RAPPORT dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta' sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS)

26.3.2008 - (COM(2007)0480 – C6‑0257/2007 – 2007/0174(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Fiona Hall

Proċedura : 2007/0174(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0077/2008

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta' sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS)

(COM(2007)0480 – C6‑0257/2007 – 2007/0174(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0480),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0257/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6‑0077/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 5

(5) L-introduzzjoni ta' sistemi ġodda li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern u ttejjeb il-kompetizzjoni billi żżid id-disponibbiltà tas-servizzi pan-Ewropej u l-konnettività minn tarf sa ieħor kif ukoll billi tinkoraġġixxi investimenti li jrendu. Is-servizzi MSS jikkostitwixxu pjattaforma innovattiva u alternattiva għal diversi tipi ta' servizzi pan-Ewropej ta' telekomunikazzjonijiet u ta' xandir/multicasting, ikun xi jkun il-lok ta' l-utenti finali, bħal aċċess veloċi għall-internet/intranet, multimedja mobbli u protezzjoni ċivili u għajnuna f'każijiet ta' diżastri. Partikolarment, dawn is-servizzi jistgħu jtejbu l-kopertura ta' żoni rurali fil-Komunità, u b'hekk inaqqsu d-distakk diġitali (fis-sens ġeografiku), u fl-istess ħin jikkontribwixxu għall-kompetittività ta' l-industriji Ewropej tat-teknoloġija ta' l-informatika u komunikazzjoni, b'konsistenza ma' l-għanijiet ta' l-Istrateġija mġedda ta' Lisbona.

(5) L-introduzzjoni ta' sistemi ġodda li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern u ttejjeb il-kompetizzjoni billi żżid id-disponibbiltà tas-servizzi pan-Ewropej u l-konnettività minn tarf sa ieħor kif ukoll billi tinkoraġġixxi investimenti li jrendu. Is-servizzi MSS jikkostitwixxu pjattaforma innovattiva u alternattiva għal diversi tipi ta' servizzi pan-Ewropej ta' telekomunikazzjonijiet u ta' xandir/multicasting, ikun xi jkun il-lok ta' l-utenti finali, bħal aċċess veloċi għall-internet/intranet, multimedja mobbli u protezzjoni ċivili u għajnuna f'każijiet ta' diżastri. Partikolarment, dawn is-servizzi jistgħu jtejbu l-kopertura ta' żoni rurali fil-Komunità, u b'hekk inaqqsu d-distakk diġitali (fis-sens ġeografiku), isaħħu d-diversità kulturali u l-pluraliżmu tal-midja bħala għanijiet importanti ta' l-UE, u fl-istess ħin jikkontribwixxu għall-kompetittività ta' l-industriji Ewropej tat-teknoloġija ta' l-informatika u komunikazzjoni, b'konsistenza ma' l-għanijiet ta' l-Istrateġija mġedda ta' Liżbona.

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi mobbli tat-televiżjoni u l-promozzjoni tad-diversità kulturali u tal-pluraliżmu tal-midja jistgħu jagħtu kontribut importanti biex jintlaħqu l-għanijiet ta' Liżbona. Għal dan il-għan, madankollu, huwa importanti li jinħolqu kundizzjonijiet ta' qafas, inkluża l-promozzjoni tagħhom fil-qasam ta' l-MSS.

L-MSS jista’ jagħmel possibbli diversi tipi ta’ servizzi u mudelli ta’ negozju, li mhux kollha neċessarjament ikunu l-istess fl-Ewropa.

Pereżempju, aktarx li l-kontenut se jvarja madwar l-Ewropa. Is-sett komplut ta’ objettivi ta’ l-UE u ta’ Liżbona għandu jiġi inkluż, u mhux grupp wieħed biss minnhom. Għandu wkoll jiġi ċċarat li l-applikabilità ta’ dawn l-objettivi mhix limitata għaż-żoni rurali.

Fil-fatt, it-taħlita ta’ MSS u l-Komponenti Komplimentari fl-Art tista’ tipprovdi offerta ta’ servizz attraenti ħafna fiż-żoni urbani u suburbani.

Emenda 2

Artikolu 1, paragrafu 1

1. L-għan ta' din id-Deċiżjoni huwa li tinħoloq proċedura Komunitarja għall-għażla komuni ta' l-operaturi ta' sistemi mobbli permezz tas-satellita kif ukoll li jistipula dispożizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni kkoordinata mill-Istati Membri ta' l-operaturi magħżula biex jużaw l-ispektrum tar-radju għat-tħaddim ta' sistemi mobbli permezz tas-satellita, sabiex jitħaffef l-iżvilupp ta' suq intern kompetittiv għas-servizzi mobbli permezz tas-satellita fil-Komunità.

1. L-għan ta' din id-Deċiżjoni huwa li jitħaffef l-iżvilupp ta' suq intern kompetittiv għas-servizzi mobbli permezz tas-satellita fil-Komunità kollha kemm hi u li tkun żgurata kopertura gradwali fl-Istati Membri kollha.

 

Din id-Deċiżjoni toħloq proċedura Komunitarja biss għall-għażla komuni ta’ operaturi ta’ sistemi mobbli bis-satelliti li jużaw il-medda tal-frekwenza ta’ 2 GHz skond id-Deċiżjoni 2007/98/KE, magħmula minn spektrum tar-radju ta’ bejn 1980 u 2010 MHz għal komunikazzjonijiet mid-dinja lejn l-ispazju u ta’ bejn 2170 u 2200 MHz għal komunikazzjonijiet ta’ bejn l-ispazju u d-dinja. Tistipula wkoll dispożizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni koordinata mill-Istati Membri ta’ l-operaturi magħżula biex jużaw l-ispektrum tar-radju assenjat f’din il-medda għall-operat ta’ MSS.

 

Emenda 3

Artikolu 1, paragrafu 5

5. Din id-Deċiżjoni tgħodd għall-medda ta' frekwenza ta' 2 GHz, li għall-komunikazzjonijiet mid-dinja lejn l-ispazju tikkonsisti mill-ispektrum tar-radju 1980-2010 MHz, u 2170-2200 MHz għall-komunikazzjonijiet mill-ispazju lejn id-dinja, b'konformità mad-Deċiżjoni 2007/98/KE.

imħassar

Emenda 4

Artikolu 2, paragrafu 1

1. Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2002/21/KE u fid-Direttiva 2002/20/KE huma validi.

1. Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2002/21/KE, fid-Direttiva 2002/20/KE, fid-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali)1 u fid-Direttiva 89/552/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni2 huma validi.

____________________

1 ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.

2 ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 2007/65/KE (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27).

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi ta' kontenut huma regolati mid-Direttiva dwar is-servizzi awdjoviżivi tal-midja u jikkostitwixxu parti importanti mis-servizzi trażmessi permezz ta' l-MSS. Fl-istess waqt, xi dispożizzjonijiet tal-Qafas Regolatorju eżistenti jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' l-obbligi (pereżempju rigward it-tixrid fid-Direttiva dwar is-servizz universali).

Emenda 5

Artikolu 3, paragrafu 2

2. Il-proċedura għandha timmira li ddaħħal l-użu tal-medda ta' frekwenza ta' 2 GHz mingħajr dewmien żejjed filwaqt li tippermetti li l-applikanti jkollhom opportunità ġusta u bla diskriminazzjoni biex jipparteċipaw fil-proċedura ta' għażla komparattiva.

2. Il-proċedura għandha timmira biss li ddaħħal l-użu tal-medda ta' frekwenza ta' 2 GHz għall-MSS mingħajr dewmien żejjed filwaqt li tiżgura t-trasparenza għall-partijiet terzi interessati u tippermetti li l-applikanti jkollhom opportunità ġusta u bla diskriminazzjoni biex jipparteċipaw fil-proċedura ta' għażla komparattiva.

Emenda 6

Artikolu 3, paragrafu 3

Artikolu 3

Artikolu 3

Proċedura ta' għażla komparattiva

Proċedura ta' għażla komparattiva

3. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2):

3. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2):

(a) il-meded ta' frekwenza;

 

(b) l-ammont ta' spektrum li għandu jiġi allokat lill-applikanti li jintgħażlu;

(b) l-ammont ta' spektrum li għandu jiġi allokat lill-applikanti li jintgħażlu;

(c) ir-rekwiżiti ddettaljati tal-proċedura ta' għażla komparattiva;

 

(d) id-dettalji u d-dokumenti li għandhom jiġu inklużi fl-applikazzjonijiet;

(d) id-dettalji u d-dokumenti li għandhom jiġu inklużi fl-applikazzjonijiet;

 

(e) il-kundizzjonijiet li taħthom tista' tiġi mgħarrfa l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet.

 

Is-sejħa għall-applikazzjonijiet u kwalunkwe rekwiżiti ddettaljati li joħorġu minn dan il-paragrafu ser jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Is-sejħa għall-applikazzjonijiet u kwalunkwe rekwiżiti ddettaljati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3a) ser jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Emenda 7

Artikolu 4, paragrafu 1, punt (b)

(b) l-applikazzjonijiet għandhom jindikaw l-ammont ta' spektrum tar-radju li jintalab u għandhom jinkludu dikjarazzjonijiet u provi li jikkonċernaw l-istadji li huma meħtieġa li jintlaħqu u l-kriterji ta' l-għażla kif ukoll kwalunkwe partikularitajiet u dokumenti oħra.

(b) l-applikazzjonijiet għandhom jindikaw l-ammont ta' spektrum tar-radju li jintalab, li m’għandux ikun aktar minn 15-il MHz mid-dinja lejn l-ispazju u 15-il MHz mill-ispazju lejn id-dinja u għandhom jinkludu dikjarazzjonijiet u provi li jikkonċernaw l-istadji li huma meħtieġa li jintlaħqu u l-kriterji ta' l-għażla kif ukoll kwalunkwe partikularitajiet u dokumenti oħra.

Emenda 8

Artikolu 4, paragrafu 1, punt (ba) ġdid

 

(ba) l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu impenn min-naħa ta’ l-applikant li:

 

(i) l-MSS proposta għandha tipprovdi servizz f’mill-inqas 60% ta’ l-erja ta’ art totali ta’ l-Istati Membri, minn meta jibda s-servizz mobbli permezz tas-satelliti;

 

(ii) is-servizz mobbli permezz tas-satelliti għandu jkun provdut fl-Istati Membri kollha u lil mill-inqas 50% tal-popolazzjoni u jkopri aktar minn 60% ta’ l-erja ta’ art totali ta’ kull Stat Membru saż-żmien stipulat mill-applikant u f’kull każ sa mhux aktar tard minn seba’ snin mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skond l-Artikolu 5(2) jew l-Artikolu 6(3).

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi mirbuħa l-qasma diġitali hu importanti li s-servizzi mobbli permezz tas-satellita jkopru żoni barra miż-żoni urbani ewlenin ta’ l-Istati Membru u jiksbu l-aħjar servizzi possibbli.

Emenda 9

Artikolu 4, paragrafu 1, punt (bb) ġdid

...

(bb) l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu impenn min-naħa ta’ l-applikant li jippermetti lis-sistema mobbli permezz tas-satellita proposta ssir disponibbli għall-protezzjoni ċivili u għas-servizzi ta’ għajnuna f’każ ta’ diżastru jekk u għaż-żmien li dan jiġi mitlub mill-Istat Membru konċernat, kif jistipula l-Artikolu 7(2)(b).

Emenda 10

Artikolu 5, paragrafu 1

1. Fi żmien 40 jum tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tal-lista ta' l-applikanti ammissibbli, il-Kummissjoni għandha teżamina u tiddeċiedi jekk l-applikanti jkunux urew il-livell meħtieġ ta' żvilupp tekniku u kummerċjali tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita rispettivi tagħhom. Din id-deċiżjoni għandha tkun ibbażata fuq jekk intlaħqux għadd ta' stadji meħtieġa li huma elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Dawn l-istadji għandhom jiġu ddefiniti aktar fid-dettall mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2). Matul din il-fażi ta' l-għażla, għandhom jitqiesu l-kredibbiltà u l-vijabbiltà tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita proposti.

1. Fi żmien 40 jum tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tal-lista ta' l-applikanti ammissibbli, il-Kummissjoni għandha teżamina u tiddeċiedi jekk l-applikanti jkunux urew il-livell meħtieġ ta' żvilupp tekniku u kummerċjali tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita rispettivi tagħhom. Din id-deċiżjoni għandha tkun ibbażata fuq it-twettiq sodisfaċenti ta' l-istadji meħtieġa wieħed sa ħamsa li huma stipulati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni Matul din il-fażi ta' l-għażla, għandhom jitqiesu l-kredibbiltà ta’ l-applikanti u l-vijabbiltà tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita proposti.

Ġustifikazzjoni

Il-kandidati li jipprovdu r-rekwiżiti ta’ l-objettivi għandhom jitħallew jipparteċipaw fl-ewwel fażi ta' selezzjoni fuq bażi ġusta u non-diskriminatorja.

L-istadji meħtieġa wieħed sa ħamsa huma l-passi inizjali ta' investiment f'satelliti, għaldaqstant jagħtu lok lill-awtoritajiet pubbliċi sabiex jevalwaw l-impenn reali ta' l-applikanti bi proġetti kredibbli.

Iż-żona inizjali ta’ kopertura tas-servizz tas-sistemi mobbli bis-satellita li huma proposti għandha tiġi stipulata fuq livell suffiċjenti, b’hekk issaħħaħ il-kapaċità ta’ kopertura ta’ dawn is-sistemi, filwaqt li tiżgura li l-pass inizjali ma jissugrax li jiskoraġġixxi lill-investimenti meħtieġa minn operaturi kandidati li japplikaw.

Emenda 11

Artikolu 6, paragrafu 1, parti introduttorja

1. Jekk id-domanda totali għall-ispektrum tar-radju mitlub mill-applikanti eliġibbli indikat fl-ewwel fażi ta' l-għażla tkun akbar mill-ammont ta' spektrum tar-radju disponibbli, kif identifikat mill-Artikolu 3(3), il-Kummissjoni għandha tagħżel l-applikanti eliġibbli skond dawn il-kriterji:

1. Jekk id-domanda totali għall-ispektrum tar-radju mitlub mill-applikanti eliġibbli indikat fl-ewwel fażi ta' l-għażla tkun akbar mill-ammont ta' spektrum tar-radju disponibbli, kif identifikat mill-Artikolu 3(3), il-Kummissjoni għandha tagħżel l-applikanti eliġibbli skond dawn il-kriterji peżati (weighted):

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji għandhom ikunu peżati skond l-importanza relattiva tagħhom.

Emenda 12

Artikolu 6, paragrafu 1, punt (a)

(a) il-vantaġġi li joffru għall-kompetittività u l-benefiċċji għall-konsumaturi;

(a) il-vantaġġi li joffru għall-kompetittività u għall-konsumaturi (peżatura ta’ 20%):

 

Dan il-kriterju jirrigwarda l-benefiċċji għall-konsumatur u għall-kompetittività li tipprovdi s-sistema proposta mill-applikant. Il-kriterju jikkonsisti f’żewġ sotto-kriterji:

 

(i) l-għadd ta’ utenti finali u l-firxa ta’ servizzi provduti;

 

(ii) id-data tal-bidu tas-servizzi kummerċjali;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tispeċifika l-kriterju.

Emenda 13

Artikolu 6, paragrafu 1, punt (b)

(b) l-effiċjenza ta' l-ispektrum;

(b) l-effiċjenza ta' l-ispektrum (peżatura ta’ 10%):

 

Il-kriterju jirrigwarda l-kapaċità globali tad-data stream.

Emenda 14

Artikolu 6 paragrafu 1, ittra (c)

(c) il-kopertura ġeografika pan-Ewropea;

(c) il-kopertura ġeografika pan-Ewropea (peżatura ta’ 40%):

 

Il-kriterju jirrigwarda l-erja ġeografika li tiġi provduta b’servizzi permezz tas-sistema proposta mill-applikant. Il-kriterju jikkonsisti fi tliet sotto-kriterji:

 

(i) in-numru ta’ Stati Membri li fihom mill-inqas 50% tal-popolazzjoni tkun fiż-żona tas-servizz sad-data ta’ meta jibda s-servizz kontinwu;

 

(ii) il-grad ta’ kopertura ġeografika (degree of geographical coverage - DGC ) ta' l-erja totali ta’ l-art ta’ l-Istati Membri li jkunu jinsabu fl-Ewropa fiż-żmien meta jibdew is-servizzi kontinwi;

 

(iii) iż-żmien stipulat mill-applikant meta s-servizz mobbli permezz tas-satelliti jkun disponibbli fl-Istati Membri kollha u f’mill-inqas 50% tal-popolazzjoni u f’mill-inqas 60% ta’ l-erja ta’ art totali ta’ kull Stat Membru.

Emenda 15

Artikolu 6, paragrafu 1, punt (d)

(d) l-għanijiet tal-politika pubblika.

(d) l-għanijiet tal-politika pubblika (peżatura ta’ 30%):.

 

Dan il-kriterju jirrigwarda l-grad ta’ kontribut li tagħti s-sistema proposta mill-applikant biex jintlaħqu ċerti objettivi tal-politika pubblika li ma jkunux indirizzati mill-kriterji msemmija fil-punti (a) sa (c). Il-kriterju jikkonsisti fi tliet sotto-kriterji:

 

(i) il-provvista ta’ servizzi vitali ta’ interess pubbliku (bħall-protezzjoni pubblika u l-għajnuna ta’ emerġenza f’każ ta’ diżastru) li jikkontribwixxu għall-ħarsien tas-saħħa, tas-sikurezza jew tas-sigurtà taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni;

 

(ii) l-integrità u s-sigurtà tas-servizzi proposti fis-sistema;

 

(iii) il-ħila tas-sistema proposta li ċċekken il-qasma diġitali bejn ir-reġjuni.

Emenda 16

Artikolu 6, paragrafu 2

2. Ir-rekwiżiti ddettaljati għal kull kriterju ta' għażla għandhom jiġu ddefiniti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2). Matul din il-fażi ta' l-għażla, għandhom jitqiesu l-kredibbiltà u l-vijabbiltà tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita proposti.

2. Aktar dettalji dwar kull kriterju ta' għażla msemmi f’paragrafu 1 għandhom jiġu ddefiniti mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3a). Matul din il-fażi ta' l-għażla, għandhom jitqiesu l-kredibbiltà u l-vijabbiltà tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita proposti.

Ġustifikazzjoni

Komitoloġija bħal fil-każ ta’ l-emenda ta’ Artikolu 3, paragrafu 3, l-ewwel sottoparagrafu.

Emenda 17

Artikolu 6, paragrafu 3 a (ġdid)

 

(3a) Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fi żmien xahar.

Emenda 18

Artikolu 7, paragrafu 1

1. L-Istati Membri li jkunu ser jiġu koperti mis-sistema ta' l-applikant magħżul għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jagħtu lil dan l-applikant kwalunkwe dritt għall-użu tal-frekwenza tar-radju speċifika identifikata fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skond l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 6(3) u kwalunkwe awtorizzazzjoni neċessarja għat-tħaddim ta' sistema mobbli permezz tas-satellita. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-limitu ta' żmien li fih għandhom jingħataw id-drittijiet u l-awtorizzazzjonijiet.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jagħtu lill-applikanti magħżula, skond iż-żmien stipulat mill-applikanti skond l-Artikolu 4(1)(ba)(i), skond il-liġi Komunitarja u skond il-liġi nazzjonali, kwalunkwe dritt għall-użu tal-frekwenza tar-radju speċifika identifikata fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skond l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 6(3) u kwalunkwe awtorizzazzjoni neċessarja għat-tħaddim ta' sistema mobbli permezz tas-satellita proposta.

Emenda 19

Artikolu 7, paragrafu 2, punt (b)

(b) l-applikanti għandhom jilħqu l-istadji meħtieġa minnhom u indikati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni sad-dati ta' skadenza definiti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2);

(b) l-applikanti għandhom jilħqu l-istadji meħtieġa sitta sa disgħa stipulati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni fi żmien 22 xahar mid-deċiżjoni dwar l-għażla ta’ l-applikanti skond l-Artikolu 6 (3);

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tispeċifika skadenza għall-ikkompletar tad-disa’ stadji kollha biex iżżid iċ-ċarezza u ċ-ċertezza.

Emenda 20

Artikolu 7 paragrafu 2, punt (c)

(c) l-applikanti magħżula skond l-Artikolu 5(2) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi relatati mal-vantaġġi li joffru għall-kompetittività u l-benefiċċji għall-konsumaturi, l-effiċjenza ta' l-ispektrum, il-kopertura pan-Ewropea, u l-għanijiet ta' interess ġenerali kif definiti aktar fid-detall mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2);

imħassar

Emenda 21

Artikolu 7, paragrafu 2, punt (c a) (ġdid)

 

(ca) l-applikanti għandhom jonoraw kwalunkwe impenn meħud fl-applikazzjonijiet tagħhom jew waqt il-proċedura ta’ għażla komparattiva, irrispettivament minn jekk id-domanda kollha għall-ispektrum tar-radju tkunx ikbar mill-ammont disponibbli;

Ġustifikazzjoni

L-applikanti li jirnexxu fl-ewwel fażi ta’ l-għażla jridu jintrabtu ma’ l-impenji offruti f’din il-fażi.

Emenda 22

Artikolu 7, paragrafu 2, punt (e)

(e) l-applikanti għandhom jirrispettaw kwalunkwe impenn li jkunu daħlu għalih fiż-żmien tal-proċedura ta' l-għażla komparattiva;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-punt ġie kopert permezz ta’ l-emenda għall-Artikolu 7, paragrafu 2, punt (ca) (ġdid).

Emenda 23

Artikolu 7, paragrafu 2, punt (f)

(f) id-drittijiet għall-użu u l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw għal tul ta' żmien definit mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).

(f) id-drittijiet għall-użu u l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw għal perjodu ta’ ħmistax-il sena.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tispeċifika t-tul ta’ żmien ta’ l-awtorizzazzjoni u b’hekk iżżid iċ-ċarezza u ċ-ċertezza.

Emenda 24

Artikolu 7, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. L-Istati Membri jistgħu, skond id-Deċiżjoni 2007/98/KE, jagħtu drittijiet għall-użu ta’ sotto-meded ta’ frekwenza speċifiċi għal tul ta’ żmien speċifiku u sakemm ikunu baqgħu barra miż-żona tas-servizz ta’ l-applikanti magħżula.

Ġustifikazzjoni

Sakemm parti mill-ispektrum ma jintużax mill-applikanti magħżula fi Stat Membru partikulari, dan ta’ l-aħħar għandu jkun f’pożizzjoni li jtejjeb l-użu ta’ l-ispektrum billi jippermetti s-servizzi lil kandidati oħra.

Emenda 25

Artikolu 7, paragrafu 2 b (ġdid)

 

2b. L-Istati Membri jistgħu, skond il-liġi Komunitarja u b’mod partikulari skond id-Direttiva 2002/20/KE, jimponu obbligi raġonevoli fuq il-protezzjoni ċivili u s-servizzi ta’ għajnuna ta’ emerġenza f’każ ta’ diżastri b’konnessjoni ma’ l-użu tagħhom ta’ MSS li jkun jagħmel parti mill-ġuriżdizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali taħhom. Dawn l-obbligi għandhom ikunu imposti biss fejn ikunu meħtieġa biex jintlaħqu għanijiet ta’ interess pubbliku definiti b’mod ċar u għandhom ikunu proporzjonati, trasparenti u suġġetti għal reviżjoni perjodika.

Emenda 26

Artikolu 8, paragrafu 3, punt (d)

(d) id-drittijiet għall-użu u l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw għal tul ta' żmien definit mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).

(d) id-drittijiet għall-użu u l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw għal perjodu ta' żmien li ma jtulx aktar minn l-iskadenza ta’ l-awtorizzazzjoni tas-sistema mobbli permezz tas-satelliti assoċjata.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tispeċifika t-tul ta’ żmien ta’ l-awtorizzazzjoni u b’hekk iżżid iċ-ċarezza u ċ-ċertezza.

Emenda 27

Artikolu 9, paragrafu 3

3. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2), kwalunkwe metodi ta' proċedura kkoordinati xierqa għall-monitoraġġ u/jew ta' infurzar, inkluż is-sospensjoni jew revoka kkoordinata ta' awtorizzazzjonijiet, b'mod partikolari fil-każijiet ta' ksur tal-kundizzjonijiet komuni previsti fl-Artikolu7(2).

3. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3a), kwalunkwe metodi ta' proċedura kkoordinati xierqa għall-monitoraġġ u/jew ta' infurzar, inkluża s-sospensjoni jew revoka kkoordinata ta' awtorizzazzjonijiet, b'mod partikolari fil-każijiet ta' ksur tal-kundizzjonijiet komuni previsti fl-Artikolu 7(2).

Ġustifikazzjoni

Komitoloġija bħal fil-każ ta’ Emenda 2.

Emenda 28

Artikolu 9, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-kompatibilità mal-liġi tal-kompetizzjoni Komunitarja u jekk ikun meħtieġ, tieħu l-miżuri xierqa ta’ infurzar dwar kwalunkwe proposta ta’ merger ta’ l-applikanti jew ta’ takeover ta’ applikant minn applikant ieħor fejn dan ikun se jirriżulta fl-allokazzjoni ta’ aktar minn 15MHz mid-dinja għall-ispazju u ta’ 15MHz mill-ispazju għad-dinja għall-operatur li jkun għamel merger jew takeover.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi promossa l-kompetizzjoni għandhom jingħażlu u jinżammu diversi operaturi. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga kwalunkwe mergers jew takeovers sussegwenti bejn l-applikanti wara li tkun ngħatat l-awtorizzazzjoni. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tirtira l-awtorizzazzjoni jekk merger jew takeover ikun anti-kompetittiv. B'hekk jiġi evitat li applikant wieħed isir l-operatur waħdieni ta' MSS. Din l-emenda hi konformi ma' l-Emenda 4 tar-Rapporteur.

Emenda 29

Artikolu 10, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u (5)(b), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

 

Il-limiti ta' żmien stipulati fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999 468/KE għandhom ikunu ta’ xahar.

Ġustifikazzjoni

Il-proċedura regulatorja bi skrutinju għandha tiġi segwita għall-adozzjoni ta’ miżuri b’kamp ta’ applikazzjoni ġenerali li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ l-istrument bażiku billi jżidu miegħu elementi ġodda mhux essenzjali. L-iskrutinju għandu jiqsar għal xahar għal raġunijiet ta’ effiċjenza.

Emenda 30

Anness, punt 1

1. Is-sottomissjoni ta' talba għall-koordinazzjoni lill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU)

1. Is-sottomissjoni ta' talba għall-koordinazzjoni lill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU)

 

L-applikant għandu jipprovdi evidenza ċara li l-amministrazzjoni responsabbli għal sistema ta’ MSS tkun ippreżentat it-tagħrif relevanti ta’ Regolamenti tar-Radju (Radio Regulations - RR) ta' l-ITU, Anness 4.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tispeċifika l-istadju meħtieġ.

Emenda 31

Anness, punt 2

2. Il-manifattura tas-satelliti

2. Il-manifattura tas-satelliti

 

L-applikant għandu jipprovdi evidenza ċara ta’ ftehim li jorbot dwar il-manifattura tas-satelliti tiegħu. Id-dokument għandu jidentifika l-istadji tal-bini li jwasslu għat-tlestija tal-manifattura tas-satelliti meħtieġa għall-provvista tas-servizz kummerċjali. Id-dokument għandu jiġi ffirmat mill-applikant u mill-kumpanija li timmanifattura s-satelliti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tispeċifika l-istadju meħtieġ.

Emenda 32

Anness, punt 3

3. It-tlestija ta' l-Eżaminazzjoni Kritika tad-Disinn

5. It-tlestija ta' l-Eżaminazzjoni Kritika tad-Disinn

 

L-Eżaminazzjoni Kritika tad-Disinn hi l-fażi fil-proċess ta’ l-implimentazzjoni ta’ vetturi spazjali li fiha tispiċċa l-fażi tad-disinn u ta’ l-iżvilupp, u tibda l-fażi tal-manifattura.

 

L-applikant għandu jipprovdi evidenza ċara tat-tlestija, sa mhux aktar tard minn 80 jum wara s-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni, ta’ l-Eżaminazzjoni Kritika tad-Disinn skond l-istadji tal-kostruzzjoni indikati fil-ftehim dwar il-manifattura tas-satelliti. Id-dokument relevanti għandu jiġi ffirmat mill-kumpanija li timmanifattura s-satelliti, u għandu jindika d-data tat-tlestija ta’ l-Eżaminazzjoni Kritika tad-Disinn.

Emenda 33

Anness, punt 4

4. Il-ftehim dwar it-tnedija tas-satelliti

3. Il-ftehim dwar it-tnedija tas-satelliti

 

L-applikant għandu jipprovdi evidenza ċara ta’ ftehim li jorbot li jniedi n-numru minimu ta’ satelliti meħtieġ sabiex jipprovdi servizz kontinwu fit-territorji ta’ l-Istati Membri. Id-dokument għandu jagħti d-dati tat-tnedija u s-servizzi tat-tnedija, kif ukoll it-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali relatati ma’ indennizz. Id-dokument għandu jiġi ffirmat mill-applikant u mill-kumpanija li tniedi s-satelliti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tispeċifika l-istadju.

Emenda 34

Anness, punt 5

5. Stazzjonijiet Gateway terrestri

4. Stazzjonijiet Gateway terrestri

 

L-applikant għandu jipprovdi evidenza ċara ta’ ftehim li jorbot dwar il-kostruzzjoni u dwar l-istallazzjoni ta' Stazzjonijiet Gateway Terrestri li jkunu se jintużaw biex jipprovdu MSS fi ħdan it-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tispeċifika l-istadju.

Emenda 35

Anness, punt 6

6. It-tlaqqigħ ta' satelliti

6. It-tlaqqigħ ta' satelliti

 

It-tlaqqigħ hi l-fażi fil-proċess ta’ l-implimentazzjoni ta’ vetturi spazjali li fiha l-Modulu tal-Komunikazzjoni (CM) jiġi integrat mal-Modulu tas-Servizz (SM).

 

L-applikant għandu jipprovdi evidenza ċara li l-Eżaminazzjoni ta’ l-Istat ta’ Tħejjija għall-Ittestjar (Test Readiness Review) għal tlaqqigħ ta’ SM/CM ikun sar skond l-istadji tal-kostruzzjoni indikati fil-ftehim tal-manifattura tas-satelliti. Id-dokument relevanti għandu jiġi ffirmat mill-kumpanija li timmanifattura s-satelliti, u għandu jindika d-data tat-tlestija tat-tlaqqigħ tas-satelliti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tispeċifika l-istadju.

Emenda 36

Anness, punt 7

7. It-tnedija tas-satelliti

7. It-tnedija tas-satelliti

 

L-applikant għandu jipprovdi evidenza ċara tat-tnedija b’suċċess u l-użu fl-orbita tan-numru ta’ satelliti meħtieġa għall-provvista tas-servizz fit-territorji ta’ l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tispeċifika l-istadju.

Emenda 37

Anness, punt 8

8. Il-koordinazzjoni tal-frekwenzi

8. Il-koordinazzjoni tal-frekwenzi

 

L-applikant għandu jipprovdi evidenza ċara relatata mal-koordinazzjoni b’suċċess tal-frekwenzi tas-sistema fir-rigward ta’ sistemi oħra ta’ MSS, skond id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolamenti dwar ir-Radju. Madankollu, sistema li turi li hija konformi ma’ l-istadji meħtieġa kollha bejn 1 u 7 ma tkunx obbligata turi f’din il-fażi t-tlestija ta’ koordinazzjoni b’suċċess tal-frekwenzi ma’ dawk is-sistemi mobbli permezz tas-satelliti li jonqsu milli jikkonformaw b’mod xieraq u raġonevoli ma’ l-istadji meħtieġa 1 sa 7.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tispeċifika l-istadju meħtieġ.

Emenda 38

Anness, punt 9

9. Il-forniment ta' servizzi permezz tas-satellita fit-territorji ta' Stati Membri ta' l-UE

9. Il-forniment ta' servizzi permezz tas-satellita fit-territorji ta' Stati Membri ta' l-UE

 

L-applikant għandu jipprovdi evidenza ċara li jkun qiegħed b’mod effettiv jipprovdi s-servizzi mobbli kummerċjali permezz tas-satelliti fit-territorji ta’ l-Istati Membri billi juża n-numru ta’ satelliti li jkun identifika qabel fi stadju 3.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tispeċifika l-istadju meħtieġ.

NOTA SPJEGATTIVA

Is-servizzi mobbli permezz tas-satelliti (MSS) jipprovdu telekomunikazzjoni bejn l-istazzjonijiet spazjali (satelliti) u stazzjonijiet mobbli terrestri, jew b’mod dirett jew inkella permezz ta’ komponenti terrestri kumplimentari (complementary ground components - CGC) fissi. L-MSS ilhom jeżistu sa mis-snin sebgħin għall-komunikazzjoni għall-emerġenzi, għal sitwazzjonijiet ta’ periklu u għas-sikurezza, b’mod speċjali għall-bastimenti u għall-inġenji ta’ l-ajru, minħabba li fil-baħar u fl-ajru, huwa faċli li tiġi ffissata pożizzjoni minn fejn l-istazzjonijiet ikunu jistgħu jikkomunikaw lil xulxin. L-ewwel tipi ta’ MSS kienu limitati għal komunikazzjonijiet b’veloċità baxxa tal-vuċi, tal-fax u tad-dejta, iżda f’dawn l-aħħar għaxar snin il-ħiliet u l-kapaċitajiet tas-sistemi kibru u saru jinkludu l-multimidja fiż-żewġ direzzjonijiet, ġbir ta’ aħbarijiet permezz tas-satelliti u aċċess għall-internet broad band. Żviluppi riċenti jinkludu l-użu ta’ sistemi ta’ MSS biex jipprovdu l-“backhaul” mill-inġenji ta’ l-ajru lejn l-art b’appoġġ għal komunikazzjonijiet mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (mobile communications on aircraft - MCA).

Fuq l-art, ħafna nħawi batew minn tfixkil fil-komunikazzjoni MSS minħabba l-preżenza ta’ siġar u bini, b’mod partikulari f’latitudnijiet għolja fejn is-satellita taf tidher pjuttost fil-baxx fis-sema, u għaldaqstant aktar vulnerabbli li tiġi mxekkla. Din il-problema tista’ tissolva permezz tal-ħolqien ta’ netwerk ta’ CGCs, li jirrepetu s-sinjali li jiġu trażmessi permezz tas-satelliti. Dan it-tip ta’ sistema ta’ CGC’s, li jistgħu jiġu stabbiliti b’mod sempliċi billi jiġi modifikat it-tagħmir 2G/3G eżistenti, tiftaħ il-possibilità ta' firxa usa' ta' MSS, inkluż it-televiżjoni mobbli.

Fuq il-bażi ta’ deċiżjoni ta’ l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet (International Telecommunications Union - ITU) li allokat il-meded tal-frekwenzi tar-radju fir-reġjun ta’ 2GHz (1980 -2010 MHz mid-dinja lejn l-ispazju u 2170-2200MHz mill-ispazju lejn id-dinja) għall-użu permezz ta’ sistemi li jipprovdu MSS, il-Kummissjoni Ewropea adottat, fi Frar 2007, Deċiżjoni li l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli dawn il-meded ta’ frekwenza għal approċċ armonizzat għall-MSS. L-Istati Membri qablu li jċedu d-drittijiet nazzjonali tagħhom dwar l-allokazzjoni ta’ l-ispektrum minħabba li l-MSS iħallu marka (footprint) satellitari kbir, li jagħmilha diffiċli li tiġi evitata l-interferenza fost il-fruntieri nazzjonali. Barra minn hekk, strateġija armonizzata għall-MSS tevita l-frammentazzjoni tas-suq intern, u joħloq il-possibilità li t-teknoloġija Ewropea ssir kompetittivà b’mod globali, fl-ispirtu ta’ l-aġenda ta’ Liżbona. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ Frar 2007 madankollu għarfet li l-Istati Membri kienu se jżommu d-dritt li jagħtu awtorizzazzjoni għall-operat ta’ CGC fit-territorji tagħhom.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ Frar 2007 stabbiliet li għandu jkun hemm approċċ armonizzat għall-MSS, iżda ma stipulatx kif għandhom jiġu magħżula u awtorizzati l-operaturi ta’ l-MSS ta’ l-UE. Minħabba li għad m’hemmx mekkaniżmu li diġà jeżisti għat-twettaq ta’ dan it-tip ta’ proċess ta’ għażla u awtorizzazzjoni, tinħtieġ Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Parlament skond Artikolu 95 tat-Trattat. Id-Deċiżjoni dwar l-MSS hi speċifika u sui generis. Huwa tajjeb li l-għażla u l-awtorizzazzjoni tas-sistemi ta' l-MSS qed jiġu trattati b'mod totalment separat mill-pakkett tat-Telekomunikazzjonijiet, li ser jagħmel riforma wiesgħa u ġeneralizzata tal-ġestjoni ta’ l-ispektrum ibbażata fuq il-prinċipji tan-newtralità tas-servizz u tat-teknoloġija. B’kuntrast għal dan, id-Deċiżjoni attwali tinvolvi l-pass eżekuttivi ta’ l-għażla u ta’ l-awtorizzazzjoni tas-sistemi, wara li tkun saret deċiżjoni armonizzata dwar l-użu tal-meded tal-frekwenza 2GHz għall-iskop partikulari ta’ MSS.

Ir-rapporteur tilqa’ bi pjaċir il-proposta tal-Kummissjoni, u b’mod ġenerali taqbel magħha. L-emendi li qed tipproponi r-rapporteur huma riżultat ta' tħassib li ċerti elementi ta' l-għażla u ta' l-awtorizzazzjoni huma ta' natura politika aktar milli ta' natura purament teknika, u għaldaqstant m'għandhomx jiġu deċiżi permezz ta’ sempliċi komitoloġija.

Fir-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-14 ta’ Frar 2007 bit-titlu “Lejn Politika Ewropea għall-Ispektrum tar-Radju” il-Parlament Ewropew għamel ċar l-impenn tiegħu lejn is-servizz ta’ interess pubbliku u ġenerali, u enfasizza l-importanza tat-tixrid tal-broadband u tal- komunikazzjonijiet mobbli f’reġjuni rurali u anqas żviluppati. Ir-rapporteur għaldaqstant ħadmet biex fit-test tad-Deċiżjoni tagħmel ċar l-enfasi u l-piż li qed isiru fuq, pereżempju, is-servizz ta’ interess ġenerali u l-kopertura ġeografika pan-Ewropea. Barra minn hekk, ir-rapporteur tipproponi li fejn hi proposta l-komitoloġija biex tiżdied mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-deċiżjoni, għandha tkun proċess ta’ komitoloġija bi skrutinju bi skadenza limitata għal xahar wieħed għal raġunijiet ta’ effiċjenza.

Din id-Deċiżjoni toffri opportunità unika għall-fornituri Ewropej ta’ l-MSS sabiex isiru mexxejja dinjija f’suq globali li qed isir dejjem aktar kompetittiv, iżda din l-opportunità ser tintilef jekk il-proċess ta’ l-għażla u ta’ l-awtorizzazzjoni tas-sistemi ta’ MSS ma jiġux deċiżi b’mod immedjat. Fl-interessi taċ-ċittadini Ewropej u l-industrija Ewropea, ir-rapporteur tittama li l-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill se jaħdmu flimkien mill-qrib sabiex jiksbu ftehim bikri u fl-ewwel qari.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (10.3.2008)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il- proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta' sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS)
(COM(2007)0480 – C6‑0257/2007 – 2007/0174(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Ruth Hieronymi

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni dwar deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Parlament "dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta' sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) huwa li jinħoloq mill-aktar fis possibbli suq intern komuni madwar l-UE għal servizzi bħal dawn. Is-servizzi mobbli permezz tas-satellita għandhom jagħtu kontribut għat-twettiq ta' l-għanijiet ta' Liżbona u jippromwovu l-innovazjoni u l-flessibilità u b'dan il-mod itejbu l-aċċess għall-broadband madwar l-UE kollha u l-għażla tas-servizzi għall-konsumaturi.

Ir-rapporteur tappoġġja bħala prinċipju l-għan tal-proposta tal-Kummissjoni iżda tqis problematiku l-mument tal-proċedura peress li bis-servizzi mobbli permezz tas-satellita tiġi adottata regolazzjoni speċjali qabel ma ssir ir-reviżjoni tal-pakkett tat-telekommunkazzjoni u tal-politika dwar il-frekwenzi.

Id-deċiżjoni dwar is-servizzi mobbli permezz tas-satellita għandha tiġi adottata bħala arranġament eċċezzjonali u m'għandhiex tikkostitwixxi preċedent. Din l-eċċezzjoni tista' tkun ġustifikata biss jekk tillimita ruħha għall-proċedura mibdija mill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-operaturi ta' sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita bl-objettiv li jkopru l-broadband madwar l-Ewropa kollha. Id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-frekwenzi għas-servizzi individwali tibqa' fil-kompetenza ta' l-Istati Membri fuq il-bażi ta' kundizzjonijiet ta' qafas uniformi inkluża d-direttiva dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżivi skond ir-regoli li sa issa huma fis-seħħ. Ir-rapporteur, barra minn hekk, fir-rigward ta' l-allokazzjoni tal-frekwenzi, tirreferi għall-importanza ta' diversi mudelli ta' liċenzjar għat-tipi differenti ta' servizzi mobbli u l-importanza tagħhom għad-diversità kulturali u għall-pluraliżmu tal-midja. Hija titlob għall-konformità mal-liġijiet nazzjonali dwar il-midja f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-allokazzjoni ta' l-ispektrum għall-komponenti terrestri u li jsir rapport dwar aktar żvilupp ta' l-MSS.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 2

Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu Nru 2006/2212 "Lejn Politika Ewropea ghall-Ispektrum tar-Radju" ta' l-14 ta' Frar 2007, emfasizza l-importanza tal-komunikazzjonijiet għar-reġjuni rurali u anqas żviluppati, li għalihom, it-tixrid tal-broadband, ta' komunikazzjonijiet mobbli fi frekwenzi baxxi u t-teknologiji wireless ġodda jistgħu joffru soluzzjonijiet effiċjenti biex tinkiseb il-kopertura universali tas-27 Stati Membri ta' l-UE, bil-mira li jintlaħaq żvilupp sostenibbli fiz-zoni kollha. Il-Parlament Ewropew innota wkoll li s-sistemi ta' l-Istati Membri għall-allokazzjoni u użu ta' l-ispektrum ivarjaw ħafna bejniethom u li dawn id-differenzi jirrappreżentaw ostakoli serji għall-kisba ta' suq waħdieni li jiffunzjona sew.

Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu Nru 2006/2212 "Lejn Politika Ewropea ghall-Ispektrum tar-Radju" ta' l-14 ta' Frar 2007, emfasizza l-importanza tal-komunikazzjonijiet għar-reġjuni rurali u anqas żviluppati, li għalihom, it-tixrid tal-broadband, ta' komunikazzjonijiet mobbli fi frekwenzi baxxi u t-teknologiji wireless ġodda jistgħu joffru soluzzjonijiet effiċjenti biex tinkiseb il-kopertura universali tas-27 Stati Membri ta' l-UE, bil-mira li jintlaħaq żvilupp sostenibbli fiz-zoni kollha. Il-Parlament Ewropew jirriffjuta mudell tas-suq unilaterali għall-allokazzjoni ta' frekwenzi, madankollu jistieden sabiex ikun hemm sistema li tippermetti mudelli differenti ta' liċenzjar, fejn il-prinċipju li jiggwida jkun l-akbar kopertura possibbli ta' l-aktar nies possibbli.

Emenda 2

Premessa 3 a (ġdida)

(3a) Mill-perspettiva tar-regolazzjoni, id-definizzjoni legali ta' MSS qabel ir-reviżjoni tal-pakkett dwar it-telekomunikazzjoni tirriżulta problematika u għalhekk għandha tiġi realizzata bħala regolazzjoni eċċezzjonali. Madankollu, l-adozzjoni tiegħu bħala arranġament eċċezzjonali ma jfissirx li għandhom jitnaqqsu r-rekwiżiti għas-selezzjoni u l-illiċenzjar.

Emenda 3

Premessa 5

L-introduzzjoni ta' sistemi ġodda li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern u ttejjeb il-kompetizzjoni billi żżid id-disponibbiltà tas-servizzi pan-Ewropej u l-konnettività minn tarf sa ieħor kif ukoll billi tinkoraggixxi investimenti li jrendu. Is-servizzi MSS jikkostitwixxu pjattaforma innovattiva u alternattiva għal diversi tipi ta' servizzi pan-Ewropej ta' telekomunikazzjonijiet u ta' xandir/multicasting, ikun xi jkun il-lok ta' l-utenti finali, bħal aċċess veloċi għall-internet/intranet, multimedja mobbli u protezzjoni ċivili u għajnuna f'każijiet ta' diżastri. Partikolarment, dawn is-servizzi jistgħu jtejbu l-kopertura ta' żoni rurali fil-Komunità, u b'hekk inaqqsu d-distakk diġitali (fis-sens ġeografiku), u fl-istess ħin jikkontribwixxu għall-kompetittività ta' l-industriji Ewropej tat-teknoloġija ta' l-informatika u komunikazzjoni, b'konsistenza ma' l-għanijiet ta' l-Istrateġija mġedda ta' Lisbona.

L-introduzzjoni ta' sistemi ġodda li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern u ttejjeb il-kompetizzjoni billi żżid id-disponibbiltà tas-servizzi pan-Ewropej u l-konnettività minn tarf sa ieħor kif ukoll billi tinkoraggixxi investimenti li jrendu. Is-servizzi MSS jikkostitwixxu pjattaforma innovattiva u ta' awtorizzazzjoni għal medda wiesgħa ta' servizzi ta' telekomunikazzjonijiet u ta' xandir/multicasting fl-Ewropa, jkun xi jkun il-lok ta' l-utenti finali, bħal aċċess veloċi għall-internet/intranet, multimedja mobbli, għal servizzi tal-midja awdjoviżiva mobbli, u għall-protezzjoni ċivili u għajnuna f'każijiet ta' diżastri. Partikolarment, dawn is-servizzi jistgħu jtejbu l-kopertura ta' zoni rurali fil-Komunità, u b'hekk inaqqsu d-distakk digitali (fis-sens geografiku), isaħħu d-diversità kulturali u l-pluraliżmu fil-midja li huma objettivi kbar ta' l-UE, u fl-istess ħin jikkontribwixxu għall-kompetittività ta' l-industriji Ewropej tat-teknologija ta' l-informatika u komunikazzjoni, b'konsistenza ma' l-għanijiet ta' l-Istrateġija mġedda ta' Liżbona.

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi mobbli tat-televiżjoni u l-promozzjoni tad-diversità kulturali u tal-pluraliżmu tal-midja jistgħu jagħtu kontribut importanti biex jintlaħqu l-għanijiet ta' Liżbona. Għal dan il-għan, madankollu, huwa importanti li jinħolqu kundizzjonijiet ta' qafas, inkluża l-promozzjoni tagħhom fil-qasam ta' l-MSS.

L-MSS jista' jippermetti diversi tipi ta' servizzi u mudelli kummerċjali, li mhux kollha neċessarjament se jkunu l-istess fl-Ewropa kollha. Bħala eżempju, huwa possibbli li l-kontenut se jvarja madwar l-Ewropa. Is-sett komplut ta' l-objettivi ta' l-istrateġija ta' l-UE u ta' Liżbona għandhom ikunu inklużi aktar milli biss sottokategorija. Għandu jkun ukoll iċċarat li l-applikabilità ta' dawn l-objettivi mhix limitata għaz-zoni rurali. Fil-fatt, il-kombinazzjoni ta' l-MSS mal-Komponent Kumplimentarju fuq l-Art tista' tipprovdi offerta attraenti ta' servizzi f'zoni urbani u suburbani.

Emenda 4

Premessa 5 a (ġdida)

(5a) Madankollu, is-suċċess ta' l-MSS u tal-kontribut tagħhom lejn it-twettiq ta' l-objettivi ta' Liżbona, jiddependi ħafna fuq id-disponibilità tal-kontenut u s-servizz offert li jkunu attraenti għas-suq kollu u varju. Tali offerti kulturalment differenti jistgħu jkunu attraenti għal udjenza varja u wiesgħa mis-swieq Ewropej.

Ġustifikazzjoni

L-aspett tas-suq tal-massa huwa verament l-aktar opportunità attraenti għall-MSS, imma għandha tkun ċċarata li mhux limitata għall-kontenut tax-xandir biss. Barra minn hekk, servizzi differenti jistgħu ikun ta' interess għal swieq differenti fl-Ewropa, u m'għandux jkun hemm soluzzjoni ta' "daqs wieħed għal kulħadd".

Emenda 5

Premessa 8

(8) Il-ġestjoni teknika ta' l-ispektrum tar-radju, kif organizzata bid-Deċiżjoni 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru (spektrum) tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) b'mod ġenerali u bid-Deċiżjoni 2007/98/KE tal-Kummissjoni b'mod partikolari, ma tkoprix il-proċeduri għall-allokazzjoni ta' l-ispektrum u l-għoti ta' drittijiet għall-użu ta' frekwenzi tar-radju.

(8) Biex tkun iggarantita l-konformità mal-liġi ta' l-UE, huwa partikolarment essenzjali li l-allokazzjoni ta' l-ispektrum fis-settur tas-satelliti jsir b'mod konformi mal-prinċipji ġenerali ta' l-immaniġġjar ta' l-ispektrum skond id-Diretiva 2002/21/KE u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, anki jekk il-ġestjoni teknika ta' l-ispektrum tar-radju, kif organizzata bid-Deċiżjoni 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru (spektrum) tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) b'mod ġenerali u bid-Deċiżjoni 2007/98/KE tal-Kummissjoni b'mod partikolari, ma tkoprix il-proċeduri għall-allokazzjoni ta' l-ispektrum u l-għoti ta' drittijiet għall-użu ta' frekwenzi tar-radju.

Emenda 6

Recital 11

Sabiex iżommu lill-Istati Membri milli jieħdu deċiżjonijiet li jistgħu jwasslu għat-tifrik tas-suq intern u jimminaw l-għanijiet indikati fl-Artikolu tad-Direttiva Qafas, il-kriterji ta' l-għazla għal sistemi mobbli permezz tas-satellita għandhom jiġu armonizzati biex il-process ta' l-għażla jwassal għad-disponibbiltà ta' l-istess sett ta' servizzi mobbli permezz tas-satellita madwar l-Ewropa kollha. L-investiment qawwi u bil-quddiem meħtieġ għall-iżvilupp tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita u r-riskji teknoloġici u finanzjari kbar assocjati jeħtieġu ekonomija ta' skala għal sistemi ta' dan it-tip fil-forma ta' kopertura ġeografika mifruxa pan-Ewropea, biex b'hekk jibqgħu ekonomikament vijabbli.

Sabiex l-Istati Membri jinżammu milli jieħdu deċiżjonijiet li jistgħu jwasslu għat-tifrik tas-suq intern ta' l-MSS u jdgħajjfu l-għanijiet indikati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva ta' Qafas, l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jikkonċedu b'arranġament strettament eċċezzjonali, li l-kriterji ta' l-għażla għal sistemi mobbli permezz tas-satellita jiġu armonizzati biex il-proċess ta' l-għażla jwassal għad-disponibbiltà ta' l-istess sett ta' servizzi mobbli permezz tas-satellita madwar l-Ewropa kollha. L-investiment qawwi u bil-quddiem meħtieġ għall-iżvilupp tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita u r-riskji teknoloġici u finanzjari kbar assocjati jeħtieġu ekonomija ta' skala għal sistemi ta' dan it-tip fil-forma ta' kopertura ġeografika mifruxa pan-Ewropea, biex b'hekk jibqgħu ekonomikament vijabbli.

Emenda 7

Premessa 12

Barra minn hekk, biex tirnexxi, it-tnedija ta' dawn is-servizzi teħtieġ il-koordinazzjoni ta' l-azzjoni regolatorja mill-Istati Membri. Id-differenzi bejn il-proceduri ta' ghazla nazzjonali xorta jistgħu joħolqu t-tifrik tas-suq intern minħabba l-implimentazzjoni diverġenti tal-kriterji ta' l-għazla, fosthom minħabba l-importanza li jingħataw kriterji differenti, jew minħabba l-limiti ta' żmien differenti tal-proċeduri ta' l-għażla. Dan iwassal għal tilqita ta' applikanti differenti li jkun irnexxilhom jiksbu l-awtorizzazzjoni, iżda dan imur kontra n-natura pan-Ewropea ta' dawn is-servizzi mobbli permezz tas-satellita. L-għażla ta' operaturi ta' sistemi mobbli differenti minn diversi Stati Membri tista' tirriżulta f'sitwazzjonijiet kumplessi ta' interferenzi li jagħmlu l-ħsara jew saħansitra tista' tfisser li operatur li jkun ġie magħżul ma jitħalliex jipprovdi servizz pan-Ewropew, per eżempju, meta frekwenzi differenti tar-radju jkunu allokati lill-operatur fi Stati Membri differenti. Għaldaqstant, l-armonizzazzjoni tal-kriterji ta' l-għażla għandha tkun ikkompletata bit-twaqqif ta' mekkaniżmu komuni ta' l-għażla li jwassal għal għażla kkoordinata għall-Istati Membri kollha.

Barra minn hekk, biex tirnexxi, it-tnedija ta' dawn is-servizzi teħtieġ il-koordinazzjoni ta' l-azzjoni regolatorja mill-Istati Membri. Id-differenzi bejn il-proċeduri ta' għażla nazzjonali xorta jistgħu joħolqu t-tifrik tas-suq intern minħabba l-implimentazzjoni diverġenti tal-kriterji ta' l-għażla, fosthom minħabba l-importanza li jingħataw kriterji differenti, jew minħabba l-limiti ta' żmien differenti tal-proċeduri ta' l-għażla. Dan iwassal għal tilqita ta' applikanti differenti li jkun irnexxilhom jiksbu l-awtorizzazzjoni, iżda dan imur kontra n-natura pan-Ewropea ta' dawn is-servizzi mobbli permezz tas-satellita. L-għażla ta' operaturi ta' sistemi mobbli differenti minn diversi Stati Membri tista' tirriżulta f'sitwazzjonijiet kumplessi ta' interferenzi li jagħmlu l-ħsara jew saħansitra tista' tfisser li operatur li jkun ġie magħżul ma jitħalliex jipprovdi servizz pan-Ewropew, per eżempju, meta frekwenzi differenti tar-radju jkunu allokati lill-operatur fi Stati Membri differenti. Għaldaqstant, l-armonizzazzjoni tal-kriterji ta' l-għażla għandha tkun ikkompletata bit-twaqqif ta' mekkaniżmu komuni ta' l-għażla li jwassal għal għażla kkoordinata għall-Istati Membri kollha, u li madankolu ma jkoprux l-allokazzjoni ta' l-ispektrum u l-għoti ta' drittijiet għall-użu ta' frekwenzi tar-radju. Madankollu, minħabba l-kompetenza ta' l-Istati Membri li jiżguraw diversità kulturali u lingwistika u pluraliżmu tal-medja fix-xandir, din is-selezzjoni koordinata ssir mingħajr preġudizzju ta' l-applikazzjoni, mill-Istati Membri, tal-liġi tagħhom tal-midja u tal-liġi dwar il-konċentrazzjoni tal-midja.

Ġustifikazzjoni

Huwa evidenti li definizzjoni legali mill-partikolari għall-ġenerali, mill-perspettiva regolatorja, hija problematika.

Hija kompetenza ta' l-Istati Membri li jiżguraw d-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu tal-midja fix-xandir. Huwa wkoll importanti li jkun żgurat livell ugwali fir-rigward ta' servizzi oħra ta' xandir offruti permezz ta' pjattaformi oħra (DVB-H).

Emenda 8

Premessa 16

(16) L-ammont limitat ta' spektrum tar-radju disponibbli jfisser li l-għadd ta' impriżi li jistgħu jintgħażlu u jiġu awtorizzati huwa limitat ukoll. Madankollu, jekk mill-proċess ta' l-għażla jsir magħruf li l-skarsezza ta' l-ispektrum tar-radju ma teżistx, għandha tintuża proċedura simplifikata ta' għażla flimkien ma' għadd minimu ta' rekwiżiti li jiġu imposti fuq l-operaturi ta' sistemi mobbli permezz tas-satellita magħżula bħala kundizzjonijiet marbuta ma' l-awtorizzazzjonijiet.

(16) L-ammont limitat ta' spektrum tar-radju disponibbli jfisser li l-għadd ta' impriżi li jistgħu jintgħażlu u jiġu awtorizzati jista' jkun limitat ukoll. Fl-istess ħin, minħabba l-investiment qawwi u bil-quddiem li hu meħtieġ għall-iżvilupp ta' sistemi satellitari tal-mobbli u minħabba r-riskji teknoloġiċi u finanzjarji kbar assoċjati, in-numru ta' kumpaniji jista' jkun limitat. Għalhekk, il-proċedura ta' għażla u awtorizzazzjoni għandha tkun trasparenti, tinkludi d-dritt li terzi persuni jinstemgħu u m'għandhiex tmur kontra l-prinċipji tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. Madankollu, jekk mill-proċess ta' l-għażla jsir magħruf li m'hemmx skarsezza ta' l-ispektrum u l-ebda kwistjonijiet ta' kompetizzjoni, għandha tintuża proċedura simplifikata ta' għażla flimkien ma' għadd minimu ta' rekwiżiti li jiġu imposti fuq l-operaturi ta' sistemi mobbli permezz tas-satellita magħżula bħala kundizzjonijiet marbuta ma' l-awtorizzazzjonijiet.

Emenda 9

Artikolu 1, paragrafu 1

1. L-għan ta' din id-Deċiżjoni huwa li tinħoloq proċedura Komunitarja għall-għażla komuni ta' l-operaturi ta' sistemi mobbli permezz tas-satellita kif ukoll li jistipula dispożizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni kkoordinata mill-Istati Membri ta' l-operaturi magħżula biex jużaw l-ispektrum tar-radju għat-tħaddim ta' sistemi mobbli permezz tas-satellita, sabiex jitħaffef l-iżvilupp ta' suq intern kompetittiv għas-servizzi mobbli permezz tas-satellita fil-Komunità.

1. L-għan ta' din id-Deċiżjoni huwa li tinħoloq proċedura Komunitarja esklużivament għall-għażla komuni ta' l-operaturi ta' sistemi mobbli permezz tas-satellita kif ukoll li jistipula dispożizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni kkoordinata mill-Istati Membri ta' l-operaturi magħżula biex jużaw l-ispektrum tar-radju għat-tħaddim ta' sistemi mobbli permezz tas-satellita, sabiex jitħaffef l-iżvilupp ta' suq intern kompetittiv għas-servizzi mobbli permezz tas-satellita fil-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Huwa ta' importanza kbira li jiġi nnutat hawnhekk li din hija regolazzjoni eċċezzjonali li ma toħloqx preċedent.

Emenda 10

Artikolu 1, paragrafu 5

5. Din id-Deċiżjoni tgħodd għall-medda ta' frekwenza ta' 2 GHz, li għall-komunikazzjonijiet mid-dinja lejn l-ispazju tikkonsisti mill-ispektrum tar-radju 1980-2010 MHz, u 2170-2200 MHz għall-komunikazzjonijiet mill-ispazju lejn id-dinja, b'konformità mad-Deċiżjoni 2007/98/KE.

5. Din id-Deċiżjoni tgħodd għall-medda ta' frekwenza ta' 2 GHz, li għall-komunikazzjonijiet mid-dinja lejn l-ispazju tikkonsisti mill-ispektrum tar-radju 1980-2010 MHz, u 2170-2200 MHz għall-komunikazzjonijiet mill-ispazju lejn id-dinja, b'konformità mad-Deċiżjoni 2007/98/KE, skond id-dispożizzjonijiet dwar l-allokazzjoni ta' l-ispektrum skond id-Direttiva 2002/21/KE u b'mod partikolari l-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Huwa indispensabbli li l-proċeduri ġodda ta' l-allokazzjoni ta' l-ispektrum fil-qasam tas-satelliti ma jitwettqux qabel ma jkunu ttieħdu d-deċiżjonijiet politiċi dwar ir-regolazzjoni tal-prinċipji ta' qafas għall-kategoriji individwali tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettroniċi. Fi kwalunkwe każ, għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ġodda.

Emenda 11

Artikolu 2, paragrafu 1

1. Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2002/21/KE u fid-Direttiva 2002/20/KE huma validi.

1. Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2002/21/KE, fid-Direttiva 2002/20/KE, id-Direttiva 2002/22/KE u d-Direttiva 2007/65/KE (Direttiva dwar is-servizzi awdjoviżivi tal-medja) huma validi.

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi ta' kontenut huma regolati mid-Direttiva dwar is-servizzi awdjoviżivi tal-medja u jikkostitwixxu parti importanti mis-servizzi trażmessi permezz ta' l-MSS. Fl-istess ħin, xi dispożizzjonijiet tal-Qafas Regolatorju attwali jiċċaraw il-kundizzjonijiet li taħthom iridu japplikaw l-obbligi (eżempju l-obbligu ta' trażmissjoni "must carry" fid-Direttiva Universali).

Emenda 12

Artikolu 3, paragrafu 2

2. Il-proċedura għandha timmira li ddaħħal l-użu tal-medda ta' frekwenza ta' 2 GHz mingħajr dewmien żejjed filwaqt li tippermetti li l-applikanti jkollhom opportunità ġusta u bla diskriminazzjoni biex jipparteċipaw fil-proċedura ta' għażla komparattiva.

2. Il-proċedura għandha timmira esklużivament li ddaħħal l-użu tal-medda ta' frekwenza ta' 2 GHz għall-MSS mingħajr dewmien żejjed filwaqt li tkun trasparenti għal terzi persuni interessati u tippermetti li l-applikanti jkollhom opportunità ġusta u bla diskriminazzjoni biex jipparteċipaw fil-proċedura ta' għażla komparattiva.

Emenda 13

Artikolu 4, paragrafu 1, punt (b)

(b) l-applikazzjonijiet għandhom jindikaw l-ammont ta' spektrum tar-radju li jintalab u għandhom jinkludu dikjarazzjonijiet u provi li jikkonċernaw l-istadji li huma meħtieġa li jintlaħqu u l-kriterji ta' l-għażla kif ukoll kwalunkwe partikularitajiet u dokumenti oħra.

(b) l-applikazzjonijiet għandhom jindikaw l-ammont ta' spektrum tar-radju li jintalab u għandhom jinkludu dikjarazzjonijiet u provi li jikkonċernaw l-istadji li huma meħtieġa li jintlaħqu u l-kriterji ta' l-għażla kif ukoll kwalunkwe partikularitajiet u dokumenti oħra. Għandhom jinkludi wkoll dikjarazzjonijiet u evidenza li l-mudell kummerċjali previst ma jqajjimx tħassib dwar kompetizzjoni.

Emenda 14

Artikolu 5, paragrafu 1

1. Fi żmien 40 jum tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tal-lista ta' l-applikanti ammissibbli, il-Kummissjoni għandha teżamina u tiddeċiedi jekk l-applikanti jkunux urew il-livell meħtieġ ta' żvilupp tekniku u kummerċjali tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita rispettivi tagħhom. Din id-deċiżjoni għandha tkun ibbażata fuq jekk intlaħqux għadd ta' stadji meħtieġa li huma elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Dawn l-istadji għandhom jiġu ddefiniti aktar fid-dettall mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2). Matul din il-fażi ta' l-għażla, għandhom jitqiesu l-kredibbiltà u l-vijabbiltà tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita proposti.

1. Fi żmien 40 jum tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tal-lista ta' l-applikanti ammissibbli, il-Kummissjoni għandha teżamina u tiddeċiedi jekk l-applikanti jkunux urew il-livell meħtieġ ta' żvilupp tekniku u kummerċjali tas-sistemi mobbli permezz ta' satellita rispettivi tagħhom u n-nuqqas ta' tħassib dwar kompetizzjoni. Tali evalwazzjoni għandha tqis ir-riżultati tas-smigħ tal-partijiet interessati kif ukoll tistrieħ fuq it-tlestija sodisfaċenti ta' l-objettivi speċifiċi 1 sa 5 elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Id-data pjanta għat-tlestija ta' l-objettivi speċifiċi 1 sa 3 m'għandhiex tkun aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2008. Dawn l-objettivi speċifiċi għandhom jiġu ddefiniti aktar fid-dettall mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2), billi titqies kif xieraq il-prattika ta' l-industrija tas-satelliti. Matul din il-fażi ta' l-għażla, għandhom jitqiesu l-kredibbiltà u l-vijabbiltà tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita proposti.

Ġustifikazzjoni

Id-Deċiżjoni Proposta telenka disgħa objettivi speċifiċi, imma ma tistabbilixxix liema jagħmlu parti mill-ewwel fażi ta' selezzjoni. Id-Dokument ta' Konsultazzjoni rrikonoxxa l-objettivi speċifiċi 1 – 5 bħala rilevanti ħafna għall-evalwazzjoni ta' l-applikanti. Ir-Reviżjoni Kritika tad-Disinn (CDR) hija l-istadju stabbilit sew fil-programm satellitari, billi tirrapprenżenta impenn kbir lit-tqassim tas-servizzi. Is-CDR għandha tkun parti mit-test għan-nuqqas ta' spektrum. Peress li l-objettivi huwa li "l-medda (...) tibda tintuża mingħajr dewmien", biex jingħataw aktar awtorizzazzjonijiet nazzjonali fil-bidu ta' l-2009, is-CDR għandu jkun komplut sa Ottubru 2008.

Emenda 15

Artikolu 5, paragrafu 3

3. Il-Kummissjoni għandha tinforma , minnufih lill-applikanti dwar jekk l-applikazzjonijiet tagħhom ġewx meqjusa bħala eliġibbli għat-tieni fażi jew jekk ġewx magħżula kif spjegat fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tippublika l-lista ta' applikanti eliġibbli jew magħżula.

3. Il-Kummissjoni għandha tinforma , minnufih lill-applikanti dwar jekk l-applikazzjonijiet tagħhom ġewx meqjusa bħala eliġibbli għat-tieni fażi jew jekk ġewx magħżula kif spjegat fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tippublika l-lista ta' applikanti eliġibbli u l-evalwazzjoni tagħha skond il-paragrafu 1 jew id-deċiżjoni skond il-paragrafu 2.

Emenda 16

Artikolu 6, paragrafu 1

1. Jekk id-domanda totali għall-ispektrum tar-radju mitlub mill-applikanti eliġibbli indikat fl-ewwel fażi ta' l-għażla tkun akbar mill-ammont ta' spektrum tar-radju disponibbli, kif identifikat mill-Artikolu 3(3), il-Kummissjoni għandha tagħżel l-applikanti eliġibbli skond dawn il-kriterji:

1. Jekk id-domanda totali għall-ispektrum tar-radju mitlub mill-applikanti eliġibbli indikat fl-ewwel fażi ta' l-għażla tkun akbar mill-ammont ta' spektrum tar-radju disponibbli, kif identifikat mill-Artikolu 3(3), il-Kummissjoni għandha tiklassifika l-applikanti eliġibbli, li billi jiggarantixxu kopertura pan-Ewropea wiesgħa, jilħqu l-kriterji oħra li ġejjin skond il-prijoritajiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Mingħajr kopertura ġeografika pan-Ewropea wiesgħa, huwa impossibbli li jkun żgurat spektrum ta' effiċjenza għall-benefiċċju tal-konsumaturi.

Għal raġunijiet demokratiċi, il-kriterji ta' l-għażla għandhom ikunu aktar preċiżi biex jiddefinixxu b'mod ċar l-iskop tad-diskrezzjoni li l-Kummissjoni tista' tuża fil-proċess ta' għażla u awtorizzazzjoni.

Huwa essenzjali li l-applikanti jikkonformaw mal-proċess ta' l-applikazzjoni u ta' koordinazzjoni skond ir-regoli u r-regolamenti ta' l-ITU sabiex ikun żgurat li n-netwerk jew is-sistema jistgħu jkunu koordinati u, għalhekk, użati. L-ebda għażla legali soda ma tista' ssir mod ieħor. Waqt it-tieni fażi ta' għażla, il-Kummissjoni għandha tikklassifika applikanti eliġġibbli skond l-erba' kriterji stipulati. Tali klassifikazzjoni wara tissegwa minn deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tqis ir-regoli u l-proċeduri ta' l-ITU.

Emenda 17

Artikolu 6, paragrafu 1, punt (a)

(a) il-vantaġġi li joffru għall-kompetittività u l-benefiċċji għall-konsumaturi;

(a) il-vantaġġi li joffru għall-kompetittività u l-benefiċċji għall-konsumaturi permezz ta' kopertura ġeografika pan-Ewropea, bħall-kompetizzjoni fl-infrastruttura u pjattaformi ta' aċċess ugwali u liberu;

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet demokratiċi, il-kriterji ta' l-għażla għandhom ikunu aktar preċiżi biex jiddefinixxu b'mod ċar l-iskop tad-diskrezzjoni li l-Kummissjoni tista' tuża fil-proċess ta' għażla u awtorizzazzjoni.

Emenda 18

Artikolu 6, paragrafu 1, punt (a a) (ġdid)

(aa) l-objettivi ta' ordni pubblika jinkludu l-promozzjoni ta' diversità lingwistika u kulturali u pluraliżmu fil-medja;

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet demokratiċi, il-kriterji ta' l-għażla għandhom ikunu aktar preċiżi biex jiddefinixxu b'mod ċar l-iskop tad-diskrezzjoni li l-Kummissjoni tista' tuża fil-proċess ta' għażla u awtorizzazzjoni.

Emenda 19

Artikolu 6, paragrafu 1, punt (a b) (ġdid)

(ab) l-effiċjenza ta' l-ispektrum;

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet demokratiċi, il-kriterji ta' l-għażla għandhom ikunu aktar preċiżi biex jiddefinixxu b'mod ċar l-iskop tad-diskrezzjoni li l-Kummissjoni tista' tuża fil-proċess ta' għażla u awtorizzazzjoni.

Emenda 20

Artikolu 6, paragrafu 1, punt (b)

(b) l-effiċjenza ta' l-ispektrum;

imħassar

Emenda 21

Artikolu 6, Paragrafu 1, Punt (c)

(c) il-kopertura ġeografika pan-Ewropea;

imħassar

Emenda 22

Artikolu 6, paragrafu 1, punt (d)

(d) l-għanijiet tal-politika pubblika.

imħassar

Emenda 23

Artikolu 6, paragrafu 3 a (ġdid)

(3a) Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fi żmien xahar.

Emenda 24

Artikolu 8, paragrafu -1 a (ġdid)

 

-1. Biex tkun iggarantita l-konformità mal-liġi ta' l-UE, l-allokazzjoni ta' l-ispektrum tal-frekwenzi għall-komponenti terrestri għandha ssir b'koordinazzjoni ma' l-istituzzjonijiet nazzjonali resposabbli għal-liġi tal-medja.

Ġustifikazzjoni

L-allokazzjoni ta' l-ispektrum bħala prinċipju hija kompetenza ta' l-Istati Membri.

Emenda 25

Artikolu 8, paragrafu 1

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, fuq talba, jagħtu lill-applikanti magħżula skond it-Titolu II u awtorizzati li jużaw l-ispektrum b'konformità ma' l-Artikolu 7, kwalunkwe awtorizzazzjonijiet neċessarji għall-forniment ta' komponenti terrestri kumplimentari tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita fit-territorji tagħhom.

1. Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-medja nazzjonali u għall-liġi dwar il-konċentrazzjoni tal-medja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, fuq talba, jagħtu lill-applikanti magħżula skond it-Titolu II u awtorizzati li jużaw l-ispektrum b'konformità ma' l-Artikolu 7, kwalunkwe awtorizzazzjonijiet neċessarji għall-forniment ta' komponenti terrestri kumplimentari tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita fit-territorji tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-potenzjal ekonomiku tas-servizzi MSS jinsab fl-ibliet il-kbar u fiz-zoni popolati, fejn ikun hemm bżonn il-frekwenzi terrestri biex jintlaħqu il-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom ikunu involuti fid-deċiżjoni dwar kif għandhom jintużaw dawn il-frekwenzi u biex jiżguraw li l-offerta tkun konformi mal-liġi dwar il-medja u mal-liġi dwar il-konċentrazzjoni tal-medja.

Emenda 26

Artikolu 8, paragrafu 3

3. Kwalunkwe awtorizzazzjonijiet nazzjonali li jinħarġu għat-tħaddim ta' komponenti terrestri kumplimentari ta' sistemi mobbli permezz tas-satellita fil-medda ta' frekwenzi ta' 2 GHz għandhom ikunu suġġetti għal dawn il-kundizzjonijiet komuni:

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu (1) ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe awtorizzazzjonijiet nazzjonali li jinħarġu għat-tħaddim ta' komponenti terrestri kumplimentari ta' sistemi mobbli permezz tas-satellita fil-medda ta' frekwenzi ta' 2 GHz għandhom ikunu suġġetti għal dawn il-kundizzjonijiet komuni:

Ġustifikazzjoni

Il-potenzjal ekonomiku tas-servizzi MSS jinsab fl-ibliet il-kbar u fiz-zoni popolati, fejn ikun hemm bżonn il-frekwenzi terrestri biex jintlaħqu il-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom ikunu involuti fid-deċiżjoni dwar kif għandhom jintużaw dawn il-frekwenzi u biex jiżguraw li l-offerta tkun konformi mal-liġi dwar il-medja u mal-liġi dwar il-konċentrazzjoni tal-medja.

Emenda 27

Artikolu 8, paragrafu 3, punt (b)

(b) il-komponenti terrestri kumplimentari għandhom ikunu jiffurmaw parti integrali mis-sistema mobbli permezz tas-satellita u għandhom ikunu kkontrollati mill-mekkaniżmu tal-ġestjoni tar-riżorsi u tan-netwerk satellitari; għandhom jużaw l-istess direzzjoni ta' trażmissjoni u l-istess partijiet tal-meded ta' frekwenza bħal dawk użati mill-komponenti satellitari assoċjati u m'għandhomx ikabbru l-ħtieġa ta' spektrum tas-sistema mobbli permezz tas-satellita assoċjata;

(b) il-komponenti terrestri kumplimentari għas-sistemi mobbli permezz tas-satellita għandhom ikunu kkontrollati mill-mekkaniżmu tal-ġestjoni tar-riżorsi u tan-netwerk satellitari; għandhom jużaw l-istess direzzjoni ta' trażmissjoni u l-istess partijiet tal-meded ta' frekwenza bħal dawk użati mill-komponenti satellitari assoċjati u m'għandhomx ikabbru l-ħtieġa ta' spektrum tas-sistema mobbli permezz tas-satellita assoċjata;

Emenda 28

Artikolu 8, paragrafu 3, punt (d)

(d) id-drittijiet għall-użu u l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw għal tul ta' żmien definit mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).

(d) id-drittijiet għall-użu u l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw għal tul ta' żmien raġonevoli mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).

Emenda 29

Artikolu 9, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni u sussegwentement kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tgħaddi rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar l-offerti effettivi ta' l-MSS fl-Istati Membri.

PROĊEDURA

Titolu

L-għażla u l-awtorizzazzjoni ta' sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita

Referenzi

COM(2007)0480 – C6-0257/2007 – 2007/0174(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mressqa minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

3.9.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Ruth Hieronymi

22.10.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

18.12.2007

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

27.2.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Katerina Batzeli, Ivo Belet, Marie-Hélène Descamps, Jolanta Dičkutė, Věra Flasarová, Milan Gaľa, Vasco Graça Moura, Luis Herrero-Tejedor, Ruth Hieronymi, Ramona Nicole Mănescu, Manolis Mavrommatis, Marianne Mikko, Ljudmila Novak, Dumitru Oprea, Zdzisław Zbigniew Podkański, Mihaela Popa, Karin Resetarits, Pál Schmitt, Salvatore Tatarella, Helga Trüpel, Thomas Wise, Tomáš Zatloukal

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emine Bozkurt, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Christel Schaldemose, Grażyna Staniszewska, Cornelis Visser

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Wolfgang Bulfon

PROĊEDURA

Titolu

L-għażla u l-awtorizzazzjoni ta' sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita

Referenzi

COM(2007)0480 – C6-0257/2007 – 2007/0174(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

22.8.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

3.9.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

3.9.2007

CULT

3.9.2007

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

  Data tad-deċiżjoni

IMCO

3.10.2007

 

 

 

Koperazzjoni iktar mill-qrib

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

Fiona Hall

9.10.2007

 

 

Rapporteur(s)

  Data tal-ħatra

19.12.2007

29.1.2008

28.2.2008

 

Rapporteur(s) preċedenti

6.3.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Šarūnas Birutis, Philippe Busquin, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Den Dover, Lena Ek, Nicole Fontaine, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein, Rebecca Harms, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Pia Elda Locatelli, Eluned Morgan, Reino Paasilinna, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Paul Rübig, Andres Tarand, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Nikolaos Vakalis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Etelka Barsi-Pataky, Ivo Belet, Danutė Budreikaitė, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Robert Goebbels, Malcolm Harbour, Pierre Pribetich, John Purvis, Bernhard Rapkay, Esko Seppänen, Vladimir Urutchev

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Chris Davies, Ruth Hieronymi, Jacques Toubon