RAPPORT dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/.../ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali
1.4.2008 - (11563/2007 – 11045/1/2007 – C6‑0409/2007 – 2007/0821(CNS)) - *
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Bárbara Dührkop Dührkop
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/.../ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali
(11563/2007 – C6‑0409/2007 – 2007/0821(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja (11563/2007 u 11045/1/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat ta' l-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat ta' l-UE, li b'konformità miegħu l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0409/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 u l-Artikolu 41(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6‑0099/2008),
1. Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja kif emendata;
2. Jitlob lill-Kunsill sabiex konsegwentement ibiddel it-test;
3. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, biex jagħtu prijorità lil kull proposta futura li temenda d-Deċiżjoni skond id-Dikjarazzjoni Nru 50 rigward l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar it-Tħaddim ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità ta' l-Enerġija Atomika Ewropea;
4. Hu determinat li jeżamina kull proposta futura bħal din bi proċedura urġenti skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 3 u b'koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali;
5. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
6. Jistieden lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja b'mod sustanzjali;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Emenda 1 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Premessa 3 a (ġdida) | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
|
(3a) Hu meħtieġ li l-Kunsill jadotta kemm jista' jkun malajr id-Deċiżjoni ta' Qafas dwar id-Drittijiet ta' Proċedura sabiex jistipula ċerti regoli minimi dwar id-disponibilità ta' assistenza legali għall- individwi fl-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa meħtieġ sett uniformi ta’ garanziji ta' proċedura fil-livell ta’ l-UE. | |
Emenda 2 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Premessa 3 b (ġdida) | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
|
(3b) Ir-regoli għall-protezzjoni tad-data stipulati fid-Deċiżjoni 2008/.../ ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, se jinħolqu fin-nuqqas ta’ strument legali tat-tielet pilastru dwar il-protezzjoni tad-data. Meta jiġi approvat, dan l-istrument legali ġenerali għandu japplika għall-qasam kollu tal-koperazzjoni tal-pulizija u tal-ġudikatura fi kwistjonijiet kriminali, dejjem jekk il-livell ta' protezzjoni tad-data tiegħu huwa adegwat u mhux aktar baxx mill-protezzjoni stabbilita fil-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa għall-Protezzjoni ta' l-Individwi fir-rigward ta’ l-Ipproċessar ta’ Data Personali tat-28 ta’ Jannar 1981 u tal-Protokoll addizzjonali tiegħu rigward l-awtoritajiet ta' sorveljanza u l-flussi ta' data transkonfinali tat-8 ta’ Novembru 2001. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa meħtieġ livell ta’ protezzjoni ta’ data li jkun għoli, armonizzat, u għalhekk xieraq sabiex jiggarantixxi kemm id-drittijiet taċ-ċittadini kif ukoll l-effettività ta’ l-infurzar tal-liġi f’żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja. F’dan ir-rigward, “l-abbozz tad-deċiżjoni ta’ qafas dwar il-protezzjoni tad-data fit-tielet pilastru” għandha tkun 'lex generalis' filwaqt li tippermetti l-applikabilità ta’ garanziji aktar speċifiċi u standards aktar stretti u magħmula skond il-ħtieġa u stipulati fl-inizjattiva ta' Prüm tal-Kunsill. | |
Emenda 3 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Premessa 3 c (ġdida) | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
|
(3c) Kategoriji speċjali ta’ data dwar oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, adeżjoni ma’ partit jew trejdjunjin, orjentazzjoni sesswali jew saħħa għandhom jiġu pproċessati biss jekk ikun assolutament neċessarju u proporzjonat għall-qafas tal-każ speċifiku u f’konformità ma’ salvagwardji speċifiċi. |
Emenda 4 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Premessa 3 d (ġdida) | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
|
(3d) Bil-ħsieb li jkun hemm koperazzjoni effiċjenti bejn il-pulizija, għandu jkun possibbli li jitwaqqfu task forces konġunti b'ħeffa u mingħajr burokrazija żejda. |
Emenda 5 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Premessa 4 a (ġdida) | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
|
(4a) Il-miżuri li hemm previsti fid-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data tad-19 ta' Diċembru 2007, |
Ġustifikazzjoni | |
Il-miżura li timplimenta d-deċiżjoni ta' Prüm sikwit teffettwa l-ipproċessar tad-data personali u għalhekk l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data dwar il-kwistjoni hija rakkomandata ferm, għalkemm Stat Membru li jieħu l-inizjattiva skond it-Titolu VI tat-Trattat ta' l-UE m'huwiex obbligat li jitlobha. | |
Emenda 6 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Artikolu 2 – punt -a (ġdid) | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
|
(-a) "data personali" tfisser kull data li jkollha x’taqsam ma’ persuna naturali identifikata jew identifikabbli ("suġġett tad-data"); persuna identifikabbli hija min jista’ jkun identifikat, direttament jew indirettament, partikolarment b’referenza għal numru ta’ identità jew għal fattur wieħed speċifiku jew aktar dwar l-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tiegħu; |
Ġustifikazzjoni | |
Id-deċiżjoni tal-Kunsill rigward Prüm ma fihiex xi definizzjoni ċara dwar id-data personali u dan in-nuqqas jippersisti fid-deċiżjoni ta' implimentazzjoni.Għalhekk, ir-referenza għad-definizzjoni ta' data personali mogħtija fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46 (KE)1 għandha tiddaħħal fid-deċiżjoni attwali ta' implimentazzjoni rigward Prüm. | |
Emenda 7 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Artikolu 2 – punt a | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
(a) "tiftix" u "paragun" kif imsemmijin fl-Artikoli 3, 4 u 9 tad-Deċiżjoni 2007/.../ĠAI tfisser il-proċeduri li bihom jiġi stabbilit jekk hemmx taqbila bejn, rispettivament, id-data tad-DNA jew id-data dattiloskopika li ġiet ikkomunikata minn Stat Membru wieħed u d-data tad-DNA jew id-data dattiloskopika maħżuna fid-databases ta' Stat Membru wieħed, diversi minnhom jew kollha kemm huma; |
(a) "tiftix" u "paragun" kif imsemmijin fl-Artikoli 3, 4 u 9 tad-Deċiżjoni 2008/.../ĠAI għandhom ifissru l-proċeduri li bihom jiġi stabbilit jekk hemmx taqbila bejn, rispettivament, id-data tad-DNA jew id-data dattiloskopika li ġiet ikkomunikata minn Stat Membru wieħed u d-data tad-DNA jew id-data dattiloskopika maħżuna fid-databases ta' Stat Membru wieħed, diversi minnhom jew kollha kemm huma; |
Emenda 8 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Artikolu 2 – punt b | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
(b) "tiftix awtomatizzat" kif imsemmi fl-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2007/.../ĠAI tfisser proċedura ta' aċċess online sabiex jiġu kkonsultati d-databases ta' Stat Membru wieħed, diversi minnhom jew kollha kemm huma; |
(b) "tiftix awtomatizzat" kif imsemmi fl-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2008/.../ĠAI għandha tfisser proċedura ta' aċċess online sabiex jiġu kkonsultati d-databases ta' Stat Membru wieħed, diversi minnhom jew kollha kemm huma; |
__________________________________________
1ĠU L 281, 23.11.95, p.31
Emenda 9 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Artikolu 2 – punt c | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
(c) "data ta' referenza tad-DNA" tfisser profil tad-DNA u numru ta' referenza; |
(c) "data ta' referenza tad-DNA" għandha tfisser profil tad-DNA u numru ta' referenza; |
Emenda 10 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Artikolu 2 – punt d | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
(d) "profil tad-DNA" tfisser kodiċi b'ittri jew b'ċifri li jirrappreżenta sett ta' karatteristiċi ta' identifikazzjoni tal-parti non-kodifikanti ta' kampjun analizzat ta' DNA uman, jiġifieri l-istruttura molekulari partikolari fid-diversi pożizzjonijiet (loci) tad-DNA; |
(d) "profil tad-DNA" għandha tfisser kodiċi b'ittri jew b'ċifri li jirrappreżenta sett ta' karatteristiċi ta' identifikazzjoni tal-parti non-kodifikanti ta' kampjun analizzat ta' DNA uman, jiġifieri l-istruttura molekulari partikolari fid-diversi pożizzjonijiet (loci) tad-DNA; |
Emenda 11 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Artikolu 2 – punt e | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
(e) "il-parti non-kodifikanti tad-DNA" tfisser reġjuni ta' kromosoma li m'humiex espressi ġenetikament, jiġifieri m'hux magħruf li jipprovdu xi proprjetajiet funzjonali ta' organiżmu; |
(e) "il-parti non-kodifikanti tad-DNA" għandha tfisser iż-żoni ta’ kromożomi li ma jinkludux espressjoni ġenetika, jiġifieri li mhumiex magħrufa li jipprovdu informazzjoni dwar karatteristiċi ereditarji speċifiċi; minkejja kwalunkwe progress xjentifiku, mhijiex se tingħata aktar informazzjoni mill-parti non-kodifikanti tad-DNA; |
Emenda 12 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Artikolu 2 – punt f | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
(f) "profil tad-DNA ta' referenza" tfisser il-profil tad-DNA ta' persuna identifikata; |
(f) "profil tad-DNA ta' referenza" għandha tfisser il-profil tad-DNA ta' persuna identifikata; |
Emenda 13 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Artikolu 2 – punt g | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
(g) "profil tad-DNA mhux identifikat" tfisser il-profil tad-DNA miksub minn traċċi miġbura matul l-investigazzjoni ta' reati kriminali u li jappartjenu għal persuna li għadha ma ġietx identifikata; |
(g) "profil tad-DNA mhux identifikat" għandha tfisser il-profil tad-DNA miksub minn traċċi miġbura matul l-investigazzjoni ta' reati kriminali u li jappartjenu għal persuna li għadha ma ġietx identifikata; |
Emenda 14 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Artikolu 2 – punt h | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
(h) "nota" tfisser l-immarkar ta' Stat Membru fuq profil tad-DNA fid-database nazzjonali tiegħu li jindika li diġà kien hemm riżultat (hit) fuq dan il-profil ta' dik id-DNA f'tiftixa jew paragun ta' Stat Membru ieħor; |
(h) "nota" għandha tfisser l-immarkar ta' Stat Membru fuq profil tad-DNA fid-database nazzjonali tiegħu li jindika li diġà kien hemm riżultat (hit) fuq dan il-profil ta' dik id-DNA f'tiftixa jew paragun ta' Stat Membru ieħor; |
Emenda 15 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Artikolu 2 – punt i | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
(i) "data dattiloskopika" tfisser immaġini ta' marki tas-swaba', immaġini ta' marki tas-swaba' moħbijin (latent), marki tal-palma ta' l-id, marki tal-palma moħbijin kif ukoll mudelli ta' tali immaġini (dettalji żgħar kodifikati), meta dawn huma maħżunin u ttrattati f'database awtomatizzata; |
(i) "data dattiloskopika" għandha tfisser immaġini ta' marki tas-swaba', immaġini ta' marki tas-swaba' moħbijin (latent), marki tal-pala ta' l-id, marki tal-pala moħbijin kif ukoll mudelli ta' tali immaġini (dettalji żgħar kodifikati), meta dawn huma maħżunin u ttrattati f'database awtomatizzata; |
Emenda 16 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Artikolu 2 – punt j | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
(j) "data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi" tfisser is-sett ta' data kif speċifikat fil-Kapitolu 3 ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni; |
(j) "data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi" għandha tfisser is-sett ta' data kif speċifikat fil-Kapitolu 3 ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni; |
Emenda 17 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Artikolu 2 – punt k | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
(k) "każ individwali", kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), it-tieni sentenza, l-Artikolu 9(1), it-tieni sentenza u l-Artikolu 12(1), it-tieni sentenza tad-Deċiżjoni 2007/.../ĠAI, tfisser investigazzjoni unika jew fajl ta' taħrika. Jekk tali fajl jkun fih iktar minn profil wieħed ta' DNA, jew pari waħdi ta' data dattiloskopika jew data' ta' reġistrazzjoni ta' vetturi, jistgħu jiġu trażmessi flimkien bħala talba waħda. |
(k) "każ individwali", kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), it-tieni sentenza, l-Artikolu 9(1), it-tieni sentenza u l-Artikolu 12(1), it-tieni sentenza tad-Deċiżjoni 2008/.../ĠAI, għandha tfisser investigazzjoni unika jew fajl ta' prosekuzzjoni. Jekk tali fajl ikun fih iktar minn profil wieħed ta' DNA, jew parti waħda ta' data dattiloskopika jew data ta' reġistrazzjoni ta' vetturi, jistgħu jiġu trażmessi flimkien bħala talba waħda. |
Emenda 18 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Artikolu 3 a (ġdid) | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
|
Artikolu 3a Talbiet rigward persuni meħlusa jew liberati |
|
Bi qbil mal-Kapitoli 3 u 4 ta' din id-Deċiżjoni, f'każ ta' rapport li jaqbel mal-profil tad-DNA jew data dattiloskopika ta’ persuni meħlusa jew liberati, dan għandu jkun skambjat biss jekk id-database tkun ċirkoskritta b'mod preċiż u l-kategorija tad-data suġġetta għall-investigazzjoni tkun definita b'mod ċar mil-liġi nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Bi qbil mal-paragrafi 41 u 42 ta' l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data tat-8 ta' Jannar 2008 (Dok. tal-Kunsill 5056/08) id-data dwar id-DNA u l-marki tas-swaba' ta' persuni innoċenti m'għandhomx ikunu mqassma. | |
Emenda 19 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
(a) il-kodiċi ta' l-Istat Membru rikjedenti; |
(a) il-kodiċi ta' l-Istat Membru rikjedenti u l-kodiċi ta' l-awtorità nazzjonali konsultattiva; |
Emenda 20 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu i | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
(i) il-poteri li l-uffiċjali u uffiċjali oħra ta' l-Istat(i) Membru(i) li qed jissekonda(w) jistgħu jeżerċitaw fl-Istat Membru ospitanti matul l-operazzjoni; |
(i) il-poteri li l-uffiċjali u uffiċjali oħra ta' l-Istat(i) Membru(i) li qed jissekonda(w) jistgħu jeżerċitaw fl-Istat Membru ospitanti matul l-operazzjoni; dawn il-poteri għandhom jinkludu, b’mod partikulari, id-drittijiet ta’ sorveljanza, insegwiment attiv, arrest u interrogazzjoni; |
Emenda 21 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Artikolu 18 – paragrafu 1 | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
1. Aktar dettalji dwar l-implimentazzjoni teknika u amministrattiva tad-Deċiżjoni 2007/.../ĠAI huma stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. L-Anness jista' jiġi modifikat mill-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. |
1. Aktar dettalji dwar l-implimentazzjoni teknika u amministrattiva tad-Deċiżjoni 2008/.../ĠAI huma stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. L-Anness jista' jiġi modifikat mill-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew bi qbil ma’ l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni | |
Kull modifika ta’ l-Anness għandha timxi mal-proċedura attwali pprovduta mill-Artikolu 34(2) (c) u l-Artikolu 39 tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea li jeħtieġ il-konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew mill-Kunsill. | |
Emenda 22 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Artikolu 20 – paragrafu 1 | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
1. Il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2007/…./ĠAI abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni li għandu jkun ibbażat fuq kwestjonarju kif stabbilit fil-Kapitolu 4 ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
1. Il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/..../ĠAI abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni li għandu jkun ibbażat fuq kwestjonarju kif stabbilit fil-Kapitolu 4 ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni. L-awtoritajiet indipendenti għall-protezzjoni tad-data ta' kull Stat Membru kkonċernat għandhom ikunu involuti bis-sħiħ fil-proċedura ta' evalwazzjoni stipulata fil-Kapitolu IV ta' l-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Kull deċiżjoni relatata ma' l-implimentazzjoni tar-regoli għall-protezzjoni tad-data teħtieġ l-involviment sħiħ ta’ l-awtoritajiet kompetenti għall-protezzjoni tad-data ta' l-Istati Membri kkonċernati minħabba l-irwol essenzjali konsultattiv ta' dawn l-awtoritajiet f'din il-kwistjoni. | |
Emenda 23 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Artikolu 21 – paragrafu 1 | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
1. Evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni amministrattiva, teknika u finanzjarja ta' l-iskambju ta' data skond il-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2007/.../ĠAI għandha titwettaq fuq bażi annwali. L-evalwazzjoni għandha tirrigwarda dawk l-Istati Membri li diġà qed japplikaw id-Deċiżjoni 2007/.../ĠAI fiż-żmien ta' l-evalwazzjoni u għandha titwettaq għall-kategoriji tad-data li għalihom beda l-iskambju ta' data fost l-Istati Membri kkonċernati. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq rapporti ta' l-Istati Membri rispettivi. |
1. Evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni amministrattiva, teknika u finanzjarja ta' l-iskambju ta' data skond il-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/.../ĠAI għandha titwettaq fuq bażi annwali. Evalwazzjoni bħal din għandha tinkludi analiżi tal-konsegwenzi ta’ differenzi f’tekniki u kriterji għall-ġbir u l-ħażna ta’ data ta’ DNA fl-Istati Membri. L-evalwazzjoni għandha tinkludi wkoll analiżi tar-riżultati relatati mal-proporzjonalità u l-effettività ta’ skambju transkonfinali ta’ tipi varji ta’ data tad-DNA. L-evalwazzjoni għandha tirrigwarda dawk l-Istati Membri li diġà qed japplikaw id-Deċiżjoni 2008/.../ĠAI fiż-żmien ta' l-evalwazzjoni u għandha titwettaq għall-kategoriji tad-data li għalihom beda l-iskambju ta' data fost l-Istati Membri kkonċernati. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq rapporti ta' l-Istati Membri rispettivi. |
Ġustifikazzjoni | |
L-evalwazzjoni tar-riżultati ta’ skambju ta’ data m’għandhiex biss tikkonċerna aspetti tekniċi u amministrattivi ta’ l-iskambju, iżda għandha tinkludi analiżi tal-konsegwenzi ta’ differenzi kbar fil-kriterji għall-ġbir u l-ħażna ta' DNA fl-Istati Membri u t-tekniki użati għalihom, u l-analiżi għandha tindirizza wkoll il-proporzjonalità u l-effettività, peress li l-valur miżjud ta' din l-estensjoni wiesgħa ta' skambju ta' data transkonfinali jrid ikun pruvat li huwa probabbli li jkun attwat fil-konfront tar-riżultati. | |
Emenda 24 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Artikolu 21 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
|
2a. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jgħaddi, fuq bażi regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni, ir-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-iskambju tad-data f’forma ta’ rapport kif imsemmi fil-Kapitolu IV, paragrafu 2(1) ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
L-implimentazzjoni korretta u effettiva tad-deċiżjoni Prüm flimkien mal-miżura ta’ implimentazzjoni tagħha hija prijorità assoluta għall-Parlament Ewropew li għandu jkun infurmat bis-sħiħ dwar l-evalwazzjoni tal-progress ta’ dawn l-istrumenti. | |
Emenda 25 Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Addendum ma’ l-Inizjattiva – Kapitolu 1 – punt 1.1 – subparagrafu 3 | |
Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja |
Emenda |
Regola ta’ Inklużjoni: |
Regola ta’ Inklużjoni: |
Il-profili tad-DNA li l-Istati Membri jpoġġu għad-disponibbli għat-tiftix u għat-tqabbil kif ukoll profili tad-DNA mibgħuta għat-tiftix u għat-tqabbil għandhom jinkludu ta’ l-inqas 6 loci u jiddependi fuq id-disponibilitá tagħhom, jistgħu jinkludu loci jew pożizzjonijiet vojta oħra (blanks). Il-profili tad-DNA għar-riferenza għandhom jinkludi ta’ l-inqas 6 mis-7 ESS/ISSOL loci. Sabiex tiżdied il-preċiżjoni tat-tqabbil tad-DNA, huwa rakkomandat li l-'alleles' kollha disponibbli jinħażnu f’pool ta' data tal-profili tad-DNA li jkun fiha werrej. |
Il-profili tad-DNA li l-Istati Membri jpoġġu għad-disponibilità għat-tiftix u għat-tqabbil kif ukoll profili tad-DNA mibgħuta għat-tiftix u għat-tqabbil għandhom jinkludu ta’ l-inqas 6 loci u skond id-disponibilità tagħhom, għandhom jinkludu loci addizzjonali jew pożizzjonijiet vojta (blanks). Il-profili tad-DNA għar-riferenza għandhom jinkludu ta’ l-inqas 6 mis-7 loci ESS/ISSOL. Sabiex tiżdied il-preċiżjoni tat-tqabbil tad-DNA, l-‘alleles’ kollha disponibbli għandhom jinħażnu fid-database tal-profili tad-DNA li jkun fiha werrej u jintużaw għat-tiftix u t-tqabbil. Kull Stat Membru għandu jimplimenta, malajr kemm jista' jkun, kwalunkwe ESS ta' loci ġdid adottat mill-UE. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jitqabblu l-profili tad-DNA, il-preċiżjoni tat-tqabbil bejn il-valuri ta’ loci mqabbla hija kundizzjoni essenzjali. Aktar ma jkun kbir in-numru ta' loci li jaqblu, huwa anqas iċ-ċans li jkun hemm tqabbil falz bejn il-profili tad-DNA li jkunu tqabblu. Is-Sett ta' Loci Standard Ewropew (ESS) fih 7 loci imma dan in-numru jista’ jiżdied fil-futur. Barra minn hekk, hemm bażijiet ta' data nazzjonali li diġà qed jaħdmu fuq tqabbil fuq bażi ta' 10 loci (numru ikbar mill-ESS tal-loci) u bħala regola huma għandhom ikunu obbligati li jużaw il-loci kollha disponibbli minħabba li l-preċiżjoni tat-tqabbil tad-DNA tiżdied skond l-ammont ta' loci mqabbla. |
PROĊEDURA
Titolu |
Koperazzjoni transkonfinali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali |
|||||||
Referenzi |
11563/2007 – C6-0409/2007 – 2007/0821(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
9.11.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 15.11.2007 |
|||||||
Rapporteur Data tal-ħatra |
Bárbara Dührkop Dührkop 29.11.2007 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
31.1.2008 |
27.2.2008 |
27.3.2008 |
|
||||
Data ta' l-adozzjoni |
27.3.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
31 2 4 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Philip Bradbourn, Carlos Coelho, Esther De Lange, Gérard Deprez, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Bárbara Dührkop Dührkop, Armando França, Patrick Gaubert, Roland Gewalt, Jeanine Hennis-Plasschaert, Lívia Járóka, Ewa Klamt, Magda Kósáné Kovács, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Roselyne Lefrançois, Sarah Ludford, Javier Moreno Sánchez, Rareş-Lucian Niculescu, Athanasios Pafilis, Martine Roure, Inger Segelström, Csaba Sógor, Vladimir Urutchev, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Sophia in ‘t Veld, Jean Lambert, Marian-Jean Marinescu, Bill Newton Dunn, Nicolae Vlad Popa, Herbert Reul |
|||||||
Sostitut (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Manolis Mavrommatis |
|||||||