Proċedura : 2007/0232(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0085/2008

Testi mressqa :

A6-0085/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 08/05/2008 - 5.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0187

RAPPORT     *
PDF 212kWORD 252k
31.3.2008
PE 398.441v02-00 A6-0085/2008

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri dwar emendi għall-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati bil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles, għall-perjodu bejn it-18 ta’ Jannar 2005 u s-17 ta’ Jannar 2011«

(COM(2007)0664 – C6‑0430/2007 – 2007/0232(CNS))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Josu Ortuondo Larrea

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri dwar emendi għall-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati bil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles, għall-perjodu bejn it-18 ta’ Jannar 2005 u s-17 ta’ Jannar 2011

(COM(2007)0664 – C6‑0430/2007 – 2007/0232(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2007)0664),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 300(2) tat-Trattat KE,

-   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6 0430/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0085/2008),

1.  Japprova l-proposta għal regolament tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika tas-Seychelles.

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Il-ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles tipprevedi, fil-Kapitolu VIII dwar it-tagħmir tal-port, li "l-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom jistabbilixxu, bi ftehim mas-sidien tal-bastimenti, il-kondizzjonijiet għalbiex jużaw it-tagħmir tal-portijiet". Sal-lum it-talbiet imressqa mill-qasam tas-sajd Komunitarju rigward it-titjib ta' l-infrastruttura tal-portijiet għadhom bla risposta.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) Sabiex il-politika fil-qasam tas-sajd fir-Repubblika tas-Seychelles tkun implimentata b'mod effettiv, iridu jitqiesu l-bżonn ta' titjib u modernizzazzjoni ta' l-infrastruttura tal-portijiet, li fil-preżent kważi qegħdin fil-limitu tal-kapaċità funzjonali tagħhom, u l-possibilità tat-tneħħija tat-taxxa speċjali għall-ħatt tat-tonn, li ma teżisti fl-ebda port ieħor fid-dinja.

Emenda 1

Artikolu 3, paragrafu 1 a (ġdid)

 

Il-Kummissjoni għandha tevalwa kull sena jekk l-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom joperaw skond dan il-Protokoll tal-Ftehima jkunux ikkonformaw mar-rekwiżiti tar-rappurtaġġ; fejn dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni għandha tiċħad it-talbiet tagħhom għal liċenzji tas-sajd għas-sena ta' wara.

Ġustifikazzjoni

Il-bastimenti li ma jikkonformawx mar-rekwiżit l-iktar bażiku, dak li jirrappurtaw dwar kemm ħut jaqbdu, m'għandhomx jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja ta' l-UE.

Emenda 2

Artikolu 3a (ġdid)

 

Artikolu 3a

 

Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-programm settorjali plurijennali previst fl-Artikolu 7 tal-Protokoll, kif ukoll dwar il-konformità min-naħa ta' l-Istati Membri mar-rekwiżiti tar-rappurtaġġ.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun evalwat jekk ingħatax rendikont xieraq tal-kumpens imħallas mill-UE u jekk fil-fatt dan jippromwovix l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fis-Seychelles, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport kull sena lill-Parlament.

Emenda 3

Artikolu 3 b (ġdid)

 

Artikolu 3b

 

Qabel jiskadi l-Protokoll jew qabel jibdew negozjati għas-sostituzzjoni possibbli tiegħu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni ex post tal-Protokoll li tkun tinkludi l-analiżi tan-nefqa mqabbla mal-benefiċċji.

Ġustifikazzjoni

Hija neċessarja evalwazzjoni tal-Protokoll attwali qabel ma jinbdew xi negozjati ġodda sabiex ikun iddeterminat x'bidliet, jekk ikun il-każ, għandhom ikunu inklużi fi ftehima ġdida.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni tinvolvi l-modifika tal-protokoll marbut mal-ftehim ta’ kollaborazzjoni fil-qasam tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles, inkluża fir-Regolament (KE) Nru 1562/2006 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles, sabiex ikunu adattati l-klawsoli tal-protokoll għar-realtà tal-qabdiet tas-sajd li saru tul dawn is-sentejn li ilu fis-seħħ dan il-Ftehim. It-termini ta’ modifika tal-ftehima huma minuri, u jikkorrispondu għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni Konġunta prevista fil-Protokoll li qiegħed fis-seħħ.

Wara l-laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta KE/Seychelles ta’ Jannar 2007, kien ġie deċiż li ż-żewġ partijiet jorganizzaw laqgħa oħra biex, fil-qafas ta' l-Artikolu 11 tal-Protokoll u l-Artikolu 9 tal-Ftehim, iressqu proposti għal emendi tal-Protokoll imsemmi. Dawn ġew diskussi waqt il-laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta ta’ l-20 u l-21 ta’ Marzu fi Brussell.

Il-modifiki li ġew negozjati dakinhar jinsabu fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni, u huma dawn li ġejjin:

 iż-żieda fit-tunnellaġġ ta’ referenza, minn 55 000 tunnellata għal 63 000 tunnellata, sabiex jitqies il-livell medju tal-qabdiet f' dawn l-aħħar tliet snin;

 l-introduzzjoni ta’ l-appoġġ għal sħubija li s'issa ma kien introdott fl-ebda negozjat preċedenti (qabel il-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Lulju 2004 dwar il-Ftehimiet ta’ Sħubija fil-qasam tas-sajd);

 iż-żieda fl-ammont imħallas mis-sidien tal-bastimenti minn EUR 25 għal EUR 35 fit-tunnellata, għall-konformità mal-ftehimiet l-oħra tat-tonn u bl-istess mod tnaqqis fil-kontribuzzjoni finanzjarja minn EUR 75 għal EUR 65 għal kull tunnellata;

 l-opportunitajiet ta’ sajd jibqgħu l-istess: 40 bastiment tas-sajd tat-tonn bit-tartarun u 12-il bastiment bil-konzijiet tal-wiċċ;

 il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għandha tiżdied minn EUR 4 125 000 fil-Protokoll attwali għal EUR 5 355 000 fil-Protokoll emendat;

 il-ħlasijiet bil-quddiem ser ikunu ffissati kif ġej: EUR 21 000 fis-sena għal kull bastiment tas-sajd tat-tonn bit-tartarun ta' aktar minn 250 TG u għal EUR 3150 għal kull bastiment tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ ta' 250 TG jew anqas.

Il-Protokoll emendat b'dawn il-bidliet għandu jiġi applikat proviżorjament mit-18 ta' Jannar 2008 sakemm jidħol fis-seħħ, skond l-Artikolu 13 tiegħu.

Il-konvenjenza tal-modifika tal-Protokoll għaż-żewġ naħat, u l-koerenza tiegħu ma’ l-immaniġġjar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd, jidhru ċari fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta:

L-evalwazzjoni ex-ante tqis li l-konklużjoni ta' ftehim ġdid tkun ta' vantaġġ għaż-żewġ Partijiet. L-emendi introdotti jinfurzaw aktar il-ftehim, li huwa l-aktar wieħed importanti li l-Komunità għandha ma’ pajjiżi terzi għat-tonn, kemm f’dak li huwa tunnellaġġ ta’ referenza kif ukoll f'termini ta' kontribuzzjoni finanzjarja, u huwa element essenzjali għall-koerenza u l-vijabbiltà tal-ftehimiet l-oħra tat-tonn li l-Komunità għandha ma’ pajjiżi oħra ta’ l-Oċean Indjan (il-Madagaskar, il-Komoros, il-Mawrizju u l-Możambik).

L-elementi prinċipali ta’ evalwazzjoni jibqgħu validi, partikolarment l-użu sodisfaċenti ħafna tal-possibbiltajiet tas-sajd u tal-livell tat-tunnellaġġ ta’ referenza.

Il-valur miżjud ta’ l-involviment Komunitarju:

Ir-rendiment ta’ l-investiment għall-KE huwa pożittiv ħafna: huwa stmat li kull euro investit mill-baġit Komunitarju jippermetti lis-settur li jiġġenera mill-inqas EUR 4.8 ta' valur miżjud. L-effetti ekonomiċi favur is-Seychelles huma wkoll konsiderevoli u l-preżenza tal-flotot Ewropej fl-ilmijiet tagħha jikkontribwixxu b’mod sinifikanti ħafna għall-ekonomija tas-Seychelles f’mumenti ta' diffikultà bħal dak li għaddejja minnu bħalissa. L-attività tal-bastimenti tas-sajd bit-tartarun Ewropej tiżgura 95% tal-provvista tat-tonn għall-industrija lokali tal-priżerv, li hija l-iktar industrija privata li tipprovdi impjiegi fil-pajjiż, b'madwar 2 500 impjieg. Il-qasam tas-sajd tas-Seychelles jirrappreżenta 15 % tal-PGD (direttament wara t-turiżmu: 20%) u jħaddem, direttament jew indirettament, 6 000 persuna, jiġifieri 17% tas-suq tax-xogħol formali.

Madankollu, ma nistgħux ninsew li dan il-ftehim kien ikopri l-perjodu mill-2005 sa l-2011 u li din ir-reviżjoni f'nofs il-perjodu tinvolvi żieda fil-kontribut finanzjarju li jħallsu s-sidien tal-bastimenti għal kull liċenzja minn EUR 15 000 għal EUR 21 000. Se jiżdied ukoll il-ħlas għal kull tunnellata maqbuda, minn EUR 25 għal EUR 35, jiġifieri żieda ta' 40%.

Barra minn hekk, dan il-pajjiż huwa l-uniku wieħed li għandu taxxa speċjali għall-ħatt tat-tonn (tuna transhipment tax) u għalkemm fil-Ftehim oriġinali, iffirmat fl-2007 (Kapitolu VIII) kien stipulat li "l-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom jistabbilixxu, bi ftehim mas-sidien tal-bastimenti, il-kondizzjonijiet għalbiex jużaw it-tagħmir tal-portijiet", fir-realtà t-talbiet imtennija tal-qasam tas-sajd tat-tonn Ewropew rigward it-titjib neċessarju ta' l-infrastruttura tal-portijiet li jinsabu fi stat deplorevoli u b'livell ta' traffiku li joħloq problemi serji dovut għall-fatt li l-flotta kibret f'dawn l-aħħar snin, qatt ma sar xejn dwarhom.

Fl-emendi għall-Protokoll li qed isiru issa mill-Gvern tas-Seychelles tneħħiet kull riferenza għal kwalunkwe tip ta' konsultazzjoni mas-sidien tal-bastimenti, li għandhom l-akbar sehem mill-piż finanzjarju li jirriżulta miż-żieda fit-tariffi iżda li qed iħossuhom imwarrba min-negozjat u mhux qed jaraw li hemm impenn ċar għat-titjib tat-tagħmir tal-portijiet.

Konklużjonijiet

L-emendi introdotti mill-Kummissjoni Konġunta ma jimmodifikawx il-possibilitajiet ta’ sajd iffissati permezz tal-Protokoll u approvati fit-23 ta’ Jannar 2006 mir-Regolament (KE) Nru 115/2006 tal-Kunsill li ser jibqgħu 40 liċenzja għal bastimenti tas-sajd tat-tonn bit-tartarun u 12-il liċenzja għal bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ, u lanqas l-elementi essenzjali tal-Ftehim, li għalihom ir-rapporteur jissuġġerixxi li tiġi approvata l-modifika tal-Protokoll marbut mal-Ftehima dwar is-sajd li hija fis-seħħ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP (28.2.2008)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri dwar emendi għall-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati bil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles, għall-perjodu bejn it-18 ta’ Jannar 2005 u s-17 ta’ Jannar 2011

(COM(2007)0664 – C6-0430/2007 – 2007/0232(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Josep Borrell Fontelles

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-politika ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-koperazzjoni fil-qasam ta' l-iżvilupp u l-politika komuni dwar is-sajd (CFP) iridu jkunu konsistenti, komplementari u koordinati, filwaqt li jikkontribwixxu, flimkien, għat-tnaqqis tal-faqar u għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi konċernati.

L-UE impenjat ruħha li tiżgura s-sostenibilità tas-sajd fid-dinja kollha, kif definit fis-Samit tan-NU ta' l-2000 li sar f'Johannesburg, filwaqt li l-livelli ta' l-istokkijiet jibqgħu kif inhuma jew jiżdiedu għal li kienu bil-għan li tinkiseb il-produzzjoni massima sostenibbli.

L-UE aċċettat il-"Kodiċi ta' Kondotta għas-Sajd Responsabbli" ta' l-Organizzazzjoni għall-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU, sabiex ikun promoss is-sajd sostenibbli għal tul ta' żmien u sabiex ikun iddikjarat li d-dritt għas-sajd ikun ifisser ukoll l-obbligu li s-sajd isir b'mod responsabbli sabiex ikunu żgurati l-konservazzjoni u l-immaniġġjar effettivi tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin.

Il-preżenza ta' l-UE f'zoni tas-sajd imbiegħda hija objettiv leġittimu, iżda irid jitfakkar li l-interess tas-sajd fl-Unjoni Ewropea għandu jitħares flimkien ma' l-interess li jiġu żviluppati l-pajjiżi li magħhom ġew iffirmati ftehimiet dwar is-sajd.

Il-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Parlament Ewropew jilqa' b'sodisfazzjon ir-riżoluzzjoni tat-22 ta' Ġunju 2006 ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta dwar "Is-Sajd u l-aspetti soċjali u ambjentali tiegħu f'pajjiżi li qed jiżviluppaw", b'mod partikulari minħabba li jqis li l-ħarsien ta' l-interessi tas-sajd ta' l-UE u ta' l-ACP jridu jkunu kkoordinati ma' l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali min-naħa, u ma' l-għejxien tal-komunitajiet kostali li jiddependu mis-sajd min-naħa l-oħra.

Il-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Parlament Ewropew jerġa' jisħaq fuq ir-referenza li saret fil-Ftehima tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn l-ACP u l-UE biex tiġi rrispettata l-Ftehima ta' Cotonou; jinsisti li jrid jitqies għalkollox l-Artikolu 9 tal-Ftehima ta' Cotonou dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt, u jilqa' b'sodisfazzjon il-garanziji mogħtija mis-servizzi tal-Kummissjoni li se jqisu l-kontenut ta' l-Artikolu 9 meta jinnegozjaw ftehimiet ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw, inklużi pajjiżi li qed jiżviluppaw li m'humiex fl-ACP.

L-iskop tal-ftehima proposta huwa biex jiġi emendat il-Protokoll eżistenti għall-Ftehima ta' Sħubija dwar is-Sajd li sar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles, li ġie adottat fit-23 ta' Jannar 2006 li rrevoka u ssostitwixxa l-ftehima ta' l-1987 sad-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

L-emendi li ġew innegozjati fil-laqgħa tal-Kumitat Konġunt KE/Seychelles f'Marzu 2007, iżidu t-tunnellaġġ imsemmi minn 55 000 tunnellata għal 63 000 tunnellata, jintroduċu appoġġ finanzjarju għall-isħubija u jgħollu s-sehem imħallas mis-sidien tal-bastimenti minn EUR 25 għal EUR 35 għal kull tunnellata biex il-protokoll isir konformi ma' ftehimiet oħra dwar it-tonn.

Għalhekk, il-kontribuzzjoni Komunitarja naqset minn EUR 75 għal EUR 65 għal kull tunnellata. Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali għalhekk għandha tiżdied minn EUR 4 125 000 għal EUR 5 355 000. Ammont speċifiku ta' EUR 1 260 000 kull sena għandu l-għan li jappoġġja u jimplimenta l-politika settorjali tas-sajd tas-Seychelles.

L-opportunitajiet tas-sajd stipulati fil-Protokoll u stabbiliti fir-Regolament (KE) No 115/2006 ma kinux emendati u ġew ikkonfermati għal 40 seiners tat-Tonn minn Franza, Spanja u l-italja u għal 12 -il surface longliners minn Franza, Spanja u l-Portugall, jiġifieri total ta' 52 liċenzja.

Il-Protokoll kif emendat se jidħol fis-seħħ provviżorjament mit-18 ta' Jannar 2008, għat-tliet snin li fadal sas-17 ta' Jannar 2011.

Il-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Parlament Ewropew jilqa' b'sodisfazzjon ir-referenza għall-inizjattivi nazzjonali u jittama li jkun inkluż ukoll l-iffinanzjar ta' proġetti lokali ta' infrastruttura għall-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq tal-ħut, biex b'hekk il-popolazzjonijiet lokali ma jibqgħux jistadu biss biex jieklu.

Il-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Parlament Ewropew jilqa' b'sodisfazzjon ukoll il-fatt li l-ftehima qed tipproponi l-implimentazzjoni ta' politika settorjali għas-sajd bil-għan li jiġi promoss sajd sostenibbli u responsabbli fl-ilmijiet tas-Seychelles u se jrawwem koperazzjoni xjentifika u teknika ma' l-awtoritajiet lokali. Ir-riżoluzzjoni bejn l-ACP u l-UE msemmija hawn fuq tqis li l-evalwazzjoni xjentifika tar-riżorsi trid tkun prekundizzjoni għall-aċċess għas-sajd, u li evalwazzjoni annwali tar-riżorsi trid tkun kundizzjoni sabiex jingħataw aktar permessi għas-sajd.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni(1)  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 2 a (ġdida)

 

(2a) Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jintuża għall-iżvilupp tal-popolazzjonijiet kostali li jaqilgħu x'jieklu mis-sajd u għall-ħolqien ta' industriji lokali żgħar ta' ffriżar u pproċessar tal-ħut;

PROĊEDURA

Titolu

Emendi dwar l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehima bejn il-KE u s-Seychelles

Referenzi

COM(2007)0664 – C6-0430/2007 – 2007/0232(CNS)

Kumitat responsabbli

PECH

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

29.11.2007

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Josep Borrell Fontelles

18.12.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

27.2.2008

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

29

1

0

Membri preżenti għall-vot finali

Alessandro Battilocchio, Thijs Berman, Josep Borrell Fontelles, Danutė Budreikaitė, Marie-Arlette Carlotti, Thierry Cornillet, Corina Creţu, Nirj Deva, Beniamino Donnici, Fernando Fernández Martín, Hélène Goudin, Alain Hutchinson, Filip Kaczmarek, Glenys Kinnock, Maria Martens, Luisa Morgantini, Horst Posdorf, Frithjof Schmidt, Jürgen Schröder, Feleknas Uca, Johan Van Hecke, Luis Yañez-Barnuevo García, Anna Záborská, Mauro Zani

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Ana Maria Gomes, Fiona Hall, Manolis Mavrommatis, Linda McAvan, Ralf Walter, Gabriele Zimmer

(1)

Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS (28.2.2008)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri dwar emendi għall-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles, għall-perjodu bejn it-18 ta’ Jannar 2005 u s-17 ta’ Jannar 2011

(COM(2007)0664 – C6‑0430/2007 – 2007/0232(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Helga Trüpel

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Din hija emenda għall-FPA eżistenti mas-Seychelles, li hi ftehima standard dwar it-tonn. L-emenda għandha żewġ skopijiet:

1.  Fil-Protokoll attwali, it-tunnellaġġ ta' referenza, jiġifieri l-ammont ta' tonn li, skond il-ftehima, jitħallas bil-quddiem, huwa stabbilit għal 55,000 tunnellata. L-emenda żżid dan l-ammont għal 63,000 tunnellata, li jirrifletti b'mod aktar preċiż il-qabdiet attwali f'dawn l-aħħar snin skond il-Kummissjoni (ta' min jgħid li dan m'huwiex xi limitu fuq il-qabdiet, iżda limitu fuq il-ħlas bil-quddiem).

2.  Fil-Protokoll attwali, il-baġit ta' l-UE joħroġ total ta' EUR 75 għal kull tunnellata ta' tonn maqbuda mill-flotot ta' l-UE. Is-sidien tal-bastimenti jħallsu EUR 25 kull tunnellata mill-ħlasijiet tal-liċenzji tagħhom. L-emenda tbiddel dawn l-ammonti għal EUR 65 u EUR 35 rispettivament, biex il-ftehima tiġi taqbel ma' ftehimiet oħra dwar it-tonn u biex jiġi sodisfat l-impenn li ħa l-Kunsill fl-2004 li jżid is-sehem li jitħallas mis-sidien tal-bastimenti.

Ir-riżultat ta' dawn it-tibdiliet hu li l-kontribut finanzjarju se jiżdied minn EUR 4.125 miljun għal EUR 5.355 miljun kull sena, mit-18 ta' Jannar 2007.

Fil-preżent, emendi bħal dawn għall-protokolli jridu jgħaddu mill-Kunsill u mill-Parlament; din hija l-proċedura li qiegħda tiġi segwita fil-każ tas-Seychelles. Madankollu, il-Kummissjoni pproponiet (COM(2007)595) proċedura tal-komitoloġija li hi tixtieq li tiġi segwita fil-ġejjieni għal emendi għall-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd, u l-aktar biex jitħaffu proċeduri bħal dawn. Din il-proposta hi s-suġġett ta' opinjoni oħra min-naħa tar-rapporteur għal opinjoni tagħkom (PE 400.694).

Ir-rapporteur għal opinjoni qiegħda tipproponi tliet emendi oħra għal dan ir-regolament.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni(1)  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Artikolu 3, paragrafu 1 a (ġdid)

 

Il-Kummissjoni għandha tevalwa kull sena jekk l-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom joperaw skond il-Protokoll tal-Ftehima jkunux ikkonformaw mar-rekwiżiti tar-rappurtaġġ. Fejn dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni għandha tiċħad it-talbiet tagħhom għal liċenzji tas-sajd għas-sena ta' wara.

Ġustifikazzjoni

Il-bastimenti li ma jikkonformawx mar-rekwiżit l-iktar bażiku, dak li jirrappurtaw dwar il-qabdiet tagħhom, m'għandhomx jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja ta' l-UE.

Emenda 2

Artikolu 3a (ġdid)

 

Artikolu 3a

 

Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq ir-riżultati tal-programm settorjali plurijennali mfisser fl-Artikolu 7 tal-Protokoll kif ukoll fuq il-konformità min-naħa ta' l-Istati Membri mar-rekwiżiti tar-rappurtaġġ.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tevalwa jekk il-kumpens imħallas mill-UE jinżammx kont xieraq tiegħu u fil-fatt jippromwovix l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fis-Seychelles, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport kull sena lill-Parlament.

Emenda 3

Artikolu 3 b (ġdid)

 

Artikolu 3b

 

Qabel jiskadi l-Protokoll jew qabel jibdew negozjati għall-possibilità ta' Protokoll ieħor, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni retrospettiva tal-Protokoll li tkun tinkludi l-analiżi tan-nefqa mqabbla mal-benefiċċji.

Ġustifikazzjoni

Qabel ma jinbdew xi negozjati ġodda tkun tinħtieġ evalwazzjoni tal-Protokoll attwali sabiex isir magħruf x'tibdiliet, jekk ikun il-każ, għandhom jiddaħħlu fit-tiġdid eventwali.

PROĊEDURA

Titolu

Emendi dwar l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehima bejn il-KE u s-Seychelles

Referenzi

COM(2007)0664 – C6-0430/2007 – 2007/0232(CNS)

Kumitat responsabbli

PECH

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

29.11.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni:

       Data tal-ħatra

Helga Trüpel

20.9.2004

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

27.2.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Valdis Dombrovskis, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Monica Maria Iacob-Ridzi, Anne E. Jensen, Vladimír Maňka, Jan Mulder, Cătălin-Ioan Nechifor, Theodor Dumitru Stolojan, László Surján, Helga Trüpel, Ralf Walter

(1)

Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.


PROĊEDURA

Titolu

Emendi dwar l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehima bejn il-KE u s-Seychelles

Referenzi

COM(2007)0664 – C6-0430/2007 – 2007/0232(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

21.11.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

29.11.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

29.11.2007

BUDG

29.11.2007

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Josu Ortuondo Larrea

22.11.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

27.3.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alfonso Andria, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Iles Braghetto, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Paulo Casaca, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Emanuel Jardim Fernandes, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Alfred Gomolka, Ian Hudghton, Heinz Kindermann, Rosa Miguélez Ramos, Seán Ó Neachtain, Struan Stevenson, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Cornelis Visser

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ole Christensen, Raül Romeva i Rueda, Thomas Wise

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Francesco Ferrari

Avviż legali - Politika tal-privatezza