RAPPORT dwar il-“Kontroll tas-Saħħa” tal-Politika Agrikola Komuni

28.2.2008 - (2007/2195(INI))

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Lutz Goepel

Proċedura : 2007/2195(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0047/2008

PROPOSTA GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-“Kontroll tas-Saħħa” tal-Politika Agrikola Komuni

(2007/2195(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–    wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar "it-Tħejjija għall-"Kontroll tas-Saħħa" tar-riforma tal-CAP" (COM (2007)0722),

–    wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa[1],

–    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD)[2],

–    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta Ottubru 2007 dwar prezzijiet ta' l-għalf u ta' l-ikel li qed jogħlew[3],

–    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2007 dwar il-proposta b’deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 dwar l-art imwarrba għall-2008[4],

–    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Frar 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli applikabbli għall-modulazzjoni fakultattiva tal-ħlasijiet diretti previsti mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament li jemenda (KE) Nru 1290/2005[5],

–    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2005 dwar Sfidi ta' Politika u l-Mezzi tal-Baġit ta' Unjoni imkabbra 2007-2013[6],

–    wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod, u b'mod partikolari l-Annessi I u III tagħhom u d-Dikjarazzjonijiet Nru 3 u 9 tagħha[7],

–    wara li kkunsidra l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet għall-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovejna u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea[8],

–    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-kunsill tat- 22 ta' Marzu 2004 li tadatta l-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, wara r-riforma tal-politika agrikola komuni[9],

–    wara li kkunsidra l-mandat mogħti mill-Kunsill Ewropew lill-Kummissjoni Ewropea għan-negozjati fil-qasam ta' l-agrikoltura kif imniżżel fil-"Il-proposti tal-KE għall-Modalitajiet tan-Negozjati tad-WTO għall-Agrikoltura",

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 33(2) tat-Trattat tal-KE, li ddaħħal bla emendi fit-Trattat ta’ Liżbona;

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta’ l-Ikel (A6-0047/2008),

A. billi l-agrikoltura, flimkien ma' l-industrija ta' l-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti ta' l-agrikultura li joħorġu minnu, tibqa' waħda mill-ikbar setturi ta’ attività ta' l-Unjoni Ewropea;

B.  billi politika agrikola komuni ta' l-UE (CAP), ibbażata fuq mudell ekonomiku, ekoloġiku u soċjali ta' l-agrikultura Ewropea li jiggarantixxi s-sostenibilità u s-sigurtà fl-ikel, se tkun indispensabbli ukoll fil-futur; billi, madankollu, l-introduzzjoni b'suċċess tar-riformi għandha titkompla, flimkien ma tisħiħ akbar ta' l-iżvilupp rurali,

C. billi fil-futur il-CAP teħtieġ tneħħi l-ostakli preżenti għaż-żgħażagħ biex jidħlu fl-agrikoltura billi tistabbilixxi trasferiment minn ġenerazzjoni għall-oħra bħala wieħed mill-prijoritajiet,

D. billi t-tnaqqis tal-burokrazija fis-settur agrikolu permezz ta l-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet trasparenti, aktar sempliċi u inqas kumplikati tista' twassal li jitnaqqsu kemm l-ispejjeż għall-impriżi agrikoli u l-prodotturi kif ukoll l-ispiża amministrattiva,

E. billi l-Politika Agrikola Komuni trid, minn banda, tiffaċċja disparitajiet kbar fl-istrutturi agrikoli u reġjonali u, mill-banda l-oħra, issib tweġibiet għal sfidi ġodda, bħall-bidla fil-klima, il-protezzjoni tal-ħamrija u ta’ l-ilma, il-ftuħ akbar għas-suq dinji jew il-provvista ta’ bijomassa, ta’ materja prima u ta' enerġija rinnovabbli; billi teħtieġ li jkollha riżorsi biżżejjed u li żżomm l-objettivi oriġinali tal-CAP, kif affermat reċentement fit-Trattat ta' Liżbona, li jista' jiġi miġbur fil-qosor bħala l-produzzjoni ta' prodotti ta' ikel tajjeb għas-saħħa u ta' kwalità għolja li tista' tiżgura provvisti għall-Ewropej kollha bi prezzijiet raġjonevoli u li tippermetti lill-bdiewa li jżomm l-livelli tad-dħul tagħhom,

F.  billi saru riformi kbar u profondi mill-1992 'l hawn fis-sistema ta’ ħlasijiet diretti, fi tliet darbiet, u mill-2004 'l hawn, fl-organizzazzjonijiet komuni prinċipali tas-suq kollha, minbarra dawk tas-settur tal-ħalib,

G. billi l-pajjiżi żviluppati kollha għandhom politika agrikola; billi ċirkustanzi ġodda, bħaż-żieda fil-popolazzjoni dinjija, il-bidla fil-klima, iż-żieda fit-talba għall-enerġija, it-tneħħija progressiva tas-sistema ta' sostenn tal-prezzijiet u l-ftuħ akbar għas-suq dinji se jwasslu minn banda għal żieda fil-prezzijiet tal-prodotti agrikoli fis-suq Ewropew u, mill-banda l-oħra li jwasslu għal varjazzjonijiet ħafna ikbar tal-qligħ u għal prezzijiet ħafna anqas stabbli, u għalhekk hu meħtieġ ferm aktar minn qabel li jkun hemm kontinwazzjonui tal-politika komuni agrikola;

H. billi s-sigurtà ta' l-ikel (kemm f'sens kwantitattiv kif ukoll f'dak kwalitattiv) se tibqa' wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-CAP, flimkien mal-preservazzjoni ta' l-ekosistemi, li mingħajrha ma jistax ikun hemm produzzjoni sensibbli u sostenibbli u l-aħjar użu ta' l-art fl-Unjoni kollha,

I.   billi l-UE għamlet sforz konsiderevoli sabiex tnaqqas l-ispiża agrikola f'relazzjoni mal-baġit totali, u li bħala proporzjon niżlet minn kważi 80% fl-1970 għal 33% sa tmiem il-perspettiva finanzjarja attwali, waqt li t-total ta' art mogħtija għall-biedja żdiedet b'37% mill-2003, bħala riżultat ta' sħubija ta' Stati Membri ġodda,

J.   billi l-Kapijiet ta’ Stat jew ta' Gvern waqt is-samit ta’ Berlin taw garanzija dwar l-ammont totali ta’ l-ispejjeż għall-ewwel pilastru tal-Politika Agrikola Komuni sa l-2013,

K. billi l-Att ta' Sħubija ta' l-2004 jipprovdi għal derogi mill-applikazzjoni ta' wħud mir-regoli tal-CAP għall-Istati Membri ġodda sabiex jikkumpensaw għal-livell aktar baxx tal-lasijiet diretti,

L.  billi f'xi reġjuni m'hemm alternattiva għal uħud mill-modi tradizzjonali ta' produzzjoni agrikola, li ħafna drabi jiġbru attivatijiet agrikoli ewlenin għar-reġjuni kkonċernati u għandhom għalhekk jiġu ppreservati u appoġġjati akkost ta' kollox, fuq bażi ta' politika ambjentali u reġjonali imperattiva u sabiex tiġi salvagwardata l-istruttura ekonomika u soċjali; speċjalment minħabba l-irwol tal-CAP f'dik li hi msejħa bħala l-konverġenza tar-reġjuni, fejn l-agrikoltura u t-trobbija ta' l-annimali huma ta' importanza kbira bħala strument ta' żvilupp ekonomiku u ta' ħolqien ta' l-impjiegi,

M. billi l-bdiewa fl-UE għandu jkollhom garanzija ta' stabbilità sabiex jiġi żgurat li l-aspettattivi u l-investimenti tagħhom ma jiġux misruqa, waqt li f'xi setturi s-sistemi regolatorji jeħtieġ li jippermettu għal previżjonijiet fuq żmien medju u twil,

N. billi l-leġiżlatur Ewropew għandu jevita li l-bdiewa Ewropej u dawk li jrabbu l-annimali ikunu żvantaġġati fil-konfront tal-kompetituri tagħhom kemm fl-UE stess kif ukoll f'pajjiżi terzi jew japplikaw strumenti xierqa biex jiggarantixxi kundizzjonijiet ugwali għall-bdiewa Ewropej u għal dawk li jrabbu l-annimali (level-playing field); billi, partikolarment, għandu jiġi żgurat li l-istandards tal-kwalità, tas-saħħa, ta' l-ambjent u tal-benesseri ta' l-annimal kif ukoll ta' standards oħra li huma obbligatorji għall-bdiewa ta' l-UE, għandhom jiġu rispettati wkoll minn kull min jesporta prodotti agrikolu lejn l-UE,

O. billi l-objettivi tal-CAP huma fformulati fl-Artikolu 33 tat-Trattat KE u wara li jkun hemm ratifika sħiħa tat-Trattat ta' Liżbona, id-deċiżjonijiet ġuridiċi u baġitarji essenzjali kollha li jikkonċernaw il-Politika Agrikola Komuni se jkollhom bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

P.  billi l-UE teħtieġ li żżomm is-sovranità tagħha ta' l-ikel u ma ssirx dipendenti fuq l-importazzjoni ta' l-ikel, għaliex dan jista' jkollu riperkussjoni ħżiena għas-sigurtà ta' l-ikel u toħloq problemi ta' provvista,

Q. billi teħtieġ riflessjoni aktar dettaljata dwar l-evoluzzjoni tas-swieq u tar-riperkussjonijiet tagħhom fuq is-suq intern, minħabba l-kuntest internazzjonali marbut mal-produzzjoni tal-materja prima u tal-prezzijiet,

Introduzzjoni

1.      Jinsisti li jinżamm il-kunċett ta' biedja sostenibbli, kompetittiva u multifunzjonali, li żżomm il-karattru speċifiku ta' kull settur u qasam ta' produzzjoni u li l-objettiv bażiku tagħha jkun li tipprovdi lill-popolazzjoni bi prodotti tajbin għas-saħħa u sikuri, fi kwantitajiet suffiċjenti u bi prezzijiet raġjonevoli għall-konsumatur;

2.      Jemmen li r-riforma tal-CAP ta' l-2003, f'aspetti ewlenin, kienet suċċess kbir għaliex tejbet sew it-trasparenza u l-effiċjenza tal-CAP u r-responsabilità u l-orjentazzjoni lejn is-suq tal-bdiewa, u jemmen li dan il-proċess għandu jkompli sabiex jiġi rrispettat l-impenn tal-Kapijiet ta' Stat u tal-Gvern f'Diċembru 2002 li jibqgħu jinżammu bla mittifsa l-fondi agrikoli ta' l-ewwel pilastru sa l-2013; jinnota li, bħala kumpens, għandha tiżdied b'mod konsiderevoli s-simplifikazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni u ta' għadd ta' Direttivi u Regolamenti ta' l-UE, biex jitqiegħed anqas piż fuq il-bdiewa, dment li din is-simplifikazzjoni ma twassalx għar-rinazzjonalizzazzjoni tal-CAP jew għal tnaqqis akbar fl-għajnuniet li jirċievu l-bdiewa mill-UE;

3.      Jilqa' b'soddisfazzjoni, għalhekk, it-tibdil tekniku li ħareġ mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni għal kontroll tas-saħħa tal-Politika Agrikola bil-għan li jiġi żgurat li r-riforma ta' l-2003 tiffunzjona, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiggarantixxi l-prinċipju ekonomiku bażiku ta' stabilità fi ħdan il-CAP;

4.      Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl ta' riformi futuri, li tagħmel studju dwar il-benefiċċju ta' l-infiq tal-CAP dwar is-sigurtà ta' l-ikel, l-awtosuffiċjenza tal-provvista u l-preservazzjoni tal-komunitajiet rurali; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel analiżi ta' l-ispiża potenzjali għall-konsumatur ta' prezzijiet ogħla ta' l-ikel li jirriżultaw mid-domanda dinjija vis-à-vis l-ispiża rappreżentata mill-politika agrikola attwali għall-pubbliku;

5.      Jemmen li l-isfida għall-UE fir-rigward tan-negozjati tal-WTO hi li tilqa' għad-diffikultajiet futuri b'mod li timmassimizza l-benesseri domestiku tagħha; jenfasizza li hu l-kompitu ta' l-UE li tagħmel l-aħjar użu tal-flessibilità disponibbli, per eżempju fil-każ ta' "prodotti sensittivi"; jenfasizza, madankollu, li l-kundizzjoni għal kwalunkwe ftehima tal-WTO dwar l-agrikoltura li jintlaħaq ftehim dwar il-proprjetà intellettwali li tkopri l-indikazzjonijiet ġeografiċi;

6.      Iqis, madankollu, li l-Unjoni Ewropea għandu jkompli jkollha biżżejjed mezzi sabiex tkun tista’ tevita l-kriżijiet li jaffettwaw is-suq u l-provvista fis-setturi tal-biedja u tas-saħħa fil-futur;

7.      Jenfasizza l-ħtieġa li jitkompla r-rikonoxximent, b'mod effettiv u permezz ta' mezzi adatti (finanzjarji jew mezzi oħra), tal-funzjonijiet produttivi, ambjentali u rurali ta' l-agrikoltura;

8.      Fil-prinċipju, hu favur l-integrazzjoni ta' objettivi ġenerali fil-Politika Agrikola Komuni, bħal, b'mod partikulari, is-sigurtà fl-ikel, il-koerenza territorjali, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-ħarsien ta’ l-ambjent u tal-klima, il-benessri ta' l-annimali, l-enerġiji rinnovabbli u l-bijodiversità; jinnota, madankollu, li dan għandu jkun parti minn politika ta' żvilupp sostenibbli li tgħaqqad flimkien il-prestazzjoni ekonomika, il-ħarsien ta' l-ambjenti u r-risorsi naturali, l-iżvilupp lokali u l-ġustizzja soċjali; jinnota li, madankollu, l-Kapijiet ta' Stat u l-Gvern ikkonfermaw l-għanijiet tal-CAP billi żammew is-sustanza ta' l-Artikolu 33 tat-Trattat ta' Ruma fit-Trattat ta' Liżbona ffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007;

9.      Jenfasizza li l-integrazzjoni ta' l-għanijiet ġenerali fil-CAP m'għandhiex tqajjem dubji dwar il-produzzjoni tal-prodotti agrikoli u tat-trobbija ta' l-annimali fir-reġjuni tal-muntanjużi, dawk żvantaġġjati, tal-periferiċi u fil-gżejjer ta' l-UE, li huma bbażati fuq sistemi estensivi ta' produzzjoni, jipproduċu l-aktar għas-suq lokali imma wkoll ibiegħu prodotti agrikoli u tal-bhejjem fis-swieq nazzjonali ta' l-Istati Membri; 10.  Hu ta' l-opinjoni li, jekk l-UE tintroduċi rekwiżiti stretti għall-bdiewa ta' l-UE u għall-produtturi, għandha tassigura li dawk l-istess rekwiżiti jiġu osservati minn kull min jesporta prodotti agrikoli lejn l-UE u li l-Unjoni Ewropea għandha tinsisti biex l-għanijiet ġenerali msemmija hawn fuq jidħlu fin-negozjati tal-WTO;

11.    Hu kontra tnaqqis fil-baġit totali għall-ewwel pilastru sas-sena 2013 u jfakkar li, meta s-swieq agrikoli u tat-trobbija tal-bhejjem jkunu għaddejjin min taqlib rapidu u f’nofs iż-żmien tar-riformi attwali, il-bdiewa għandhom bżonn kbir ta' fiduċja, sigurtà u partikolarment li d-deċiżjonijiet meħuda fl-2003 jiġu rrispettati;

12.    Jirrifjuta kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq id-daqs u l-forma ġuridika ta' l-impriżi fil-ħlasijiet diretti, imma jagħraf li fl-istess ħin kull tqassim mill-ġdid ta' għajnuna taħt l-ewwel pilastru għandha tkun ibbażata fuq analiżi sħiħa ta' l-effetti tagħha fuq il-koeżjoni soċjali u reġjonali, l-impjiegi, l-ambjent, il-kompetittività u l-innovazzjoni;

13.    Isejjaħ sabiex l-għajnuna tingħata biss lil dawk il-bdiewa li huma involuti b'mod attiv fl-agrikoltura;

14.    Jirrimarka li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Novembru 2007 tagħti biss ftit attenzjoni għall-problemi, ħtiġijiet u sfidi li s-settur agrikolu tat-tnax-il Stat Membru ġdid għandu, u jħeġġeġ sabiex dan jiġi kkunsidrat fir-riformi li ġejjin, u li jiġu kkunsidrati wkoll fondi addizzjonali għar-ristrutturar u l-immodernizzar;

Ħlasijiet diretti

15.    Iqis li l-ħlasijiet diretti jibqgħu assolutament indispensabbli, bħala garanzija tad-dħul fil-każ mhux biss ta' falliment tas-suq imma wkoll għall-provvista ta' oġġetti pubbliċi, u li jikkumpensaw għall-istandards Ewropej dwar l-ambjent, is-sikurezza u s-sigurtà fl-ikel, it-traċċabilità, standards soċjali u ta' benessri ta' l-annimali, li huma partikularment stretti meta mqabbla ma' dawk fis-seħħ fix-xena internazzjonali;

16.    Jinnota, madankollu, li l-livell ta' ħlasijiet mhux dejjem jidher li hu bbilanċjat ma' l-isforzi li jsiru mill-bdiewa kkonċernati biex jikkonformaw, għaliex il-ħlasijiet għadhom jiddependu f'ħafna każi fuq infiq storiku;

17.    Isejjaħ għalhekk biex isir rapport mill-Kummissjoni, li għandu jevalwa l-ispejjeż żejda li l-bdiewa jkollhom minħabba l-konformità ma' l-istandards komuni fil-qasam ta' l-ambjent, tal-benessri ta' l-annimali u tas-sikurezza fl-ikel meta mqabbla mal-kompetituri ewlenin tagħhom fis-suq dinji; ir-rapport għandu wkoll iqabbel dawn l-ispejjeż ma' l-ammont attwali ta' ħlasijiet diretti li l-bdiewa jirċievu; ir-rapport għandu jitratta b'mod dettaljat sew it-tipi differenti ta' bdiewa fl-Istati Membri differenti; ir-rapport għandu wkoll ikun ippubblikat qabel ma jibdew il-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet għall-politika agrikola komuni wara l-2013;

18.    Jilqa' b'soddisfazzjoni il-proposta tal-Kummissjoni li tippermetti lill-Istati Membri , fuq bażi volontarja, aktar flessibilità biex jimxu lejn separazzjoni ta' ħlasijiet diretti bbażati fuq valuri ta' referenzi storiċi għall sistema aktar sempliċi, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex, filwaqt li tippreżenta proposta leġiżlattiva, tispjega jekk, b'kunsiderazzjoni ta’ l-esperjenzi pożittivi li kellhom l-Istati Membri, huwiex possibbli li jkun hemm tranżizzjoni mħaffa lejn ħlas uniku reġjonali jew nazzjonali skond il-medda ta' art bi ħlasijiet separati, u jekk dan ikunx fattibbli li jsir fuq bażi volontarja sa l-2013; madankollu dawk l-Istati Membri b'separazzjoni sħiħa (jew parzjali) bbażata fuq pagamenti storiċi jistgħu jagħżlu li jħallu din is-sistema sa l-2013; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel studju ta' l-impatt potenzjali ta' ħlas ibbażat fuq il-medda ta' l-art, partikolarment fir-rigwared ta' rziezet b'densità għolja ta' bhejjem fuq medda ta' art użata għar-razzett komparattivament żgħira;

19.    Jenfasizza li, bl-għażla ta' tranżizzjoni għal mudell reġjonali, għandhom jiġu meqjusa d-diffikultajiet li jqumu min-natura partikolari tad-drittijiet speċifiċi fit-trobbija ta' l-annimali, jiġifieri l-fatt li xi bdiewa li jrabbu l-annimali m'għandhomx jew għandhom biss medda ta' art agrikola żgħira, u wkoll il-fatt li t-trobbija ta' l-annimali b'mod estensiv f'ħafna reġjuni fl-UE hi bbażata fuq l-użu kollettiv ta' art komuni għall-mergħa, li tkun tappartjeni lill-entitajiet muniċipali, komunitarji jew tal-gvern;

20.    Jemmen li, minħabba ż-żieda fin-numru ta' setturi koperti mill-SPR u fid-dawl ta' l-esperjenza fl-implimentazzjoni ta' dak ir-reġim, ċerta deċiżjonijiet u regoli ta' implimentazzjoni jidhru li huma riġidi u kumplikati mingħajr ħtieġa, u li għalhekk jeħtieġ li jerġgħu jiġu definiti r-regoli, l-iskop u l-iskemi ta' tmexxija adatti ta' l-implimentazzjoni tagħha f'dawk l-Istati Membri u f'dawk is-setturi li jixtiequ jagħmlu dan;

21.    Iqis li s-separazzjoni ta' ħlasijiet diretti, b'mod ġenerali, wasslet sabiex l-agrikoltura Ewropea jirnexxilha ssir aktar orjentata lejn is-suq, u li jkollha effett akbar fuq id-dħul u tat awtonomija akbar lill-bdiewa fit-teħid tad-deċiżjonijiet, kif ukoll wasslet għal simplifikazzjoni assoċjata tal-CAP; u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tkompli b'mod attiv il-politika ta' separazzjoni, sakemm dan il-pass ma jirriżultax fi tfixkil konsiderevoli mil-lat soċjo-ekonomiku u/jew mil-lat ambjentali f'reġjuni partikulari, partikolarment fir-reġjuni l-aktar żvantaġġjati; jinnota, madankollu, li jeħtieġu aktar evalwazzjonijiet ta' l-impatt sabiex jiġu determinati b'mod komprensiv l-effetti ta' separazzjoni fuq ir-reġjuni speċifiċi, għall-produzzjoni u s-suq ta' l-art;

22.    Jemmen li, b'mod ġenerali, is-separazzjoni ta' għajnuna diretta mill-produzzjoni agrikola tista', fit-tul, tikkontribwixxi għat-tnaqqis ta’ l-impatt ambjentali negattiv ta' l-agrikoltura Ewropea, dejjem sakemm din tkun akkumpanjata minn appoġġ imsaħħaħ tal-prattiki sostenibbli fl-iżvilupp rurali;

23.    Jinnota li aktar separazzjoni għandha ssir biss wara konsiderazzjoni sew ta' l-effetti potenzjali, kif ukoll, għalkemm mhux biss, tal-bilanċ bejn is-setturi agikoli differenti, il-periklu li żdied tal-monokulturi, u t-thedida għas-setturi agrikoli li għandhom bżonn ħafna ħaddiema;

24.    Jirrikonoxxi li s-sitwazzjoni fir-rigward ta' ħlasijiet relatata ma' l-annimali, inklużi ħlasijiet għall-ħalib, mhix komparabbli, minħabba distorsjoni serja tas-suq ikkawżata, fost l-oħrajn, biż-żieda fil-prezzijiet ta' l-għalf, li għandhom effett ikbar fuq uħud mis-sistemi ta' produzzjoni tat-trobbija ta' l-annimali pprattikata fl-UE;

25.    Iqis li, ċerti reġjuni bħal pereżempju, ir-reġjuni tal-muntanji u reġjuni oħra b'diffikultajiet speċifiċi (gżejjer, zoni niexfa u umdi, reġjuni periferiċi eċċ.), fejn m’hemmx alternattiva oħra għal din l-attività li relattivament tinvolvi ħafna ħaddiema fit-trobbija ta’ l-annimali, bis-separazzjoni kompleta tal-ħlasijiet relatati ma’ l-annimali jirriskjaw li jkunu żvantaġġjati sew soċjalment, ekonomikament u ambjentalment wara bdil fil-prezzijiet ta' l-input, ħaġa li mhix konformi ma' l-objettivi tat-Trattat; isejjaħ għal dejta ta' referenza preċiża biex tintuża bħala bażi ħalli jingħataw id-drittijiet għal ħlas f'każ li jkun hemm separazzjoni (parzjali);

26.    Hu konxju ta' l-irwol ewlieni li għandha t-trobbija ta' l-annimali fil-biedja fl-Ewropa, speċjalment f'xi pajjiżi u reġjuni fejn it-trobbija ta' l-annimali hi fuq skala kbira, u iqis aċċettabli li, għalissa sa l-2013, jinżamm l-akkoppjar tal-ħlasijiet relatati ma' l-annimali; jirrikonoxxi l-irwol importanti li għandhom dawn l-impriżi tal-biedja li rnexxew sew fl-ekonomija reġjonali; ifakkar li l-Artikoli 47 u 50 tar-Regolament (KE) 1782/2003 fihom soluzzjoni għal densità qawwija ta' trobbija ta' l-annimali li għandhom tkompli tiġi eżaminata fil-perjodu wara l-2013;

27.    Iqis, madanakollu, li dawn il-miżuri mhux se jkunu biżżejjed; iqis li l-modifika mħabbra ta' l-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (minn issa 'l quddiem imsemmi "l-Artikolu 69") hija l-ewwel pass fid-direzzjoni t-tajba; imma jinnota li dan l-istrument m'għandux jintuża biex jostor id-dħul tal-modulazzjoni fakultattiva u t-tisħiħ akbar tat-tieni pilastru; barra minn hekk, kemm hu possibbli għandhom jiġu rispettati kundizzjonijiet ugwali bejn l-Istati Membri;

28.    Jitlob li l-approprjazzjonijiet ta' l-Artikolu 69 jingħataw bħala prijorità għal miżuri ta' koerenza territorjali u ta' tisħiħ tas-setturi differenti, u b'mod partikulari għal miżuri li jkollhom l-għan li jevitaw l-abbandun tal-produzzjoni agrikola, u speċjalment tat-trobbija ta' l-annimali, fir-reġjuni li fihom dan l-abbandun ikollu konsegwenzi gravi fuq in-natura, il-pajsaġġ u l-iżvilupp reġjonali (b'mod partikulari ir-reġjuni tal-muntanji, artijiet mistagħdra u zoni affettwati minn skarsità ta' ilma jew dawk partikolarment żvantaġġjati u l-mergħat estremi), għal miżuri maħsuba biex jikkontribwixxu għar-ristrutturazzjoni jew għat-tisħiħ tas-setturi agrikoli prinċipali (is-setturi tal-ħalib, tal-gniedes għall-qtil u tan-nagħaġ, pereżempju), għal miżuri ambjentali tat-territorju (agrikoltura bijoloġika, pereżempju) li s'issa ma kinux jidhru fit-tieni pilastru, u għall-ġestjoni tar-riskji;

29.    Iqis li, il-baġit għall-Artikolu 69 revedut, wara r-riżultati ta' evalwazzjoni ta' l-impatt u fuq bażi volontarja, ikopri 12% mill-għajnuniet diretti għal kull Stat Membru;

30.    Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti għal regoli komuni skond l-applikazzjoni ta' l-Istati Membri ta' l-Artikolu 69 sabiex tevita ostakli għall-kummerċ u distorsjoni tal-kompetizzjoni kemm hu possibbli, waqt li dawn il-proposti jiġu inkorporati, fejn meħtieġ, fl-organizzazzjoni komuni tas-suq; isejjaħ ukoll biex il-miżuri li jirrikjedu l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 69 jiġu notifikati lill-Kummissjoni; fl-aħħar, jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel analiżi ta' l-impatt, li għandu jkun mehmuż mal-proposta leġiżlattivi tiegħu;

31.    Iqis li l-miżuri maħsuba biex jikkontribwixxu għat-tisħiħ tas-setturi differenti għandhom, fil-prinċipju, ikunu ffinanzjati fit-tul mill-ewwel pilastru; iqis ukoll, għalhekk, li l-Kummissjoni għandha tanalizza bir-reqqa kollha r-riżultati ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 69 revedut bi preparazzjoni tar-riforma ta' wara l-2013;

32.    Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport sat-30 ta' Ġunju 2010, li fih tispjega b'mod dettaljat kif il-produzzjoni Komunitarja ta' prodotti tar-raba' kif ukoll is-sigurtà ta' provvista ta' l-annimali tat-trobbija fl-Ewropa tista’ tiġi protetta fit-tul fir-rigward tas-sistemi differenti tal-produzzjoni fl-UE, tal-multifunzjonalità u ta' aspetti reġjonali oħra (bħal zoni tal-muntanja, dawk żvantaġġjati u gżejjer żgħar); iqis li r-rapport għandu wkoll jitratta l-kwistjoni dwar kemm jistgħu jintlaħqu l-għanijiet tal-CAP, anke waqt li qed jirreferu għal aspetti soċjali u ta' sostenibilità, b'mod aktar effiċjenti u mmirat permezz ta' għajnuna separata u indiretta per eżempju ħlasijiet għal artijiet estensivi bil-ħaxix, mergħat, ħlasijiet speċjali għall-ħalib u għall-produzzjoni tal-laħam, ħlasijiet għal stalel li jinbnew u jintramaw b'konformità ma' standards tal-benessri komuni ta' l-annimali u ta' l-ambjent, jew strumenti speċifiċi għall-ġestjoni tal-kriżi; jenfasizza li r-rapport jeħtieġ li jirrispondi l-mistoqsija dwar jekk u sa kemm, fir-rigward tal-ħtieġa speċifika tar-reġjuni b'impriżi ta' l-annimali intensivi, ħlasijiet akkoppjati relatati ma' l-annimali jew soluzzjonijiet qrib l-Artikoli 47 sa 50 tar-Regolament (KE) 1782/2003, se jkun hemm il-ħtieġa tagħhom anke wara l-2013;

33.    Jirrakkomanda li dawk l-Istati Membri l-ġodda li jixtiequ dan għandhom jitħallew li japplikaw is-sistema ta' ħlas uniku skond it-territorju (SAPS) sa l-2013 u jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina jekk l-applikazzjoni tas-SAPS tistax tiġi ssimplifikata aktar billi jiġu emendati r-regoli ta' l-eliġibilità għall-għajnuna;

34.    Jemmen li l-approprjazzjonijiet kollha tal-baġit maħsuba għall-implimentazzjoni tal-CAP li ma intużawx għandhom jintefqu fil-CAP;

35.    Iqis li l-ħlasijiet diretti jibqgħu neċessarji wara l-2013, imma li dawn jeħtieġ li jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi ġodda, u prinċipalment fuq impjiegi diretti ġġenerati mill-irziezet jew żviluppati b'mod aktar ċar fid-direzzjoni ta' ħlas għall-bdiewa għall-amministrazzjoni ta' l-art jew bħala kumpens għat-twettiq ta' ċerti servizzi ta' interess ġenerali jew għal standards partikulari, inklużi l-istandards ta' benessri ta' l-annimali, u kemm dawn id-disparitajiet kunsiderevoli osservati fil-ħlasijet skond it-territorju fl-Ewropa u l-fondi differenti tat-tieni pilastru huma xierqa, għandhom jiġu eżaminati; jistieden lill-kummissjoni sabiex tipproponi miżuri adatti maħsuba biex jassiguraw li r-rata sħiħa ta' ħlasijiet diretti tmur biss għand persuni u impriżi li huma attivament involuti fl-agrikoltura;

Simplifikazzjoni, konformità reċiproka u orjentazzjoni lejn is-suq

36.    Jagħti l-appoġġ tiegħu, wara perjodu xieraq ta’ temma ftit ftit, biex l-iskemi ta’ pagament ibbażat fuq il-produzzjoni li huma skemi iżgħar u għalhekk diffiċilment amministrati (għalf imnixxef, qanneb, kittien, il-lamtu tal-patata) jiġu integrati b’mod gradwali għal ġo l-iskema ta’ pagament wieħed skond l-erja, sakemm dan il-pass ma jirriżultax fi tfixkil konsiderevoli mil-lat soċjo-ekonomiku u/jew mil-lat ambjentali f'reġjuni partikulari; jekk ikun meħtieġ, għal raġunijiet ta’ politika reġjonali, għandu jsir provvediment skond l-Artikolu 69 għal miżuri ta’ akkumpanjament; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel analiżi każ każ ta’ l-impatt ekonomiku u reġjonali ta’ din l-integrazzjoni, li tkun turi li din hija s-soluzzjoni xierqa u jidentifika l-limiti taż-żmien meħtieġ għall-implimentazzjoni tagħha; jisħaq li d-diżakkoppjament m’għandux iqiegħed fil-periklu l-eżistenza nfisha tal-forom ta’ produzzjoni kkonċernati;

37.    Jaqbel mat-tneħħija immedjata ta' l-obbligu tat-twarrib ta art, strument ta' kontroll tal-volumi li m'għadx hemm raġuni li jibqa' fis-sistema ta' pagament dirett diżakkoppjat u li huwa tqil wisq biex jiġi amministrat, u mal-qlib tad-drittijiet għat-twarrib ta’ art għal drittijiet normali;

38.    Jidhirlu li kull vantaġġ ambjentali li jista’ jkun hemm mit-twarrib ta’ art jista’ jiġi akkwistat b’mod aħjar u aktar dirett mill-Istati Membri permezz ta’ miżuri skond it-tieni pilastru;

39.    Jitlob li matul il-fażi tat-tneħħija ftit ftit jiġi abolit gradwalment il-primjum għall-uċuħ enerġetiċi, għax il-primjums għall-uċuħ enerġetiċi huma tqal ħafna biex jiġu amministrati u ftit li xejn għandhom vantaġġi ta' politika enerġetika fl-ambjent tas-suq kurrenti;

40.    Jitlob li l-approprjazzjonijiet li ma jkunux ġew utilizzati bħala riżultat tat-tneħħija tal-primjum għall-uċuħ enerġetiċi jkunu disponibbli, inter alia, speċifikament għal miżuri ta’ akkumpanjament f’rabta ma’ l-organizzazzjoni tas-suq tal-ħalib, b'mod speċjali fiz-zoni tal-muntanji u f’zoni oħra b’diffikultajiet speċifiċi;

41.    Jistieden lill-Kummissjoni biex approprjazzjonijiet li ma ġewx utilizzati skond il-baġit għall-agrikoltura li kienu maħsuba għal miżuri ta' mmaniġġjar tas-suq bħal m’huma interventi, is-sussidji fuq l-esportazzjoni u d-disponibilità ta’ post għall-ħażna primarjament fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 69 għat-tisħiħ ta' l-ekonomija fiz-zoni rurali, b’mod partikulari oqsma ta’ art agrikola, skond l-objettivi ta’ l-iżvilupp rurali;

42.    Iqis li ħlasijiet diretti mingħajr konformità reċiproka ma jistgħux ikunu ġġustifikati aktar; jenfasizza f’dan ir-rigward li l-Istati Membri l-ġodda għandhom jiġu mgħejuna mill-UE fl-applikazzjoni tar-regoli tal-konformità reċiproka matul il-perjodu tranżizzjonali;

43.    Jirrifjuta kull twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tal-konformità reċiproka, minħabba t-tnaqqis fl-għajnuniet diretti, sakemm l-Istati Membri u l-Kummissjoni ma jakkwistaw l-ebda progress sostanzjali fis-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tar-regoli ta’ monitoraġġ u sakemm il-Kummissjoni ma tippreżentax deskrizzjoni tad-dettalji prinċipali ta' l-ispejjeż marbuta mal-konformità reċiproka għall-bdiewa; u f'dan ir-rigward jirreferi għall-pożizzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2007;

44.    Jidhirlu li l-konformità reċiproka għandha tkun limita għall-kontrolli ta’ l-istandards essenzjali tal-mudell Ewropew tal-produzzjoni u għal standards li jkunu jistgħu jiġu sottomessi għal kontrolli sistematiċi u armonizzati fl-Istati Membri differenti;

45.    Jitlob li jkun hemm effikaċja akbar tal-konformità reċiproka f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-objettivi tagħha u li jkun hemm implimentazzjoni omoġenja fl-Istati Membri kollha; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa linji gwida aktar ċari biex tgħin lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni;

46.    Jitlob li jitneħħew għal kollox il-piżijiet sproporzjonati li l-konformità reċiproka tpoġġi fuq it-trobbija tal-bhejjem; u jitlob b’mod partikulari li jsir eżami kritiku ta' ċerti standards ta' iġjene u ta' identifikazzjoni (pereżempju t-tikketti tal-widna);

47.    Jista' jara l-possibilità ta’ adattament modest tar-rekwiżiti biex jibqgħu jinżammu kondizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin u l-immaniġġjar sostenibbli ta’ l-art fir-rigward tal-kondizzjonijiet ambjentali u ta' produzzjoni li nbidlu (il-bidla fil-klima, il-bijomassa), jekk kellu jkun iggarantit li r-rekwiżiti l-ġodda jkunu mdaħħla b'mod komparabbli fl-Ewropa kollha;

48.    Jidhirlu li l-Istati Membri li jkunu qed japplikaw l-iskema ta’ pagament wieħed skond l-erja għandu jkollhom id-dritt li jimplimentaw il-prinċipju tal-konformità reċiproka b’mod progressiv, sabiex ikunu jistgħu jħejju kif jixraq għad-dħul tas-sistemi ta’ kontroll meħtieġa u sabiex ikunu jistgħu jikkonvinċu lill-bdiewa dwar il-ħtieġa li jissodisfaw l-istandards stabbiliti;

49.    Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tirsisti fis-simplifikazzjoni tal-politika agrikola komuni (PAK) u, biex hi u tagħmel dan, regolarment tirrevedi punti tal-leġislazzjoni biex tiddetermina jekk ikunux meħtieġa u jekk id-dispożizzjonijiet li fil-fatt ikun fihom ikunux ta’ fejda; f’dak ir-rigward hija għandha tipproponi miżuri addizzjonali, bħal m’huma regoli ta' trasferiment simplifikati għad-drittijiet għall-ħlas fil-każ ta' nuqqas ta' attivazzjoni, ir-raggruppar tad-drittijiet għal ħlas ta' ammonti minimi, id-dħul ta' primjum uniku fil-każ tal-benefiċjarji ż-żgħar, is-simplifikazzjoni tar-regoli dwar ir-riserva nazzjonali, it-tnaqqis jew it-tneħħija tagħhom, skond it-tranżizzjoni għall-ħlasijiet uniċi skond it-territorju reġjonali jew nazzjonali, ir-rinunzja għall-kanċellazzjoni tad-drittijiet għall-ħlas fil-każ li ma jkunux ġew utilizzati, it-tneħħija tar-reġistri miktuba bl-idejn għall-ifrat u bhejjem tat-trobbija oħra;

50.    Barra minn hekk jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-ħlasijiet isiru f’waqthom u jistieden lill-Kummissjoni biex tippermetti li lill-bdiewa jsirulhom ħlasijiet bil-quddiem;

51.    Jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq il-mekkaniżmi meħtieġa biex ikun żgurat li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi jkunu jissodisfaw l-istess standards bħall-prodotti tal-Komunità f'dawk li huma kundizzjonalità, sikurezza ta' l-ikel, eċċ.;

Xibka ta’ sikurezza

52.    Iqis li, fid-dawl taż-żjieda li mistennija jkun hemm fil-perikli ambjentali u klimatiċi u fir-riskju ta' epidemiji u ta’ żjieda konsiderevoli fiċ-ċaqliq tal-prezzijiet fis-swieq agrikoli, huwa ta’ importanza vitali li jiġu implimentati miżuri addizzjonali ta' prevenzjoni tar-riskji biex iservu ta' xibka ta' sikurezza;

53.    Ifakkar li l-produzzjoni orjentata lejn is-suq, ir-rotazzjoni xierqa ta' l-uċuħ, id-diversifikazzjoni, l-istrumenti tas-suq finanzjarju, il-kuntratti u l-assigurazzjoni fuq il-katina tal-provvista, huma kollha modi importanti li bihom il-bdiewa jistgħu jħarsu lilhom infushom kontra r-riskji, u li, fil-prinċipju, ir-responsabilità għall-prevenzjoni xierqa tar-riskji taqa' fuq il-bdiewa;

54.    Jemmen li biex jiġi indirizzat il-falliment tas-suq, is-sistema ta’ intervent għandha tinżamm kif inhi u għandha tiġi rriformata biex issir xibka ta’ sikurezza stretta għal ċirkustanzi eċċezzjonali b’regoli bbażati fuq ix-xejriet tas-swieq dinjija;

55.    Jaqbel għalhekk mal-proposta tal-Kummissjoni li l-limiti massimi ta’ l-interventi għall-uċuħ għas-suq jitniżżlu għal żero, u li ma jinżammux aktar limiti massimi għall-interventi ħlief għall-qamħ, u jekk hu possibbli dawn il-limiti massimi jitnaqqsu wkoll;

56.    Jidhirlu li l-iskemi ta’ assigurazzjoni tas-settur privat jew imħallta, bħall-assigurazzjoni għal diversi tipi ta’ perikli, għandhom jiġu żviluppati b’urġenza, minħabba li r-riskji qed jiżdiedu; jinsab konxju mill-fatt li din l-attività tista tirnexxi biss bil-kontribuzzjonijiet pubbliċi għall-finanzjament; jissottolinja l-fatt li d-dħul ta’ dawn l-ikemi m’għandu taħt l-ebda ċirkustanza jipperikola l-kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri differenti; jistieden lill-Kummissjoni biex taħsibha dwar jekk fil-ġejjieni ddaħħalx jew tappoġġjax sistema ta’ assigurazzjoni mill-ġdid li tkun mifruxa mal-Komunità kollha, bit-tama li tittratta problemi kkaġunati diżastri marbuta mal-klima jew diżastri ambjentali;

57.    Ifakkar li kważi l-pajjiżi terzi relevanti kollha jħaddmu dan it-tip ta' sistema mgħejuna mill-Istat;

58.    Jidhirlu li, bħala riżultat, pass tal-bidu għandu jkun il-ħolqien ta’ għejun ta’ finanzjament għall-iffinanzjar nazzjonali jew reġjonali ta’ l-iskemi ta’ assigurazzjoni kontra r-riskji li għandu jibda fl-2009, biex jitqiesu d-diversi riskji potenzjali fl-Ewropa; il-Kummissjoni għandha teżamina sa liema punt jistgħu jiġu integrati fl-iskemi l-gruppi tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet settorjali u interprofessjonali u l-kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni private;

59.    Jidhirlu li, meta titqies id-diversità estrema tal-kundizzjonijiet fis-setturi individwali, soluzzjonijiet settorjali differenti (komparabbli mas-soluzzjoni adottata fis-settur tal-frott u l-ħxejjex) huma probabilment aktar ippreferuti minn strateġiji orizzontali;

60.    Jidhirlu li dawn il-miżuri għandhom ikunu parzjalment iffinanzjati skond l-ewwel pilastru fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 69, peress li jaqgħu fl-ambitu tal-politika tas-suq;

61.    Iqis li l-miżuri għall-immaniġġjar tar-riskji u għall-prevenzjoni tar-riskji m'għandhomx jitħallew li jwasslu biex jerġgħu jiddaħħlu miżuri ta' appoġġ ibbażati fuq il-produzzjoni;

62.    Iqis, għalhekk, li l-Kummissjoni għandha tiżviluppa qafas komuni għall-finanzjament tas-sistemi ta' mmaniġġjar tar-riskji mill-Istati Membri, imsejjes fuq ir-rispett għas-sistemi li kurrentement qed jintużaw jew li kienu approvati mill-Kummissjoni fl-imgħoddi, sabiex jiġu eżklużi, kemm jista' jkun, l-effetti li jgħawġu l-kompetizzjoni u n-negozju billi jiġu stabbiliti, jekk ikun meħtieġ, regolamenti komuni fi ħdan l-organizzazzjonijiet tas-suq waħdieni;

63.    Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, sat-30 ta' Ġunju 2010, tressaq analiżi ezawrjenti tas-sistemi eżistenti ta' mmaniġġjar tar-riskji u tal-possibiltajiet eżistenti ta’ mmaniġġjar tar-riskji biex jiġu żviluppati aktar fil-livell Komunitarju wara l-2013;

Modulazzjoni/limiti massimi/tnaqqis gradwali/limiti minimi

64.    Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-impożizzjoni ta’ limiti massimi li jkunu jonqsu gradwalment, il-modulazzjoni u d-dixxiplina baġitarja jistgħu, jekk ikunu implimentati l-proposti tal-Kummissjoni, jkollhom impatt sostanzjali ta’ distribuzzjoni mill-ġdid f’ċerti reġjuni;

65.    Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s’issa ma hemm l-ebda valutazzjoni ta' l-impatt ta' l-effetti ta' aktar modulazzjoni, aktar tnaqqis gradwali u u ta’ aktar limiti minimi fuq is-suq tax-xogħol f’zoni rurali u fuq il-koeżjoni reġjonali; għal dik ir-raġuni, trid issir valutazzjoni ta’ l-ewwel pilastru;

66.    Jisħaq li l-limiti l-aktar baxxi proposti mill-Kummissjoni jistgħu jkollhom impatt li ma jkunx jista’ jiġi injorat f’xi Stati Membri u jistgħu jolqtu tqassim tal-pagamenti tal-politika agrikola komuni bejn l-Istati Membri, filwaqt li l-ogħla limitu jimplika trasferiment ta' xi EUR 500 miljun mill-ewwel għat-tieni pilastru; ifakkar li għad fadal dubji serji rigward l-effettività fl-infiq preżenti tal-miżuri tat-tieni pilastru; jemmen, għalhekk, li l-iffrankar li jirriżulta mill-applikazzjoni possibbli ta’ din il-miżura għandu jibqa’ fi ħdan l-ewwel pilastru;

67.    Jirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni dwar id-digressività (bi tnaqqis li jilħaq il-45%) fis-sura preżenti tagħha, peress li ma hemm l-ebda rabta ċara bejn id-daqs u l-beni ta’ farm u tonqos milli tinkludi n-numru ta' ħaddiema meħtieġa biex iżommu għaddejja art agrikola ta' skala kbira; il-proposta tal-Kummissjoni tkun tqiegħed lill-farms il-kbar jew lill-assoċjazzjonijiet kbar fi żvantaġġ inġustifikabbli u tkun twassal għal tnaqqis fin-numru ta’ ħaddiema u l-qirda ta’ strutturi li huma żviluppati tajjeb u kompetittivi u tkun tirriżulta fit-tifriq tal-farms purament għal raġunijiet marbuta ma’ l-appoġġ, ħaġa li tkun tikkawża ksur strutturali f'xi reġjuni ta' l-Ewropa,

68.    Iqis li d-digressività u/jew l-istipular ta’ limiti massimi nazzjonali tkun/ikunu aċċettabbli biss fuq il-bażi ta’ valutazzjoni komprensiva tal-konsegwenzi fuq is-suq tax-xogħol u fuq il-politiki reġjonali, u biss jekk ikun sar possibbli li jingħata kas tan-numru ta' ħaddiema full-time koperti mis-sigurtà soċjali jew ċerti strutturi ta’ farms (dawk immexxija minn diversi familji, organizzazzjonijiet ta' koperattivi, eċċ.) jew il-kosti totali tax-xogħol li jsir fuq il-farms, bit-tama li titnaqqas id-digressività; jistieden lill-Kummissjoni biex iżżomm quddiem għajnejha li l-farms li huma iżgħar li jiffurmaw unjoni taħt personalità ġuridika waħdanija bil-għan li joħolqu ekonomiji ta' skala u jsiru aktar kompetittivi m’għandhomx ikunu żvantaġġjati;

69.    Jitlob li l-fondi kollha li eventwalment jirriżultaw mid-digressività jinżammu fir-reġjuni jew fl-Istati Membri kkonċernati fejn se jkunu utilizzati, pereżempju, biex jiffinanzjaw miżuri f’konformità ma’ l-Artikolu 69 jew skond it-tieni pilastru; jitlob li dawn il-fondi jiġu ffukati direttament fuq il-bdiewa;

70.    Jappoġġja l-proposta li jiġu mgħollija l-limiti minimi, ukoll fid-dawl tar-rapport annwali ta’ l-2006 tal-Qorti ta’ l-Awdituri, li jistgħu jiġu stabbiliti għal ettaru wieħed jew għall-ammont korrispondenti ta’ EUR 250, magħquda flimkien mad-dħul ta’ primjum waħdieni jew ta’ somma waħda f’daqqa minima għall-benefiċjarji żgħar; madanakollu, f’każijiet li jkunu ġġustifikati kif jixraq ta’ differenzi maġġuri fl-istrutturi agrikoli, lill-Istati Membri għandha titħallielhom l-għażla li jistipulaw il-limiti minimi;

71.    Jappoġġja, madankollu, lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tiżgura finanzjament xieraq għal-politika sostenibbli għaz-zoni rurali fl-ambitu tat-tieni pilastru tal-politika agrikola komuni, għalkemm dak l-objettiv m’għandux jintlaħaq spejjeż ta’ l-ewwel pilastru;

72.    Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, minħabba n-natura diġà drastika tat-tnaqqis individwali, tnaqqis ieħor ta' 8% fil-ħlasijiet diretti, mingħajr ma ssir valutazzjoni ta' l-impatt, ma jistax jiġi aċċettat;

73.    Jidhirlu li, fid-dawl tat-talbiet li qed isiru minn kullimkien biex isir tnaqqis fil-pagamenti l-kbar, wieħed jista’ jara l-possibilità ta’ modulazzjoni progressive, imsejsa fuq it-tagħrif disponibbli u msejsa fuq valutazzjoni ta’ l-impatt li tkun tqis l-istruttura tal-farms (assoċjazzjonijiet eċċ), ix-xogħol li jsir fuq il-farms u/jew il-kost tax-xogħol li jsir u t-tipi ta’ produzzjoni speċifiċi li jkun hemm fis-sistemi differenti tal-ħlas dirett (pereżempju: problemi speċifiċi ta' farms u reġjuni fejn il-popolazzjoni tal-bhejjem għat-trobbija tinsab f’densità għolja f’meded ta’ art li huma komparattivament żgħar).

         Il-fondi mill-modulazzjoni progressiva għandhom ikunu mqassma skond ir-regoli fis-seħħ li jkunu jirregolaw il-modulazzjoni tal-fondi u għandhom jibqgħu fi ħdan ir-reġjuni jew l-Istati Membri li fihom ikunu nġabru;

         Il-Parlament Ewropew jista' jara l-possibilità ta' modulazzjoni progressiva fis-sura li ġejja:

         Ħlasijiet diretti ta’ EUR 10 000 - 100 000          - 1% (għall-perjodu kollu mill-2009 sa l-2013)

         Ħlasijiet diretti ta’ EUR 100 000 - 200 000        - 2% (għall-perjodu kollu mill-2009 sa l-2013)

         Ħlasijiet diretti ta' EUR 200,000 - 300,000 – 3 % (għall-perjodu kollu mill-2009 sa l-2013)

         Ħlasijiet diretti ta’ ‘l fuq minn EUR 300 000      - 4 % (għall-perjodu kollu mill-2009 sa l-2013)

74.    Jitlob li l-modulazzjoni volontarja titneħħa u minflokha jkun hemm il-modulazzjoni obbligatorja;

75.    Jidhirlu li l-fondi tal-modulazzjoni għandhom ikunu disponibbli primarjament billi jintuża l-metodu LEADER u għal miżuri mmirati lejn il-ġlieda kontra t-telf tal-bijodiversità, l-assigurazzjoni kontra r-riskji, għall-adattament għall-bidla fil-klima, għal miżuri mmirati lejn l-użu sostenibbli tal-bijomassa, għal miżuri ta' akkumpanjament għar-riforma strutturali (pereżempju l-organizzazzjoni tas-suq tal-ħalib), għall-ħarsien tal-produzzjoni fir-reġjuni muntanjużi jew fir-reġjuni ta’ gżejjer żgħar u żoni oħra żvantaġġjati b’mod simili, għall-garanzija tal-kwalità, inklużi miżuri favur il-benessri ta' l-annimali, għall-biedja organika, għall-miżuri dwar ir-rimi kif ukoll għall-adattament għall-avvanzi tekniċi; jitlob li dawn il-miżuri kollha jkunu mmirati direttament lejn il-bdiewa;

L-organizzazzjoni tas-suq tal-ħalib

76.    Jinsab konxju mill-fatt li s-sistema attwali ta’ kwoti tal-ħalib fis-sura preżenti tagħha mhux probabbli li tkompli wara l-2015, u jitlob lill-Kummissjoni sabiex twettaq eżami komprensiv ta' kif jista' jkun organizzat is-suq tal-ħalib fis-snin li ġejjin ; jistieden lill-Kummissjoni biex għall-perjodu ta’ wara l-2015 tressaq pjan konvinċenti għas-settur tal-ħalib li jkun jiggarantixxi l-kontinwazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib fl-Ewropa, inkluż f’reġjuni muntanjużi, zoni li jinsabu ’l bogħod miċ-ċentri, u zoni oħra b’diffikultajiet speċifiċi;

77.    Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni lejn id-deċiżjonijiet tagħha marbuta mal-pakkett fiċ-ċokon dwar il-ħalib li jirrigwarda miżuri tas-suq u l-fond għall-ħalib;

78.    Jitlob lill-partijiet kollha involuti sabiex jużaw iż-żmien li baqa sa l-2015 sabiex jistabilizzaw jew isaħħu l-pożizzjonijiet tas-swieq, sabiex jiżguraw li s-settur tal-ħalib Ewropew igawdi minn soluzzjoni favorevoli, preferibilment permezz ta' żjidiet strutturali fil-kwoti;

79.    Jitlob li l-kwoti tal-ħalib jiġu aġġustati għas-suq, b’reazzjoni għall-bidliet fid-domanda fis-swieq dinjija; jidhirlu, għalhekk, li l-kwoti għandhom jiġu miżjuda bi 2% fis-sena tal-ħalib 2008/2009 fuq bażi volontarja għal kull Stat Membru; jistieden lill-Kummissjoni biex talloka ż-żjieda lir-riserva nazzjonali; jitlob li kull sena ssir analiżi mill-ġdid tal-kwoti;

80.    Jitlob, barra minn hekk, li jkun hemm tnaqqis sostanzjali fis-soprataxxa għas-sena tal-ħalib 2009/2010 u tnaqqis aktar fis-snin ta’ wara sabiex jagħmel tajjeb għal żjieda fil-prezzijiet tal-kwoti u isir ilqugħ ex-post tal-kwoti sabiex il-kwoti jkunu jistgħu jiġu utilizzati aħjar ;

81.    Jitlob li jkun hemm miżuri speċifiċi ta' akkumpajnament bil-għan li l-industrija tal-ħalib fiz-zoni muntanjużi u f'zoni oħra b’diffikultajiet partikulari, ma tiġix abbandunata f’każijiet fejn ma hemmx alternattivi għall-industrija tradizzjonali tal-ħalib jew fejn l-abbandun ta l-attività agrikola jkun iwassal biex jintilfu spazji li għandhom sinjifikat naturali;

82.    Jidhirlu li jeħtieġ li jkun hemm fondi suffiċjenti disponibbli sabiex tinżamm għaddejja l-industrija tal-ħalib - speċjalment fiż-żoni muntanjużi, fir-reġjuni l-aktar imbiegħda (bħal ma huma l-Azores) u reġjuni oħra b’diffikultajiet komparabbli - primarjament permezz ta l-Artikolu 69, pereżempju billi jiġu jiżjuda l-pagamenti skond l-erja għal ammonti suffiċjenti (komparabbli mal-miżuri fis-settur taz-zokkor), fis-sura ta’ prijmjums għall-baqar li jipproduċu l-ħalib, għall-mergħat bil-ħaxix jew mergħat estensivi, fis-sura ta' pagament speċifiku tal-ħalib jew programmi reġjonali speċjali biex is-settur ikunu rrinfurzati u strutturat mil-ġdid u biex ikunu promossi prodotti speċifiċi ta’ kwalità għolja;

83.    Jidhirlu li t-tisħiħ ta’ l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi, ta’ l-organizzazzjonijiet settorjali u interprofessjonali jistgħu jikkostitwixxu element ieħor ta’ l-Artikolu 69 rivedut;

84.    Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jeżaminaw il-possibilità ta’ żjieda mhux lineari fil-kwoti nazzjonali bit-tama li jiddaħħlu żjidiet addizzjonali għall-Istati Membri fejn il-kwoti ta’ produzzjoni tradizzjonalment kienu minn taħt;

85.    Jidhirlu li sabiex dawn il-miżuri jiġu ffinanzjati jeħtieġ li jinħoloq fond speċifiku (Fond għall-Ħalib),

Kwistjonijiet oħra

86.    Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kapaċitajiet, u l-futur, ta’ l-agrikoltura Ewropea għandhom jinstabu fil-prodotti reġjonali, tradizzjonali u prodotti oħra ta’ kwalità għolja u fil-prodotti ta' valur miżjud;

87.    Jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, biex teżamina l-possibilità li ddaħħal ‘marka Ewropea’ biex tidentifika l-kwalità tal-produzzjoni agrikola u ta’ l-ikel ta’ l-UE fis-swieq intenazzjonali;

88.    Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tippreżenta pjan komprensiv biex tittejjeb il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti Ewropej ta’ kwalità għolja kemm lokalment kif ukoll barra milll-UE, pereżempju permezz ta’ kampanji ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni, appoġġ għall-formazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-attivitajiet ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew suriet oħra ta’ organizzazzjonijiet settorjali u billi ddaħħal tikkettar immirat li jkun jispjega, b’mod partikulari, l-oriġini tal-materja prima agrikola użata u li jkun aktar ċar u aktar trasparenti għall-konsumaturi;

89.    Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid, bħala parti minn proċess ta' aġġustament tal-baġit, l-approprjazzjonijiet maħsuba għall-kampanji ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni fis-suq intern u fis-swieq esterni;

90.    Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-ħtieġa li jkun hemm politika ġenwina tal-komunikazzjoni li tkun tittratta l-politika agrikola komuni politika agrikola komuni (CAP) li tkun iddisinjata biex tnaqqas il-vojt li hemm bejn id-dinja agrikola u s-soċjetà u li ma tkunx tiffunzjona biss bħala mekkaniżmu promozzjonali u ta’ reklamar;

91.    Jidhirlu li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk interprofessjonali jirrikjedu aktar tisħiħ u appoġġ, b’mod partikulari fi Stati Membri li fihom hemm biss numru żgħir ta’ organizzazzjonijiet bħal dawn, sabiex il-bdiewa jingħataw pożizzjoni aħjar fis-suq lejn il-bejgħ bl-imnut u l-kummerċ u, fl-istess ħin, għandhom jiġu promossi sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità fil-katina tal-produzzjoni ta’ l-ikel, inklużi alterattivi għall-prattiki eżistenti tal-manifattura;

92.    Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni tilfet l-opportunità li tittratta b’mod aktar wiesa’ il-problemi marbuta ma’ l-importazzjoni akbar ta’ ikel u għalf li ma jikkorrispondux ma’ l-istandards ta’ l-UE u għalhekk jirriskjaw li jdgħajfu l-kisbiet ta’ l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-kundizzjonament ta’ l-għajnuna pubblika fil-qasam ambjentali, tal-benesseri ta’ l-annimali u dak soċjali; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproponi miżuri sabiex tirrimedja din is-sitwazzjoni kemm jista’ jkun malajr u sabiex tiżgura l-konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-ambjent u s-saħħa;

93.    Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa b’urġenza pjan komprensiv biex timbotta kwistjonijiet Ewropej mhux kummerċjali biex jiġu aċċettati f’diskussjonijiet kummerċjali dinjija, b’mod partikulari l-kwistjoni ta’ l-għarfien u tal-ħarsien ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-benessri ta’l-annimali, l-istat tas-saħħa ta’ l-annimali importati u tal-prodotti tal-pjanti importati eċċ., sabiex ma titħalliex li ssir kompetizzjoni inġusta kontra l-produtturi Ewropej u biex tiġi evitata l-esportazzjoni tal-benesseri ta' l-annimali u tal-problemi ambjentali lejn pajjiżi terzi. jistieden lill-Kummissjoni biex fin-negozjati tad-WTO issostni b'mod attiv il-kunċett ta' l-aċċess għas-suq ikkwalifikat bit-tama li tippromwovi l-istandards ta’ sostenibilità fl-agrikoltura;

94.    Jiġbed l-attenzjoni lejn il-punt li l-agrikoltura Ewropea mhix se tagħmel suċċess fil-ġejjieni mingħajr protezzjoni esterna xierqa; jiitlob, għalhekk, li ssir applikazzjoni ta’ l-istess standards ta’ kwalità u sikurezza lill-prodotti minn pajjiżi terzi bħalma jsir għall-prodotti ta' l-UE;

95.    Hu tal-fehma li l-abolizzjoni tas-sussidji fuq l-esportazzjoni għandha tkun magħquda ma’ l-attivitajiet promozzjonali mmexxija f’pajjiżi terzi;

96.    Ifakkar li fil-kuntest tal-bidla fil-klima, joħorġu żewġ sfidi prinċipali ta’ politika għall-agrikoltura: il-mitigazzjoni ta’ l-emissjoniet tal-gassijieit b’effett ta’ serra li huma responsabbli għall-bidla fil-klima u l-adattament għall-impatti tal-bidla fil-klima; jisħaq li dan ifsser li l-agrikoltura qed tiffaċċja sfida doppja: it-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tagħha stess filwaqt li tadatta għall-impatti mistennija tat-tisħin globali;

97.    Jisħaq li l-bidla fil-klima m’hijiex biss problema ambjentali iżda wkoll problema soċjo-ekonomika u għalhekk il-kwistjonijiet u l-isforzi ambjentali fis-settur agrikolu, wieħed mis-setturi l-aktar vulnerabbli li jiddependu direttament minn fatturi klimatiċi, għandhom iqisu l-ħtieġa li tiġi ggarantita l-vijabilità ekonomika u soċjali taz-zoni rurali;

98.    Ifakkar li l-kontribut ta’ l-agrikoltura lejn l-effett ta’ serra (bħala għajn ta’ żewġ gassijiet b’effett ta’ serra qawwijin: il-metanu u l-ossidu nitruż) huwa limitat u qed jonqos fl-UE minħabba l-implimentazzjoni ta’ miżuri li diġà qiegħdin fis-seħħ fi ħdan il-qafas tal-politika arikola komuni bħal m’huma l-konformità reċiproka, skemi agri-ambjentali u miżuri oħra ta’ żvilupp rurali;

99.    Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina b'liema mod se jkun possibbli li jitjiebu iktar il-prestazzjonijiet tagħha biex tintegra l-agrikoltura fil-mekkaniżmi ta' Kyoto;

100.  Iqis li l-impatt tal-forniment mill-agrikoltura ta' enerġiji li jiġġeddu ma jistax jiġi segwit min-naħa waħda b’detriment għat-trobbija tal-bhejjem u għas-sikurezza ta' l-ikel tan-nies fl-Ewropa u fid-dinja kollha, tas-sostenibilità u tal-bijodiversità; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tagħmel valutazzjoni ta’ l-impatt tal-miżuri ta’ appoġġ għall-enerġiji li jistgħu jiġġeddu fil-kuntest tas-sikurezza ta’ l-ikel u l-ambjent; jitlob li jsir finanzjament xieraq għar-riċerka u li jiddaħħlu teknoloġiji riċenti u effiċjenti ta’ l-enerġija li jkunu jisfruttaw il-bijomassa għal kollox (pereżempju, bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni); itenni bil-qawwa l-fatt li, fuq il-medda l-qasira ta’ żmien, l-impjanti tal-bijogass ibbażati fuq residwi li joriġinaw mill-annimali għandhom l-akbar potenzjal u l-aktar sostenibbli għat-tkabbir f’dik li hi provvista ta’ enerġija addizzjonali mill-bijomassa;

101.  Jissottolinja r-relazzjoni qawwija li teżisti bejn l-attività agrikola u l-kwalità u l-kwantità ta’ l-ilma, u jisħaq li pressjonijiet mill-agrikultura fuq l-ambjent ta’ l-ilma jeħtieġ li jiġu mmaniġġjati b’mod sostenibbli; jemmen li l-leġislazzjoni ambjentali flimkien mal-prinċipju ta’ ‘min iniġġes iħallas’ għandu jkun il-prinċipju ta’ gwida għall-ilħuq effettiv ta’ l-objettivi ta’ mmaniġġjar sostenibbli ta’ l-ilma u ta’ l-objettivi ambjentali;

102.  Jidhirlu li l-iżvilupp tas-sistema tal-pagamenti agrikoli għandha tkompli lil hinn mill-2013 u jistieden lill-Kummissjoni biex, sat-30 ta’ Ġunju 2010, mhux l-inqas minħabba l-fatt li l-bdiewa Ewropej jeħtieġu sikurezza dwar l-ippjanar fit-tul, tippreżenta analiżi komprensiva tal-modi possibbli kif is-sistema tista’ tiġi msawra mill-ġdid, b’mod partikulari billi jiġu stabbiliti objettivi strateġiċi li jkunu jirriflettu l-iżvilupp ta' l-agrikoltura Ewropea bħala mezz biex tiġi esplojtjata l-innovazzjoni, biex isir użu tajjeb ta’ l-art, tkun iggarantita l-kwalità tal-produzzjoni, jinżamm bla mittiefes id-dħul tal-bdiewa u biex jiġu mħarsa l-ambjent u s-sikurezza ta’ l-ikel; jistieden lill-Kummissjoni biex tanalizza simplifikazzjoni amministrattiva ddettaljata u bir-reqqa, b’mod partikulari għall-pagamenti annwali ta’ primjum ta’ anqas minn EUR 20 000 kull benefiċjarju;

103.  Jirrimarka li l-bijodiveristà hija affettwata, maħluqa u mhedda mill-agrikultura; iqis li jinħtieġu sforzi globali, lokali u fuq livell ta’ l-UE sabiex jitħarsu s-servizzi ekosistemiċi imprezzabbli li tipprovdi l-bijodiversità, jiġifieri l-arja u l-purifikazzjoni ta’ l-ilma, il-pollinazzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba’ u l-ħarsien mill-erożjoni;

104.  Jirrimarka li fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali 2007-2013, l-iżvilupp rurali (u l-istrument ta’ iffinanzjar tiegħu, l-EARDF) bħala t-tieni pilastru tal-CAP għandu impatt reġjonali importanti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tisfrutta l-possibilitajiet għal implimentazzjoni aktar koerenti fir-rigward tal-programmi tal-politika reġjonali (fondi strutturali) sabiex tasal għal approċċ integrat fl-oqsma fejn tista’ tinkiseb sinerġija;

105.  Jemmen li ma jista’ jkun hemm l-ebda żvilupp rurali mingħajr l-attività agrikola, u li l-objettiv għandu jkun li tiġi żgurata l-vijabilità ekonomika għall-abitanti taz-zoni rurali u li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom;

106.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta ġabra koerenti ta’ proposti sabiex tmantni u tiżviluppa l-attività agrikola sostenibbli speċjalment f’zoni anqas favoriti u f'zoni bi żvantaġġi naturali, billi dawn huma ta’ importanza kruċjali għall-ħarsien tal-bijodiversità u l-preservazzjoni ta’ l-ekosistemi;

107.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex iżżid il-miżuri għat-trasferiment tar-riċerka u tat-teknoloġija sabiex, b’mod partikolari, tippromwovi metodi ta’ produzzjoni li jkunu aktar favur l-ambjent u favur l-ekosistemi fl-interess ta' l-agrikultura sostenibbli;

108.  Jiġbed l-attenzjoni għal proġetti ta’ suċċess madwar l-UE fejn il-koperazzjoni fuq livell lokali u reġjonali bejn il-bdiewa, gruppi ambjentali u l-awtoritajiet naqqsu b’suċċess l-impatt ta’ l-agrikultura fuq l-ambjent.

109.  Iqis li b'mod partikolari s-sistema futura għandha tikkonċentra fuq l-aspetti ta’ koeżjoni territorjali u fuq l-iżvilupp integrat ta’ l-ispazji rurali u peri-urbani, fuq it-tisħiħ tas-setturi agrikoli l-iżjed importanti, fuq il-pagament għall-isforzi jew kumpens għal prezzijiet speċjali u fuq l-immaniġġjar tar-riskji; iqis li, għal dan il-għan, ir-relazzjoni bejn l-ewwel u t-tieni pilastru għandha tiġi definita mill-ġdid;

110.  Huwa tal-fehma li l-agrikoltura Ewropea tista’ tipprovdi soluzzjonijiet li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent għall-problemi l-aktar urġenti li qed tiffaċċja s-soċjetà urbanizzata tagħna f’reġjuni peri-urbani, u għalhekk tista’ tagħti kontribut favur il-kisba ta’ l-għanijiet ta’ l-istrateġiji ta’ Liżbona u ta’ Göteborg;

111.  Jiġbed l-attenzjoni dwar l-irwol partikulari tal-bdiewa f’zoni peri-urbani; il-bdiewa u l-persuni inkarigati mill-immaniġġjar ta’ l-art fiz-zoni peri-urbani jistgħu jippromwovu soluzzjonijiet li jilħqu kemm l-għanijiet ta’ Liżbona (l-għarfien, ir-riċerka u l-innovazzjoni) u ta’ Goteborg (is-sostenibilità);

112.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Sa mill-1992, il-Politika Agrikola Komuni għaddiet minn tliet riformi kbar. L-objettiv ta’ dawn ir-riformi kollha kienu dawn li ġejjin:

· it-titjib ta’ l-effiċjenza u t-trasparenza tal-Politika Agrikola Komuni;

· it-tkabbir tal-kompetittività tal-bdiewa;

· it-titjib fl-integrazzjoni ta’ elementi ġodda, speċjalment fl-aspetti ta’ l-ambjent u tal-benessri ta’ l-annimali fil-Politika Agrikola Komuni; u

· it-tisħiħ ta’ zoni rurali.

Is-sistema antika ta’ appoġġ tal-prezzijiet, li ma setgħetx issolvi l-problemi tad-dħul baxx għall-bdiewa u li wasslet għal ammonti kbar ta’ bilanċi negattivi, li setgħu jingħelbu biss permezz ta’ għajnuna ta’ sussidji suppliemntari fis-swieq globali, bil-mod il-mod ġiet issostitwita minn sistema magħrufa bħala ta' appoġġ dirett.

L-appoġġ attwali għall-bdiewa, li ilu sa mir-riforma tar-reviżjoni ta nofs is-sena ta l-2003, huwa skema diretta ta appoġġ li tingħata mingħajr l-ebda konsiderazzjoni tal-prodott speċifiku (skemi diretti ta appoġġ akkoppjat). Il-pagamenti storiċi huma l-bażi tal-pagament uniku li bidwi kien jirċievi fperjodi ta referenza adegwati qabel ma bdiet ir-riforma. Dawn setgħu jingħataw fil-forma ta' pagamenti uniċi għall-impriżi għall-perjodu bejn l-2003 sa l-2013.

Filwaqt li tbiegħdu minn dan il-mudll, il-maġġoranza ta’ l-Istati Membri jadottaw skemi differenti ta’ appogg skond l-art, tip ta' appoġġ li jitbiegħed b'mod konsiderevoli mid-drittijiet storiċi għal ħlas. L-uniku rwol importanti ta’ dawn ta’ l-aħħar huwa sabiex jiġi ddeterminat l-ammont totali li huwa disponibbli għal Stat Membru jew reġjun.

Il-pagamenti li huma marbuta mal-produzzjoni, b’mod sħiħ jew b’mod parzjali, jistgħu jinżammu wkoll fis-sistema attwali; L-Istati Membri użaw il-marġini tagħhom bi gradi differenti f’din il-kwistjoni.

L-appoġġ pubbliku kien marbut ma’ l-evidenza li l-bidwi josserva r-rekwiżiti Komunitarji jew nazzjonali prinċipali fil-qasam tal-prattika agrikola tajba (l-hekk imsejħa konformità reċiproka). Dawn l-istandards ikopru l-aspetti essenzjali ta’ agrikoltura li tirrispetta l-ambjent, is-saħħa u l-benessri ta' l-annimali.

L-Istati Membri ġodda se jiġu integrati kompletament fl-iskema ta’ appoġġ dirett minn issa sa l-2013 (ir-Rumanija u l-Bulgarija sa l-2015).

F'dak li jikkonċerna t-tieni pilastru, ikkonsagrat għall-politika dwar l-iżvilupp rurali, ġew provduti mezzi supplimentari permezz ta' ffinanzjar mill-ġdid (massimu ta 5% tal-modulazzjoni). Id-dotazzjoni finanzjarja globali tat-tieni pilastru baqgħet lura wara t-talbiet tal-Parlament Ewropew. Madanakollu, wieħed jinnota dejjem iktar li huma proprju l-Istati Membri, li għandhom bżonn konsiderevoli ta' miżuri għal iżvilupp rurali, li għandhom problemi fil-provvista ta' għajnuna ta' kofinanzjar.

Organizzazzjonijiet importanti tas-swieq, bħal dak taz-zokkor, tal-banana, tal-frott u l-ħaxix kif ukoll ta' l-inbid ġew (jew qed jiġu) riformati mill-2004 'l hawn, u dan bl-istess għan. L-organizzazzjoni tas-suq tal-ħalib u l-kwota tiegħu tal-ħalib - strument fundamentali - prattikament baqgħu bla tibdil. Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernawhom, madanakollu, se jiskadu fl-2015.

Għalhekk, b’mod ċar, l-ispejjez tal-PAK din is-sena ser jinsabu fil-baġit originali tagħha, ladarba l-miżuri ta’ appoġġ tas-suq, bħal intervenzjoni jew is-sussidji ta’ l-esportazzjoni li jifdal ma ġewx immanipulati minħabba fl-iżvilupp tal-prezzijiet agrarji.

Għall-ewwel darba minn meta twaqqfet il-Komunità, il-baġit agrarju mhux l-ogħla wieħed fil-baġit ta’ l-UE. Fuq il-bażi ta dixxiplina baġitarja u ta tnaqqis tar-rati ta' żieda għall-baġit agrarju, il-parti kkonsagrata għal dan is-settur għall-ispejjeż Komunitarji se tkompli taqa', filwaqt li l-ħlasijiet diretti se jinżlu minn 10 għal 20% għal kull bidwi (inkluża l-modulazzjoni).

Il-Kummissjoni għadha kif ippreżentat komunikazzjoni, fejn hija essenzjalment ipproponiet li titkompla t-tiq li ttieħdet mir-riforma ta’ l-2003. Bil-proposta tagħha ta' dan "il-kontroll tas-saħħa", il-Kummissjoni tirreaġixxi għal talba li saret f’Diċembru 2005 mill-Kapijiet ta’ Stat u ta' Gvern li kienu talbu analiżi ta l-ispejjeż kollha ta l-UE, speċjalment l-ispejjeż agrarji. Madankollu, id-dotazzjoni finanzjarja tal-Politika Agrikola Komuni mhix imdaħħla f'din il-komunikazzjoni, imma tidħol pjuttost fil-qafas tal-baġit tas-saħħa baġitarja li jitwettaq id f’id magħha.

Il-proposti prinċipali tal-Kummissjoni huma:

· it-tkomplija tad-diżakkoppjar;

· it-tħaffif ta' l-integrazzjoni tal-ħlasijiet diretti li ma jinbidlux (flat rate) li jkunu bbażati fuq iz-zona,

· it-tneħħija jew l-integrazzjoni ta’ miżuri iżgħar relatati mal-produzzjoni fl-iskema ta' appoġġ dirett diżakkoppjat;

· it-tkomplija tal-modulazzjoni;

· it-tnaqqis gradwali ta’ l-għajnuna diretta u ż-żieda tal-livelli minimi għall-pagamenti;

· il-garanzija tat-tneħħija progressiva tal-kwoti tal-ħalib u l-preparazzjoni għal bidla sottili.

Evalwazzjoni

Ir-rapporteur jibqa’ favur il-mudell ta' agrikoltura multifunzjonali u b’bażi wiesgħa ma’ l-Ewropa kollha.

Huwa jilqa’ b'sodisfazzjon ir-riformi li twettqu s'issa u jqis li huwa importanti li jitkompla l-proċess tal-liberalizzazzjoni tas-swieq u tas-simplifikazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni minn issa sa l-2013.

Ir-rapporteur jaħseb li l-UE se jkun għad ikollha bżonn tal-Politika Agrikola Komuni fil-ġejjieni u li din il-politika għandha tipproponi numru suffiċjenti ta strumenti sabiex issaħħaħ l-oqsma l-iżjed importanti ta' l-agrikultura, sabiex ikollha rwol ta' appoġġ f'każ ta' kriżi ta’ produzzjoni, kriżijiet ambjentali u oħrajn ta’ epidemiji, sabiex titħares il-koeżjoni territorjali u sabiex tiġi żviluppata z-zona rurali fit-totalità tagħha b’konformità ma’ l-għanijiet ta Liżbona.

Ir-rapporteur jaqbel ma’ l-istrateġija tal-Kummissjoni li twettaq ir-riformi ta’ l-2003 qabel ma tiddiskuti t-tfassil mill-ġdid radikali tal-Politika Agrikola Komuni jew tas-sistemi ta' ħlas. Ir-rapporteur ma jqisx xieraq li jiġu modifikati fid-dettall il-ħlasijiet fis-sitwazzjoni attwali. Il-ħlasijiet diretti attwali, li barra l-irwol ta' appoġġ għal-livell tad-dħul, jippermettu li jintaħaq għadd kbir ta’ objettivi oħra, iffaċilitaw b'mod partikulari l-bidla tax-xogħol ta' bidwi tas-sistema antika lejn l-istruttura l-ġdida, li tħares pjuttost lejn l-eżiġenzi tas-suq. F’dan l-aspett, ma jidhirx li jagħmel sens li ssir reviżjoni tad-daqs tal-ħlasijiet uniċi jew tal-baġit totali kull darba li l-prezzijiet agrikoli jogħlew. Ir-riformi ta’ l-2003 għadhom ma ġewx finalizzati, filwaqt li s-sitwazzjoni fl-Ewropa għandha mhix komparabbli b'mod ġenerali.

Wara l-2013, jeħtieġ li s-sistema ta' appoġġ dirett, flimkien mal-politika ta' l-iżvilupp rurali, jiġu organizzati mill-ġdid, fuq il-bażi ta' l-esperjenzi miksuba waqt il-fażi ta' tranżizzjoni. Minn issa sa dakinhar, wieħed għandu japprofitta miż-żmien biex jiġu kkonsolidati s-suċċessi tar-riformi mwettqa qabel, minflok ma jsiru diskussjonijiet dwar l-iffinanzjar, li jkunu pjuttost sterili. Għall-kuntrarji, f’din il-fażi ta’ bidla kbira u ta’ orjentazzjoni mill-ġdid, u fid-dawl taż-żieda kbira fil-prezzijiet fis-swieq internazzjonali, il-bdiewa għandhom bżonn sigurtà ta l-investiment u kredibilità u mhux inċertezza. Għalhekk, l-impenn tal-kapijiet ta’ l-Stat u ta' Gvern, li ma jmissx it-total ta’ l-ispiża għall-miżuri għas-suq sa l-2013, għandu jinżamm.

Diżakkoppjar/It-tneħħija progressiva ta' għajnuniet akkoppjati/Konformità reċiproka

Illum il-ġurnata, l-iskemi ta' appoġġ dirett għadhom akkoppjati mal-produzzjoni, u fl-Istati Membri li jimplimentaw il-mudell ta’ l-impriża, huma kkalkolati fuq il-bażi ta’ ammonti ta' referenza ta’ l-imgħoddi.

Ir-rapporteur jappoġġja l-pjan tal-Kummissjoni sabiex malajr kemm jista’ jkun – preferibilment qabel l-2013 – jintlaħaq l-għan ta’ għajnuna waħda skond it-territojru, fil-livell nazzjonali jew reġjonali. Is-sistema attwali m'għadhiex tista' tiġi ġġustifikata maċ-ċittadin Ewropew. Barra minn dan, il-maġġoranza ta’ l-Istati Membri xorta laħqu ddeċidew li jsegwu t-triq tal-għajnuniet skond id-daqs tat-territorju, u li tneħħi l-kunċett tal-pagamenti bbażati fuq l-imgħoddi. Ir-rapport annwali tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri dwar l-ispejjeż għas-sena 2006 juri li l-amministrazzjoni ta’ għajnuniet skond id-daqs tat-territorju hija pjuttost inqas kumplessa u hija inqas suxxettibbli għall-iżbalji milli dik tal-mudell ta’ l-impriża. Barra minn hekk, iż-żamma tal-mudell storiku toħloq diffikultajiet akbar għad-dħul tar-riformi wara l-2013.

Bażikament, ir-rapporteur jappoġġja wkoll diżakkoppjar ieħor, b’mod partikolari fil-qasam tal-produzzjoni tal-pjanti, peress li dan jagħti wkoll kontribut għas-simplifikazzjoni tal-politika agrarja u ma sofriex ir-riżultati negattivi li ġew maħsuba qabel, bħat-telf ta’ prodotti agrikoli b’valur reġjonali u ambjentali sinifikanti.

Ir-rapporteur jixtieq jirrimarka li, fl-Istati Membri li għażlu li japplikaw għajnuniet uniċi skond id-daqs tat-territorju, nazzjonali jew reġjonali, wieħed ra distribuzzjoni mill-ġdid tal-ħlasijiet diretti favur l-impriżi tal-produzzjoni estensiva ta' l-annimali.

Madanakollu, it-trobbija ta' l-annimali għandha ġeneralment tiġi ttrattat b’mod speċifiku. Din hija suxxettibbli ħafna għall-kriżijiet, bħal ma hija s-sitwazzjoni attwali ta’ l-iżvilupp fil-prezz taċ-ċereali li twassal għal problemi fil-kamp ta’ l-għalf. Barra minn hekk jidher li, fil-qasam tat-trobbija u tas-saħħa ta’ l-annimali, l-istandards Ewropej huma pjuttosti ogħla minn dawk f’partijiet oħrajn tad-dinja u l-produtturi Ewropej għandhom problemi kbar biex isibu soluzzjoni għall-ispejjeż żejda involuti minħabba dan. Din hija sitwazzjoni li ma tistax tibqa’ għaddejja għal żmien twil. Dan kollu diġà jwassal għal tnaqqis kontinwu fil-popolazzjonijiet ta’ l-annimali.

It-trobbija ta’ l-annimali tinvolvi ħafna ħaddiema, u f’ħafna reġjuni għandha importanza kbira għall-iżvilupp reġjunali jew għall-preservazzjoni ta’ spazji naturali importanti. Il-pagamenti akkoppjati jistgħu jkunu mezz li bih jistgħu jiġu miġġielda dawn il-kriżijiet. Għalhekk, it-tneħħija obbligatorja tal-pagamenti akkoppjati eżistenti mhix rakkomandata mir-rapporteur. Fl-istess ħin huwa ta’ l-opinjoni li fondi li jinħelsu permezz ta’ l-Artikolu 69 riformat għandhom jitwettqu b'mod partikulari għaż-żamma tas-setturi kruċjali fir-rigward tal-politika reġjonali u ambjentali, jiġifieri b'mod partikulari għat-trobbija ta' l-annimali.

Ir-rapporteur huwa wkoll ta’ l-opinjoni li l-proposti attwali mhumiex biżżejjed, sabiex jassiguraw it-trobbija ta l-annimali fl-Ewropa għal żmien twil. Għalhekk, bħala tħejjija għall-perjodu finanzjarju wara l-2013, huwa jistenna analiżi estensiva mingħand il-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tat-trobbija ta’ l-annimali fl-Ewropa u proposti ġodda dwar kif dan is-settur tant importanti għall-Ewropa jista jitħares.

Ir-rapporteur jappoġġja wkoll l-integrazzjoni tas-sistemi żgħar ta’ għajnuniet marbuta mal-produzzjoni, li hija tqila fl-amministrazzjoni, fl-iskemi ta’ appoġġ dirett diżakkoppjat (għalf niexef, qanneb, kittien u lamtu tal-patata) u t-tneħħija ta’ l-obbligu tar-raba’ mwarrab, li hu strument ta' kontroll tal-kwantità li m'għadx għandu sens f’sistema ta’ appoġġ akkoppjat, orjentata sew għall-ekonomija tas-suq. Il-vantaġġi li huma pjuttost żgħar f'dak li jikkonċerna l-politika ambjentali jistgħu jinkisbu aħjar permezz ta’ regolamenti nazzjonali jew, jekk ikun il-każ, permezz ta’ emenda ta’ l-Anness IV tar-Regolament 1782/2003 għall-ħarsien tal-qagħda agrikola u ambjentali tajba.

L-appoġġ fuq il-prodotti maħsuba għall-enerġija jmur kontra s-sistema wkoll. Kif turi s-sottoskrizzjoni għolja tal-primjum matul din is-sena, m’hemm l-ebda nuqqas ta’ prodotti tar-raba' ta’ l-enerġija, fil-fatt dawn jiġu miżrugħa minħabba d-domanda kbira u l-prezz attwali, bla ma jkun hemm bżonn ta appoġġ supplimentari ieħor. Ir-riżorsi supplimentari li għalhekk ġew rilaxxati jistgħu jintużaw fuq miżuri ta’ appoġġ skond l-Artikolu 69, u b’mod partikolari fuq miżuri tranżizzjonali għas-settur tal-ħalib.

Il-Parlament m’ilux ħafna li esprima l-opinjonijiet tiegħu b’mod estensiv dwar il-konformità reċiproka, li hija element indispensabbli ta’ l-iskemi ta’ appoġġ dirett, jekk mhux il-qofol tagħha stess. Żieda fl-istandards tista’ sseħħ biss jekk l-ispejjeż ikunu ċari (evalwazzjoni ta’ l-impatt) u jekk ikun il-każ, jekk standards oħra jitwarrbu għal dan il-għan. Il-Kummissjoni għandha tagħmel stima ta’ l-ispejjeż ta’ standards ġodda qabel ma tressaq il-proposta leġiżlattiva. Jekk le, żieda tal-ħtiġijiet fi żmien meta l-pagamenti qegħdin jonqsu tidher li ma tistax tiġi ġġustifikata.

Il-bidla għal skema ta' għajnuniet uniċi jew aktar uniformi skond id-daqs tat-territorju tenfasizza u turi d-disparità reġjonali kbira fil-livell ta' l-għajnuniet tal-Politika Agrikola Komuni (dan jgħodd parzjalment għat-tieni pilastru). Skond ir-rapporteur, din il-problema għandha tiġi solvuta fiż-żmien medju. Madanakollu, għad iridu jitwettqu studji u analiżi profondi dwar ir-raġunijiet u l-ġustifikazzjoni tad-differenzi li jiġu nnotati bejn l-ammonti ta' ħlasijiet mogħtija. Jeħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar is-suġġett qabel l-2013. Biex jitneħħew dawn id-differenzi, il-ħlasijiet jistgħu jiddependu iktar mit-twettiq tas-servizzi ta' interess ġenerali.

Strumenti tas-suq/Assikurazzjoni tar-riskju

Ir-rapporteur huwa ta’ l-opinjoni illi fid-dawl ta’ varjazzjonijiet klimatiċi aktar intensi, il-mard ġdid ta’ l-annimali u t-tifrix tiegħu li dejjem isir aktar mgħaġġel, kif ukoll il-ftuħ tal-biedja Ewropea għas-suq dinji, il-kriżijiet marbuta mal-ħsad, mad-dħul finanzjarju u ma’ l-epidemiji se jibqgħu jiżdiedu kontinwament. Hemm bżonn urġenti ta’ xibka ta’ sigurtà oħra.

L-istrumenti attwali mhumiex biżżejjed f’dan ir-rispett, jew għandhom jiġu sostitwiti b’sistemi ġodda. L-introduzzjoni ta’ assikurazzjoni kontra diversi riskji, jew it-twaqqif ta’ fond, huma possibbli. Il-kofinanzjament pubbliku huwa prattika standard essenzjali kemm għal sistemi ta’ dan it-tip kif ukoll għall-imsieħba kummerċjali ewlenin tas-suq dinji.

Għandu jittieħed l-ewwel pass issa. Barra minn hekk, ma jistax ma jiġix ikkunsidrat il-fatt li r-riskji fl-Ewropa jitqassmu skond is-settur u r-reġjun b’mod estremament differenti, u l-approvazzjoni tas-soluzzjoni tiddependi b’mod sostanzjali fuq l-istruttura tal-biedja u l-esperjenzi tal-bdiewa fir-reġjuni individwali.

Għalhekk għandhom jiddaħħlu soluzzjonijiet fuq livell reġjonali jew nazzjonali. Il-fondi neċessarji għandhom jiġi rilaxxati fl-ewwel pilastru, li bħala pilastru tal-miżuri ta’ l-roganizzazzjoni tas-suq, jidher li għandu jkun preferut mit-tieni pilastru.

Fil-qafas tat-tqassim mill-ġdid ta' massimu ta' 2% tal-fondi mill-għajnuniet diretti, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jiżviluppaw sistemi ta' ġestjoni tar-riskji xierqa, fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tagħhom stess.

Din tista' tagħmel dan, pereżempju, permezz tat-twaqqif ta' regoli Komunitarji fil-qafas ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq uniku. L-integrazzjoni ta’ l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi jew ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali għandha tiġi kkontrollata mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri. Ir-rapporteur huwa ta’ l-opinjoni li s-sistemi attwali, bħal l-intervenzjoni jew ħażna, fil-fatt, mgħandhomx jitneħħew kompletament.

Ir-rapporteur huwa ta’ l-opinjoni li s-sistemi attwali, bħal l-intervenzjoni jew ħażna, fil-fatt, m’għandhomx jitneħħew kompletament. Il-funzjoni tagħhom għandha titnaqqas: dawn għandhom jerġgħu jmorru lura għall-funzjoni tagħhom bħala xibka ta’ sigurtà għal żidiet estremament kbar fil-prezzijiet, jiġifieri għas-sitwazzjonijiet eċċezzjonali. F’dan ir-rigward, huwa jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni.

Pagamenti/It-tieni pilastru

Il-Kummissjoni tipproponi it-tnaqqis li ġej għall-ħlasijiet diretti:

· żieda fil-livelli minimi;

· l-introduzzjoni tat-tnaqqis gradwali b’saħħtu, fi stadji, għall-pagamenti li jkunu ’l fuq minn EUR 100,000; u

· modulazzjoni supplimentari ta' 2 % annwali għall-2010 sa l-2013 (total ta’ 8% fl-2013).

Ir-rapporteur ma jaċċettax it-tnaqqis propost f'din il-forma. Il-proposta tista’ tiġi ġġustifikata, li kieku l-uniku skop ta’ l-iskemi ta' appoġġ dirett kien l-appoġġ tad-dħul baġitarju – għalkemm imbagħad il-benefiċjarji ż-żgħar jidhru li jkunu jeħtieġu inqas għajnuna. Madankollu, il-pagamenti jservu b'mod partikulari biex jinżamm l-immaniġġjar ta' l-artijiet agrikoli u, f'ċirkostanzi limitati, biex jiġu kkumpensati l-istandards għoljin fl-Ewropa. Iżda dawn l-għanijiet ta’ l-aħħar isiru estremament diffiċli f’każ ta tnaqqis gradwali b’saħħtu.

Ir-rapporteur ma jaċċettax it-tnaqqis gradwali ppjanat, li fuq kollox ser jaffettwa impriżi u reġjuni fil-Lvant tal-Ġermanja, fir-Repubblika Ċeka, fis-Slovakkja, fil-Gran Brittanja u fi Spanja, u f’ċerti reġjuni, pereżempju fil-Lvant tal-Ġermanja, jwassal għal tnaqqis ta’ ‘l fuq minn terz tal-pagamenti, meta jitqies ma tnaqqis ieħor ippjanat. Barra minn hekk, it-tnaqqis gradwali ppjanat jista’ jwassal ghal ristrutturazzjoni ta’ l-impriżi, li ma tagħmilx sens fil-kuntest ekonomiku, jew biex l-artijiet marġinali f’zoni żvantaġġati jiġu abbandunati. Kull profitt agrari-politiku allura jiġi eskluż.

S’issa ma kienx hemm evalwazzjoni tal-konsegwenzi tat-tnaqqis ta’ għajnuna fuq impriżi individwali, fuq is-swieq tax-xogħol reġjonali jew fuq reġjuni sħaħ, u lanqas ma tressqet ġustifikazzjoni għal raġunijiet agrarji u ekonomiċi. Wieħed jista’ jistenna li t-tnaqqis gradwali fil-forma proposta fil-każ ta’ konsiderazzjoni purament agrarja u ekonomika kieku jiġi evalwat esklussivament b’mod negattiv, minħabba li dan jiddiskrimina kontra l-impriżi b’saħħithom. Tnaqqis gradwali b’saħħtu, li barra minn hekk ma jikkunsidrax l-istrutturi partikolari f’ċerti reġjuni, in-numru ta’ ħaddiema, il-kompożizzjoni tas-sjieda jew partikolaritajiet reġjonali, ma jistax jiġi aċċettat.

Madankollu, ir-rapporteur jaqbel mal-kunċett li wieħed jista’ jassumi sa ċertu punt li impriżi ikbar jistgħu jaħdmu b’mod iżjed effiċjenti u b’hekk ikollhom bżonn inqas għajnuna. Fl-istess ħin, huwa ta’ l-opinjoni li t-tieni pilastru m’għandux biżżejjed finanzi. Peress li sorsi oħra realisti ta’ ffinanzjar mhumiex disponibbli, huwa jissuġġerixxi d-distribuzzjoni mill-ġdid moderata permezz ta' "modulazzjoni progressiva".

Il-modulazzjoni tkun strutturata kif ġej:

EUR 100,000 - 10,000 - 1% (għall-perjodu kollu bejn l-2009 u l-2013)

EUR 100,000 - 200,000 - 2% (għall-perjodu kollu bejn l-2009 u l-2013)

EUR 200,000 - 300,000 - 3% (għall-perjodu kollu bejn l-2009 u l-2013)

iktar minn EUR 300,000 - 4 % (għall-perjodu kollu bejn l-2009 u l-2013)

Dan it-tnaqqis progressiv ta’ l-ispejjeż ta’ l-iskemi ta appoġġ dirett jidher li jista’ jiġi ġġustifikat u li huwa adegwat anke mingħajr iktar skrutinju. Huwa ma jwassalx għal ksur strutturali jew trasformazzjonijiet drastiċi f’impriżi eżistenti u li jaħdmu tajjeb. Irziezet medji mmexxijin minn familja waħda huma mgħejjuna permezz tal-limitu ta’ EUR 10,000, barra minn hekk, l-effett ta’ l-iffinanzjar tat-tieni pilastru huwa ta’ vantaġġ, peress illi l-modulazzjoni tibda sseħħ fl-2009 u, b’differenza mill-proposta tal-Kummissjoni għat-tnaqqis gradwali, tinkludi wkoll impriżi bejn EUR 10,000 u EUR 100,000, avolja sa livell limitat biss.

Lanqas din il-proposta ma jirnexxila tneħħi n-nuqqas fundamentali li l-modulazzjoni u t-tnaqqis gradwali jilħqu l-ogħla effetti ta’ distribuzzjoni mill-ġdid favur it-tieni pilastru fir-reġjuni bi strutturi ikbar ta’ impriżi u, għalhekk, bħala regola fl-Istati Membri l-inqas żvantaġġati. Barra minn hekk, wieħed jinnota li iktar minn 50% tal-fondi li jiġu mit-tnaqqis gradwali jiġu ġġenerati fil-Lvant tal-Ġermanja, ħaġa li kull ma tagħmel hu li żżid l-iżbilanċ reġjonali.

Il-fondi mit-tqassim mill-ġdid għandhom jintużaw bi prijorità fir-reġjuni li fihom jiġu ġġenerati, għal miżuri ta’ prevenzjoni tar-riskju, għat-tisħiħ u r-ristrutturazzjoni tas-setturi agrarji importanti, b'mod partikulari tas-suq tal-ħalib, għal miżuri għall-ambjent agrarju (li jinkludu adattament għat-tibdil fil-klima), għall-ħarsien u s-saħħa ta’ l-annimali jew miżuri għat-titjib fl-applikazzjoni ta’ skoperti xejntifiċi ġodda fil-biedja, pereżempju fil-qasam tal-bijoenerġija.

Ir-rapporteur jiġbed biss l-attenzjoni għall-fatt li l-akbar benefiċjarji tal-ħlasijiet diretti mhumiex biss familji kbar nobbli, imma wkoll assoċjazzjonijiet ambjentali. Id-diskussjoni kollha turi li fil-ġejjieni, jiġifieri wara l-2013, l-appoġġ dirett għandu jkun iktar marbut ma’ sforzi konkreti jew ma’ problemi addizzjonali partikolari tal-bdiewa. B’hekk ma tkunx tista’ sseħħ diskussjoni rigward l-ammonti tal-ħlas.

Ħalib

Skond il-komunikazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni u mill-Kunsill, ir-rapporteur iqis li mhux probabbli ħafna li titkompla s-sistema tal-kwoti tal-ħalib fil-forma attwali tagħha wara l-2015.

Għalhekk, hu iktar importanti li minn issa jitħejjew is-sisien li jippermettu li titkompla l-produzzjoni tal-ħalib fl-Ewropa u li jittieħdu miżuri xierqa sabiex il-bidla tas-sistema lejn waħda ġdida ma tkunx ta’ dannu għall-bdiewa u għar-reġjuni kkonċernati.

Għandha tinżamm, b'mod partikulari, il-produzzjoni tal-ħalib fir-reġjuni li fihom ma jeżistux alternattivi għall-industrija tal-ħalib u fejn din l-attività kellha rwol importanti fil-formazzjoni tal-pajsaġġ. Il-preservazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib għandha tmur id f'id mat-tisħiħ tas-settur kollu, u tal-katina kollha ta' produzzjoni sad-distribuzzjoni tal-prodotti lesti ħaġa li għandha importanti deċisiva għall-Ewropa, post tradizzjonali ta' trasformazzjoni (pereżempju, il-ġobon).

Ir-rapporteur iqis li abbozzar mill-ġdid ta' l-Artikolu 69 joffri l-possibilità li jiġu żviluppati soluzzjonijiet ġodda fil-qafas ta' l-ewwel pilastru, integrati u adattati għall-bżonnijiet reġjonali.

Billi f'ċerti reġjuni ta' l-Ewropa hemm nuqqas kważi totali ta' alternattivi għat-trobbija ta' annimali għall-ħalib u quddiem il-bżonn importanti li tinżamm il-produzzjoni tal-ħalib għal raġunijiet tal-protezzjoni tal-pajsaġġ u tal-politika reġjonali, jidher neċessarju li jiġu implimentati miżuri ta' appoġġ partikulari għal dawn ir-reġjuni, imma wkoll favur is-settur kollu. Dawn jistgħu jieħdu l-forma ta' top-ups, ta' ħlasijiet akkoppjati jew le, jew inkella ta’ miżuri ta' ristrutturazzjoni settorali. Barra minn hekk, jistgħu jintużaw ukoll il-fondi rilaxxati permezz tat-tneħħija tal-ħlasijiet fuq il-prodotti tar-raba' ta' l-enerġija, kif ikoll id-dħul li jiġi mit-taxxi supplimentari jew minn nuqqas ta' użu tal-fondi li qabel kienu maħsuba għal oqsma oħra ta' l-organizzazzjoni tas-suq tal-ħalib.

Aspett ieħor ta’ bidla sottili jista’ jkun it-tnaqqis gradwali tal-kwoti skond il-qagħda tas-suq. Wieħed għandu jeżamina jekk l-ilqugħ ex-post tal-kwoti madwar l-Ewropa, sabiex il-kwota attwali tkun tista’ tintuża aħjar, ma tfissirx li żieda fil-kwota, b’mod sħiħ jew b’mod parzjali, ma tkunx meħtieġa.

Kwistjonijiet oħra

Ir-rapporteur għamel bosta suġġerimenti għall-iżvilupp addizzjonali tal-pakketti ta’ miżuri fit-tieni pilastru li ma jirrikjedux spjegazzjoni ulterjuri (it-titjib tal-produzzjoni ta’ kwalità, penetrazzjoni aħjar tas-suq, l-adattament għall-bidla fil-klima, tqarrib lejn l-għanijiet ta’ Liżbona).

Bħala tħejjija għall-perjodu finanzjarju wara l-2013, ir-rapporteur jixteiq ukoll jara l-Kummissjoni tipproduċi analiżi komprensiva u evalwazzjoni ta’ miżuri eżistenti u oħrajn potenzjali għall-ġejjieni, bil-għan li jkomplu jintlaħqu b’mod aħjar il-firxa ta' miżuri tal-Politika Agrarja Komuni.

Ir-reviżjoni ta’ l-Artikolu 69 tiftaħ bosta opportunitajiet għat-tħejjija ta’ politika għall-ġejjieni. Għalhekk ir-rapporteur qed jipproponi li l-fondi disponibbli f’dan il-qasam jiżdiedu b’5% meta mqabbla mad-dokument tal-Kummissjoni, sabiex tkun tista’ tinkiseb l-esperjenza bi strumenti reġjonali, ambjentali u settorjali ta’ appoġġ taħt l-ewwel pilastru, esperjenza li imbagħad trid tiġi evalwata sabiex titħejja t-triq għar-riforma ta' wara l-2013.

OPINJONI TAL-MINORANZA

minn Ilda Figueiredo, Diamanto Manolakou, Vincenzo Aita

Il-Politika Agrarja Komuni ma tissodisfax il-ħtiġijiet tal-konsumaturi, billi l-prezzijiet ta’ l-ikel il-ħin kollu jogħlew, u lanqas il-ħtiġijiet ta’ intrapriżi mmexxija mill-familji, jew dawk żgħar jew medji, li huma sfurzati li jabbandunaw il-produzzjoni.

Ir-riforma ta’ l-2003 kompliet tgħarraq is-sitwazzjoni. Ir-riformi ta’ l-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq taz-zokkor, tal-frott u tal-ħaxix, tat-tabakk, ta' l-inbid eċċ. jikkonfermaw li l-Politika Agrarja Komuni tiffavorixxi l-intrapriżi l-kbar, għad-dannu ta’ dawk iżgħar, tiffavorixxi l-biedja intensiva għad-dannu ta’ metodi estensivi, il-konċentrazzjoni ta’ l-art, u d-dominanza tal-monopolji fil-produzzjoni u fit-tqassim tal-prodotti tal-biedja.

Il-Kummissjoni qed tkompli timxi fid-direzzjoni żbaljata bid-diżakkoppjar ta’ l-għajnuna mill-produzzjoni u l-impjieg u bit-tnaqqis ta’ l-approprjazzjonijiet għall-Politika Agrarja Komuni. Qed tkompli ssegwi l-politika tagħha ta’ appoġġ għall-korporazzjonijiet multinazzjonali ta’ l-ikel u għas-sidien kbar ta’ l-art. It-tnaqqis propost f’pagamenti kbar huwa insostanzjali u mhuwiex effettiv; qed isir bil-mod żbaljat fuq il-bażi ta’ kriterji li ma jeżistux.

Aħna tel-fehma li għandhom jittieħdu miżuri immedjati biex jappoġġjaw id-dħul ta’ impriżi żgħar u medji, b’mod partikulari f’reġjuni żvantaġġati, u biex tiġi żgurata rabta kemm jista’ jkun b’saħħitha bejn l-għajnuna u l-produzzjoni.

Il-kriterji li fuqhom għandhom ikunu bbażati l-miżuri għandhom ikunu l-awto-suffiċjenza ta' l-Istati Membri rigward l-ikel, il-kisba ta' provvisti adegwati ta' ikel bnin u sikur bi prezzijiet baxxi, ir-rispett ta' l-ambjent u tan-natura, u ż-żamma tal-popolazzjoni rurali permezz ta' kundizzjonijiet deċenti ta' l-għajxien.

31.1.2008

OPINION TAL-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

dwar il-Kontroll tas-Saħħa fuq il-CAP

(2007/2195(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Kathalijne Maria Buitenweg

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.   Jisħaq dwar l-importanza ta’ settur agrikolu li jkun sejjer tajjeb u ta' ambjent rurali vijabbli fl-UE, mhux biss għal raġunijiet ekonomiċi iżda wkoll fid-dawl tal-preservazzjoni tal-pajżaġġi u s-sikurezza ta' l-ikel;

2.   Jilqa’ b’sodifazzjon il-fatt li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tirrispondi għall-isfida tal-bidla fil-klima u li tadatta l-politika tagħha għall-agrikoltura skond din l-isfida, filwaqt li tappoġġja prattiki tal-biedja inqas intensivi sabiex ittejjeb l-prospetti ta' l-emissjonijiet GHG tas-settur tal-biedja, u jisħaq dwar il-ħtieġa li l-ambjent jiġi ppreservat u li l-ekosistemi jingħataw il-ħajja mill-ġdid;

3.   Iqis li huwa meħtieġ li, għal dak il-għan, jsir żvilupp fid-direzzjoni ta' agrikultura mutlifunzjonali sostenibbli li fiha l-bdiewa jkunu mħeġġa biex jużaw metodi agrikoli li jkunu ambjentalment sostenibbli (b’mod partikolari biedja li tikkonserva u biedja organika);

4.   Jisħaq li l-finanzjament pubbliku tal-biedja huwa marbut mar-rendiment fil-qasam ta’ l-ambjent, in-natura u l-benessri ta’ l-annimali u għandu jkun ikkundizzjonat mir-rispett lejn il-leġiżlazzjoni essenzjali dwar l-ambjent u l-benessri ta' l-annimali f’dawn l-oqsma (Konformità Diversifikata (Cross-Compliance)); iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex ma ddgħajjifx id-dispożizzjonijiet eżistenti ta’ konformità diversifikata (cross-complaince) permezz ta’ l-hekk imsejħa simplifikazzjoni, u sabiex teżamina jekk dawn ir-rekwiżiti humiex effettivi, iżda fl-istess waqt jistieden lill-Kummissjoni sabiex tneħħi rekwiżiti u l-piżijiet amministrattivi li m'humiex meħtieġa; jemmem li fl-iskema ta’ konformità diversifikata għandhom jiġu inklużi dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-użu u l-immaniġġjar ta’ l-ilma, il-kwalità ta' l-ilma, u l-emissjonijiet ta’ GHG;

5.   Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni tilfet l-opportunità li titratta b’mod aktar wiesa’ l-problemi marbuta ma’ l-importazzjoni dejjem tiżdied ta’ ikel u għalf li ma jikkorrispondux ma’ l-istandards ta’ l-UE u għalhekk jirriskjaw li jdgħajfu l-kisbiet ta’ l-UE fir-rigward ta’ kundizzjonament għall-għajnuna pubblika fl-oqsma ambjentali, tal-benessri ta’ l-annimali u soċjali; jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri sabiex tirrimedja din is-sitwazzjoni kemm jista’ jkun malajr u sabiex tiżgura l-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali u tas-saħħa tal-Komunità;

6.   Jenfasizza r-relazzjoni qawwija li teżisti bejn l-attività agrikola u l-kwalità u l-kwantità ta’ l-ilma u jisħaq li pressjonijiet mill-agrikultura fuq l-ambjent ta’ l-ilma jeħtieġ li jiġu mmaniġġjati b’mod sostenibbli; jemmen li l-leġiżlazzjoni ambjentali flimkien mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas għandu jkun prinċipju ta’ gwida għall-kisba effettiva ta’objettivi ta’ mmaniġġjar sostenibbli ta’ l-ilma u ta’ dawk ambjentali;

7.   Jirrimarka li fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali 2007-2013, l-iżvilupp rurali (u l-istrument ta’ iffinanzjar tiegħu, l-EARDF) bħala t-tieni pilastru tal-CAP għandu impatt reġjonali importanti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tisfrutta l-possibilitajiet għal implimentazzjoni aktar koerenti fir-rigward tal-programmi fil-politika reġjonali (fondi strutturali) sabiex ikun hemm approċċ integrat fl-oqsma fejn jista’ jkun hemm sinerġija;

8.   Jirrimarka li l-bijodiveristà hija affettwata, maħluqa u mhedda mill-agrikultura; iqis li jinħtieġu sforzi globali, lokali u fuq livell ta’ l-UE, sabiex jitħarsu s-servizzi ekosistemiċi imprezzabbli li tipprovdi l-bijodiversità, jiġifieri l-arja u l-purifikazzjoni ta’ l-ilma, il-pollinazzjoni ta’ l-uċuh tar-raba u l-ħarsien mill-erożjoni;

9.   Jemmen li l-firda ta' għajnuna diretta mill-produzzjoni agrikola tista', fit-tul, tikkontribwixxi għat-tnaqqis ta’ l-impatt ambjentali negattiv ta' l-agrikoltura Ewropea, dejjem sakemm din tkun akkumpanjata minn appoġġ imsaħħaħ tal-prattiki sostenibbli fl-iżvilupp rurali;

10. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta ġabra koerenti ta’ proposti sabiex tistimula l-produzzjoni ta’ agroenerġija sostenibbli li tkun kapaċi tuża l-bijomassa kollha, inkluż permezz ta’ skema ta’ ċertifikazzjoni għal agrofjuwils sostenibbli u rekwiżiti minimi għall-produzzjoni ta’ dawn il-fjuwils, u biex tqis kif jixraq l-potenzjal ta' l-agrofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni li jagħmlu użu minn prodotti residwi ta’ l-agrikultura, bħad-demel;

11. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex trażżan l-istimulazzjoni tal-bijofjuwils, minħabba li l-iżjed li jista' jingħad dwar il-benefiċċji ambjentali ta’ ħafna minn dawn il-fjuwils huwa li huma dubjużi, u billi żieda fil-produzzjoni tal-bijofjuwils fl-UE tista’ twassal għal żieda fil-prezzijiet tal-prodotti ta’ l-ikel u fl-iskarsezza ta’ l-ikel;

12. Jitlob għal rati għola ta’ modulazjoni u tal-pagamenti għal farms li jkunu kwalifikati, kundizzjonati u ta’ natura degressiva (qualified degressive single farm payments) inklużi kriterji ta' modulazjoni ambjentali u soċjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tagħmel aktar fondi disponibbli għal metodi ta’ agrikoltura aktar sostenibbli u għall-politiki ta’ l-iżvilupp rurali; jinsab, imħasseb, madanakollu, dwar it-tendenza attawali fl-Istati Membri li jiffukaw il-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom fuq investimenti fil-biedja; jemmen li l-fondi għall-iżvilupp rurali għandhom primarjament jintużaw għal programmi agroambjentali, miżuri għall-benessri ta’ l-annimali, miżuri tat-tip Leader u approċċi oħrajn aktar integrati lejn ekonomiji rurali sostenibbli;

13. Jinsab imħasseb li t-tneħħija tas-‘serħan’ obbligatorju se tnaqqas iz-zoni agrikoli adatti għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u tal-pajżaġġi; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta leġiżlattiva għall-ħolqien jew il-preservazzjoni ta’ habitats naturali u prattiki estensivi u sostenibbli li jsaħħu l-bijodiversità, speċjalment fl-aktar zoni agrikoli produttivi;

14. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta ġabra koerenti ta’ proposti sabiex tmantni u tiżviluppa l-attività agrikola sostenibbli speċjalment f’zoni anqas favoriti u f'zoni bi żvantaġġi naturali, billi dawn huma ta’ importanza kruċjali għall-ħarsien tal-bijodiversità u l-preservazzjoni ta’ l-ekosistemi;

15. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex iżżid il-miżuri għat-trasferiment tar-riċerka u tat-teknoloġija sabiex, b’mod partikolari, tippromwovi metodi ta’ produzzjoni li jkunu aktar favur l-ambjent u favur l-ekosistemi fl-interess ta' l-agrikultura sostenibbli;

16. Jenfasizza l-importanza ta’ mergħat (grasslands) permanenti għall-ħarsien tal-bjiodiversità agrikola, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tirrimedja l-punti dgħajfa fil-prevenzjoni tal-konverżjoni ta' mergħat u foresti f’art għall-produzzjoni tal-ħxejjex;

17. Jiġbed l-attenzjoni għal proġetti ta’ suċċess madwar l-UE fejn il-koperazzjoni fuq livell lokali u reġjonali bejn il-bdiewa, il-gruppi ambjentali u l-awtoritajiet naqqsu b’suċċess l-impatt ta’ l-agrikultura fuq l-ambjent.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta’ l-adozzjoni

29.1.2008

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Johannes Blokland, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Dorette Corbey, Magor Imre Csibi, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Caroline Jackson, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Urszula Krupa, Linda McAvan, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Guido Sacconi, Daciana Octavia Sârbu, Karin Scheele, Carl Schlyter, Kathy Sinnott, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Marcello Vernola, Anders Wijkman, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Iles Braghetto, Kathalijne Maria Buitenweg, Niels Busk, Antonio De Blasio, Duarte Freitas, Johannes Lebech, Miroslav Mikolášik, Lambert van Nistelrooij, Bart Staes

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

26.2.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

6

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Vincenzo Aita, Peter Baco, Bernadette Bourzai, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Giuseppe Castiglione, Giovanna Corda, Joseph Daul, Albert Deß, Gintaras Didžiokas, Michl Ebner, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Lutz Goepel, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Esther Herranz García, Lily Jacobs, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Vincenzo Lavarra, Stéphane Le Foll, Diamanto Manolakou, Véronique Mathieu, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, James Nicholson, Neil Parish, María Isabel Salinas García, Agnes Schierhuber, Czesław Adam Siekierski, Alyn Smith, Dimitar Stoyanov, Donato Tommaso Veraldi, Janusz Wojciechowski, Andrzej Tomasz Zapałowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Katerina Batzeli, Esther De Lange, Catherine Neris, Maria Petre, Zdzisław Zbigniew Podkański, Struan Stevenson, Kyösti Virrankoski