġu imposti s-sanzjonijiet, bl-informazzjoni li ġejja: |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dejta li trid tiddaħħal fil-bażi tad-dejta ta' reġistri elettroniċi nazzjonali għandha tinkiseb mid-deċiżjonijiet finali li jkunu ttieħdu. | |
Emenda 32 Artikolu 12, paragrafu 1, subparagrafu 1 | |
Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru huma konxji ta' ksur serju jew ta' ksur serju ripetut ta' dan ir-Regolament jew tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq li jkun qiegħed isir minn xi trasportatur mhux residenti , l-Istat Membru li 1 fih jiġi aċċertat li qed isir il-ksur għandu jittrażmetti lill-awtoritajiet kompetenti ta' l- Istat Membru ta' l-istabbiliment kemm jista' jkun malajr iżda mhux aktar tard minn xahar wara li jkun sar jaf bil-ksur u bl-informazzjoni li ġejja: |
Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru huma konxji minn ksur serju ta' dan ir-Regolament jew tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq li jkun qiegħed isir minn xi trasportatur mhux residenti, l-Istat Membru li fih jiġi aċċertat li qed isir il-ksur għandu jittrażmetti lill-awtoritajiet kompetenti ta' l- Istat Membru ta' l-istabbiliment kemm jista' jkun malajr iżda mhux aktar tard minn xahar wara li jkun sar jaf bil-ksur u bl-informazzjoni li ġejja: |
Ġustifikazzjoni | |
Sakemm il-vjolazzjonijiet jiġu interpretati u indirizzati b'ħafna modi differenti fl-Istati Membri u sakemm għalissa m'hemm l-ebda prospettiva speċifika ta' xi titjib mgħaġġel f'dan ir-rigward, dan ir-regolament m'għandux ikun fih dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ksur minuri ripetut. | |
Emenda 33 Artikolu 12, paragrafu 2 | |
2. Mingħajr preġudizzju għal xi proċeduri ta' prosekuzzjoni l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita għandhom ikollhom il-jedd li jimponu sanzjonijiet fuq trasportatur mhux residenti li jkun ikkommetta ksur ta' dan ir-Regolament jew ta' leġiżlazzjoni dwar it-trasport bit-triq nazzjonali jew ÖKomunitarja fit-territorju tagħhom matul operazzjoni ta' kabotaġġ. Dawn għandhom jimponu dawk il-penali fuq bażi . Dawn is-sanzjonijiet jistgħu, inter alia, jikkonsistu fi twissija, jew, fl-eventwalità ta' ksur serju jew ksur minuri ripetut, impediment temporanju fuq operazzjonijiet b' kabotaġġ ġewwa t-territorju ta' l-Istat Membru li jospita fejn ikun seħħ il-ksur. |
2. Mingħajr preġudizzju għal xi proċeduri ta' prosekuzzjoni l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita għandhom ikollhom il-jedd li jimponu sanzjonijiet fuq trasportatur mhux residenti li jkun ikkommetta ksur ta' dan ir-Regolament jew ta' leġiżlazzjoni dwar it-trasport bit-triq nazzjonali jew Komunitarja fit-territorju tagħhom matul operazzjoni ta' kabotaġġ. Dawn għandhom jimponu dawk il-penali fuq bażi mhux diskriminatorja. Dawn is-sanzjonijiet jistgħu, inter alia, jikkonsistu fi twissija, jew, fl-eventwalità ta' ksur serju, impediment temporanju fuq operazzjonijiet b' kabotaġġ ġewwa t-territorju ta' l-Istat Membru li jospita fejn ikun seħħ il-ksur. |
Ġustifikazzjoni | |
Sakemm il-vjolazzjonijiet jiġu interpretati u indirizzati b'ħafna modi differenti fl-Istati Membri u sakemm għalissa m'hemm l-ebda prospettiva speċifika ta' xi titjib mgħaġġel f'dan ir-rigward, dan ir-regolament m'għandux ikun fih dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ksur minuri ripetut. | |
Emenda 34 Artikolu 13 | |
L-Istati Membri għandhom jiżġuraw, permezz tal-punti nazzjonali ta' kuntatt, li ksur serju jew ksur serju ripetut tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq, imwettqa minn trasportaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom, li wasslu għall-impożizzjoni ta' sanzjoni minn Stat Membru kif ikoll is-sanzjonijiet imposti għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistru nazzjonali ta' l-impriżi tat-trasport bit-triq kif stabbilit fir-Regolament (KE) xx/xxxx [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta' operatur tat-trasport bit-triq]. Dawk l-entrati fir-reġistru li għandhom x'jaqsmu ma' rtirar temporanju jew permanenti ta' liċenzja Komunitarja għandhom jibqgħu fid-database għal mill-inqas sentejn. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ksur serju tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq li jsir minn trasportaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom li wasslu għall-impożizzjoni ta' sanzjoni minn kwalunkwe Stat Membru kif ukoll is-sanzjonijiet imposti jitniżżlu fir-reġistru nazzjonali ta' l-impriżi tat-trasport bit-triq, meta tkun ittieħdet deċiżjoni finali wara li l-possibilitajiet legali kollha għal reviżjoni miftuħa għat-trasportatur ikunu ġew eżawriti, kif stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta' operatur tat-trasport bit-triq]. Dawk l-entrati fir-registru li għandhom x'jaqsmu ma' rtirar temporanju jew permanenti ta' liċenzja Komunitarja għandhom jibqgħu fid-database għal mill-inqas sentejn. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ksur serju tal-leġiżlazzjoni Komunitarja biss għandu jitniżżel fir-reġistri nazzjonali. | |
Emenda 35 Artikolu 18, subparagrafu 2 | |
Għandu jgħodd minn [id-data ta' l-applikazzjoni]. |
Għandu jkun japplika mill-1 ta' Jannar 2009. |
- [1] ĠU L 77 ta' l-28.3.2002, p. 1.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-qafas ġenerali
L-aċċess għas-suq tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq u tal-kabotaġġ bħalissa huwa regolat mir-Regolamenti (KE) Nru 881/92, (KE) Nru 318/93 u mid-Direttiva 2006/94/KE, li d-data ta' oriġini tiegħu hija l-1962. Fis-suq intern, it-trasport internazzjonali bejn l-Istati Membri huwa kompletament liberalizzat, iżda għad hemm xi restrizzjonijiet għall-kabotaġġ.
Il-Kummissjoni tipproponi li jingħaqdu dawn ir-Regolamenti u d-Direttiva, u jiżdiedu magħhom xi elementi sabiex tittejjeb il-prattika eżistenti. B'mod partikulari, hija tipproponi:
· li jkunu speċifikati l-kundizzjonijiet li jippermettu l-kabotoġġ. Kabotaġġ, jiġifieri operazzjonijiet ta' trasport nazzjonali f'isem ħaddieħor li jitwettqu fuq bażi temporanja fi Stat Membru ospitanti, għandu jkun limitat għal massimu ta' tliet operazzjonijiet konsekuttivi fi żmiem massimu ta' sebat ijiem.
· li jintużaw formati simplifikati u standardizzati għall-mudelli ta' liċenzja Komunitarja, għall-kopji attestati u għall-attestazzjoni tax-xufiera, sabiex jiġu faċilitati l-proċeduri ta' kontroll.
· li jissaħħaħ il-qafas ta' sanzjonijiet għall-ksur imwettaq fi Stati Membri oħra li mhumiex dak ta' l-istabbiliment.
Pożizzjoni tar-rapporteur
Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni, bil-għan li tissimplifika u tiċċara r-regoli applikabbli għat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Definizzjoni ta’ kabotaġġ twassal għal applikazzjoni iktar armonizzata ta' dan il-prinċipju. Madankollu, ir-rapporteur jipproponi xi emendi għall-proposta tal-Kummissjoni:
1. Fir-rigward tal-kabotaġġ, l-iskema proposta għandha tkun waħda ta' natura temporanja. F'suq b'kundizzjonijiet fiskali u soċjali iktar armonizzati, ma jkunx hemm bżonn iktar għal restrizzjonijiet fuq il-kabotaġġ. Huwa għalhekk illi għandhom ikunu possibbli ftehimiet bejn l-Istati Membri ġirien biex jinfetħu saħansitra iktar is-swieq tagħhom għall-kabotaġġ. Fil-fatt, il-kabotaġġ għandu wkoll ikun permess fi Stat Membru li wieħed jgħaddi minnu wara ħatt f'pajjiż terz, u wara ħatt parzjali tat-tagħbija totali.
Wieħed għandu jara li jiġu evitati d-diverġenzi bejn l-Istati Membri għad-definizzjoni tal-kabotaġġ u għall-ispeċifikazzjonijiet tal-provi li t-trasportatur li jagħmel il-kabotaġġ għandu jkun kapaċi jippreżenta.
2. Huwa importanti li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet għat-traffiku terz, jiġifieri t-traffiku bejn żewġ Stati Membri li l-ebda wieħed ma hu l-Istat Membru ta' l-istabbiliment tat-trasportatur. Jekk dan it-traffiku terz jiġi imwettaq fuq bażi regolari, kontinwa u/jew sistematika, ikun hemm ir-riskju li jkun ta' xkiel għas-suq nazzjonali ta' wieħed mill-Istati Membri ospitanti. Dawn l-Istati Membri ospitanti għalhekk għandu jkollhom il-possibiltà li jitolbu li ssir l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta' l-impjieg applikabbli għat-trasportaturi nazzjonali tagħhom stess.
3. Fir-rigward tal-ksur imwettaq fi Stati Membri oħrajn, wieħed għandu jagħmel distinzjoni ċara bejn ksur serju u ksur minuri. Għall-ksur minuri, ikun biżżejjed li l-Istat Membru fejn ikun ġie konstatat il-ksur jinforma lill-Istat Membru ta' l-istabbiliment, li min-naħa tiegħu jiddeċiedi jekk għandhiex tiġi applikata sanzjoni. Għall-ksur serju, l-Istat Membru ta' l-istabbiliment għandu jiddeċiedi liema sanzjoni għandu japplika u għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-Istat Membru fejn ikun ġie konstatat il-ksur. Fil-fatt, ta' min wieħed jgħid li skond ir-Regolament dwar l-aċċess għall-professjoni, ċertu numru ta' ksur minuri jista' jikkostitwixxi ksur serju. Għal din ir-raġuni, l-Istati Membri fejn ikun ġie konstatat ksur minuri għandhom jikkomunikaw dan lill-Istat ta' l-istabbiliment tat-trasportatur. Ksur serju għandu jitniżżel fir-reġistru nazzjonali. Ksur minuri, mill-banda l-oħra, m'għandux jitniżżel fir-reġistru nazzjonali ħlief meta jkun hemm numru biżżejjed ta' ksur minuri, u r-ripetizzjoni ta' dan jikkostitwixxu ksur serju.
ANNEX 1: LETTER OF THE COMMITTEE ON LEGAL AFFAIRS
COMMITTEE ON LEGAL AFFAIRS
CHAIRMAN
Ref.: D(2008)2164
Mr Paolo COSTA
Chairman of the Committee on Transport and Tourism
LOW T06031
Strasbourg
Subject: Proposal for a recast : Regulation of the European Parliament and of the Council on common rules for access to the international road haulage market (COM(2007) 265 final -23.5.2007 - 2007/0099 (COD).
Dear Sir,
The Committee on Legal Affairs, which I am honoured to chair, has examined the proposal referred to above, pursuant to Rule 80a on Recasting, as introduced into the Parliament's Rules of Procedure by its Decision of 10 May 2007.
Paragraph 3 of that Rule reads as follows:
"If the committee responsible for legal affairs considers that the proposal does not entail any substantive changes other than those identified as such in the proposal, it shall inform the committee responsible.
In such a case, over and above the conditions laid down in Rules 150 and 151, amendments shall be admissible within the committee responsible only if they concern those parts of the proposal which contain changes.
However, amendments to the parts which have remained unchanged may be admitted by way of exception and on a case-by-case basis by the chairman of the above committee if he considers that this is necessary for pressing reasons relating to the internal logic of the text or because the amendments are inextricably linked to other admissible amendments. Such reasons must be stated in a written justification to the amendments".
Following the opinion of the Legal Service, whose representatives participated in the meetings of the Consultative Working Party examining the recast proposal, and in keeping with the recommendations of the draftsperson, the Committee on Legal Affairs considers that the proposal in question does not include any substantive changes other than those identified as such in the proposal and that, as regards the codification of the unchanged provisions of the earlier acts with those changes, the proposal contains a straightforward codification of the existing texts, without any change in their substance.
However, pursuant to Rules 80a(2) and 80(3), the Committee on Legal Affairs considered that the technical adaptations suggested in the opinion of the abovementioned Working Party were necessary in order to ensure that the proposal complied with the codification rules and that they did not involve any substantive change to the proposal.
In conclusion, the Committee on Legal Affairs recommends that your Committee, as the committee responsible, proceed to examine the above proposal in keeping with its suggestions and in accordance with Rule 80a.
Yours faithfully,
Giuseppe GARGANI
ANNEX 2: LETTRE AVIS DU GROUPE CONSULATIF DES SERVICES JURIDIQUES
Brussels,
OPINION
FOR THE ATTENTION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT
THE COUNCIL THE COMMISSION
Proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on common rules for access to the international road haulage market (recast) COM(2007) 265 final of 23.5.2007 - 2007/0099 (COD)
Having regard to the Inter-institutional Agreement of 28 November 2001 on a more structured use of the recasting technique for legal acts, and in particular to point 9 thereof, the Consultative Working Party, consisting of the respective legal services of the European Parliament, the Council and the Commission, met on 31 May and on June 11 2007 for the purpose of examining the aforementioned proposal submitted by the Commission.
At those meetings[1], an examination of the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council recasting Council Regulation (EEC) No 881/92 of 26 March 1992 on access to the market in the carriage of goods by road within the Community to or from the territory of a Member State or passing across the territory of one or more Member States, Council Regulation (EEC) No 3118/93 of 25 October 1993 laying down the conditions under which non-resident carriers may operate national road haulage services within a Member State, and Directive 2006/94/EC of the European Parliament and of the Council of 12 December 2006 on the establishment of common rules for certain types of carriage of goods by road resulted in the Consultative Working Party's establishing, by common accord, as follows:
1) An incorrect title ha been erroneously indicated in the cover page of the abovementioned document having been officially transmitted on 23 May 2007, which read "Proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on access to the market in the carriage of goods by road within the Community to or from the territory of a Member State or passing across the territory of one or more Member States"; in that document, the correct title was that appearing at the beginning of the text of the recast proposal and reading "Proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on common rules for access to the international road haulage market". Incidentally, it should be pointed out that on 1 June 2007 a new document bearing a reference number COM(2007) 265 final/2 has been officially transmitted to the European Parliament and to the Council; on the cover page of this new document a corrigendum appears, which reads "Annule et remplace la page de cowerture du document COM(2007)265 final du 23.5.2007 / Cette correction concerne les versions EN,FR,DE".
2) In Recital 6, the wording "between Member States" should be deleted.
3) The following parts of text of the recast proposal should have been identified by
using the grey-shaded type used for marking substantive changes:
- in Article 9(l)(a), the word "rates" (already marked with double strikethrough);
-
- in Article 9(1 )(d), the wording "working time" (already marked with adaptation
arrows);
-
- the entire text of Article 6(2) of Regulation 3118/93, having been already marked
with double strikethrough and appearing immediately after Article 9(1) in the text of
the recast proposal;
-
- in the title of Chapter IV, in Article 11(4) and in Article 12(2), the words "penalties"
(already marked with double strikethrough) and "sanctions" (already marked with
adaptation arrows);
-
- in Article ll(2)(d), the word "permanent" (already marked with adaptation arrows);
-
- the text of Article 9(1) of Regulation 881/92 (already marked with double
strikethrough), appearing immediately after Article 11(6) in the recast proposal.
4) The deleted text of Article 9(2) of Regulation 881/92 appearing between Articles
11 and 12 in the recast proposal should not have appeared in the recast proposal.
5) In Annex II, in the third paragraph of the text under "General provisions" the word
"authorisation" should have been replaced by "licence".
6) In Annex II, the two last paragraphs of the text under "General provisions" havebeen erroneously presented as indents.
Their original presentation as fifth and sixth
paragraphs of that part of the text, as appearing in OJ L 76 of 19.3.2002, should be
reinstated.
7) It was acknowledged that the correlation table in Annex III is not accurate, and
would therefore need to be completed and corrected where necessary.
In consequence, examination of the proposal has enabled the Consultative Working Party to conclude, without dissent, that the proposal does not comprise any substantive amendments other than those identified as such therein or in the present opinion. The Working Party also concluded, as regards the codification of the unchanged provisions of the earlier acts with those substantive amendments, that the proposal contains a straightforward codification of the existing texts, without any change in their substance.
C. PENNERA J.-C. PIRIS M. PETITE
Jurisconsult Jurisconsult Director General
- [1] The Consultative Working Party had all language versions of the proposal and worked on the basis of the English version, being the master-copy language version of the text under discussion.
PROĊEDURA
Titolu |
Aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fil-Kommunità (riformulazzjoni) |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0265 – C6-0146/2007 – 2007/0099(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
23.5.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 24.9.2007 |
|||||||
Kumitat/i mitlub opinjoni/jiet Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 24.9.2007 |
|
|
|
||||
Ma jagħtix opinjonijiet Data tad-deċiżjoni |
JURI 18.9.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Mathieu Grosch 13.7.2007 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
9.10.2007 |
20.11.2007 |
21.1.2008 |
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
22.1.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 12 2 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Etelka Barsi-Pataky, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Timothy Kirkhope, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Erik Meijer, Robert Navarro, Seán Ó Neachtain, Willi Piecyk, Reinhard Rack, Luca Romagnoli, Gilles Savary, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Yannick Vaugrenard, Lars Wohlin, Roberts Zīle |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Johannes Blokland, Luigi Cocilovo, Jeanine Hennis-Plasschaert, Lily Jacobs, Anne E. Jensen, Leopold Józef Rutowicz, Ari Vatanen, Corien Wortmann-Kool |
|||||||