RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar dwar linji ta' gwida tekniċi multijannwali għall-programm ta' riċerka tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar
15.2.2008 - (COM(2007)0393 – C6‑0248/2007 – 2007/0135(CNS)) - *
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Adam Gierek
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar dwar linji ta' gwida tekniċi multijannwali għall-programm ta' riċerka tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar
(COM(2007)0393 – C6‑0248/2007 – 2007/0135(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0393),
– wara li kkunsidra Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE ta' l-1 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità (Ewropea), dwar il-konsegwenzi finanzjarji tad-data ta' l-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar[1], skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0248/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0039/2008)
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi (tgħaddi) l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Artikolu 3, Paragrafu 1, Punt (g) | |
(g) blat żejtni. |
(g) blat tal-bitumen. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjoni tat-terminu ‘faħam’ ġie miftuħa b’mod mhux xieraq biex tinkludi 'l-blat żejtni' meta din diġà tkopri l-faħam iebes, li jinkludi l-faħam tat-tip 'A' u għaldaqstant il-blat tal-bitumen. Għaldaqstant għandu jintuża t-terminu usa’ ‘blat tal-bitumen’ minflok ‘blat żejtni’, għax din ta’ l-aħħar tagħmel parti mill-kategorija tal-blat tal-bitumen. | |
Emenda 2 Artikolu 4, Paragrafu 1, Subparagrafu 1 a (ġdid) | |
|
Dan it-tip ta’ proġetti se jagħmlu l-faħam aktar kompetittiv fis-swieq lokali ta’ l-enerġija, sakemm isir użu effiċjenti tar-riservi tal-faħam lokali. |
Emenda 3 Artikolu 4, Paragrafu 2, Punt (c a) (ġdid) | |
|
(ca) konverżjoni aktar effiċjenti ta’ l-enerġija primarja rieqda mill-faħam għal forom oħra ta’ enerġija, pereżempju permezz ta’ l-użu ta’ teknoloġiji konvenzjonali ta’ sabiex il-faħam jinbidel f’gass jew f’likwidu; |
Ġustifikazzjoni | |
It-teknoloġiji konvenzjonali li jbiddlu l-faħam f’gass u f’likwidu huma teknoloġiji ta’ ‘faħam nadif’. Meta jintużaw bħala fjuwils tal-magni, il-prodotti li jirriżultaw meta l-faħam jinbidel f'gass jew f'likwidu, inkluż l-idroġenu, jgħinu sabiex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 fl-atmosfera, grazzi għall-konverżjoni aktar effiċjenti ta’ l-enerġija. | |
Emenda 4 Artikolu 4, Paragrafu 2, Punt (c b) (ġdid) | |
|
(cb) teknoloġiji aktar ekonomiċi u aktar affidabbli. |
Emenda 5 Artikolu 6, paragrafu 2, punt (d) | |
(d) ir-rinnovar tal-miżbliet u l-użu industrjali ta' residwi mill-produzzjoni u l-konsum tal-faħam; |
(d) ir-rinnovar tal-miżbliet u l-użu ta' residwi mill-produzzjoni u l-konsum tal-faħam; |
Emenda 6 Artikolu 7, paragrafu 1 | |
Il-proġetti ta' riċerka b'dan il-għan għandhom ikunu marbuta mal-prospetti ta' provvista ta' enerġija fil-medda t-twila u għandhom jikkonċernaw ir-rinnovar –f'termini ekonomiċi, ambjentali u marbuta ma' l-enerġija– ta' depożiti ta' faħam li ma jistgħux jkunu estratti ekonomikament b'tekniki ta' tħaffir konvenzjonali. Il-proġetti jistgħu jinkludu studji, id-definizzjoni ta' strateġiji, riċerka fundamentali jew applikata, u t-testjar ta' teknoloġiji innovattivi li joffru prospetti għall-iżvilupp tar-riżorsi tal-faħam tal-Komunità. |
Il-proġetti ta' riċerka b'dan il-għan għandhom ikunu marbuta mal-prospetti ta' ħarsien tal-provvista ta' enerġija fuq medda twila ta’ żmien u għandhom jikkonċernaw ir-rinnovar u t-trasport effiċjenti –f'termini ekonomiċi, ambjentali u marbuta ma' l-enerġija– ta' faħam li ma jistgħux jkunu estratti ekonomikament b'tekniki ta' tħaffir konvenzjonali. Il-proġetti jistgħu jinkludu studji, id-definizzjoni ta' strateġiji, riċerka fundamentali jew applikata, u t-testjar ta' teknoloġiji innovattivi li joffru prospetti għall-iżvilupp tar-riżorsi tal-faħam tal-Komunità. |
Emenda 7 Artikolu 7, paragrafu 2 | |
Għandha tingħata preferenza lill-proġetti li jintegraw tekniki komplimentarji bħalma huma l-assorbiment tal-metanu jew dijossidu tal-karbonju, metanu estratt mis-sodda tal-faħam, u l-vaporizzazzjoni tal-faħam ta' taħt l-art. |
Għandha tingħata preferenza lill-proġetti li jintegraw tekniki komplimentarji bħalma huma l-assorbiment tal-metanu jew dijossidu tal-karbonju, metanu estratt mis-sodda tal-faħam u użat bħala sors ta’ enerġija, il-ħruq effiċjenti tal-faħam fi proċessi ta’ ġenerazzjoni tas-sħana u ta’ l-elettriku, u metodi mhux konvenzjonali u l-vaporizzazzjoni tal-faħam ta' taħt l-art. |
Emenda 8 Artikolu 8, punt (j a) (ġdid) | |
|
(ja) l-azzar fondut, l-azzar maħdum u prodotti magħquda mit-trab miksuba mill-metallurġija tat-trab minn trabijiet tal-ħadid u taħlitiet metalliċi li fihom il-ħadid bħala prodotti nofshom lesti sabiex ikomplu jiġu proċessati; |
Ġustifikazzjoni | |
L-azzar fondut, l-azzar maħdum u prodotti tal-ħadid magħquda permezz tat-trab magħmula mill-metallurġija tat-trab qabel kienu jkunu koperti mis-sitt Programm ta’ Qafas billi jissejħu/jissemmew b’mod espliċitu. Għaldaqstant id-dubji tiegħi dwar il-proposta attwali. | |
Emenda 9 Artikolu 9, punt (b) | |
(b) karatteristiċi ta' l-azzar li jindirizzaw il-bżonnijiet mekkaniċi f'temperaturi għoljin jew baxxi bħal saħħa u durabilità, reżistenza għall-użu, ttikil, żamma tal-forma, korrużjoni, u reżistenza kontra l-ksur; |
(b) karatteristiċi ta' l-azzar li jindirizzaw il-kwalitajiet mekkaniċi ta’ tipi differenti ta’ azzar f'temperaturi għoljin jew baxxi bħas-saħħa f’livelli differenti ta’ tensjoni, l-ebusija, ir-reżistenza għax-xokkijiet, l-istrapazz mekkaniku u termiku, ir-reżistenza għat-telf tal-forma u għall-ksur, ir-reżistenza milli jittiekel mal-brix u r-reżistenza kontra l-korrużjoni; |
Emenda 10 Artikolu 9, punt (c) | |
(c) tiżdied il-ħajja tas-servizz tal-prodott, b'mod partikolari billi tiġi żviluppata r-reżistenza ta' l-azzar u ta' l-istrutturi ta' l-azzar għas-sħana u għall-korrużjoni; |
(c) tiżdied il-ħajja tas-servizz tal-prodott, b'mod partikolari billi tiġi mtejba r-reżistenza ta' l-azzar u ta' l-istrutturi ta' l-azzar għall-ittikil minħabba temperaturi għolja u għall-korrużjoni; |
Emenda 11 Artikolu 9, punt (c) | |
(c) tiżdied il-ħajja tas-servizz tal-prodott, b'mod partikolari billi tiġi żviluppata r-reżistenza ta' l-azzar u ta' l-istrutturi ta' l-azzar għas-sħana u għall-korrużjoni; |
(c) tiżdied il-ħajja tas-servizz tal-prodott, b'mod partikolari billi tiġi żviluppata r-reżistenza ta' l-azzar u ta' l-istrutturi ta' l-azzar għas-sħana, għall-korrużjoni u għal influwenzi oħrajn; |
Emenda 12 Artikolu 9, punt (d) | |
(d) komposti li fihom l-azzar u strutturi f'saffi; |
(d) komposti u strutturi fibrużi u f’saffi; |
Emenda 13 Artikolu 9, punt (e) | |
(e) mudelli għal simulazzjoni ta' previżjoni fuq mikrostrutturi u kwalitajiet mekkaniċi; |
(e) mudelli għal simulazzjoni ta' previżjoni fuq mikrostrutturi, kwalitajiet mekkaniċi, eċċ; |
Emenda 14 Artikolu 10, punt (b) | |
(b) kategoriji ta' azzar u disinn ta' strutturi mibnija sabiex jiffaċilitaw il-ġbir ta' l-azzar skreppjat u l-konverżjoni tiegħu f'azzar li jista' jintuża; |
(b) tfassil ta' strutturi ta’ l-azzar li jkunu faċli li żżarmahom biċċa biċċa fl-aħħar tal-ħajja tas-servizz tagħhom, għall-ġbir ta’ l-azzar skreppjat u l-konverżjoni tiegħu f'azzar li jista' jintuża; |
Emenda 15 Artikolu 13 | |
Kwalunkwe impriża, korp pubbliku, organizzazzjoni ta' riċerka jew stabbiliment ta' l-edukazzjoni għolja jew sekondarja, jew kwalunkwe entità legali, fosthom persuni naturali minn pajjiżi terzi, huwa intitolat sabiex jipparteċipa fuq il-bażi ta' proġetti individwali mingħajr ma jirċievi kontribuzzjoni finanzjarja taħt il-Programm ta' Riċerka, sakemm din il-parteċipazzjoni tkun fl-interess tal-Komunità. |
Kwalunkwe impriża, korp pubbliku, organizzazzjoni ta' riċerka jew stabbiliment ta' l-edukazzjoni għolja jew sekondarja, jew kwalunkwe entità legali, fosthom persuni naturali minn pajjiżi terzi, huwa intitolat sabiex jipparteċipa fuq il-bażi ta' proġetti individwali mingħajr ma jirċievi kontribuzzjoni finanzjarja taħt il-Programm ta' Riċerka, sakemm din il-parteċipazzjoni tkun fl-interess tal-Komunità u sakemm il-parteċipant ikun jista’ jipprovdi r-riżorsi bażiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett. |
Emenda 16 Artikolu 20 | |
Il-Gruppi Konsultattivi għall-Faħam u l-Azzar (minn issa 'l quddiem "Il-Gruppi Konsultattivi") għandhom ikunu gruppi tekniċi indipendenti għall-konsultazzjoni.
|
Il-Gruppi Konsultattivi għall-Faħam u l-Azzar (minn issa 'l quddiem "Il-Gruppi Konsultattivi") għandhom ikunu gruppi tekniċi indipendenti għall-konsultazzjoni li jkunu magħmula minn speċjalisti kkwalifikati kif jixraq. |
Emenda 17 Artikolu 22, paragrafu 3 | |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura, fi ħdan kull Grupp Konsultattiv, firxa bbilanċjata ta' għarfien espert u l-usa' rappreżentazzjoni ġeografika possibbli. |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura, fi ħdan kull Grupp Konsultattiv, firxa bbilanċjata ta' għarfien espert u l-usa' rappreżentazzjoni ġeografika u ġeo-ekonomika possibbli, b’referenza speċjali għal [l-Istati Membri li ngħaqdu ma’ l-Unjoni Ewropea fl-2004]. |
Emenda 18 Artikolu 25, paragrafu 3, subparagrafu 1 | |
3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pakkett ta' informazzjoni dwar il-programm, bir-regoli tal-parteċipazzjoni, il-metodi ta' amministrazzjoni tal-proposti u l-proġetti, il-formoli ta' applikazzjoni, ir-regoli ta' kif għandhom jitressqu l-proposti, kampjuni tal-ftehimiet dwar l-għotjiet, l-ispejjeż eliġibbli, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima permessa, il-metodi ta' ħlas u l-għanijiet prijoritarji annwali tal-Programm ta' Riċerka. |
3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pakkett ta' informazzjoni dwar il-programm, bir-regoli tal-parteċipazzjoni, il-metodi ta' amministrazzjoni tal-proposti u l-proġetti, il-formoli ta' applikazzjoni (inklużi l-istruzzjonijiet dwar kif dawn għandhom jimtlew), ir-regoli ta' kif għandhom jitressqu l-proposti, kampjuni tal-ftehimiet dwar l-għotjiet, l-ispejjeż eliġibbli, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima permessa, il-metodi ta' ħlas u l-għanijiet prijoritarji annwali tal-Programm ta' Riċerka. |
- [1] (ĠU L 29, 5.2.2003, p. 22).
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (Research Fund for Coal and Steel (RFCS)) twaqqaf wara li skada t-Trattat tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, li kien l-ewwel pass lejn Ewropa magħquda. Skond il-linji gwida tal-Kunsill, l-operat ta’ l-RFCS ġie rivedut din is-sena, ħames snin wara t-twaqqif tiegħu. Ir-reviżjoni ffukat b’mod partikulari fuq l-użu effiċjenti ta’ materjali u enerġija, il-ħarsien ambjentali u l-ħarsien ta’ l-impjiegi. Il-vantaġġ il-kbir ta’ l-RFCS hu li jista’ jintuża sabiex jipprovdi finanzjarjamenti supplimentari għar-riċerka, liema finanzjarjament ma’ jiġix mis-Seba' Programm ta’ Qafas. L-RFSC huwa finanzjat mill-interessi ġenerati mill-kapital li kien baqa' wara li skada t-Trattat ECSC, filwaqt li l-finanzjament jinqasam f'27.2% għal riċerka relatata mal-faħam u 72.8% għal riċerka relatata ma’ l-azzar, li jirrifletti l-mod ta’ kif inqasmu l-finanzi skond it-Trattat ECSC.
Fid-dawl ta’ l-importanza tal-fond għal żvilupp ekonomiku b’saħħtu fi ħdan l-UE, b’mod partikulari fl-Istati Membri l-ġodda, għandha tintlaqa’ b’sodisfazzjon l-opinjoni tal-Kummissjoni li l-RFCS għandu jkompli. L-azzar għadu wieħed mill-inputs ewlenin ta’ l-industrija tal-magni u tal-bini, filwaqt li għad hemm lok teknoloġiku sostanzjali għal titjib fil-kwalità ta' l-azzar u sabiex il-proċessi tal-produzzjoni ta’ l-azzar isiru aktar effiċjenti. Sabiex tkun żgurata l-affidabilità ta’ l-istrutturi ta’ l-azzar u titjib l-effiċjenza ta’ l-operat tal-makkinarju u tat-tagħmir jeħtieġ li ssir riċerka empirika (f’xi każi estensiva) sabiex isir l-aħjar użu possibbli mill-kompożizzjoni u kimika u l-kwalitajiet ta’ diversi tipi ta’ azzar.
Bilanċ tal-ġeneri fi ħdan it-timijiet ta’ riċerja ser jgħin sabiex jiżdied in-numru ta’ nisa li għandhom impjieg, u jinkoraġġihom sabiex jieħdu sehem fi programmi ta’ riċerka ta’ l-UE dwar il-faħam u l-azzar, u b’hekk iġibu fi tmiemu l-iżbilanċ attwali.
Sabiex il-faħam isir aktar kompetittiv fis-suq ta’ l-enerġija, jeħtieġ li jsir użu effiċjenti tar-riżervi reġjonali tal-faħam, li għandu jgħin sabiex titjieb is-sigurtà enerġetika fi ħdan l-UE. Il-proposta għal deċiżjoni tikklassifika il-‘bitumen shales’ – fjuwil solidu magħruf ukoll bħala ‘oil shales’ – bħala faħam. Id-definizzjoni tat-terminu ‘faħam’ twessa’ biss għall-iskopijiet ta’ din id-deċiżjoni, sabiex jitqies l-użu ta’ dan il-fjuwil fossili fl-impjant ta’ l-enerġija fl-Estonja.
Il-problemi speċifiċi involuti fl-operat tal-minjieri, li jiddependi fuq il-kundizzjonijiet ġeoloġiċi lokali, b’mod partikulari fil-każ ta’ mini fondi, jitolbu li ssir riċerka ta’ esplorazzjoni pass pass. Dan it-tip ta’ riċerka b’reqqa partikolari għandha titwettaq qabel ma l-minjieri jinżlu fil-fond, qabel ma d-depożiti tal-faħam tal-kokk mimlija bil-metanu jinbnew u jibdew joperaw.
PROĊEDURA
Titolu |
Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0393 – C6-0248/2007 – 2007/0135(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
27.7.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 3.9.2007 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 3.9.2007 |
ENVI 3.9.2007 |
|
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 17.7.2007 |
ENVI 17.7.2007 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Adam Gierek 2.10.2007 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
19.12.2007 |
|
|
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
29.1.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
46 3 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
John Attard-Montalto, Šarūnas Birutis, Jan Březina, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Nicole Fontaine, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, David Hammerstein, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Romano Maria La Russa, Pia Elda Locatelli, Eluned Morgan, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Vladimír Remek, Herbert Reul, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Andres Tarand, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Etelka Barsi-Pataky, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Eija-Riitta Korhola, Pierre Pribetich, Esko Seppänen, Dirk Sterckx, Silvia-Adriana Ţicău, Vladimir Urutchev |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ignasi Guardans Cambó, Inés Ayala Sender |
|||||||