RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi u utenti vulnerabbli oħra tat-triq

31.3.2008 - (COM(2007)0560 – C6‑0331/2007 – 2007/0201(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Francesco Ferrari

Proċedura : 2007/0201(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0081/2008
Testi mressqa :
A6-0081/2008
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi u utenti vulnerabbli oħra tat-triq

(COM(2007)0560 – C6‑0331/2007 – 2007/0201(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0560),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0331/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0081/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Intwera li d-Direttiva 2003/102/KE mhix fattibbli fir-rekwiżiti għat-tieni fażi ta’ l-implimentazzjoni. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva talab lill-Kummissjoni biex tagħmel il-proposti meħtieġa li jegħlbu l-problemi ta’ fattibilità ta' dawn ir-rekwiżiti u possibbilment tagħmel użu minn sistemi ta' sikurezza attivi, filwaqt li tiżgura li ma kienx kemm degradazzjoni fil-livelli ta' sikurezza pprovduti lill-utent tat-triq vulnerabbli.

(4) Intwera li d-Direttiva 2003/102/KE mhix fattibbli fir-rekwiżiti għat-tieni fażi ta’ l-implimentazzjoni. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva talab lill-Kummissjoni biex tagħmel il-proposti meħtieġa li jegħilbu l-problemi ta’ fattibilità ta' dawn ir-rekwiżiti u possibbilment tagħmel użu minn sistemi ta' sikurezza attivi, filwaqt li tiżgura li ma kienx kemm degradazzjoni fil-livelli ta' sikurezza pprovduti lill-utent tat-triq vulnerabbli. Madankollu, ġew żviluppati teknoloġiji ġodda fil-każ ta' miżuri passivi li jistgħu jgħinu biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Fażi II. Teknoloġiji bħal dawn għandhom jiġu kkunsidrati.

Ġustifikazzjoni

Fil-preżent hemm teknoloġiji vijabbli li kapaċi jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fit-tieni fażi ta' implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/102/KE; dawn ikunu jistgħu jgħinu biex jonqos il-għadd ta' aċċidenti fatali u jnaqqsu l-gravità tal-korrimenti li jġarrbu l-persuni għaddejjin bil-mixi u utenti vulnerabbli oħra tat-triq.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Studju kkummissjonat mill-Kummissjoni juri li r-rekwiżiti għall-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi jista' jittejjeb b'mod sinifikanti bl-użu ta' ġabra ta' miżuri passivi u attivi li jagħtu livell ogħla ta' ħarsien mid-dispożizzjonijiet eżistenti ta' qabel. B’mod partikolari, ġie identifikat li s-sistema ta’ sikurezza attiva ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar, meta kkombinata ma' tibdil fir-rekwiżiti ta' sikurezza passivi, se żżid b'mod sinifikanti l-livell ta' ħarsien ipprovdut. Għalhekk huwa xieraq li tiġi prevista l-installazzjoni obbligatorja ta’ sistemi ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar f'vetturi bil-mutur ġodda.

(5) Studju kkummissjonat mill-Kummissjoni juri li r-rekwiżiti għall-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi jista' jittejjeb b'mod sinifikanti bl-użu ta' ġabra ta' miżuri passivi u attivi li jagħtu livell ogħla ta' ħarsien mid-dispożizzjonijiet eżistenti ta' qabel. B’mod partikolari, ġie identifikat li s-sistema ta’ sikurezza attiva ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar, meta tkun ikkombinata ma' tibdil fir-rekwiżiti ta' sikurezza passivi, se żżid b'mod sinifikanti l-livell ta' ħarsien ipprovdut. Għalhekk, li jsir provvediment għall-installazzjoni obbligatorja ta’ sistemi ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar f'vetturi bil-mutur ġodda tkun ħaġa xierqa. Madankollu, dan m'għandux jissostitwixxi s-sistemi ta’ sikurezza passivi ta' livell għoli, iżda pjuttost għandu jikkomplementahom.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza fiċ-ċirkostanzi kollha, l-installazzjoni obbligatorja ta’ sistemi attivi ta’ assistenza fl-ibbrejkjar għall-vetturi ġodda kollha sa mill-2009 prevista fil-proposta tal-Kummissjoni m'għandhiex tissostitwixxi sistemi ta’ sikurezza passivi ta' livell għoli, iżda pjuttost għandha tikkomplementahom.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Vetturi mgħammra b'sistemi ta’ prevenzjoni ta’ ħabtiet m’għandhomx ikun meħtieġa li jissodisfaw ċerti rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament sal-punt li jkunu jistgħu jevitaw ħabtiet ma’ persuni għaddejjin bil-mixi aktar milli sempliċiment itaffu l-effetti ta’ ħabtiet tali.

(6) Vetturi mgħammra b'sistemi ta’ prevenzjoni ta’ ħabtiet jistgħu ma jkunux meħtieġa li jissodisfaw ċerti rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament sal-punt li jkunu jistgħu jevitaw ħabtiet ma’ persuni għaddejjin bil-mixi aktar milli sempliċiment itaffu l-effetti ta’ ħabtiet bħal dawn. Wara evalwazzjoni dwar jekk l-użu ta’ teknoloġija bħal din jistax b’mod effettiv jevita ħabtiet ma’ persuni mexjin fit-triq u utenti vulnerabbli oħra tat-triq, il-Kummissjoni tkun tista’ tippreżenta proposti li jemendaw dan ir-Regolament biex tipprovdi għall-użu ta’ sistemi bħal dawn.

Ġustifikazzjoni

Marbuta ma’ l-emendi dwar Artikolu 11 u Premessa 10.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Bl-għadd dejjem jiżdied ta' vetturi aktar goffi użati f’toroq urbani, huwa xieraq li dispożizzjonijiet dwar il-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi ma japplikawx biss għal vetturi ta' massa massima li ma taqbiżx l-2500 kg, iżda wkoll, wara ċertu perjodu tranżitorju, għal vetturi tal-kategoriji M1 u N1 li jaqbżu dan il-limitu.

(7) Bl-għadd dejjem jiżdied ta' vetturi aktar goffi użati f’toroq urbani, huwa xieraq li dispożizzjonijiet dwar il-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi ma japplikawx biss għal vetturi ta' massa massima li ma taqbiżx l-2500 kg, iżda wkoll, wara perjodu tranżitorju limitat, għal vetturi tal-kategoriji M1 u N1 li jaqbżu dan il-limitu.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Il-Kummissjoni għandha tintensifika l-isforzi tagħha għat-tnaqqis tas-sewqan eċċessiv, tas-sewqan taħt l-influwenza ta' l-alkoħol u għal żieda fl-użu ta' vetturi bil-mutur ta' inqas toqol permezz ta' kampanji ta' informazzjoni u billi tipproponi leġiżlazzjoni iktar stretta, sabiex dan ir-Regolament isir aktar effettiv.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) B’mod partikolari, għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta dispożizzjonijiet tekniċi għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-test, r-rekwiżiti ta' prestazzjoni għas-sistemi ta' prevenzjoni ta' ħabtiet, u miżuri ta' implimentazzjoni msejsa fuq ir-riżultati ta' sorveljanza. Billi dawk il-miżuri huma ta' firxa ġenerali u mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(10) B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata is-setgħa li tadotta dispożizzjonijiet tekniċi għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-test, u miżuri ta’ implimentazzjoni msejsa fuq ir-riżultati ta’ sorveljanza. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jiġi ssupplimentat b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma jridu bilfors jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ġustifikazzjoni

Marbuta ma’ l-emendi dwar Artikolu 11 u Premessa 6. Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għal sistemi ta’ evitar ta’ ħabtiet m’għandhomx ikunu ttrattati bil-proċedura tal-komitoloġija.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. It-Taqsimiet 2 u 3 ta’ l-Anness I m’għandhomx japplikaw għal vetturi tal-kategorija N1 fejn il-pożizzjoni tas-sewwieq 'punt-R' tkun jew aktar sporġuta mill-fus ta’ quddiem jew lonġitudinalment imdaħħla wara l-linja ċentrali trasversali tal-fus ta' quddiem b'anqas minn 1000 mm.

2. It-Taqsimiet 2 u 3 ta’ l-Anness I m’għandhomx japplikaw għal:

 

(a) vetturi tal-kategorija N1,

 

(b) vetturi tal-kategorija M1 li derivati minn N1 u ta' massa massima li taqbeż l-2500 kg,

 

fejn il-pożizzjoni tas-sewwieq 'punt-R' tkun jew aktar sporġuta mill-fus ta’ quddiem jew lonġitudinalment imdaħħla wara l-linja ċentrali trasversali tal-fus ta' quddiem b'anqas minn 1050 +/- 50 mm.

Ġustifikazzjoni

Tul ta’ 1000 mm ddaħħal fit-test tal-GTR (Regolament Tekniku Globali) f’Ġinevra u din il-figura hija traspożizzata fil-proposta tal-Kummissjoni. Dan jista’ jwassal biex vetturi simili b’quddiem ċatt jkunu trattati b’mod differenti, li jwassal għal tħarbit fis-suq. Vetturi b’quddiem ċatt M1 li jaqbżu t-2.5 tunnellati metriċi jistgħu jkunu l-istess vetturi bħal vetturi N1 simili u għaldaqstant għandhom ikunu trattati l-istess. It-tnaqqis tad-distanza bejn il-punt-R u l-fus ta’ quddiem se jnaqqas l-ispazju fil-kabina u b’hekk il-kumdità tas-sewwieq, għaldaqstant iddaħħlet tolleranza.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) 'vetturi tal-kategorija M1 derivati minn N1' tfisser li dawk il-vetturi ta’ kategorija M1 u ta’ massa massima li taqbeż l-2500 kg li, ’il quddiem mill-pilastri-A, għandhom l-istess struttura u għamla ġenerali bħal ta' vettura tal-kategorija N1 li kienet teżisti qabel;

Ġustifikazzjoni

Marbuta ma’ l-emenda dwar Artikolu 2, Para 2. Tibdil fl-Artikolu 2,2 inissel il-ħtieġa li tingħata definizzjoni ta’ 'vetturi tal-kategorija M1 derivati minn N1’.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B’effett minn [DATA sittin xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], fil-każ ta’ vetturi ġodda tal-kategorija M1, jew N1 derivati minn M1, u ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2500 kg, li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsimiet 2 u 4 jew it-Taqsimiet 3 u 4 ta’ l-Anness I, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fuq raġunijiet relatati mal-ħarsien ta’ persuna għaddejjin bil-mixi, iqisu ċ-ċertifikati ta' konformità bħala mhux aktar validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu [26] tad-Direttiva […/…/KE], u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' vetturi tali.

2. B’effett minn ...*, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet relatati mal-ħarsien ta’ persuni mexjin fit-triq, iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux aktar validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz tal-vetturi ġodda li ġejjin:

 

(a) vetturi tal-kategorija M1,

 

(b) vetturi tal-kategorija N1 derivati minn M1, u ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2500 kg, li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 4 ta' l-Anness I.

 

* 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’effett minn [DATA sitta u ħamsin xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, fuq raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward ta' kwalunkwe mit-tipi ta’ vetturi ġodda li ġejjin:

B’effett minn ...*, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed mit-tipi ta’ vetturi ġodda li ġejjin:

 

* 48 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. B’effett minn [DATA sittin xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], fil-każ ta’ vetturi ġodda tal-kategorija M1, jew N1 derivati minn M1, u ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2500 kg, li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsimiet 2 u 4 jew it-Taqsimiet 3 u 4 ta’ l-Anness I, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fuq raġunijiet relatati mal-ħarsien ta’ persuna għaddejjin bil-mixi, iqisu ċ-ċertifikati ta' konformità bħala mhux aktar validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu [26] tad-Direttiva […/…/KE], u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' vetturi tali.

4. 4. B’effett minn ...*, fil-każ ta’ vetturi ġodda tal-kategorija M1, jew N1 derivati minn M1, u ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2500 kg, li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 2 jew it-Taqsima 3 ta’ l-Anness I, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet relatati mal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi, iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux aktar validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi bħal dawn.

 

* il-31 ta’ Diċembru 2012.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 2003/102 tipprevedi l-31 ta’ Diċembru 2012 bħala skadenza għal vetturi ġodda li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-sikurezza passiva tal-Fażi I (kif definita fit-Taqsima 3.1 ta’ l-Anness I tad-direttiva). Ir-rekwiżiti tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-regolament propost huma identiċi. Għandha tinżamm l-istess skadenza. L-iskedi tas-sistemi ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar (BAS) (Taqsima 4 ta’ l-Anness I) huma ttrattati fl-Artikolu 9, Paragrafu 1, 2 u 6.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. B’effett minn [DATA tmienja u sebgħin xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], fil-każ ta’ tip ta’ vettura ġdida li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsimiet 3 u 4 ta' l-Anness I, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, fuq raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali.

5. B’effett minn ...*, fil-każ ta’ tip ta’ vettura ġdida li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta' l-Anness I, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali.

 

* 72 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

It-tnaqqis taż-żmien meħtieġ għall-proċess għat-tipi ta' vetturi ġodda tal-kategorija M1 ta’ 'il fuq minn 2.5 tunnellati metriċi u tal-kategorija N1 huwa marbut mat-tnaqqis propost ta' vetturi ġodda ta' l-istess kategorija. Huwa rakkomandat perjodu ta' 5 snin bejn iż-żewġ skadenzi.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) kategorija M1 jew N1 li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 4 ta' l-Anness I;

(a) kategorija N1 li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 4 ta' l-Anness I;

Ġustifikazzjoni

Il-vetturi M1 ġodda kollha huma diġà koperti fl-Artikolu 9, Paragrafu 2.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 – punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)kategorija M1, jew N1 derivati minn M1 u ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2500 kg li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsimiet 2 u 3 ta' l-Anness I.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-iskadenza għal din il-kategorija ta’ vetturi hija diġà definita fl-Artikolu 9, paragrafu 4.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 7 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’effett minn [DATA mija u sittax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fuq raġunijiet relatati mal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi, iqisu ċ-ċertifikati ta' konformità bħala mhux validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu [26] tad-Direttiva […/…/KE], u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ l-ebda mill-vetturi ġodda li ġejjin;

B’effett minn ...*, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet relatati mal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi, iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux aktar validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz tal-vetturi ġodda kollha tal-kategorija ta’ vetturi M1, jew tal-kategorija ta’ vetturi N1 derivati mill-M1, u ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2500 kg, li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I.

 

* 108 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 7 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) kategorija M1 jew N1 li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 4 ta' l-Anness I;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Skeda għall-installazzjoni tal-BAS (Taqsima 4 ta’ l-Anness I) għal vetturi ġodda hija ttrattata fl-Artikolu 9, Paragrafi 2 u 6.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 7 – punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) kategorija M1, jew N1 derivati minn M1, u ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2500 kg li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta' l-Anness I.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Marbuta ma’ l-emenda dwar l- Artikolu 9, Para 7, id-daħla.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. B’effett minn [DATA mija u tmienja u tletin xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsimiet 3 u 4 ta’ l-Anness I, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fuq raġunijiet relatati mal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi, iqisu ċ-ċertifikati ta' konformità bħala mhux aktar validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu [26] tad-Direttiva […/…/KE], u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' vetturi tali.

8. B’effett minn ...*, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet relatati mal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi, iqisu ċ-ċertifikati ta' konformità bħala mhux aktar validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' vetturi tali.

 

* 126 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Vetturi mgħammra b’sistemi ta’ prevenzjoni ta’ ħabtiet mhux se jkollhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ test stipulati fit-Taqsimiet 2 u 3 ta’ l-Anness I sabiex jingħataw approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi, jew biex jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz.

1. Wara evalwazzjoni mill-Kummissjoni l-vetturi mgħammra b’sistemi ta’ prevenzjoni ta’ ħabtiet jista’ jkun li mhux se jkollhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test stipulati fit-Taqsimiet 2 u 3 ta’ l-Anness I sabiex jingħataw approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi, jew biex jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz.

Ġustifikazzjoni

Bħalissa fis-suq m’hemmx sistemi ta’ prevenzjoni tal-ħabtiet li b’mod effettiv huma kapaċi jidentifikaw fil-ħin lil persuni mexjin fit-triq jew lil utenti vulnerabbli oħra tat-triq. Iridu jgħaddu diversi snin biex din il-miżura ta’ sikurezza attiva possibilment tieħu post ir-rekwiżiti ta’ sikurezza passiva (disinn tal-karozzi). Meta l-Kummissjoni tevalwa din is-sistema u, jekk titqies adattata, tista’ tipproponi emendi leġiżlattivi għal dan ir-regolament.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni biex tistipula rekwiżiti ta’ prestazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

2. Il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill kwalunkwe miżura ta’ implimentazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Bħalissa fis-suq m’hemmx sistemi ta’ prevenzjoni tal-ħabtiet li b’mod effettiv kapaċi jidentifikaw b’mod korrett lill-persuni mexjin fit-triq jew lil utenti vulnerabbli oħra tat-triq taħt il-kundizzjonijiet kollha meħtieġa. Jistgħu jgħaddu diversi snin biex din il-miżura ta’ sikurezza attiva timmatura biżżejjed biex tagħti l-livelli ta’ sikurezza meħtieġa. Meta l-Kummissjoni tkun evalwat l-użu ta’ teknoloġiji bħal dawn, tkun tista’ tipproponi emendi leġiżlattivi għal dan ir-regolament.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2) tad-Direttiva […/…/KE].

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dawk il-miżuri mhux se jemendaw elementi mhux essenzjali, imma jistgħu jimmodifikaw ir-regolament b’mod essenzjali. Meta l-Kummissjoni tkun evalwat l-użu ta’ teknoloġiji bħal dawn, se jkun rekwiżit li tipproponi emendi leġiżlattivi għal dan ir-regolament permezz ta’ kodeċiżjoni u mhux permezz tal-komitoloġija.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni se tissorvelja l-użu ta’ l-Assistenza fl-Ibbrejkjar u teknoloġiji oħrajn li jistgħu jipprovdu ħarsien aħjar lil utenti vulnerabbli tat-triq u, sa mhux aktar tard minn [data, ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], se tirrevedi t-tħaddim ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tad-dħul effettiv u l-użu tat-teknoloġija u l-iżvilupp ulterjuri tagħha u tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat minn proposta dwar is-suġġett kif xieraq.

3. Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi fuq il-bażi ta’ informazzjoni rilevanti kkomunikata mill-awtoritajiet li japprovaw u l-partijiet interessati kif ukoll fuq il-bażi ta’ studji indipendenti, għandha tissorvelja l-iżviluppi tekniċi tar-rekwiżiti tas-sikurezza passiva mtejba, l-Assistenza fl-Ibbrejkjar u teknoloġiji oħrajn ta’ sikurezza attiva li jistgħu jipprovdu ħarsien aħjar lil utenti vulnerabbli tat-triq.

 

Sa ...*, l-aktar tard, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-fattibilità u l-użu ta’ kwalunkwe rekwiżit tas-sikurezza passiva mtejba bħal dawn. Hija għandha tirrevedi t-tħaddim ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ l-użu u l-effikaċja ta’ l-Assistenza fl-Ibbrejkjar u teknoloġiji oħrajn ta’ sikurezza attiva.

 

Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, akkumpanjat minn proposti dwar is-suġġett kif xieraq.

 

* Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Għandhom ikunu sorveljati mhux biss l-iżviluppi fuq it-teknoloġiji ta’ sikurezza attiva, imma anki l-possibilità ta’ aktar rekwiżiti ta’ sikurezza passiva (disinn tal-karozzi) għandha tkun analizzata. L-istudju dwar il-fattibilità wera li titjib għal sikurezza passiva aħjar huwa possibbli mill-inqas fil-ġejjieni qarib. Teknoloġiji attivi mtejba bħas-sistemi attivi ta’ bbrejkjar jew ta’ prevenzjoni ta’ ħabtiet m’għandhomx jieħdu post l-isforzi ta’ l-industrija tal-karozzi li żżid l-istandards tas-sikurezza passiva tal-karozzi tagħha.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima 5.1.1.1.

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.1.1.1. It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h. L-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż il-15.0°, u l-ispostament dimaniku massimu laterali ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-6.0 mm, u l-aċċelerazzjoni mkelja fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m'għandhiex taqbeż il-150 g.

5.1.1.1. L-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-24.0°, l-ispostament dimaniku massimu laterali ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-7.5 mm, u l-aċċelerazzjoni mkelja fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m'għandhiex taqbeż il-215 g.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti tas-sistemi ta’ protezzjoni fuq quddiem (FPS) għandhom ikunu identiċi ma’ dawk ta’ fuq il-vetturi kif indikat fl-Anness I, Taqsima 2 u Taqsima 3 (Fażi II ġdida). Id-Direttiva 2005/156 dwar l-użu tas-sistemi ta’ protezzjoni għal quddiem qed jeħdilha postha dan ir-regolament (ara l-Artikolu 10). L-użu ta’ l-FPS se jkun possibbli wkoll fil-ġejjieni, imma biss, jekk jissodisfaw l-istess dispożizzjonijiet tekniċi bħall-vetturi ta’ mingħajr FPS. L-ebda impatt negattiv ulterjuri m’għandu jirriżulta mill-FPS fuq il-persuni mexjin fit-triq.

NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Kull sena huwa stmat li fil-ħamsa u għoxrin Stat Membru, fil-preżent, imutu madwar 8,000 utent vulnerabbli tat-triq, persuni mexjin fit-triq u ċiklisti u madwar 300,000 jindarbu[1]. Miżuri biex jitnaqqsu dawn il-figuri huma magħrufa bħala meħtieġa meta jitqiesu b’mod parallel ma’ l-inkoraġġiment dejjem jiżdied biex isir użu tat-trasport pubbliku, il-mixi u r-rota bħala alternattivi għall-użu tal-karozza. [2]

Id-Direttiva 2003/102/KE kienet maħsuba biex issaħħaħ ir-rekwiżiti Komunitarji mmirati lejn it-titjib tas-sikurezza tal-persuni mexjin fit-triq u utenti vulnerabbli oħra tat-triq fil-każ ta’ korrimenti li jirriżultaw minn ħabtiet ma’ vettura bil-mutur. Skond it-termini ta’ din id-Direttiva, ċerti vetturi huma meħtieġa jgħaddu minn għadd ta’ testijiet tal-prestazzjoni f’żewġ fażijiet: fażi I (li hija bbażata fuq ir-rakkomandazzjonijiet taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka) li bdiet f’Ottubru 2005 u fażi II (li hija bbażata fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Ewropew għat-Titjib tas-Sikurezza fil-Vetturi) se tibda fl-2010. Fi żmien ħames snin mill-bidu tal-fażi II, il-vetturi ġodda kollha li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva se jkollhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tat-test.

Imma l-potenzjal għal problemi ta’ fattibilità fir-realizzazzjoni teknika tar-rekwiżiti tal-Fażi II kien irrikonoxxut u għaldaqstant, l-Arikolu 5(1) tad-Direttiva jipprevedi li evalwazzjoni dwar il-fattibilità kellha titwettaq sa l-1 ta’ Lulju 2004 rigward id-dispożizzjonijiet tat-test tekniku meħtieġa skond il-fażi II u, b’mod partikulari, miżuri oħra, jew taħlita ta’ miżuri, li potenzjalment jista’ jkollhom effett ta’ ħarsien ta’ l-anqas daqs ta’ dawk adottati fl-2003. Jekk, bħala riżultat ta’ l-evalwazzjoni dwar il-fattibilità, ikun jitqies meħtieġ li jkunu adattati r-rekwiżiti rigward il-prestazzjoni tas-sikurezza, l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva jirrikjedi li l-Kummissjoni għandha tressaq proposta quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex jemendaw d-Direttiva kif jixraq, bil-kundizzjoni li l-emendi jagħtu mill-inqas l-istess livell ta’ ħarsien bħad-dispożizzjonijiet eżistenti.

Ir-riżultati ta’ dan l-istudju jindikaw li r-rekwiżiti tal-fażi II mhux se jkunu teknikament fattibbli għal kollox għall-vetturi kollha u għat-tipi kollha ta’ vetturi kif inhuma kkostitwiti fil-preżent. Bħala miżura kumplementari possibbli li tista’ tintuża, b’rikonoxximent li d-Direttiva b’mod speċifiku ppermettiet kombinazzjoni ta’ miżuri attivi u passivi, ir-rapport ikkunsidra l-użu ta’ sistemi ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar.

Il-Proposta tal-Kummissjoni

Fuq il-bażi tar-riżultat ta’ l-istudju, il-Kummissjoni tipproponi dan li ġej:

-          Regolament ġdid[3], minflok ir-reviżjoni tad-Direttiva, li jieħu post u jgħaqqad flimkien id-Direttiva 2003/102/KE u d-Direttiva 2005/66/KE dwar is-sistemi ta’ protezzjoni fuq quddiem[4];

-          Trasferiment tar-rekwiżiti u l-iskeda tal-Fażi I mid-Direttiva 2003/102/KE, rekwiżiti (fattibbli) aktar baxxi tal-Fażi II u skeda ġdida u l-introduzzjoni tas-sistema ta’ brejk attiva biex ikun issodisfat għall-inqas l-istess livell ta’ ħarsien bħal ma hemm fid-Direttiva 2003/102/KE.

-          Twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni meta mqabbel mad-Direttiva 2003/102/KE minħabba li jitqiesu anki l-M1 u l-N1 li jaqbżu ż-2.5 tunnellati metriċi.

Il-fehmiet tar-rapporteur tagħkom dwar l-emendi tiegħu

Ir-rapporteur tagħkom jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li huma meħtieġa miżuri biex jitnaqqsu l-imwiet u l-korrimenti ta’ persuni mexjin fit-triq u ta’ utenti vulnerabbli oħra tat-triq. L-emendi li jipproponi hu għaldaqstant huma mmirati biex fejn hu possibbli jsaħħu r-regolament.

Skeda

Il-Kummissjoni tipproponi fl-Artikolu 9 skeda għall-implimentazzjoni tar-regolament li huwa msejjes fuq iż-żmien bejn l-ippjanar u l-implimentazzjoni li normalment huwa meħtieġa għall-industrija tal-vetturi biex tadatta ruħha għal-leġiżlazzjoni l-ġdida. Ir-rapporteur tagħkom jipproponi skeda aktar ambizzjuża imsejsa fuq l-arranġamenti li ġejjin:

a) Ir-rekwiżiti tal-Fażi I (ara l-Anness I, taqsima 2 tal-proposta)

L-iskeda ta’ dawn ir-rekwiżiti hija diġà ddefinita fid-Direttiva 2003/102/KE. Ir-regolament il-ġdid għandu jinkorpora biss l-iskeda li diġà tinsab fis-seħħ. Għal tipi ġodda ta’ vetturi l-iskeda tipprevedi l-2005 bħala l-punt tat-tluq, għall-vetturi l-ġodda l-punt tat-tluq huwa l-31 ta’ Diċembru 2012. Imma wara l-proposta tal-Kummissjoni l-aktar data kmieni possibbli għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Fażi I għal vetturi M1 u N1 ġodda taħt iż-2.5 tunnellati metriċi hija l-2014 (60 xahar, li jibdew mill-aħħar ta’ l-2008). Għalhekk ir-rapporteur tagħkom jipproponi li d-data tal-31 ta’ Diċembru 2012 terġa’ tiddaħħal bħala l-iskadenza.

b) BAS (ara l-Anness I, taqsima 4 tal-proposta)

Ir-rapporteur tagħkom jikkalkula li 33 xahar ta' proċess biex tiġi implimentata l-BAS għall-M1 u l-N1 huwa żmien twil wisq. Li l-BAS tiddaħħal fil-vetturi pjuttost m'hijiex xi ħaġa problematika għal vetturi li diġà għandhom l-ABS u l-vetturi M1 u N1 ta’ taħt iż-2.5 tunnellati metriċi kważi kollha għandhom l-ABS. It-tnaqqis taż-żmien meħtieġ sakemm tiddaħħal il-miżura ta’ sikurezza attiva jirrappreżenta benefiċċju statistik li jista’ jitkejjel mil-lat ta’ tnaqqis ta’ mwiet u korrimenti gravi.

c) Ir-rekwiżiti l-ġodda tal-Fażi II (ara l-Anness I, taqsima 3 tal-proposta)

Kif issemma qabel, l-iskeda proposta mill-Kummissjoni, f’ċirkustanzi normali, hija adegwata għall-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti leġiżlattivi ġodda. Imma hawn qed nitkellmu dwar rekwiżiti u skedi li huma diġà l-liġi li torbot fid-Direttiva 2003/102/KE. Il-Kummissjoni, wara r-riżultat ta’ l-istudju dwar il-fattibilità, tipproponi li tbaxxi b’mod sensibbli r-rekwiżiti oriġinali tal-Fażi II previżti fil-liġi. B’żieda ma’ din il-konċessjoni, għandha tkun posposta wkoll l-iskeda? Ir-rapporteur tiegħek jistma li r-rekwiżiti l-ġodda tal-Fażi II huma simili ħafna għal dawk tal-Fażi I attwali, u li l-industrija awtomotiva kapaċi tirrispetta r-rekwiżiti l-ġodda tal-Fażi II minn punt tat-tluq aktar bikri u għaldaqstant jipproponi skeda qrib l-iskeda stabbilita fid-Direttiva 2003/102/KE.

Sistema ta’ kontra l-ħabtiet

Sa issa fis-suq m’hemm l-ebda sistema effiċjenti ta’ kontra l-ħabtiet għall-persuni li jkunu mexjin fit-triq. Ir-rapporteur tiegħek jifhem u japprezza, li l-Kummissjoni meta tipproponi l-Artikolu 11 qiegħda tinkoraġġixxi l-industrija biex tiżviluppa sistema bħal din, anki jekk jistma li ħafna aċċidenti ta’ persuni li jkunu mexjin fit-triq ma jistgħux ikunu evitati. Bl-emendi tiegħu huwa jrid jassigura li la darba tkun ġiet żviluppata sistema bħal din, il-koleġiżlaturi jkollhom il-possibilità li janalizzaw u jiġġudikaw il-potenzjal effettiv ta’ din il-miżura ta’ sikurezza attiva u m’hu se jkun hemm l-ebda skambju awtomatiku bejn ir-rekwiżiti tas-sikurezza passiva u s-sistemi ta’ kontra l-ħabtiet.

Sistema ta’ protezzjoni fuq quddiem

Id-Direttiva 2005/66/KE dwar is-sistema ta’ protezzjoni fuq quddiem (FPS) se jeħdilha postha dan ir-regolament. Ir-rekwiżiti tas-sikurezza għall-FPS għandhom ikunu fl-istess livell bħar-rekwiżiti tas-sikurezza għall-vetturi li m’għandhomx l-FPS installata. Għaldaqstant ir-rekwiżiti l-ġodda tal-Fażi II għandhom ikunu imposti wkoll fuq l-FPS.

Sorveljanza

Ir-rapporteur tiegħek iqis li hija ħaġa importanti li wieħed jagħti attenzjoni l-ħin kollu għall-possibilitajiet tekniċi anki għall-istandards ta’ aktar sikurezza passiva u għas-sorveljanza b’mod adattat tal-possibiltajiet għal rekwiżiti ta’ aktar sikurezza.

  • [1]  Figuri msejsa fuq studji ta’ l-2004.
  • [2]  Il-White Paper ta’ l-2001 tal-Kummissjoni tistipula mira li d-danni ġenerali tat-triq jitnaqqsu b’50% sas-sena 2010 u tirrikonoxxi l-irwol li jistgħu jwettqu l-miżuri tas-sikurezza mtejba fil-vetturi, b’mod partikulari bl-inkoraġġiment ta’ l-użu ta’ sistemi tas-sikurezza attivi.
  • [3]  Id-Direttiva 2005/66/KE relatata ma’ l-użu tas-sistemi ta’ protezzjoni għal quddiem tipprovdi għall-kontroll ta’ dawn is-sistemi kemm jekk bħala tagħmir oriġinali jew kemm jekk fis-suq ta’ l-isperparts jew aċċessorji. Il-proposta tikkombina dawn ir-rekwiżiti ma’ dawk li jipprovdu l-ħarsien ta’ persuni mexjin fit-triq u b’hekk tagħti konsistenza fil-provvediment ta’ ħarsien għal persuni mexjin fit-triq u għal utenti vulnerabbli oħra tat-triq.
  • [4]  Dan l-approċċ għandu l-vantaġġ li r-Regolament ikun applikabbli b’mod dirett fl-UE kollha, ma jirrikjedix traspożizzjoni għal ġol-liġi nazzjonali u jagħti sett waħdieni ta’ regoli lill-intrapriżi u lill-awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Protezzjoni ta’ persuni u ta’ utenti vulnerabbli oħrajn fit-toroq

Referenzi

COM(2007)0560 – C6-0331/2007 – 2007/0201(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

3.10.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

11.10.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

11.10.2007

IMCO

11.10.2007

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

22.11.2007

IMCO

21.11.2007

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Francesco Ferrari

9.10.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

23.1.2008

25.3.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

26.3.2008

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

36

0

0

Membri preżenti għall-vot finali

Gabriele Albertini, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Arūnas Degutis, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Brigitte Fouré, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Timothy Kirkhope, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Erik Meijer, Seán Ó Neachtain, Willi Piecyk, Reinhard Rack, Luca Romagnoli, Gilles Savary, Brian Simpson, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Silvia-Adriana Ţicău, Yannick Vaugrenard, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Jeanine Hennis-Plasschaert, Elisabeth Jeggle, Anne E. Jensen, Maria Eleni Koppa

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Donato Tommaso Veraldi

Data tat-tressiq

31.3.2008