RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilldwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea skond il-punt 26/27/28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod
4.3.2008 - (COM(2008)0014 – C6‑003336/2008 – 2008/2019(ACI))
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Reimer Böge
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea skond il-punt 26/27/28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod
(COM(2008)0014 – C6‑003336/2008 – 2008/2019(ACI))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0014 - C6-0036/2008),
– Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod[1], u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0065/2008),
1. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien ma’ l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-UE dwar l-applikazzjoni tal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod[1], u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea[2],
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (il-"Fond") biex tesprimi s-solidarjetà tagħha fir-rigward tal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn katastrofi.
(2) Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sa l-ammont annwali massimu ta’ EUR 1 biljun.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond.
(4) Ir-Renju Unit ippreżenta talba bil-għan li jimmobilizza l-Fond, li tikkonċerna diżastru kkawżat minn għargħar f'Ġunju u f’Lulju 2007,
JIDDEĊIEDU:
Artikolu 1
Fil-qafas tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2008, għandha tiġi mobilizzata somma ta' EUR 162 387 985 fi krediti ta' impenn u ta' ħlas taħt it-titolu tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea favur ir-Renju Unit fuq il-bażi tal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006. Il-Ftehima Interistituzzjonali tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 1 biljun. Il-Kummissjoni ppreżentat baġit ta’ emenda (AB Nru 1/2008) sabiex fil-baġit ta’ l-2008 jiddaħħlu approprjazzjonijiet speċifiċi għall-impenji u għall-ħlasijiet kif maħsuba fil-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali.
Ir-Renju Unit applika għall-għajnuna mill-Fond, wara l-għargħar li kkawża danni serji f’Ġunju u f’Lulju tas-sena l-oħra. Il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea għal ammont totali ta' EUR 162 387 985, li għandu jkun allokat taħt l-intestatura 3b tal-Qafas Finanzjarju.
Skond il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali, suppost li kellu jsir trijalogu qabel ma ż-żewġ fergħat ta’ l-awtorità baġitarja jagħtu l-kunsens tagħhom għall-mobilizzazzjoni. Minħabba l-urġenza tal-baġit ta’ emenda 1/2008 li minnu tagħmel parti l-proposta għal deċiżjoni, it-trijalogu ma sarx u ġiet segwita proċedura simplifikata, li tippermetti kemm lill-Kunsill kif ukoll lill-Parlament li jadottaw it-test b’mod rapidu.
Qabel l-adozzjoni mill-Kumitat għall-Baġits, sar dibattitu fost il-Membri ta’ dan il-kumitat u r-rappreżentanti kemm tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll ta’ l-amministrazzjoni tar-Renju Unit, sabiex tingħata viżibilità lis-sehem li għandu l-Parlament fil-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà.
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, meta ntalab biex jagħti opinjoni, esprima ruħu favur il-mobilizzazzjoni.
L-ammont tad-danni u l-għajnuna proposta mill-Kummissjoni jistgħu jinġabru kif ġej:
(f'EUR)
|
|
DANNI DIRETTI |
GĦAJNUNA PROPOSTA |
|
|
Ir-Renju Unit, Għargħar Ġunju/Lulju 2007 |
4 612 000 000 |
162 387 985 |
|
|
Total |
4 612 000 000 |
162 387 985 |
|
Ir-Rapporteur jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (28.2.2008)
għall-Kumitat għall-Baġits
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE
(COM(2008)0014 – C6‑0036/2008 – 2008/2019(ACI))
Rapporteur għal opinjoni: Gerardo Galeote
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-Kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali ma jara l-ebda raġuni biex joġġezzjona għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà biex ir-Renju Unit jingħata s-somma ta’ EUR 162 387 985, kif propost mill-Kummissjoni, bi qbil mal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea.
2. Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jaħtaf l-opportunità biex jagħfas lill-Kunsill sabiex jintlaħaq ftehim dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (COM(2005)0108) li naqas milli jagħmel sa minn meta l-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fit-18 ta’ Mejju 2006[1]. Jisħaq il-ħtieġa urġenti biex tiġi adottata din il-leġiżlazzjoni sabiex ikun żgurat li l-UE għandha il-qafas regolatorju u r-riżorsi finanzjarji meħtieġa sabiex tiffaċċja eventwalitajiet multipli u varjati.
3. Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits sabiex jistabilixxi skedi ta’ żmien fil-ġejjieni li jirrispettaw drittijiet oħra tal-Kumitat.
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Sabiex ikun evitat dewmien bla bżonn fl-approvazzjoni ta’ din il-miżura li l-Kumitat għall-Baġits bi ħsiebu jadotta malajr kemm jista’ jkun, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali ma għandu l-ebda oġġezzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà biex ir-Renju Unit jingħata s-somma ta’ EUR 162 387 985, kif propost mill-Kummissjoni Ewropea, u bi qbil mar-regoli stabbiliti fil-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 u fir-Regolament Nru 2012/2002.
Madankollu huwa ċar li l-ħsara mill-għargħar li minħabba fiha r-Renju Unit applika għall-għajnuna saret f'Ġunju u f’Lulju ta' l-2007 filwaqt li l-proposta tal-Kummissjoni għandha d-data tat-18 ta' Jannar - sitt xhur sħaħ wara l-avveniment. Ovvjament, il-verifikazzjoni fattwali ta’ l-ammont ta’ danni finanzjarji mġarrba teħtieġ ftit ta’ żmien u huwa fit-twettiq tad-dmir tagħha li tassigura amministrazzjoni finanzjarja tajba u l-applikazzjoni korretta tar-regoli, li l-Kummissjoni tieħu ż-żmien meħtieġ.
Il-kumitat tagħna huwa ta’ l-opinjoni li huwa daqstant importanti li jkun assigurat li l-kontrol parlamentari ta’ dan it-tip ta’ ħlasijiet isir b’mod korrett, u b'riżultat ta' dan kumitati li jintalbu opinjoni dwar deċiżjonijiet ta' dan it-tip għandhom jingħataw iż-żmien meħtieġ biex iqisu b’mod xieraq il-proposti tal-Kummissjoni.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
|
Data ta’ l-adozzjoni |
27.2.2008 |
||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
47 0 0 |
|
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Alfonso Andria, Emmanouil Angelakas, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Rolf Berend, Jana Bobošíková, Victor Boştinaru, Antonio De Blasio, Petru Filip, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Eugenijus Gentvilas, Pedro Guerreiro, Gábor Harangozó, Marian Harkin, Jim Higgins, Mieczysław Edmund Janowski, Rumiana Jeleva, Tunne Kelam, Evgeni Kirilov, Constanze Angela Krehl, Jamila Madeira, Mario Mantovani, Sérgio Marques, Miroslav Mikolášik, James Nicholson, Lambert van Nistelrooij, Jan Olbrycht, Maria Petre, Markus Pieper, Pierre Pribetich, Wojciech Roszkowski, Grażyna Staniszewska, Catherine Stihler, Dimitar Stoyanov, Margie Sudre, Andrzej Jan Szejna, Oldřich Vlasák |
||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Březina, Den Dover, Emanuel Jardim Fernandes, Zita Pleštinská, Miloslav Ransdorf, László Surján, Iuliu Winkler |
||
|
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Janelly Fourtou, Zdzisław Zbigniew Podkański |
||
- [1] ĠU C 297 E, 7.12.2006, p 331.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
|
Data ta’ l-adozzjoni |
28.2.2008 |
|
|
|
||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
18 0 0 |
||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Richard James Ashworth, Reimer Böge, Herbert Bösch, James Elles, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Catherine Guy-Quint, Ville Itälä, Anne E. Jensen, Vladimír Maňka, Jan Mulder, Margaritis Schinas, Esko Seppänen, László Surján, Gary Titley, Helga Trüpel, Ralf Walter |
|||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Peter Šťastný |
|||||