RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta’ riċerka u żvilupp li għandu l-għan li jappoġġja lill-iSMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp imnedija minn diversi Stati Membri

4.3.2008 - (COM(2007)0514 – C6‑0281/2007 – 2007/0188(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Paul Rübig

Proċedura : 2007/0188(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0064/2008

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta’ riċerka u żvilupp li għandu l-għan li jappoġġja lill-iSMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp imnedija minn diversi Stati Membri

(COM(2007)0514 – C6‑0281/2007 – 2007/0188(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0514),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 169 u 172 (b) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0281/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6‑0064/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 10 a (ġdida)

(10a) L-attivitajiet immirati lejn il-kontribuzzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars jikkonsistu primarjament f’attivitajiet R&D immexxija minn SME ta’ prestazzjoni R&D waħda jew aktar stabbilita fl-Istati Membri li jipparteċipaw u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra. Għal kull proġett, l-iSMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D għandhom jesegwixxu b’mod kollettiv mill-inqas 50% ta’ l-attivitajiet ta’ R&D ġenerali fi ħdan il-proġett.

Ġustifikazzjoni

Wisq SMEs ta’ prestazzjoni R&D huma esklużi b’limitu fiss ta’ kontribuzzjoni ta’ 50% imsemmija fl-artikoli. Bir-referenza tal-mira ta’ 50% fil-premessi, il-Grupp ta’ Livell Għoli huwa mħeġġeġ li jippreferi SMEs b’kontribuzzjoni ta’ mill-inqas 50% iżda għandu jkun permess ukoll li jwettaq eċċezzjonijiet għal aktar SMEs ibbażati fuq is-suq.

Emenda 2

Premessa 19

(19) Il-Komunità ghandu jkollha d-dritt li tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja taghha jekk il-Programm Kongunt Eurostars jigi implimentat b’mod inadegwat, parzjalment jew inkella tardiv, jew f’kaz li l-Istati Membri partecipanti u l-pajjizi partecipanti l-ohra ma jikkontribwixxux jew jikkontribwixxu parzjalment jew fit-tard ghall-finanzjament tal-Programm Kongunt Eurostars, f’konformità mat-termini stabbiliti bi ftehim li ghandu jigi konkluz bejn il-Komunità u l-istruttura specifika ta’ implimentazzjoni.

(19) Il-Komunità għandu jkollha d-dritt li tnaqqas jew iżżomm il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha jekk il-Programm Konġunt Eurostars jiġi implimentat b’mod inadegwat, parzjalment jew inkella tardiv, jew f’każ li l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra ma jikkontribwixxux jew jikkontribwixxu parzjalment jew fit-tard għall-finanzjament tal-Programm Konġunt Eurostars, f’konformità mat-termini stabbiliti bi ftehim li għandu jiġi konkluż bejn il-Komunità u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni.

Emenda 3

Premessa 20

(20) Sabiex il-Programm Kongunt Eurostars jigi implimentat b’mod efficjenti, l-istruttura specifika ta’ implimentazzjoni ghandha tipprovdi appogg finanzjarju lil partijiet terzi partecipanti fil-Programm Kongunt Eurostars li jintghazlu wara sejha ghal proposti.

(20) Sabiex il-Programm Konġunt Eurostars jiġi implimentat b’mod effiċjenti, l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi parteċipanti fil-Programm Konġunt Eurostars li jintgħażlu wara sejħa għal proposti, u li jiġu kklassifikati skond l-ordni li fih tressqu l-proġetti eliġibbli. L-għotja ta' appoġġ finanzjarju bħal dan lil partijiet terzi u l-ħlas tagħha għandhom ikunu trasparenti u mhux burokratiċi.

Emenda 4

Premessa 20 a (ġdida)

(20a) F'każ fejn partijiet terzi li jkunu qed jipparteċipaw fil-Programm u li jingħataw appoġġ finanzjarju jitqegħdu f'ordni ta' prijorità, din l-ordni għandha tkun torbot fir-rigward ta' l-għotja ta' l-iffinanzjar mill-kontribuzzjoni Komunitarja u mill-baġits nazzjonali allokat.

Emenda 5

Premessa 27 a (ġdida)

(27a) Is-sorveljanza ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars għandu jkun effiċjenti mil-lat ta' spiża u ma għandux jimponi piżijiet mhux meħtieġa fuq l-iSMEs li jipparteċipaw fil-Programm. Ir-rekwiżiti imposti għandhom ikunu ċari u relevanti u mfassla b’mod li l-kumpaniji individwali jistgħu b’mod faċli, fuq il-bażi ta’ l-attivitajiet tagħhom, iwieġbu l-mistoqsijiet imressqa lilhom.

Emenda 6

Premessa 27 b (ġdida)

(27b) Il-Kummissjoni għandha toħloq bażi tad-dejta li jkun fiha r-riżultati tal-proġetti u għandha tagħmel mod li dan it-tagħrif ikun disponibbli b'mod kontinwu.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li titwaqqaf bażi tad-dejta Ewropea għar-riċerka u l-innovazzjoni.

Emenda 7

Artikolu 2, punt (e)

(e) l-impenji ta’ l-Istati Membri partecipanti u tal-pajjizi partecipanti l-ohra sabiex jikkontribwixxu ghall-finanzjament tal-Programm Kongunt Eurostars u l-hlas effettiv tal-kontribuzzjoni finanzjarja, b’mod partikolari l-finanzjament tal-partecipanti fil-progetti maghzulin wara s-sejhiet ghall-proposti mnedija taht il-Programm Kongunt Eurostars;

 

(e) l-impenji ta’ l-Istati Membri parteċipanti u tal-pajjiżi parteċipanti l-oħra sabiex jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-Programm Konġunt Eurostars u l-ħlas effettiv tal-kontribuzzjoni finanzjarja, b’mod partikolari l-finanzjament, fil-perjodu speċifikat mill-istruttura speċifika ta' implimentazzjoni, tal-parteċipanti fil-proġetti magħżulin wara s-sejħiet għall-proposti mnedija taħt il-Programm Konġunt Eurostars;

Ġustifikazzjoni

Ladarba l-iSMEs huma milquta ħażin ħafna minn pagamenti li jaslu tard, il-Komunità għandha tevita li l-pagamenti jaslu tard billi ssib skema ta' sorveljanza effiċjenti

Emenda 8

Artikolu 4

L-arrangamenti ghall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità u r-regoli li ghandhom x’jaqsmu mar-responsabbiltà finanzjarja u d-dirttijiet ta’ proprjetà intellettwali kif ukoll ir-regoli dettaljati ghall-ghoti ta’ appogg finanzjarju mill-istruttura specifika ta’ implimentazzjoni lil partijiet terzi ghandhom jigu stabbiliti permezz ta’ ftehim generali li ghandu jigi mitmum bejn il-Kummissjoni, ghan-nom tal-Komunità, u l-istruttura specifika ta’ implimentazzjoni, u l-ftehimiet finanzjarji annwali.

L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità u r-regoli li għandhom x’jaqsmu mar-responsabbiltà finanzjarja u d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali kif ukoll ir-regoli dettaljati għall-għoti ta’ appoġġ finanzjarju mill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni lil partijiet terzi għandhom jiġu stabbiliti, u jekk ikun neċessarju wara evalwazzjoni għandhom jiġu aġġustati, permezz ta’ ftehim ġenerali li għandu jiġi mitmum bejn il-Kummissjoni, għan-nom tal-Komunità, u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni, u l-ftehimiet finanzjarji annwali.

Ġustifikazzjoni

Jekk wara sentejn l-evalwazzjoni turi li hemm il-bżonn, il-ftehim ġenerali għandu jiġi aġġustat.

Emenda 9

Artikolu 9

Il-Kummissjoni ghandha tikkomunika l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti ta’ l-Awdituri. L-Istati Membri partecipanti u l-pajjizi partecipanti l-ohra huma mistiedna jipprezentaw lill-Kummissjoni, permezz ta’ l-istruttura specifika ta’ implimentazzjoni, kwalunkwe taghrif addizzjonali mehtieg mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Qorti ta’ l-Awdituri li jikkoncerna l-gestjoni finanzjarja ta’ l-istruttura specifika ta’ implimentazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti ta’ l-Awdituri. L-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra, meta jintalbu biex jagħmlu dan, għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, permezz ta’ l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni, kwalunkwe tagħrif addizzjonali meħtieġ mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Qorti ta’ l-Awdituri li jikkonċerna l-ġestjoni finanzjarja ta’ l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Jekk il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Qorti ta' l-Awdituri jeħtieġu tagħrif addizzjonali dwar l-immaniġġjar finanzjarju, l-Istati Membri għandhom jipprovdu din l-informazzjoni. Din hija meħtieġa għal evalwazzjoni tal-programm fil-ġejjieni.

Emenda 10

Artikolu 13, paragrafu 2

2. Valutazzjoni interim tal-Programm Kongunt Eurostars ghandha ssir mill-Kummissjoni sentejn wara l-bidu tal-Programm Kongunt Eurostars. Din il-valutazzjoni ghandha tkopri l-kwalità u l-efficjenza ta’ l-implimentazzjoni, inkluz l-integrazzjoni xjentifika, gestjonarja u finanzjarja, tal-Programm Kongunt Eurostars u ghandha taghti spinta ’l quddiem lill-ghanijiet stabbiliti, inkluz ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-mezzi l-aktar xierqa sabiex l-integrazzjoni titjieb aktar. Il-Kummissjoni ghandha tikkomunika l-konkluzjonijiet ta’ dan, flimkien ma’ l-osservazzjonijiet taghha u, fejn xieraq, proposti ghall-adattament ta’ din id-Decizjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Valutazzjoni interim tal-Programm Konġunt Eurostars għandha ssir mill-Kummissjoni sentejn wara l-bidu tal-Programm Konġunt Eurostars. Din il-valutazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta’ l-implimentazzjoni, inkluż l-integrazzjoni xjentifika, ġestjonarja u finanzjarja, tal-Programm Konġunt Eurostars u għandha tagħti spinta ’l quddiem lill-għanijiet stabbiliti, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-mezzi l-aktar xierqa sabiex l-integrazzjoni titjieb aktar. L-evalwazzjoni għandha tevalwa wkoll il-kriterji ta' eliġibilità għall-iSMEs ta' prestazzjoni R&D, b'mod partikolari liema proporzjon ta' żmien u ta' fatturat annwali huwa allokat għall-attivitajiet ta' riċerka. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta’ dan, flimkien ma’ l-osservazzjonijiet tagħha u, fejn xieraq, proposti għall-adattament ta’ din id-Deċiżjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Il-kondizzjonijiet ta' parteċipazzjoni għall-iSMEs li jirreferu għall-ħin iddedikat u għall-investiment fir-riċerka huma stretti ħafna, għaldaqstant huma biss ftit SMEs li jistgħu jipparteċipaw fil-Programm. Għalhekk għandu jkun hemm evalwazzjoni wara sentejn.

Emenda 11

Artikolu 13, paragrafu 2 a (ġdid)

2a. Jekk l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 turi li l-kriterji ta' eliġibilità huma stretti wisq, b'tali mod li ma jiġux aċċettati biżżejjed proposti għall-għoti ta' għotjiet, il-Kummissjoni u l-istruttura speċifika ta' implimentazzjoni għandhom jemendaw il-ftehim ġenerali previst mill-Artikolu 4 sabiex jiġu emendati dawn il-kriterji kif xieraq. Is-simplifikazzjoni ta’ regolament deċiż b’referenza għal piżijiet amministrattivi tal-kumpaniji trid tapplika wkoll fil-kuntatti tal-Kummissjoni mal-partijiet interessati relatati ma' dawn il-kwistjonijiet.

Emenda 12

Anness I, taqsima II Attivitajiet, punt 2

(2) ezegwiti fil-maggor parti taghhom minn SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D, li ghandhom jikkontribwixxu minn ta’ l-inqas ghal 50% ta’ l-ispejjez relatati mar-R&D fi hdan il-progett. Subappaltar minuri jista’ jkun ikkunsidrat, jekk dan ikun mehtieg ghall-progett.

(2) eżegwiti fil-maġġor parti tagħhom minn SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D. Għal kull proġett, l-iSMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D għandhom jesegwixxu b’mod kollettiv parti kbira mill-attivitajiet ta’ R&D ġenerali fi ħdan il-proġett. Subappaltar minuri jista’ jkun ikkunsidrat, jekk dan ikun meħtieġ għall-proġett.

Emenda 13

Anness I, taqsima IV Implimentazzjoni tal-Programm, paragrafu 1 a (ġdid)

L-istruttura ta’ implimentazzjoni dedikata għandha tieħu miżuri xierqa biex tagħti rikonoxximent lill-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-Programm Konġunt Eurostars kemm fil-programm b’mod ġenerali u fi proġetti individwali, inkluż l-użu ta’ lowgo tal-Komunità fil-materjal pubblikat kollu relatat mal-Programm Konġunt Eurostars.

Ġustifikazzjoni

Il-kontribuzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea għandha tkun viżibbli.

Emenda 14

Anness I, taqsima V Mekkaniżmu ta' ffinanzjar, intestatura Iffinanzjar tal-proġetti Eurostars, paragrafu 1 a (ġdid)

 

L-appoġġ finanzjarju għandu jitħallas f'daqqa. Meta ħlas f'daqqa ma jkunx kompatibbli mar-regoli ta' ffinanzjar tal-programmi nazzjonali li jipparteċipaw, perċentwali stabbilita ta' l-ispejjeż diretti tal-proġett ikkonċernat (rata fissa) għandha tkun preferita.

Ġustifikazzjoni

Il-programm Eurostars għandu jaħdem b'mod trasparenti u mhux burokratiku, u dan jista' jinkiseb permezz ta' ħlas f'daqqa jew b'pagament b'rata fissa.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni hija dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-programm konġunt ta' riċerka u żvilupp ta' l-EUROSTARS li fih jieħdu sehem bosta Stati Membri u Pajjiżi Assoċjati skond l-Artikolu 160 tat-Trattat.

Il-programm huwa riżultat ta' inizjattiva mressqa minn EUREKA bl-għan li tappoġġja SMEs li jwettqu attivitajiet ta' riċerka u ta' żvilupp, fit-twettiq ta' riċerka orjentata lejn is-suq fi proġetti transnazzjonali. L-EUROSTARS huwa wieħed mill-erba' inizjattivi ta' l-Artikolu 169 identifikati fil-Programmi Speċifiċi tas-Seba' Programm ta' Qafas.

Hija inizjattiva konġunta bejn 27 pajjiż, in-netwerk EUREKA - li hija inizjattiva intergovernattiva li tappoġġja r-riċerka u l-iżvilupp (R&D) li huma orjentati lejn is-suq u proġetti innovattivi fl-oqsma kollha - u l-Kummissjoni Ewropea, li tipprovdi ffinanzjar għall-iSMEs biex imexxu proġetti internazzjonali ta' riċerka kollaborattiva mmexxija mis-suq. L-iskema tgħaqqad l-immaniġġjar ċentralizzat tal-Programmi ta' Qafas man-netwerk deċentralizzat ta' EUREKA.

22 Stat Membru u 7 pajjiżi assoċjati wiegħdu €300 miljun u l-Kummissjoni Ewropea qed tikkontribwixxi €100 miljun mis-Seba' Programm ta' Qafas.

L-EUROSTARS u s-Seba' Programm ta' Qafas

L-iSMEs għandhom aċċess għal għadd ta' programmi li jaqgħu taħt il-programm ta' Qafas:

· Fil-Programm Speċifiku "Koperazzjoni" SMEs li jwettqu riċerka jistgħu jipparteċipaw f'riċerka kollaborattiva fi kwalunkwe qasam mill-għaxar oqsma tematiċi.

Kull programm ta' qafas jidentifika l-oqsma ta' riċerka ta' interess partikolari għall-iSMEs u jipprovdi miżuri konkreti biex iżidu l-parteċipazzjoni tagħhom. L-għan, fuq rikjesta tal-PE, huwa li jkun possibbli li mill-anqas 15% tal-fondi jmorru għall-iSMEs.

It-tixrid u t-trasferiment ta' l-għarfien huma fatturi importanti f'kull qasam tematiku.

· Fil-Programm Speċifiku "Kapaċitajiet" SMEs li jesternaw ir-riċerka jistgħu jipparteċipaw f'żewġ skemi biex jibnu l-kapaċità ta' riċerka tagħhom u l-għarfien teknoloġiku.

a) Riċerka għall-benefiċċju ta' l-iSMEs, tkopri l-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija u għandha l-għan li tkun komplimentari għall-programmi nazzjonali billi tappoġġja l-koperazzjoni ta' riċerka transnazzjonali u t-trasferiment tat-tekonoloġija.

Huwa offrut appoġġ għal sforzi ta' riċerka, riċerka li tiġi esternata, l-estensjoni tan-netwerks u l-kisba ta' għarfien teknoloġiku dejjem akbar.

b) Riċerka għal assoċjazzjonijiet ta' SMEs: li tappoġġja proġetti kollaborattivi fuq terminu ta' żmien qasir minn bosta SMEs biex jissolvew problemi komuni bħall-konformità ma' l-istandards Ewropej jew ir-rispett tar-rekwiżiti regolatorji, permezz tar-riċerka. Ir-riżultati mbagħad jiġu mqassma lill-membri ta' l-assoċjazzjonijiet ta' l-iSMEs. Fiż-żewġ skemi, il-proġetti huma meħtieġa li jinkludu attivitajiet li jippromwovu l-użu tar-riżultati tar-riċerka. Għandhom ukoll regoli speċjali għad-drittijiet ta' proprjetà u ta' aċċess.

· Fil-Programm Speċifiku 'Persuni': SMEs li jwettqu riċerka jistgħu jipparteċipaw fit-"Toroq u sħubiji bejn l-industrija u l-akkademja". Din l-iskema tippermetti lill-iSMEs li jipparteċipaw fi sħubiji ta' riċerka konġunta appoġġati minn riċerkaturi bl-esperjenza u staff issekondat bejn is-settur pubbliku u dak privat.

· Fl-aħħarnett fil-Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju, fattur ġdid tas-Seba' Programm ta' Qafas, maħsub biex itejjeb l-aċċess għall-finanzjament tad-dejn. Hija pprovduta kontribuzzjoni mill-UE u l-EIB biex tiffinanzja proġetti ta' l-RTD aktar riskjużi. Dan se jżid l-ammont ta' azzjonijiet ta' l-RTD li se jkollhom finanzjament ta' l-EIB, bħal inizjattivi konġunti tat-teknoloġija, proġetti kbar, inklużi l-proġetti EUREKA, infrastrutturi ġodda ta' riċerka u proġetti mmexxija mill-iSMEs, li jgħinu biex jiġu megħluba n-nuqqasijiet tas-suq.

L-EUROSTARS jikkompleta s-Seba' Programm ta' Qafas billi joffri programm 'bottom-up' adattat għall-bżonnijiet ta' l-iSMEs li jwettqu attivitajiet ta' riċerka.

Il-programm konġunt EUROSTARS

Il-Programm Konġunt fi ħsiebu jmur lil hinn minn sempliċi kordinazzjoni ta' programmi nazzjonali sabiex b'hekk jikseb integrazzjoni ta' aspetti xjentifiċi, finanzjarji u ta' mmaniġġjar.

L-integrazzjoni xjentifika timplika proċess komuni ta' evalwazzjoni u għażla ta' proġetti bbażati fuq l-eċċellenza xjentifika u l-impatt ekonomiku. L-integrazzjoni ta' l-immaniġġjar se tinkiseb permezz ta' struttura speċifika ta' implimentazzjoni (is-segretarjat EUREKA) u ta' l-integrazzjoni finanzjarja bl-istabbiliment ta' pjan finanzjarju multi annwali bil-fondi mogħtija mill-pajjiżi parteċipanti u mill-Komunità.

L-EUROSTARS se jiffinanzja proġetti transnazzjonali; li jinvolvu bosta msieħba, fi kwalunkwe qasam tax-xjenza u t-tekonoloġija u mmexxija minn SMEs li jwettqu attivitajiet ta' riċerka u żvilupp iżda miftuħa għal tipi oħra ta' parteċipanti (universitajiet, organizzazzjonijiet ta' riċerka, kumpaniji kbar), għalkemm il-qalba tal-proġett għandha ssir mill-iSME. L-attivitajiet ta' riċerka għandhom ikunu orjentati lejn is-suq u mmirati lejn riżultati kummerċjali fit-terminu qasir sa dak medju.

Implimentazzjoni ta' l-EUROSTARS

Il-programm konġunt se jiġi implimentat permezz ta' strutturi speċifiċi ta' implimentazzjoni li se jaġixxu bħala punt wieħed ta' dħul għall-proposti, imressqa wara kull sejħa annwali għal proposti.

Il-proposti għall-proġetti se jiġu evalwati u magħżula fil-livell ċentrali fuq il-bażi tal-kriterji ta' eliġibilità u evalwazzjoni bl-għajnuna ta' esperti indipendenti. L-ikklassifikar tal-proposti se jsir minn bord internazzjonali ta' evalwazzjoni ta' esperti indipendenti. Il-lista ta' kklassifikar għandha tkun torbot fir-rigward ta' l-allokazzjoni ta' fondi mill-kontribuzzjoni tal-Komunità u minn fondi nazzjonali allokati għall-proġetti EUROSTARS.

Il-parteċipanti fi proġetti magħżula għandhom jiġu ġestiti amministrattivament mill-programmi nazzjonali rispettivi tagħhom.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur huwa kkonċernat bil-kriterji ta' eliġibilità għall-iSMEs fir-rigward tal-perċentwali ta' kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-proġetti kemm f'termini ta' investiment u ħin dedikat u l-perċentwali ta' fatturat annwali li jintefaq f'attivitajiet ta' riċerka. Għalhekk, jipproponi li wara sentejn issir evalwazzjoni ta' dawn il-kriterji u jekk ikun meħtieġ, għandu jkun possibbli li jsir aġġustament ta' dawn il-kriterji.

Tħassib ieħor huwa l-kontribuzzjoni meħtieġa ta' l-iSMEs li jwettqu azzjonijiet ta' riċerka u żvilupp, għall-ispejjeż tal-proġett (mill-anqas 50%) li se jeskludu bosta SMEs ibbażati fis-suq u għalhekk ir-rapporteur jipproponi li din il-perċentwali tinżel għal 25%.

Rigward l-implimentazzjoni, il-programm konġunt EUROSTARS għandu jaħdem b'mod trasparenti u mingħajr burokrazija biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' l-iSMEs. Għalhekk, il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-proġetti għandha tingħata f'daqqa u f'każ li ħlas f'daqqa ma jkunx kompatibbli mal-programmi nazzjonali, għandu jkun hemm ħlas b'rata fissa.

Fl-aħħarnett, ladarba t-twettiq tal-programm EUROSTARS diġà jinsab fi stadju avvanzat, jeżisti qbil ġenerali li r-rapport għandu jiġi ttrattat kemm jista' jkun malajr. Għalhekk, ir-rapporteur se jimmira li l-adozzjoni tar-rapport issir fl-Ewwel Qari fil-plenarja.

IL-PROĊEDURA

Titolu

Appoġġ lill-iSMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp

Referenzi

COM(2007)0514 – C6-0281/2007 – 2007/0188(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.9.2007

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

27.9.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

27.9.2007

CONT

27.9.2007

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

BUDG

14.11.2007

CONT

3.10.2007

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Paul Rübig

9.10.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

24.1.2008

29.1.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

28.2.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Šarūnas Birutis, Jan Březina, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Den Dover, Lena Ek, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Werner Langen, Eugenijus Maldeikis, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Andres Tarand, Britta Thomsen, Catherine Trautmann, Nikolaos Vakalis, Dominique Vlasto

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Danutė Budreikaitė, Avril Doyle, Christian Ehler, Neena Gill, Gunnar Hökmark, Eija-Riitta Korhola, Pierre Pribetich, Bernhard Rapkay, Esko Seppänen, Vladimir Urutchev, Lambert van Nistelrooij